ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.278.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 278

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
22 ta' Settembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 278/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6058 – Bank of Scotland/Barclays Bank/KEW Green Hotels) ( 1 )

1

2011/C 278/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6185 – Flabeg Holding/Schott Solar CPS) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 278/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Settembru 2011 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta

2

2011/C 278/04

Att tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2011 li jiddetermina l-grad u l-iskala fir-rigward tal-estensjoni tal-mandat ta' Viċi Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 278/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 278/06

Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2011 L-appoġġ agroambjentali huwa mfassal u ġestit tajjeb?

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2011/C 278/07

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

6

2011/C 278/08

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

7

2011/C 278/09

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

8

2011/C 278/10

L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 278/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6373 – Sungwoo/Mitsubishi/Sungwoo CZ/Sungwoo SK) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

2011/C 278/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6330 – Ugitour/CDC/Sogecap/Real estate portfolio) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6058 – Bank of Scotland/Barclays Bank/KEW Green Hotels)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 278/01

Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6058. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6185 – Flabeg Holding/Schott Solar CPS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 278/02

Fl-14 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6185. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Settembru 2011

li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta

(2011/0000/)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għalTitjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta' dawk nominati ppreżentati mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010 (2) u s-7 ta' Marzu 2011 (3) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2010 sat-30 ta' Novembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' ċerti Membri u membri supplenti.

(2)

Il-Gvern ta' Malta ppreżenta n-nomini għal żewġ pożizzjonijiet li jridu jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013:

I.   RAPPREŻENTANTI GOVERNATTIVI

Pajjiż

Membru

Membru Supplenti

Malta

Is-Sur Noel VELLA

Is-Sinjura Sylvia GAUCI

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. SAWICKI


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.

(3)  ĠU C 83, 17.3.2011, p. 4.


22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/3


ATT TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Settembru 2011

li jiddetermina l-grad u l-iskala fir-rigward tal-estensjoni tal-mandat ta' Viċi Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

2011/C 278/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tiegħu tas-26 ta' Lulju 2010 li jestendi l-mandat tal-Viċi Direttur tal-Europol is-Sur Eugenio ORLANDI (1),

Wara li kkunsidra l-Pjan ta' Stabbiliment tal-Persunal tal-Europol għall-2010-2012 u b'mod partikolari l-punt 1.1(C) tiegħu u l-Pjan ta' Politika tal-Persunal tal-Europol 2011-2013 u b'mod partikolari t-Taqsima 1.2.1 tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Is-Sur Eugenio ORLANDI li l-mandat tiegħu bħala Viċi Direttur tal-Europol ġie estiż mill-1 ta' Awwissu 2011 sal-31 ta' Lulju 2015, għandu jinħatar mill-1 ta' Awwissu 2011 fil-grad AD 13, skala 2.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU C 206, 30.7.2010, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Settembru 2011

2011/C 278/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3636

JPY

Yen Ġappuniż

104,07

DKK

Krona Daniża

7,4472

GBP

Lira Sterlina

0,87310

SEK

Krona Żvediża

9,1170

CHF

Frank Żvizzeru

1,2208

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7570

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,930

HUF

Forint Ungeriż

293,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,4333

RON

Leu Rumen

4,3030

TRY

Lira Turka

2,4719

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3358

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3594

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6249

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6643

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7417

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 586,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8540

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6991

HRK

Kuna Kroata

7,4885

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 378,35

MYR

Ringgit Malażjan

4,2837

PHP

Peso Filippin

59,405

RUB

Rouble Russu

43,0350

THB

Baht Tajlandiż

41,656

BRL

Real Brażiljan

2,4702

MXN

Peso Messikan

18,3200

INR

Rupi Indjan

65,9030


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/5


Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2011 “L-appoġġ agroambjentali huwa mfassal u ġestit tajjeb?”

2011/C 278/06

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 7/2008 “L-appoġġ agroambjentali huwa mfassal u ġestit tajjeb?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/6


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

2011/C 278/07

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja ta’ għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

id-9 ta’ Frar 2011

Numru tal-każ

:

69042

Numru tad-Deċiżjoni

:

39/11/COL

Stat tal-EFTA

:

in-Norveġja

Isem tal-benefiċjarju

:

Finnfjord AS

Tip ta’ miżura

:

Għajnuna individwali skont l-Iskema tal-Fond għall-Enerġija, suġġett għal valutazzjoni ddettaljata skont il-Linji Gwida tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali

Skema

:

L-Iskema tal-Fond għall-Enerġija ġiet approvata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA permezz tad-Deċiżjoni Nru 125/06/COL fit-3 ta’ Mejju 2006

Objettiv

:

Il-Ħarsien Ambjentali

Forma ta' għajnuna

:

Għotja

Ammont tal-għajnuna

:

NOK 175 miljun

Setturi ekonomiċi

:

Il-produzzjoni tal-elettriku

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħmel l-għotja

:

Enova SF

Professor Borchsgt. 2

7030 Trondheim

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/7


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

2011/C 278/08

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

it-18 ta’ Mejju 2011

Numru tal-każ

:

69660

Numru tad-Deċiżjoni

:

144/11/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Skema għall-għotja ta' eżenzjoni temporanja lill-impriżi li jidħlu fi ftehim ambjentali mal-Istat dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ossidu tan-Nitroġenu (“NOx”).

Bażi legali

:

L-Artikolu 61(3)(c) taż-ŻEE, l-Artikolu 159(c) Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali

Tip ta’ miżura

:

Skema ta’ għajnuna

Objettiv

:

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NOx

Forma ta' għajnuna

:

Eżenzjoni mit-taxxa

Baġit

:

Tul ta' żmien

:

Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2017

Setturi ekonomiċi

:

Setturi diversi

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Ministry of the Environment

PO Box 8013 Dep.

0030 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/8


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

2011/C 278/09

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

id-29 ta’ Marzu 2011

Numru tal-każ

:

68962

Numru tad-Deċiżjoni

:

96/11/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titolu (u/jew isem il-benefiċjarju)

:

Notodden airport, Tuven

Bażi legali

:

L-Artikolu 61(3)(c) u l-Kapitolu dwar l-iffinanzjar tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali fil-parti IV tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat

Tip ta’ miżura

:

Għajnuna individwali

Objettiv

:

L-infrastruttura tal-ajruport

Forma ta' għajnuna

:

Għotja

Baġit

:

NOK 9 485 000

Setturi ekonomiċi

:

Ajruport

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Ministry of Transport and Communication

PO Box 8010 Dep.

0030 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/9


L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE

2011/C 278/10

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra li l-miżura li ġejja ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

1 Ġunju 2011

Numru tal-każ

:

69131

Numru tad-Deċiżjoni

:

177/11/COL

Stat tal-EFTA

:

Il-Liechtenstein

Titolu

:

Tnaqqis ta' taxxi fir-rigward ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IP Box)

Bażi ġuridika

:

Att Nru 340/2010, l-Artikolu 55 u Att Nru 437/2010, l-Artikolu 33

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

Il-promozzjoni tar-riċerka u tal-iżvilupp

Forma tal-għajnuna

:

Tnaqqis ta' taxxi (mhux għajnuna)

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Unità tal-Koordinazzjoni taż-ŻEE

Europark

Austrasse 79

9490 Vaduz

LIECHTENSTEIN

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6373 – Sungwoo/Mitsubishi/Sungwoo CZ/Sungwoo SK)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 278/11

1.

Fit-13 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mitsubishi Corporation (“Mitsubishi”, il-Ġappun) u Sungwoo Hiteech Company Limited (“Sungwoo”, il-Korea) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Sungwoo Hitech s.r.o (“Sungwoo CZ”, ir-Repubblika Ċeka) u ta’ Sungwoo Hitech Slovakia s.r.o (“Sungwoo SK”, is-Slovakkja) permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Mitsubishi: attivitajiet ġenerali ta’ kummerċ f’diversi industriji, inklużi l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, il-kimika, l-ikel u prodotti ġenerali,

għal Sungwoo: l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ elementi tal-metall u armar għall-industrija awtomobilistika,

għal Sungwoo CZ u Sungwoo SK: il-manifattura u l-forniment ta’ elementi tal-azzar irrumblati ċatti għall-karozzerija ta’ vetturi żgħar tal-passiġġieri.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6373 – Sungwoo/Mitsubishi/Sungwoo CZ/Sungwoo SK, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


22.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6330 – Ugitour/CDC/Sogecap/Real estate portfolio)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 278/12

1.

Fl-14 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ugitour, proprjetà tal-grupp AXA, Caisse des Dépôts et Consignations (CDC) u Sogecap, proprjetà tal-grupp Société Générale jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll komuni ta' sitt lukandi proprjetà tal-Groupe Foncière des Murs, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ugitour hija speċjalizzata fil-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli, fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja,

Caisse des Dépôts et Consignations (CDC) huwa stabbiliment pubbliku Franċiż li jwettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali fuq naħa, u attivitajiet miftuħin għall-kompetizzjoni fuq oħra,

Sogecap hija speċjalizzata fl-assikurazzjoni tal-ħajja u fil-kapitalizzazzjoni,

Proprietà immobbli: il-proprjetà immobbli tikkonsisti minn sitt proprjetajiet li jintużaw prinċipalment bħala lukandi li minnhom erbgħa huma fi Franza u tnejn fil-Belġju. Dawn l-istabbilimenti huma użati mill-Grupp Accor taħt l-ismijiet Mercure u Ibis.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6330 – Ugitour/CDC/Sogecap/Real estate portfolio, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).