ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.267.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 267

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
9 ta' Settembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 267/01

Rapport mill-Awditur estern tal-kontijiet tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

9.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/1


RAPPORT MILL-AWDITUR ESTERN TAL-KONTIJIET TAL-QORTI TAL-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2010

2011/C 267/01

NOTA LILL-QARREJJA

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà għall-verifika tad-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 319 tat-Trattat imsemmi dwar l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha vverifikati minn awditur estern kull sena sa mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri pprepara fir-rigward tal-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji mill-1987 sal-1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Skont deċiżjoni meħuda mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, ir-rapporti tal-awditur estern minn dan iż-żmien ’il hawn ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u l-ewwel rapport kien dak dwar is-sena finanzjarja 1992.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Eduardo RUIZ GARCÍA

Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


IR-RENDIKONTI FINANZJARJI GĦAS-SENA LI NTEMMET FIL-31 TA’ DIĊEMBRU 2010

WERREJ

IL-KONTIJIET ANNWALI

Rapport tal-Awditur Indipendenti

Il-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010

Il-kont tar-riżultat ekonomiku għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010

Ir-rendikont tal-likwidità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010

Ir-rendikont tal-bidliet fl-ekwità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010

Il-politiki tal-kontabilità u n-noti dwar ir-rendikonti finanzjarji

1.

Ġenerali

2.

Il-politiki tal-kontabilità sinifikanti u preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjarji

3.

Noti dwar il-karta tal-bilanċ

4.

Noti dwar il-kont tar-riżultat ekonomiku

5.

Ammonti li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ

L-informazzjoni dwar il-baġit għas-sena finanzjarja 2010

IR-Rapport ta' assigurazzjoni indipendenti

Rapport tal-Awditur Indipendenti

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aħna vverifikajna r-rendikonti finanzjarji hawn annessi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jinkludu l-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010, il-kont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tal-bidliet fl-ekwità u r-rendikont tal-likwidità għas-sena li ntemmet dakinhar u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħrajn ta’ spjegazzjoni, u li jibdew fil-paġna 4 u jispiċċaw fil-paġna 15.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment għar-rendikonti finanzjarji

Il-Maniġment huwa responsabbli għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta ta’ dawn ir-rendikonti finanzjarji, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea, u għal dak il-kontroll intern li l-Maniġment iqis meħtieġ biex tkun tista' ssir il-preparazzjoni ta’ rendikonti finanzjarji li huma ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball.

Ir-responsabbiltà tar-“Réviseur d'entreprises agréé”

Ir-responsabbiltà tagħna hi li nesprimu opinjoni dwar dawn ir-rendikonti finanzjarji abbażi tal-verifika tagħna. Aħna wettaqna l-verifika tagħna skont Standards Internazzjonali tal-Verifika kif adottati għal-Lussemburgu mill-“Commission de surveillance du secteur financier”. Dawk l-istandards jitolbu illi aħna nikkonformaw mar-rekwiżiti tal-etika u li nippjanaw u nwettqu l-verifika biex niksbu assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk ir-rendikonti finanzjarji humiex ħielsa minn dikjarazzjoni żbaljata materjali.

Verifika tinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri sabiex tinkiseb evidenza tal-verifika dwar l-ammonti u l-iżvelar fir-rendikonti finanzjarji. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq l-evalwazzjoni tar-“Réviseur d'entreprises agréé”, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni żbaljata materjali fir-rendikonti finanzjarji, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Meta jagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, ir-“Réviseur d'entreprises agréé” jikkunsidra l-kontroll intern relevanti għall-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ġusta tar-rendikonti finanzjarji sabiex ifassal proċeduri tal-verifika li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi, iżda mhux bl-iskop li jesprimi opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern tal-entità. Verifika tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki ta’ kontabilità użati u r-raġonevolezza tal-estimi tal-kontabilità magħmula mill-Maniġment, u kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni ġenerali tar-rendikonti finanzjarji.

Aħna nemmnu illi l-evidenza tal-verifika li aħna ksibna hija biżżejjed u xierqa sabiex tipprovdi bażi għall-opinjoni tal-verifika tagħna.

Opinjoni

Fl-opinjoni tagħna, ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru 2010, u l-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi, u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea.

Il-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2011.

PricewaterhouseCoopers SARL

Irrappreżentat minn

Marianne WEYDERT

Il-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010

(EUR)

Attivi

Nota

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Attivi fissi mhux tanġibbli

3.1.

479 144

401 216

Attivi fissi tanġibbli

3.2.

37 919 629

36 554 342

Riċevibbli ta' skadenza twila

 

25

525

Total attivi mhux kurrenti

 

38 398 798

36 956 083

Riċevibbli ta' skadenza qasira

3.3.

531 239

965 208

Likwidità u ekwivalenti likwidi

3.4.

55 267 786

1 527 466

Total attivi kurrenti

 

55 799 025

2 492 674

Total attivi

 

94 197 823

39 448 757


(EUR)

Passivi

Nota

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Bilanċ kontra akkumulat

 

–24 068 815

–22 012 092

Riżultat ekonomiku tas-sena - qligħ+/telf-

 

57 113 695

–2 056 723

Kapital

 

33 044 880

–24 068 815

Benefiċċji tal-impjegati

3.5.

53 317 385

56 663 864

Passivi oħrajn ta' skadenza twila

3.6.

175 000

175 000

Total tal-passivi mhux kurrenti

 

53 492 385

56 838 864

Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż

3.7.

650 000

Kontijiet pagabbli

3.8.

7 660 558

6 028 708

Total tal-passivi kurrenti

 

7 660 558

6 678 708

Total tal-passivi

 

94 197 823

39 448 757

In-noti li jakkumpanjaw fil-paġni 8 sa 15 jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji.

Il-kont tar-riżultat ekonomiku għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010

(EUR)

 

Nota

2010

2009

Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil istituzzjonijiet oħrajn

4.1.

164 602 733

104 484 524

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi

4.2.

18 583 069

18 622 118

Dħul operazzjonali ieħor

4.3.

14 279

164 861

Total dħul operazzjonali

 

183 200 081

123 271 503

Spejjeż tal-persunal

4.5.

– 100 326 863

–92 264 980

Spejjeż marbuta mal-attivi fissi

3.1. - 3.2. & 4.6.

–3 005 731

–3 393 154

Spejjeż amministrattivi oħrajn

4.7.

–23 109 833

–22 890 737

Spejjeż operazzjonali

 

–29 665

– 102 110

Total spejjeż operazzjonali

 

– 126 472 092

– 118 650 981

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet operazzjonali

 

56 727 989

4 620 522

Dħul finanzjarju

4.8.

53 017

59 266

Spejjeż finanzjarji

4.9.

–15 044

–15 125

Ċaqliq fil-pensjonijiet (- spejjeż, + dħul)

3.5. & 4.10.

347 733

–6 721 386

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet mhux operazzjonali

 

385 706

–6 677 245

Riżultat ekonomiku tas-sena

 

57 113 695

–2 056 723

In-noti li jakkumpanjaw fil-paġni 8 sa 15 jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji.

Ir-rendikont tal-likwidità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010

(EUR)

 

2010

2009

Riżultat ekonomiku tas-sena

57 113 695

–2 056 723

Attivitajiet operazzjonali - Aġġustamenti

 

 

Amortizzament (attivi fissi mhux tanġibbli)

215 031

184 798

Deprezzament (attivi fissi tanġibbli)

2 780 834

3 206 079

Żieda/(tnaqqis) fil-Proviżjonijiet għar-riskju u l-ispejjeż

– 650 000

650 000

Żieda/(tnaqqis) fit-Tnaqqis tal-Valur għad-debitu dubjuż

–1 790

(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' skadenza twila

500

(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli ta' skadenza qasira

441 676

492 568

(Żieda)/tnaqqis fir-Riċevibbli tal-entitajiet tal-UE

–7 707

– 205

Żieda/(tnaqqis) f'Passivi Oħrajn ta' skadenza twila

Żieda/(tnaqqis) fil-Kontijiet pagabbli

1 616 394

–1 629 818

Żieda/(tnaqqis) fil-Passivi relatati mal-entitajiet tal-UE

15 456

–88 476

Likwidità netta minn attivitajiet operazzjonali

61 525 879

756 433

Likwidità minn attivitajiet ta' investiment

 

 

Xiri ta' attivi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli (-)

–4 448 946

–4 850 333

Dħul minn attivi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli (+)

(Qligħ)/telf mill-bejgħ ta' Proprjetà, impjanti u tagħmir

9 866

2 275

Likwidità netta minn attivitajiet ta' investiment

–4 439 080

–4 848 058

Żieda/(tnaqqis) fil-Benefiċċji tal-impjegat

–3 346 479

4 130 466

Żieda/(tnaqqis) nett fil-likwidità u fl-ekwivalenti likwidi

53 740 320

38 841

Likwidità u ekwivalenti likwidi fil-bidu tal-perjodu

1 527 466

1 488 625

Likwidità u ekwivalenti likwidi fl-aħħar tal-perjodu

55 267 786

1 527 466

In-noti li jakkumpanjaw fil-paġni 8 sa 15 jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji.

Ir-rendikont tal-bidliet fl-ekwità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010

(EUR)

Kapital

Bilanċ kontra akkumulat

Riżultat ekonomiku tas-sena

Kapital (total)

Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2009

–22 012 092

–2 056 723

–24 068 815

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku tas-sena ta' qabel

–2 056 723

2 056 723

Riżultat ekonomiku tas-sena

 

57 113 695

57 113 695

Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010

–24 068 815

57 113 695

33 044 880

In-noti li jakkumpanjaw fil-paġni 8 sa 15 jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rendikonti finanzjarji.

Il-politiki tal-kontabilità u n-noti dwar ir-rendikonti finanzjarji

1.    Ġenerali

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem “il-Qorti”) ġiet imwaqqfa bit-Trattat ta’ Brussell tat-22 ta’ Lulju 1975 u bdiet topera bħala korp tal-verifika esterna tal-Unjoni f'Ottubru 1977, bil-kwartieri ġenerali tagħha fil-Lussemburgu.

Il-Missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti hija l-Istituzzjoni tal-UE mwaqqfa bit-Trattat sabiex twettaq il-verifika tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti tagħti servizzi tal-verifika li permezz tagħhom hija tivvaluta l-ġbir u l-infiq tal-fondi tal-UE. Hija teżamina jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati u żvelati b'mod tajjeb, jekk twettqux u ġewx ġestiti b'mod legali u regolari sabiex jiżguraw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. Il-Qorti tikkomunika r-riżultati tal-verifiki tagħha f'rapporti ċari, relevanti u oġġettivi. Hija tagħti wkoll l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja.

Il-Qorti tippromovi l-kontabilità u t-trasparenza u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, b'mod partikolari matul il-proċedura ta’ kwittanza. Il-Qorti hija impenjata li tkun organizzazzjoni effiċjenti 'l quddiem nett fl-iżviluppi fil-verifika u l-amministrazzjoni pubblika.

Is-sena finanzjarja tal-Qorti tibda fl-1 ta’ Jannar u tibqa' għaddejja sal-31 ta’ Diċembru.

2.    Il-politiki tal-kontabilità sinifikanti u preżentazzjoni tar-rendikonti finanzjarji

2.1.   Il-bażi tal-preżentazzjoni

Il-kontijiet tal-Qorti huma ppreparati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament finanzjarju msemmi tal-Kunsill.

Ir-rendikonti finanzjarji huma ppreparati skont ir-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea (ir-Regoli tal-Kontabilità tal-KE), li ġew ispirati mill-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS). Dawn ir-Regoli tal-Kontabilità huma adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħrajn.

2.2.   L-istimi ta’ bilanċi u tranżazzjonijiet f'muniti barranin

Tranżazzjonijiet f'muniti barranin huma mibdula f'EUR bl-użu tar-rata tal-kambju li tipprevala fid-data tat-tranżazzjoni.

Qligħ u telf minħabba f'muniti barranin li jirriżultaw mill-ħlas ta’ tranżazzjonijiet f'muniti barranin u mill-bidla b'rati tal-kambju tal-aħħar tas-sena ta’ attivi u passivi denominati f'muniti barranin jitniżżlu fil-kont tar-riżultat ekonomiku.

Il-bilanċi tal-aħħar tas-sena tal-attivi u l-passivi monetarji denominati f'muniti barranin huma mibdula f'EUR abbażi tar-rati tal-kambju li japplikaw fil-31 ta’ Diċembru.

2.3.   Attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli

L-attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli huma mniżżla bil-prezz storiku li minnu jiġi mnaqqas l-amortizzament/id-deprezzament u d-deterjorament. Oġġetti ta’ valur baxx anqas minn EUR 420 huma ppreżentati bħala spejjeż matul is-sena tal-akkwist. Attivi mwassla matul is-sena tal-kontabilità iżda mhux imħallsa fi tmiem is-sena huma rrappurtati li huma “fil-proċess li jinbnew”; attivi fil-proċess li jinbnew jinkludu wkoll proġetti kbar ta’ kostruzzjoni li għadhom qed jiġu proċessati fl-aħħar tas-sena.

Id-deprezzament/l-amortizzament huwa kkalkulat bil-metodu ta’ rata fissa, li jibda mix-xahar tal-akkwist u l-prezz jiġi allokat fuq stima tal-ħajja utli tagħhom, kif ġej:

Mhux tanġibbli (Liċenzji għas-softwer tal-kompjuter)

4 snin

Bini

25 sena ta' ħajja mistennija ta' użu

Impjant, makkinarju u għodod

4, 8 snin

Għamara u flotta tal-vetturi

4, 8, 10 snin

Ħardwer tal-kompjuter

4 snin

Tagħmir speċifiku għall-bini mikri

it-tul tal-kera

Armar u tagħmir ieħor

4, 6, 8 snin

Attivi fil-proċess li jinbnew ma jsirilhomx deprezzament peress li dawn l-attivi għadhom mhux disponibbli għall-użu.

Wara l-implimentazzjoni tar-Regoli tal-Kontabilità tal-KE, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ta eċċezzjoni temporanja relatata mar-Regola tal-Kontabilità 6 tal-KE u n-nuqqas ta’ kapitalizzazzjoni ta’ attivi mhux tanġibbli żviluppati b'mod intern. Il-perjodu ta’ eċċezzjoni jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2009. Konsegwentement, attivi mhux tanġibbli żviluppati b'mod intern iridu jiġu kapitalizzati mill-1 ta’ Jannar 2010 skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 38 u l-IPSAS 31. L-ispiża tar-riċerka u l-ispiża tal-iżvilupp mhux kapitalizzat jiġu kkalkulati bi spejjeż medji tal-persunal.

2.4.   Il-benefiċċji tal-impjegati

Il-benefiċċji tal-impjegati jirrappreżentaw id-drittijiet futuri tal-pensjoni tal-Membri tal-Qorti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri (ĠU L 268 tal-20/10/1977, p. 1), il-benefiċċji prevvisti f'din l-iskema ta’ pensjoni jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni u l-Istati Membri jiggarantixxu b'mod konġunt il-ħlas tagħhom.

Il-passiv għal dawn il-pagamenti futuri tal-pensjoni huwa mdaħħal fil-kontijiet u żvelat skont ir-Regola 12 tal-Kontabilità tal-KE “Benefiċċji tal-Impjegati”. Il-metodoloġija biex jiġi kkalkolat il-passiv tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi tal-iskema tal-pensjonijiet hekk kif spjegata fir-regola tal-kontabilità IPSAS 25.

L-IPSAS 25 tirrikjedi li l-ispiża tal-benefiċċji ta’ wara l-impjieg tiġi vvalutata fil-preżent (jiġifieri meta l-Membru jakkwista d-drittijiet tal-pensjoni tiegħu). L-impenn attwarju huwa stabbilit fuq bażi kontinwa, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-benefiċċji mwiegħda matul il-ħajja attiva u kif ukoll iż-żieda prevvista fis-salarji. Il-metodu ta’ stima attwarja użat biex jiġi kkalkolat il-passiv huwa “l-metodu ta’ kreditu ta’ unità proġettata”.

Il-passiv huwa mnaqqas bl-ammont stmat ta’ taxxi li jkunu se jiġu applikati fuq pagament futuri tal-pensjoni minħabba li dawn it-taxxi jerġgħu lura fil-baġit tal-UE bħala dħul.

Il-passiv tal-pensjoni huwa kkalkolat mill-ġdid kull sena fid-data tar-rappurtar. Fil-kont tar-riżultat ekonomiku, l-ispiża tal-pensjoni għas-sena tikkonsisti fil-pensjonijiet imħallsa matul is-sena u fl-aġġustament tal-passiv tal-pensjoni fl-aħħar tas-sena, it-tnejn li huma netti mit-taxxi. Qligħ u telf attwarji jitniżżlu fil-kont tar-riżultat ekonomiku.

Fir-rigward ta’ “Attivi tal-pjan” potenzjali, l-Unjoni Ewropea bħalissa m'għandha ebda attivi dedikati għall-finanzjament ta’ impenji tal-pensjonijiet.

2.5.   Il-provvvedimenti għal riskji u spejjeż

Il-provvedimenti għal riskji u spejjeż huma intenzjonati li jkopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija definita b'mod ċar u li, fid-data tal-karta tal-bilanċ x'aktarx li jiġġarrbu jew żgur li se jiġġarrbu iżda m'hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew dwar id-data meta se jseħħu.

2.6.   It-tniżżil tal-ispejjeż

Tranżazzjonijiet u avvenimenti jitniżżlu fir-rendikonti finanzjarji fil-perjodu li għalih huma jirrelataw. Fi tmiem il-perjodu tal-kontabilità, l-ispejjeż dovuti jitniżżlu skont l-ammont tal-oġġetti mwassla jew is-servizzi mogħtija.

Min-naħa l-oħra, xi pagamenti magħmula fis-sena preżenti għandhom x'jaqsmu ma’ perjodi sussegwenti u huma identifikati bħala spejjeż diferiti li jridu jiġu inklużi fil-perjodu(i) sussegwenti.

Il-kalkolu ta’ spejjeż dovuti u diferiti fl-aħħar tas-sena huwa magħruf bħala l-eżerċizzju tal-qtugħ li għalih ġew stabbiliti metodoloġija ddettaljata u linjigwida prattiċi.

3.    Noti dwar il-karta tal-bilanċ

3.1.   Attivi fissi mhux tanġibbli

Iċ-ċaqliq fl-attivi fissi mhux tanġibbli matul is-sena 2010 kien:

(EUR)

 

Valur gross fil-kotba fl-1 ta’ Jannar 2010

Żieda

Tnaqqis

Valur gross fil-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2010

Amortizzament akkumulat fil-31 ta’ Diċembru 2010

Valur nett fil-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2010

Softwer tal-kompjuter

798 102

292 959

1 091 061

– 611 917

479 144

Total

798 102

292 959

1 091 061

– 611 917

479 144

Fl-2010 ma kellhom jitniżżlu l-ebda attivi fissi mhux tanġibbli li ġew żviluppati b'mod intern.

L-ammonti li ġejjin tniżżlu bħala spejjeż:

(EUR)

 

2010

Spiża tar-riċerka

349 850

Spiża ta' żvilupp mhux kapitalizzat

1 985 750

Dawn iż-żewġ ammonti jagħmlu parti minn “spejjeż amministrattivi oħra” u “spejjeż tal-persunal”.

3.2.   Attivi fissi tanġibbli

Iċ-ċaqliq fl-attivi fissi tanġibbli matul is-sena 2010 kien:

(EUR)

 

Valur gross fil-kotba fl-1 ta’ Jannar 2010

Żieda

Tnaqqis u klassifikazzjonijiet mill-ġdid

Valur gross fil-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2010

Deprezzament akkumulat fil-31 ta’ Diċembru 2010

Valur nett fil-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2010

Art

776 630

776 630

776 630

Bini

53 474 631

61 168

4 452 077

57 987 876

–28 275 576

29 712 300

Impjant u tagħmir

196 329

18 378

–1 887

212 820

– 133 326

79 494

Ħardwer tal-kompjuter

4 694 988

382 255

–1 048 957

4 028 286

–3 138 312

889 974

Għamara u flotta tal-vetturi

2 083 199

152 677

– 165 812

2 070 064

–1 293 963

776 101

Armar u tagħmir ieħor

1 980 516

23 242

– 125 781

1 877 977

–1 761 769

116 208

Attivi fil-proċess li jinbnew

6 502 732

3 518 267

–4 452 077

5 568 922

5 568 922

Total

69 709 025

4 155 987

–1 342 437

72 522 575

–34 602 946

37 919 629

“Attivi fil-proċess li jinbnew” huma attivi parzjalment imwettqa jew imwettqa imma li għadhom ma ġewx iffatturati fl-aħħar tas-sena; dan jinkludi proġetti kbar ta’ kostruzzjoni li għadhom qed jiġu proċessati fl-aħħar tas-sena. Meta jiġu aċċettati u l-fattura tkun waslet, l-attivi relatati jiġu klassifikati mill-ġdid taħt l-intestatura korretta.

Attivi fil-proċess li jinbnew jammontaw għal EUR 5 568 922 fil-31 ta’ Diċembru 2010, u jikkorrispondu ma’ kostruzzjonijiet għall-bini K3 li bdew fl-2010. Din is-sena, ix-xogħlijiet tas-saħħa u tas-sigurtà għall-bini K1 (EUR 4 452 077) ġew trasferiti mill-intestatura “Attivi fil-proċess li jinbnew” għall-intestatura “Bini”.

3.3.   Ir-riċevibbli ta' skadenza qasira

(EUR)

 

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Riċevibbli kurrenti prinċipalment minħabba fit-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni nazzjonali mill-persunal

27 286

398 142

Riċevibbli varji prinċipalment minħabba fl-avvanzi tal-pagi u tal-missjonijiet

131 388

367 360

Spejjeż differiti għal kiri ta' bini u kuntratti tal-IT

288 122

197 446

Accruals with EU entities

74 476

0

Riċevibbli mill-entitajiet tal-UE

9 967

2 260

Total

531 239

965 208

3.4.   Il-likwidità u l-ekwivalenti tal-likwidità

(EUR)

 

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Likwidità għall-ispejjeż żgħar

1 000

1 000

Kont kurrenti tal-bank

3 152 174

1 526 466

Kont fiduċjarju

52 114 612

0

Total

55 267 786

1 527 466

Infetaħ kont fiduċjarju fis-27 ta’ Jannar 2010 bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Banque et caisse d'epargne de l'Etat, il-Lussemburgu. Dan il-kont fiduċjarju jippermetti lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġġesti l-baġit mogħti mill-awtorità tal-baġit f'dak li jirrigwarda l-proġett tal-bini K3 (ara l-punt 5.3).

Il-kont fiduċjarju jintuża mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biss taħt ċertu kundizzjonijiet żvelati fil-kuntratt mal-Banque et caisse d'epargne de l'Etat, il-Lussemburgu.

Il-benefiċjarju esklussiv tal-pagamenti li saru minn dan il-kont fiduċjarju huwa l-kont bankarju operazzjonali tal-konsorzju li jaġixxi bħala l-maniġer tal-proġett. Dan il-kont operazzjonali jintuża esklussivament mill-maniġer tal-proġett biex iħallas il-fatturi tal-kumpaniji tal-kostruzzjoni. It-trasferiment tal-bidu lill-kont fiduċjarju kien ta’ EUR 52 107 202,11 u ġew irċevuti EUR 7 410,25 f'imgħax.

3.5.   Il-benefiċċji tal-impjegati

Il-passiv tal-obbligi ta’ pagamenti ta’ pensjoni futuri huwa maħdum nett mit-taxxi li se jiġu rkuprati fuq il-pagamenti tal-pensjoni futuri (ara wkoll 2.4.).

(EUR)

 

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Ammont gross

65 315 919

68 741 798

Rata tat-taxxa (%)

18,37

17,57

Taxxi

11 998 534

12 077 934

Ammont nett mit-taxxi

53 317 385

56 663 864

Varjazzjoni tal-passiv tal-pensjonijiet netti

–3 346 479

4 130 466

Il-pjan tal-pensjoni ddedikat għall-membri huwa pjan ta’ benefiċċji stabbiliti. Il-benefiċċji stabbiliti f'dan il-kuntest huma:

Allowance tranżitorju (imħallas fl-aħħar tal-mandat għal tliet snin),

Pensjoni ta’ dawk li jirtiraw,

Pensjoni u allowance tal-invalidità,

Pensjoni tas-superstiti (imħallsa wara mewtet il-Membru kemm jekk din isseħħ waqt jew qabel ma dan jirtira).

Il-kategoriji tal-benefiċjarji, li għalihom irid jiġi kkalkolat il-passiv, huma:

il-membri attivi,

il-membri mhux attivi b'allowance tranżitorju,

il-membri mhux attivi wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni (pensjoni diferita),

il-membri li rtiraw,

dawk b'diżabbiltà permanenti,

dawk b'diżabbiltà temporanja,

il-konjuġi superstiti,

l-orfni.

Il-kalkolu tal-passiv isir mill-Eurostat b'assistenza ta’ espert indipendenti u kwalifikat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija u tad-definizzjoni tas-suppożizzjonijiet attwarji korrispondenti.

Il-valutazzjoni tal-passiv tal-pensjoni jeħtieġ it-tħaddim ta’ varjabbli relatati ma’ aspetti ekonomiċi u demografiċi. Valuri li huma milquta minn dawn il-varjabbli jistgħu jkunu bbażati fuq informazzjoni miġbura, stmata, jew anke stabbilita arbitrarjament.

Fost is-suppożizzjonjiet attwarji prinċipali kien hemm ir-rata stmata tal-iskont nominali, 4,4 % f'Diċembru 2010, l-inflazzjoni mistennija fuq terminu ta’ żmien twil, 1,9 % f'Diċembru 2010 u ż-żieda ġenerali fis-salarji, 0 % f'Diċembru 2010. Il-valuri milquta f'Diċembru 2009 għall-istess varjabbli kienu 4,1 %, 2,3 % u 0 % rispettivament.

Il-varjazzjoni tal-passiv gross tal-pensjoni matul l-2010 hija attribwibbli l-aktar għal bidla fir-rata vera ta’ skont (2,5 % f'Diċembru 2010 u 1,8 % f'Diċembru 2009), l-evoluzzjoni tista' tiġi spjegata kif ġej:

(EUR)

 

2010

2009

Passiv tal-Pensjonijiet grossi at the beginning of the financial year

 

68 741 798

 

63 730 921

Bidla fil-passiv minħabba l-impjegati l-ġodda

 

1 225 850

 

0

Bidla fil-passiv marbuta mal-karatteristiċi tal-popolazzjoni kostanti

 

1 001 771

 

3 958 178

L-ispiża tas-servizz tal-popolazzjoni “kostanti”

4 369 423

 

5 614 685

 

L-ispiża tal-interess tal-popolazzjoni “kostanti”

2 923 684

 

2 510 704

 

Pensjoni mħallsa matul is-sena

–3 520 106

 

–2 977 454

 

Qligħ u telf attwarju mill-esperjenza

–2 771 230

 

–1 189 757

 

Qligħ u telf attwarju mill-bidliet fuq is-suppożizzjonijiet

 

–5 653 500

 

1 052 699

Rata ta' mgħax

–5 653 500

 

3 295 980

 

Tabella tal-ħajja

0

 

0

 

Tkabbir ġenerali tas-salarji

0

 

–2 243 281

 

Bidliet oħrajn fuq is-suppożizzjonijiet attwarji

0

 

0

 

Qligħ u telf attwarju mill-bidliet fuq il-metodoloġija u bidliet oħrajn

 

0

 

0

Passiv tal-Pensjonijiet grossi fi tmiem is-sena finanzjarja

 

65 315 919

 

68 741 798

“Spiża tas-servizz” tirrifletti l-valur attwali tad-drittijiet addizzjonali tal-pensjoni, miksuba mill-membri attivi u li għandhom x'jaqsmu mas-servizz matul is-sena.

“Spiża tal-imgħax” hija minħabba ż-żieda fl-età tal-membri li għadhom ma rtirawx; il-membri huma akbar fl-età u d-dewmien bejn id-data tal-istima l-ġdida u d-data li fiha ħa jirċievu l-benefiċċji futuri jitnaqqas b'sena.

“Pensjoni mħallsa matul is-sena” għandha x'taqsam mal-pagamenti matul is-sena u hija dettaljata fit-taqsima 4.10.

“Qligħ u telf attwarji” jirriżultaw minn differenzi bejn dak li kien mistenni mis-suppożizzjoni għas-sena ta’ wara u dak li verament ġara matul is-sena. Iċ-ċaqliq qawwi tar-rata vera ta’ skont (=ir-rata ta’ skont nominali ta’ 4,4 % li minnha titnaqqas l-inflazzjoni mistennija ta’ 1,9 % ta’ skadenza twila) jirriżulta f'passiv aktar baxx tal-pensjoni gross fl-2010 (EUR 68 741 798 fl-2009 meta mqabbel ma’ EUR 65 315 919 fl-2010).

3.6.   Passivi oħrajn ta’ skadenza twila

L-ammont ta’ EUR 175 000 huwa dovut b'mod kuntrattwali fi tmiem il-kiri tal-bini K9.

3.7.   Provvedimenti għal riskji u spejjeż

Wara l-appell b'suċċess tal-Kummissjoni Ewropea kontra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar remunerazzjonijiet tal-persunal, il-provvediment ta’ EUR 650 000 fil-31 ta’ Diċembru 2009 ntuża għall-iżborż fl-2010 li rriżulta bħala konsegwenza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.8.   Il-kontijiet pagabbbli

(EUR)

 

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Pagabbli kurrenti

784 111

548 543

Pagabbli oħrajn marbuta mal-paga u mal-persunal

469 459

425 994

Spejjeż dovuti - istituzzjonijiet mhux tal-UE

5 484 673

4 161 463

Spejjeż dovuti - istituzzjonijiet tal-UE

888 211

874 060

Kontijiet pagabbli kontra entitajiet konsolidati tal-UE prinċipalment lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament

34 104

18 648

Total

7 660 558

6 028 708

4.    Noti dwar il-kont tar-riżultat ekonomiku

4.1.

“Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil istituzzjonijiet oħrajn”: l-ammont jikkorrispondi għas-sejħiet ta’ kull xahar għal fondi magħmula mill-Qorti lill-Kummissjoni biex timla l-kont bankarju tagħha mill-ġdid. Ġie trasferit ammont ta’ EUR 55 619 892 fl-2010 għall-kostruzzjoni tal-bini K3.

4.2.

“Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi”: fil-parti l-kbira, din l-intestatura hija magħmula minn tnaqqis mis-salarji tal-membri u tal-persunal f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa u mal-kontribuzzjonijiet soċjali.

4.3.

“Dħul operazzjonali ieħor” ġej, fost l-oħrajn, minn qligħ minħabba r-rata tal-kambju.

4.4.

Ġie ġġenerat dħul minn tranżazzjonijiet ta’ kambju u dawk mhux ta’ kambju kif ġej:

(EUR)

 

2010

Dħul minn tranżazzjonijiet ta' kambju

22 440

Dħul minn tranżazzjonijiet mhux ta' kambju

183 177 641

Total tad-dħul

183 200 081

4.5.

“Spejjeż tal-persunal” jinkludu s-salarji tal-membri, tal-persunal statutorju, tal-aġenti kuntrattwali u tal-persunal temporanju. L-allowances tranżitorji għal membri preċedenti u t-taxxi relatati mal-pensjonijiet tal-membri u l-allowances tranżitorji huma parti wkoll mill-partita “Ċaqliq fil-pensjoni” (ara 4.10)

4.6.

L-“ispejjeż marbuta mal-attivi fissi” huma magħmula mid-deprezzament/amortizzament tal-attivi tanġibbli u mhux tanġibbli.

4.7.

Il-partiti l-aktar sinifikanti tal-“ispejjeż amministrattivi oħrajn” kienu:

kiri tal-bini u spejjeż relatati,

IT u telekomunikazzjonijiet,

spejjeż ta’ missjonijiet,

servizzi ta’ tindif u ta’ sigurtà.

4.8.

“Dħul finanzjarju” jikkonsisti f'imgħax tal-bank miksub fuq il-kontijiet kurrenti tal-Qorti.

4.9.

“Spejjeż finanzjarji” huma spejjeż bankarji intaxxati fuq il-kont kurrenti tal-Qorti.

4.10.

Il-partita “Ċaqliq fil-pensjonijiet” tinkludi l-ispejjeż kollha marbuta mal-pensjonijiet tal-Membri tal-Qorti. Din tkopri l-pensjonijiet u l-allowances tranżitorji mħallsa matul is-sena kif ukoll l-aġġustament tal-aħħar tas-sena tal-passiv għall-pagamenti tal-pensjoni futuri kollha.

(EUR)

 

2010

2009

Varjazzjoni tal-passiv tal-pensjoni netta tal-membri

–3 346 479

4 130 466

Pensjoni tal-ħajja mħallsa

2 146 438

2 020 586

Pensjoni tas-superstiti mħallsa

380 799

356 249

Allowances tranżitorji mħallsa

920 878

542 642

Pensjonijiet ta' invalidità imħallsa

71 991

57 977

Subtotal tal-Pensjonijiet imħallsa matul is-sena

3 520 106

2 977 454

koeffiċjent ta’ korrezzjoni

153 662

165 722

Taxxi mnaqqsa mill-pagamenti

– 675 022

– 552 256

Total tal-moviment fil-pensjonijiet

– 347 733

6 721 386

5.    Ammonti li ma ġewx imdaħħla fil-karta tal-bilanċ

5.1.   Attivi kontinġenti

(EUR)

 

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Aġenzija tal-ivvjaġġar

50 000

100 000

Rinnovament tal-bini K1

545 951

545 951

Maniġment tal-proġett tal-bini K3

3 424 120

578 000

Kiri tal-karozzi

60 000

75 000

Kumpanija tal-assigurazzjoni

1 361

Telekomunikazzjoni

20 000

20 000

Total

4 100 071

1 320 312

5.2.   Impenji għall-finanzjament futur

(EUR)

 

il-31 ta' Diċembru 2010

il-31 ta' Diċembru 2009

Kirja operazzjonali għal Bini

7 840 772

11 683 829

Kirja operazzjonali għal materjal tal-IT, karozzi u tagħmir ieħor

884 379

1 001 910

Subtotal

8 725 151

12 685 739

Impenji kontra approprijazzjonijiet li għadhom ma ġewx ikkunsmati – RAL (“Restant à liquider”) -, wara tnaqqis ta' dovuti għall-2010

11 439 075

56 918 665

Total

20 164 226

69 604 404

Ir-RAL huwa element ta’ kontabilità baġitarja li jirrappreżenta l-valur ta’ impenji pendenti. Din hija d-differenza bejn l-impenji li ttieħdet responsabbiltà għalihom u l-pagamenti, li hija minħabba fl-intervall taż-żmien bejn meta tittieħed responsabbiltà għal impenn u l-proċediment għall-pagament relatat.

It-tnaqqis tar-RAL meta mqabbla mas-sena l-oħra hija minħabba l-ammont użat fil-kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-K3.

5.3.   Il-proġetti tal-bini tal-Qorti

Il-Qorti okkupat il-bini tal-kwartieri ġenerali tagħha (il-bini “K1”) fl-1988 u xtratu u l-art li huwa sitwat fuqha għal kollox fl-1990. Fl-1999, il-Qorti ffirmat ftehim qafas mal-Istat tal-Lussemburgu li permezz tiegħu hija ngħatat id-dritt li tuża t-tieni pakkett ta’ art għal 49 sena (li jiġġedded darba) għall-bini ta’ estensjoni (il-bini “K2”) għal pagament ta’ euro. Iżda, għat-tieni estensjoni, il-bini “K3”, minħabba arranġamenti differenti biex jitwettaq il-proġett kien hemm bżonn li l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti jikkonkludu ftehim qafas ġdid fit-22 ta’ Frar 2008.

Rigward iż-żewġ biċċiet ta’ art relattivi għaż-żewġ estensjonijiet (“K2” u “K3”) imsemmija hawn fuq, l-Istat biegħ dawn lill-Qorti għal euro wieħed simboliku. Min-naħa tagħha, jekk il-Qorti qatt tikkunsidra li ċċedi bini jew ieħor lil parti terza li ma tkunx korp jew istituzzjoni Komunitarja, il-Qorti trodd lura l-art lis-sjieda tal-Istat għal euro simboliku, u dan tal-aħħar ikollu wkoll l-alternattiva li jixtri l-bini bi prezz li jkun determinat minn espert indipendenti. F'każ li l-Istat jiddeċiedi li ma jużax din l-alternattiva, huwa jagħti dritt għall-użu tal-art lix-xerrejja tal-bini.

Fil-Lussemburgu, l-użu ta’ bini għal uffiċċji huwa awtorizzat għal perjodu ta’ 15-il sena, u mbagħad irid jiġi modernizzat sabiex jikkonforma mill-ġdid mal-istandards kurrenti tas-saħħa, tas-sigurtà u tal-ambjent. Dawn ix-xogħlijiet meħtieġa tas-saħħa u tas-sigurtà twettqu fuq il-bini K1. Ix-xogħol tlesta, l-aċċettazzjoni formali u finali ġiet ikkonfermata fl-2010. Il-bini K2 daħal fis-servizz f'Novembru 2003 u għalhekk għandu awtorizzazzjoni (“autorisation d'exploitation”) valida sal-2018.

Ix-xogħlijiet għall-kostruzzjoni tal-bini K3 bdew f'Marzu 2010. It-tieni parti ta’ finanzjament ta’ EUR 11-il miljun (l-ewwel parti fl-2009 ammontat għal EUR 55 miljun) ġiet inkluża fil-baġit tal-2010. Tħallas ammont ta’ EUR 1 361 544 fl-2010 u d-differenza ta’ EUR 9 638 456 hija inkluża fir-“Restant à liquider” (ara l-punt 5.2.). Din id-differenza tkopri kuntratti mal-kumpaniji tal-kostruzzjoni, iffirmati fl-2010 jew li għandhom jiġu ffirmati fl-2011. Fil-15 ta’ Ġunju 2009, wara sejħa għall-offerti miftuħa, il-Qorti ffirmat kuntratt ta’ servizz ma’ konsorzju biex ikun il-maniġer tal-proġett għall-kostruzzjoni tal-bini K3. Fost affarijiet oħra hija r-responsabbiltà tal-maniġer tal-proġett li jakkwista u jiffirma kuntratti mal-kumpaniji tal-kostruzzjoni f'isem il-Qorti, biex jimmonitorja l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u jiċċekkja l-fatturi relevanti qabel il-pagament. Ladarba l-fatturi jiġu vverifikati u awtorizzati għal pagament mis-servizzi responsabbli tal-Qorti, hija r-responsabbiltà tal-maniġer tal-proġett li jħallas lill-kumpaniji tal-kostruzzjoni. Fi ħdan il-kuntest t'hawn fuq, il-maniġer tal-proġett jidħol f'impenji finanzjarji mal-kumpaniji tal-kostruzzjoni. Biex jinħoloq kontrobilanċ, il-kuntratt bejn il-Qorti u l-maniġer tal-proġett jeħtieġ li l-Qorti jkollha fondi suffiċjenti, fi ħdan il-limiti ta’ x'hemm disponibbli fil-baġit, biex jiġu koperti r-responsabbiltajiet tal-maniġer tal-proġett lejn il-kumpaniji tal-kostruzzjoni. Biex dan jiġi żgurat, il-Qorti ffirmat kuntratt fiduċjarju ma’ bank lokali u għalhekk għandha l-fondi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha mill-awtorità baġitarja. L-interess finanzjarju tal-Unjoni fl-istess ħin jitħares bl-użu tal-kuntratt fiduċjarju.

5.4.   Ir-responsabbiltà potenzjali għal litigazzjonijiet

L-ebda waħda.

L-Informazzjoni dwar il-baġit għas-sena finanzjarja 2010

A.   Il-kalkolu tar-riżultat tal-baġit

Ir-riżultat tal-baġit tas-sena jiġi kkalkolat abbażi taċ-ċifri tal-implimentazzjoni tal-baġit. Il-baġit 2010 ġie approvat/awtorizzat fis-17 ta’ Diċembru 2009. Ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja għas-sena finanzjarja 2010 ġie ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 134 tal-4 ta’ Mejju 2011.

(EUR)

Pagamenti fuq approprijazzjonijiet tas-sena

– 121 673 823

Pagamenti fuq approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

–60 368 584

Pagamenti fuq approprijazzjoni relatata ma' dħul immarkat

– 320 649

Ordnijiet ta' rkupru tas-sena, imsarrfa matul is-sena

18 927 934

Ordnijiet ta' rkupru mis-snin ta' qabel, imsarrfa matul is-sena

140 989

Aġġustament fuq l-ordnijiet ta' rkupru mis-snin ta' qabel

– 288 038

Approprijazzjonijiet tal-pagament miġjuba 'l quddiem għas-sena li jmiss

–16 665 339

Approprijazzjoni miġjuba 'l quddiem mis-snin ta' qabel

61 197 589

Aġġustament relatat mad-dħul immarkat li nġab 'il quddiem

472 601

Riżultat tal-baġit

– 118 577 320

Ma kien hemm ebda suppliment jew tnaqqis bejn il-baġit oriġinali u dak finali.

B.   Ir-rikonċiljazzjoni tar-riżultat ekonomiku mar-riżultat tal-baġit

(EUR)

Il-kont tar-riżultat ekonomiku tas-sena

57 113 695

Aġġustament għal partiti inklużi fir-riżultat ekonomiku imma mhux fir-riżultat tal-baġit

– 155 962 435

Differenza bejn id-dovuti fl-aħħar tas-sena ta' qabel u fl-aħħar tas-sena kurrenti

374 703

Fondi rċevuti mill-Kummissjoni

– 164 602 734

Differenza f'fatturi mhux imħallsa fl-aħħar tas-sena

958 325

Deprezzament ta' attivi fissi mhux tanġibbli u tanġibbli

3 005 731

Differenza fil-proviżjonijiet

–3 996 479

Differenza fit-tnaqqis tal-valur

0

Ordnijiet ta' rkupru mis-sena kurrenti, li għadhom ma ġewx imsarrfa

–4 837

Pagamenti fuq approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem

60 368 584

Oħrajn

–52 081 747

Differenzi tar-rati tal-kambju

16 019

Aġġustamenti għal oġġetti inklużi fir-riżultat tal-baġit imma mhux fir-riżultat ekonomiku

–19 728 580

Akkwisti tal-attivi (imħallsa matul is-sena)

–4 448 946

Ordnijiet ta' rkupru mis-snin ta' qabel, imsarrfa matul is-sena

140 989

Approprijazzjonijiet tal-pagamenti miġjuba 'l quddiem għas-sena li jmiss

–16 665 339

Kanċellazzjoni ta' approprijazzjonijiet tal-pagament mhux użati miġjuba 'l quddiem mis-sena ta' qabel

829 005

Aġġustament relatat mad-dħul immarkat li tressaq 'il quddiem

472 602

Pagamenti għall-pensjonijiet (dawn huma pagamenti baġitarji imma bbukkjati kontra l-proviżjonijiet)

0

Oħrajn

–56 891

Riżultat tal-baġit

– 118 577 320

Ir-rapport ta' assigurazzjoni indipendenti

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aħna eżaminajna li r-riżorsi finanzjarji assenjati mill-Kummissjoni Ewropea lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn 'il quddiem il-“Qorti”) intużaw għall-għanijiet li għalihom kienu intenzjonati u li l-proċeduri ta’ kontroll li ġew stabbiliti mill-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni jagħtu l-garanziji meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli għar-riżorsi finanzjarji disponibbli u użati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Iż-żamma ta’ kotba u reġistri u t-twaqqif u ż-żamma ta’ kontrolli xierqa huma r-responsabbiltà tal-Maniġment tal-Qorti. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nesprimu l-opinjoni tagħna abbażi tal-eżami tagħna.

Aħna wettaqna l-eżami tagħna skont l-Istandard Internazzjonali dwar Ingaġġi tal-Assigurazzjoni “Assurance Engagements other than Audits or Reviews of Historical Financial Information” (Ingaġġi tal-Assigurazzjoni li ma jinkludux Verifiki jew Reviżjonijiet ta’ Informazzjoni Finanzjarja Storika) (ISAE 3000) hekk kif adottat mill-“Commission de surveillance du secteur financier”. Dan l-istandard jeħtieġ li aħna nippjanaw u nwettqu l-eżami tagħna b'tali mod li l-użu ħażin tar-riżorsi li jolqot il-kotba tal-Qorti b'mod materjali jinstab b'assigurazzjoni raġonevoli. Xogħolna kien jikkonsisti primarjament f'li neżaminaw fuq bażi ta’ testijiet u ta’ kampjuni, evidenza li ssostni l-fatt illi:

Ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ntużaw għall-għanijiet li kienu intenzjonati għalihom;

Il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Il-kriterji użati għall-eżami tagħna huma r-regoli u r-regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali (minn hawn 'il quddiem il-“Baġit”) tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju, 2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem ir- “Regoli ta’ Implimentazzjoni”);

Id-Deċiżjoni Nru 36/2007 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-Baġit tagħha adottati fit-12 ta’ Lulju, u fid-19 ta’ Lulju 2007. Dawn id-dispożizzjonijiet jagħmlu parti mill-proċeduri stabbiliti mit-Trattati, jew ftehimiet magħmulin b'riżultat ta’ dan, li għandhom x'jaqsmu mal-proċess operazzjonali marbut mal-implimentazzjoni tal-Baġit.

b'mod partikolari, ir-Regoli Interni li ġejjin intużaw bħala kriterji:

L-Artikolu 7 — Firem — “Kull parti involuta fl-abbozzar, il-kontroll u r-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet biex ikun stabbilit u rkuprat dħul jew biex ammonti jkunu impenjati u jitwettqu pagamenti għandhom jiffirmaw u jiddataw l-involviment tagħhom.”

L-Artikolu 9 — Proġetti ta’ Bini — “Qabel ma l-Qorti tagħti l-approvazzjoni tagħha għal kwalunkwe intrapriża kuntrattwali dwar tali proġett, is-servizz responsabbli għandu jippreżenta dokument ta’ spjegazzjoni li jiġġustifika l-kompatibilità tal-proġett mal-qafas finanzjarju.”

L-Artikolu 16 — It-twettiq tal-pagamenti — “L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq l-ordnijiet ta’ pagament definiti fl-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju wara li huwa jkun iċċekkja d-dettalji mandatorji deskritti fl-Artikolu 103(1) u fl-Artikolu 104 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.”

L-Artikolu 23.1 — Trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet — “Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet għandhom ikunu mmirati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu; il-kapitoli se jerġgħu jiġu subdiviżi f'artikoli u f'partiti.”

L-Artikolu 23.2 — Trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet — “It-talbiet kollha għat-trasferimenti għandhom jispjegaw għaliex l-approprjazzjonijiet huma insuffiċjenti. It-talbiet għat-trasferimenti għandhom ikunu ffirmati mid-direttur responsabbli.”

L-Artikolu 24 — Approprjazzjonijiet li jinġiebu 'l quddiem — “L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jipprepara lista li turi l-bilanċ ta’ impenji disponibbli; dan il-bilanċ, għandu jkun aġġustat fil-kontijiet baġitarji billi jittieħdu inkonsiderazzjoni l-approprjazzjonijiet li għandhom jiġu annullati, u għandu juri l-approprijazzjonijiet li għandhom jinġiebu 'l quddiem.”

L-Artikolu 26 — Inventarji tal-proprjetà — “L-inventarju ta’ attivi tanġibbli għandu jinżamm f'database.”

L-Artikolu 27 — Proċeduri ta’ maniġment u ta’ kontroll intern minimi — “Il-proċeduri tal-ġestjoni u tal-kontroll intern jitħejjew mill-uffiċjali li jawtorizzaw skont l-istandards ta’ kontroll intern minimi adottati mill-Qorti. Kull operazzjoni tal-baġit hija ttrattata (…) mill-persuna responsabbli għall-verifikazzjoni ex-ante. (…) Jekk il-persuna responsabbli mill-verifikazzjoni ex-ante tistabbilixxi li l-operazzjoni msemmija tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 47(3) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, hija tivvalidaha u tiddokumenta din il-validazzjoni.”

Aħna nemmnu li l-eżami tagħna jagħti bażi raġonevoli għall-opinjoni tagħna.

Abbażi ta’ xogħolna deskritt f'dan ir-rapport, xejn ma ġibed l-attenzjoni tagħna li jġiegħlna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u abbażi tal-kriterji deskritti hawn fuq:

(a)

ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-għanijiet li kienu intenzjonati għalihom;

(b)

il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Ir-rapport tagħna qiegħed biss għall-għan imsemmi fl-ewwel paragrafu u għall-informazzjoni tiegħek, u m'għandux jintuża għal xi għan ieħor jew biex jitqassam lil xi partijiet oħra, ħlief għall-iskop ta’ pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2011.

PricewaterhouseCoopers SARL

Réviseur d'entreprises

Irrappreżentat minn

Marianne WEYDERT