ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.258.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
2 ta' Settembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 258/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Awwissu 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (BĊE/2011/11)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 258/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6196 – Lenovo/Medion) ( 1 )

2

2011/C 258/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 258/04

Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-ROM sal-2020 – Konklużjonijiet tal-Kunsill

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 258/05

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 1,50 % fl-1 ta’ Settembru 2011 – Rata tal-kambju tal-euro

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 258/06

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 258/07

Avviż għall-attenzjoni ta' Mati ur-Rehman, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Awwissu 2011

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal

(BĊE/2011/11)

2011/C 258/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de Portugal intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2011.

(3)

Il-Banco de Portugal għażel lil PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2011 sa 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2011 sa 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Awwissu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6196 – Lenovo/Medion)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 258/02

Fis-26 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6196. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 258/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.7.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.30596 (N 101/10)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Dresden, Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Globalfoundries Gruppe (Fab Booster Investment und Fab 1 Annex), Dresden

Il-bażi legali

„Investitionszulagengesetz 2007“ (XR 7/07); „Investitionszulagengesetz 2010“ (X 167/08); „36. Rahmenplan der Gemeinschaftsaufgabe — Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“ (XR 31/07)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali

L-estimi

Baġit globali: EUR 211 miljun

L-intensità

11 %

It-tul ta' żmien

31.12.2010-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Il-kompjuter u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sächsisches Staatministerium für Wirtschafft und Arbeit

Wilhelm-Buck Straße 2

01097 Dresden

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.7.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31690 (N 438/10)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Sachsen-Anhalt

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

IB Sachsen-Anhalt/Darlehensprogramm „Sachsen-Anhalt WACHSTUM“ für bestehende Unternehmen

Il-bażi legali

Haushaltsordnung des Landes Sachsen-Anhalt, Verwaltungsvorschriften

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

Baġit globali: EUR 40 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitionsbank Sachsen-Anhalt

Domplatz 12

39104 Magdeburg

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.2.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32092 (N 339/10)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Nachrangdarlehen für KMU mit Rating

Il-bażi legali

Haushaltsordnung des Freistaates Sachsen; Verwaltungsvorschriften des Sächsischen Staatsministeriums der Finanzen zur Sächsischen Haushaltsordnung; Operationelles Programm des Europäischen Fonds für regionale Entwicklung im Freistaat Sachsen für die EU-Strukturfondsperiode 2007-2013; Gesetze zur Errichtung der Sächsischen Aufbaubank — Förderbank; Gesetze zur Errichtung von Fonds zur Förderung im Freistaat Sachsen; Koordinierungsrahmen der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“; Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Wirtschaft, Arbeit und Verkehr zur Förderung der gewerblichen Wirtschaft einschließlich der Tourismuswirtschaft im Rahmen der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impriżi ta' daqs żgħir u medju

Il-forma tal-għajnuna

Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

Baġit globali: EUR 100 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Sächsisches Aufbaubank

Pirnaische Straße 9

01069 Dresden

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.5.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32203 (11/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Breitband Egenhofen

Il-bażi legali

1.

Breitbandrichtlinie des Freistaats Bayern;

2.

Artikel 23, 44 der Bayerischen Haushaltsordnung;

3.

Bayerische Gemeindeordnung (Art. 61ff.)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 623,238 miljun

 

Baġit globali: EUR 623,238 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regierung von Oberbayern

Maximilianstraße 39

80538 München

DEUTSCHLAND

Gemeinde Egenhofen

Unterschweinbach

Hauptstr. 37

82281 Egenhofen

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/6


Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni (1) tar-ROM (2) sal-2020

Konklużjonijiet tal-Kunsill

2011/C 258/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JFAKKAR:

1.

li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità umana, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni minn minoranzi, kif jirriżulta mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

2.

il-fatt li l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza hija impenn espliċitu tal-Unjoni Ewropea kif imniżżel, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

li l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'mod speċifiku jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex jieħu azzjoni adatta għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini tar-razza jew l-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; il-Kunsill eżerċita dawn is-setgħat meta adotta d-Direttiva 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità;

4.

fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew (Diċembru 2007 (3) u ta' Ġunju 2008 (4)); fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Inklużjoni tar-Rom (Diċembru 2008 (5)); il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Inklużjoni tar-Rom u l-Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Rom annessi magħhom (Ġunju 2009 (6)); fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Avvanzar tal-Inklużjoni tar-Rom (Ġunju 2010 (7)); fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li jadottaw l-Istrateġija Ewropa 2020 (Ġunju 2010) (8) u fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (Frar 2011) (9);

5.

fir-Riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar is-Sitwazzjoni tan-nisa Rom fl-Unjoni Ewropea (Ġunju 2006); dwar is-Sitwazzjoni soċjali tar-Rom u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE (Marzu 2009); dwar is-Sitwazzjoni tan-nies Rom fl-Ewropa (Settembru 2010); u dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Rom (Marzu 2011);

6.

fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Rom fl-Ewropa (10), u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha “Ir-Rom fl-Ewropa: L-Implimentazzjoni tal-Istrumenti u l-Linji ta' Politika tal-Unjoni Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom – Rapport ta' Progress” (11);

7.

fis-Summits Ewropej dwar ir-Rom li saru fi Brussell fis-16 ta' Settembru 2008 u f'Córdoba fit-8 ta' April 2010;

8.

fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Rom fl-Ewropa (Diċembru 2010);

9.

fir-Regolament (UE) Nru 437/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 rigward il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-interventi għall-akkomodazzjoni favur komunitajiet emarġinati (12);

JENFASIZZA LI:

10.

minkejja sforzi fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali biex tiġi avvanzata l-inklużjoni tar-Rom, ħafna Rom għadhom jiffaċċjaw faqar kbir, esklużjoni soċjali profonda, ostakoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, u diskriminazzjoni, li ħafna drabi tfisser aċċess limitat għal edukazzjoni, impjiegi u servizzi ta' kwalità, livelli ta' dħul baxx, kondizzjonijiet ta' akkomodazzjoni soċjali ta' standard baxx, problemi ta' saħħa u aspettattiva ta' għomor iqsar. Din is-sitwazzjoni ma taffettwax biss lir-Rom, iżda għandha wkoll prezz ekonomiku għas-soċjetà b'mod ġenerali, inkluż permezz tal-ħela ta' kapital uman u t-telf fil-produttività;

11.

id-daqs u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-popolazzjoni Rom huma differenti f'kull Stat Membru; għaldaqstant l-approċċi nazzjonali għall-inklużjoni tar-Rom għandhom jitfasslu skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi fil-post, inkluż permezz tal-adozzjoni jew tat-tkomplija tas-segwitu ta' linji ta' politika li jindirizzaw lill-gruppi emarġinati u żvantaġġati, bħar-Rom, f'kuntest usa';

12.

l-involviment attiv u l-parteċipazzjoni tar-Rom stess huwa essenzjali għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta' għejxien tagħhom u għall-avvanzar tal-inklużjoni tagħhom;

13.

il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari permezz tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni, f'konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri, hija essenzjali biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-komunitajiet emarġinati inkluż ir-Rom;

14.

it-titjib tas-sitwazzjoni tar-Rom mhix biss prijorità soċjali urġenti, iżda tista' wkoll issaħħaħ it-tkabbir ekonomiku fil-perijodu twil; linji ta' politika għall-inklużjoni ta' suċċess ser jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Istati Membri biex jiksbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, partikolarment il-miri ewlenin fl-oqsma tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali;

15.

l-Istati Membri għandhom il-kompetenza primarja għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-linji ta' politika li għandhom l-għan li javvanzaw l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom, u l-azzjoni meħuda fil-livell tal-UE għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti u tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom huwa wkoll preokkupazzjoni u interess komuni tal-Istati Membri u tal-UE, u l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE ġġib valur miżjud sinifikattiv, ittejjeb il-kompetittività, il-produttività u t-tkabbir ekonomiku, kif ukoll il-koeżjoni soċjali;

16.

l-aspetti soċjoekonomiċi, u l-aspetti territorjali fejn rilevanti, għandhom iservu bħala l-bażi prinċipali għat-tfassil ta' linji ta' politika għall-inklużjoni tar-Rom f'oqsma ewlenin bħall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni u l-kura tas-saħħa, f'konformità mal-Prinċipju Bażiku Komuni tal-“immirar espliċitu iżda mhux esklussiv” (13) u f'konformità mal-perspettiva tad-drittijiet tal-bniedem. Jistgħu jittieħdu wkoll miżuri speċifiċi bi prevenzjoni jew kumpens għall-iżvantaġġi marbuta mal-oriġini etnika;

17.

għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-interessi u d-diffikultajiet tan-nisa u l-bniet Rom, li jiffaċċjaw ir-riskju ta' diskriminazzjoni multipla, u għalhekk jeħtieġ tiġi applikata perspettiva tal-ġeneru fil-linji ta' politika u l-azzjonijiet kollha għall-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom;

18.

hemm ħtieġa urġenti li tintemm it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; b'kont meħud ta' dan, jeħtieġ li s-sitwazzjoni tat-tfal Rom tittejjeb mill-aktar età bikrija possibbli sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom. L-edukazzjoni u t-taħriġ, b'attenzjoni speċjali għall-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll il-kooperazzjoni mill-qrib mal-familji għandhom rwol kruċjali fit-twettiq ta' dan;

JILQA':

19.

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 (14), li tistieden lill-Istati Membri biex jadottaw jew jiżviluppaw ulterjorment approċċ komprensiv fir-rigward tal-inklużjoni tar-Rom, u tinkoraġġihom jistabbilixxu għanijiet nazzjonali li jistgħu jinkisbu fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni, kif ukoll biex jistabbilixxu mekkaniżmu ta' monitoraġġ u jrendu l-fondi eżistenti tal-UE aktar aċċessibbli għall-proġetti għall-inklużjoni tar-Rom, f'konformità mad-daqs u s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-popolazzjoni Rom li tgħix fit-territorji tagħhom u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI:

20.

biex itejbu s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tar-Rom billi jfittxu li jkollhom approċċ integrattiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni u l-kura tas-saħħa, b'kont meħud, fejn ikun il-każ, tal-Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Rom, kif ukoll billi jiżguraw aċċess ugwali għal servizzi ta' kwalità, u biex japplikaw approċċ integrat għal dawn il-linji ta' politika u jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi u r-riżorsi disponibbli;

21.

biex jistabbilixxu jew ikomplu jaħdmu favur l-għanijiet tagħhom, f'konformità mal-linji ta' politika tal-Istati Membri, fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni bil-ħsieb li jitneħħew il-lakuni bejn il-komunitajiet emarġinati tar-Rom u l-popolazzjoni ġenerali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess indaqs fil-prattika. L-għanijiet jistgħu jiffokaw fuq l-oqsma ta' prijorità li ġejjin, b'attenzjoni partikolari għad-dimensjoni dwar il-ġeneru:

(a)

aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità, inklużi l-edukazzjoni u l-kura fit-tfulija bikrija, kif ukoll l-edukazzjoni primarja, sekondarja u superjuri, b'referenza partikolari għat-tneħħija tas-segregazzjoni possibbli fl-iskejjel, il-prevenzjoni ta' tluq kmieni mill-iskola u l-iżgurar ta' tranżizzjonijiet b'suċċess mill-iskola għall-impjieg;

(b)

aċċess għall-impjiegi, b'referenza partikolari għall-aċċess nondiskriminatorju għas-suq tax-xogħol, kif ukoll linji ta' politika tas-suq tax-xogħol attivi, programmi tas-suq tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali għall-adulti, u appoġġ għal min jaħdem għal rasu;

(c)

aċċess għall-kura tas-saħħa, b'referenza partikolari għall-kura tas-saħħa ta' kwalità inkluża l-kura tas-saħħa preventiva u l-edukazzjoni fis-saħħa; u

(d)

aċċess għall-akkomodazzjoni, b'referenza partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali u l-ħtieġa tal-promozzjoni tad-desegregazzjoni tal-akkomodazzjoni u b'użu sħiħ tal-finanzjament li reċentement sar disponibbli fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (15);

22.

biex iħejju, jaġġornaw jew jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-inklużjoni tar-Rom, jew settijiet integrati ta' miżuri ta' politika fil-linji ta' politika tagħhom ta' inklużjoni soċjali usa', għat-titjib tas-sitwazzjoni tar-Rom, sa tmiem l-2011, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, kif ukoll biex iqisu l-ħtieġa li javvanzaw l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020;

23.

biex jimmonitorjaw u jevalwaw b'mod adatt l-impatt tal-istrateġiji ta' inklużjoni tar-Rom jew is-settijiet integrati ta' miżuri msemmijin fil-paragrafu 22;

24.

biex jiżguraw, fejn ikun il-każ, li l-fondi disponibbli tal-UE jintużaw f'konformità mal-linji ta' politika nazzjonali, reġjonali u lokali għall-inklużjoni tar-Rom;

25.

biex jidentifikaw u jimplimentaw miżuri meħtieġa għat-titjib tal-aċċess għall-fondi tal-UE u jiżguraw l-użu effettiv tagħhom għall-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom, inkluż, pereżempju, il-modifika tal-programmi operattivi, użu akbar tal-assistenza teknika u t-titjib tal-prevedibbiltà tal-finanzjament billi jżidu t-tul ta' żmien tal-proġetti u jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi;

26.

biex jippromwovu d-desegregazzjoni fil-linji ta' politika kollha u biex jevitaw li jipproduċu s-segregazzjoni, sabiex din il-problema tingħeleb għaż-żmien fit-tul;

27.

biex jaħtru Punt ta' Kuntatt Nazzjonali jew jużaw korp li jeżisti diġà sabiex jiżguraw monitoraġġ effettiv tal-inklużjoni tar-Rom, strateġiji jew settijiet integrati ta' miżuri msemmijin fil-paragrafu 22 u biex irawmu l-iskambju tal-aħjar prattiki u diskussjonijiet dwar approċċi bbażati fuq l-evidenza fil-qasam tal-linji ta' politika dwar l-inklużjoni tar-Rom;

28.

biex jippromwovu l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili Rom u tal-partijiet interessati l-oħrajn kollha, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali, f'linji ta' politika għall-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI:

29.

biex tkompli l-ħidma tat-Task Force dwar ir-Rom, sabiex l-inklużjoni tar-Rom tiġi integrata fil-linji ta' politika tal-UE u jiġi vvalutat ir-rwol tal-fondi tal-UE fl-isforzi biex javvanzaw l-inklużjoni tar-Rom, kemm fl-UE kif ukoll fil-kuntest tal-politika dwar it-tkabbir, biex b'hekk trawwem ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u tikkontribwixxi għad-diskussjonijiet dwar il-futur tal-istrumenti finanzjarji tal-UE u l-użu aktar effettiv tagħhom;

30.

biex twettaq monitoraġġ rigoruż tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE li hija strument qawwi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika;

31.

biex tivvaluta kif adatt is-suċċess tal-linji ta' politika tal-Istati Membri dwar l-inklużjoni tar-Rom f'konformità mal-approċċi rispettivi tagħhom, u fil-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni eżistenti bħall-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI U L-ISTATI MEMBRI, f'kooperazzjoni mill-qrib, u f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom:

32.

biex jikkunsidraw l-integrazzjoni tal-ġlieda kontra s-segregazzjoni u l-faqar estrem, kif ukoll il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs għall-komunitajiet emarġinati, inkluż ir-Rom, fl-oqsma ta' politika rilevanti kollha, inkluż fil-kuntest tal-fondi tal-UE, u abbażi ta' kriterji ċari u verifikabbli;

33.

biex jiżguraw li fil-ġejjieni d-diversi fondi disponibbli tal-UE jaħdmu flimkien b'mod aktar integrat u flessibbli, billi jipprovdu qafas adatt għal azzjonijiet integrati u għat-tul għall-avvanz tal-integrazzjoni tar-Rom;

34.

biex itejbu l-implimentazzjoni u jsaħħu l-effettività tal-fondi tal-UE użati favur gruppi emarġinati u żvantaġġati inklużi r-Rom, speċjalment permezz tal-valutazzjoni tar-riżultati;

35.

fejn ikun il-każ, biex jidentifikaw il-fatturi soċjoekonomiċi prinċipali li jikkaratterizzaw il-konċentrazzjoni territorjali ta' gruppi emarġinati u żvantaġġati inklużi r-Rom sabiex dawn it-territorji jitqiegħdu fuq mappa, u jużaw linji ta' politika rilevanti bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni;

36.

biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati rilevanti sabiex jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku dwar linji ta' politika bbażati fuq l-evidenza u metodi ta' suċċess, inkluż bl-estensjoni tan-netwerks u t-titjib tal-inizjattivi eżistenti bħan-Netwerk tar-Rom tal-UE u l-avvenimenti ta' livell għoli organizzati mill-Kummissjoni;

37.

biex isaħħu r-rwol tal-Pjattaforma Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom, biex b'hekk jiġu intensifikati l-iskambju tal-aħjar prattiki u d-diskussjonijiet dwar il-linji ta' politika nazzjonali bejn l-Istati Membri u l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili; biex isaħħu r-rwol tal-Kummissjoni fit-tħejjija u t-t-tmexxija tal-Pjattaforma kif ukoll biex jiżguraw il-kontinwità tagħha; u biex jiżguraw li r-riżultati tagħha jintużaw fl-iżviluppi tal-politika kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali;

38.

biex jagħmlu użu mill-esperjenza ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa (16) u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa kif ukoll ta' inizjattivi internazzjonali bħad-Deċennju tal-Inklużjoni tar-Rom 2005-2015;

39.

biex javvanzaw l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom billi jiġu ggarantiti d-drittijiet legali tagħhom speċjalment dawk tal-vittmi Rom tat-traffikar tal-bnedmin, billi jintensifikaw il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin bl-użu sħiħ tal-istrumenti disponibbli fil-livell tal-UE, inkluża d-Direttiva 2011/36/UE adottata reċentement (17);

40.

biex irawmu bidliet pożittivi fl-attitudnijiet lejn ir-Rom billi jtejbu l-kuxjenza pubblika dwar il-kultura u l-identità tar-Rom u jiġġieldu kontra l-isterjotipi, il-ksenofobija u r-razziżmu;

41.

biex jippromwovu l-għoti ta' setgħa, l-involviment attiv u l-parteċipazzjoni neċessarja tar-Rom infushom fil-livelli kollha tal-iżvilupp tal-politika, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta' miżuri, inkluż billi titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, kif ukoll biex jikkonsolidaw il-kapaċità tal-NGOs tar-Rom u jinkoraġġixxu l-involviment aħjar tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet interessati l-oħrajn kollha.


(1)  Għall-finijiet tal-konklużjonijiet attwali tal-Kunsill, kemm “integrazzjoni” kif ukoll “inklużjoni” jirreferu għal miżuri biex tittejjeb is-sitwazzjoni tar-Rom li jgħixu fit-territorji tal-Istati Membri.

(2)  It-terminu “Rom” jintuża f'konformità mad-definizzjoni li tinsab fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (8727/11, nota 1 f'qiegħ il-paġna).

(3)  16616/1/07 REV 1.

(4)  11018/1/08 REV 1.

(5)  15976/1/08 REV 1.

(6)  10394/09 + COR 1.

(7)  10058/10 + COR 1.

(8)  EUCO 13/1/10 REV 1.

(9)  6738/11.

(10)  8439/10.

(11)  8439/10 ADD 1.

(12)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 1.

(13)  Prinċipju Bażiku Komuni 2.

(14)  8727/11.

(15)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 12.

(16)  Ara, b'mod partikolari, “the Strasbourg Declaration on Rom”: https://wcd.coe.int/wcd/ViewDoc.jsp?id=1691607&Site=CM

(17)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/10


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

1,50 % fl-1 ta’ Settembru 2011

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Settembru 2011

2011/C 258/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4285

JPY

Yen Ġappuniż

110,08

DKK

Krona Daniża

7,4500

GBP

Lira Sterlina

0,88120

SEK

Krona Żvediża

9,0960

CHF

Frank Żvizzeru

1,1417

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6850

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,154

HUF

Forint Ungeriż

273,11

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,1442

RON

Leu Rumen

4,2330

TRY

Lira Turka

2,4584

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3349

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3954

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1209

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6793

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7208

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 519,31

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0219

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1138

HRK

Kuna Kroata

7,4845

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 160,70

MYR

Ringgit Malażjan

4,2384

PHP

Peso Filippin

60,503

RUB

Rouble Russu

41,4130

THB

Baht Tajlandiż

42,826

BRL

Real Brażiljan

2,2895

MXN

Peso Messikan

17,6351

INR

Rupi Indjan

65,8360


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/11


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

2011/C 258/06

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba għandha tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data tal-iskadenza (3)

Ċertu qamħ ħelu maqlugħ miz-zokk, ippreparat jew ippreservat

It-Tajlandja

Dazju tal-antidumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14) kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/2009 (ĠU L 246, 18.9.2009, p. 1)

21.6.2012


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl, dakinhar imniżżel f'din il-kolonna.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/12


Avviż għall-attenzjoni ta' Mati ur-Rehman, li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2011

2011/C 258/07

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista magħmula skont UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

l-Al Qaida,

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida, kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru mill-Al-Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivattiv tagħha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kwalunkwe wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal kwalunkwe wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' kwalunkwe wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fit-22 ta’ Awwissu 2011 li jżid lil Mati ur-Rehman fil-lista rilevanti. Huwa jista' meta jrid iressaq talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, sabiex id-deċiżjoni biex jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija aktar ‧il fuq terġa‧ tiġi kkunsidrata. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

In-Nazzjonijiet Uniti – Uffiċċju tal-Ombudsperson

Kamra TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 2129632671

Fax +1 2129631300 / 3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni żur http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru No 876/2011 (2), li jemenda l-Anness I ta' mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (3) li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ta' restrizzjoni diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida. L-emenda, magħmula b'konformità mal-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Mati ur-Rehman mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartienu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà ta' jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli finanzjament u riżorsi ekonomiċi lil kwalunkwe mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprovdi għal proċess ta' reviżjoni fejn osservazzjonijiet fuq bażi ta' reġistrazzjoni jiġu sottomessi minn dawk li qegħdin fil-lista. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 876/2011 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

“Miżuri Restrittivi”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

L-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jisfidaw Regolament (UE) Nru 876/2011 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 227, 2.9.2011, p. 11.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).