ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2011.257.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 257A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
1 ta' Settembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 257A/01

Post tax-xogħol vakanti għal Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (Grad AD 14) — COM/2011/10316

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

19

(PL)

24

 

35

(DE/EN/FR)

37

(PL/RO)

60

 

68

 

76

(DE/EN/FR)

82

 

91

 

98

 

114

(DA)

121

(DA)

122

 

135

 

140

(BG/ET/HU/MT/PL/SL/SV)

142

 

146

 

147

(EN/IT/MT/SV)

155

(EN/ES/ET/FR/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

156

 

157

 

162

 

169

(EN)

177

(DE/EN/FR)

180

(BG/RO)

181

(DA)

183

(SL)

185

 

193

(BG/RO)

198

(CS/HU/LT/MT/PL/SK)

206

(CS/ES/LV/MT/SV)

208

(DE/EN/FR)

221

 

222

(BG/RO)

223

 

229

 

257

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 257/1


Post tax-xogħol vakanti għal Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (Grad AD 14)

COM/2011/10316

(2011/C 257 A/01)

Min aħna

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) ġiet stabbilita fl-2002 bil-għan li tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta' sigurtà marittima, sikurezza marittima, prevenzjoni tat-tniġġiż u reazzjoni għat-tniġġiż mill-vapuri fl-Unjoni Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1). Il-Kummissjoni pproponiet modifika għar-regolament fl-2010, li attwalment qed tiġi diskussa mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill (1). L-Aġenzija hi meħtieġa tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b'assistenza teknika u xjentifika u b'livell għoli ta' kompetenza, sabiex tgħinhom japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE kif xieraq fil-qasam tas-sigurtà marittima, sikurezza marittima kif ukoll tal-prevenzjoni u r-reazzjoni għat-tniġġiż ikkawżat mill-vapuri, timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha u tevalwa l-effettività tal-miżuri fis-seħħ. Hija wkoll meħtieġa li, meta tiġi mitluba, tagħti sostenn lill-mekkaniżmi tal-Istati Membri ta' reazzjoni għat-tniġġiż.

L-EMSA hija bbażata f'Lisbona fil-Portugall. Fl-2011, l-Aġenzija kellha baġit totali ta' EUR 56 miljun u madwar 250 persunal.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta dan is-sit li ġej: http://www.emsa.europa.eu

X'qed nipproponu

Id-Direttur Eżekuttiv hu r-rappreżentant legali u l-immaġini pubblika tal-Aġenzija u għandu jwieġeb lill-Bord ta' Amministrazzjoni.

Id-Direttur Eżekuttiv se jmexxi u jimmaniġġa l-Aġenzija u jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-operazzjonijiet tagħha, u jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenzija.

Ir-responsabbiltajiet speċifiċi tad-Direttur Eżekuttiv jinkludu:

Il-kisba tal-għanijiet tal-Aġenzija u tal-istrateġija multiannwali stabbilita mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija,

L-iżvilupp u ż-żamma ta' koperazzjoni effettiva u effiċjenti mas-servizzi kompetetnti tal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, pajjiżi terzi relevanti u partijiet involuti, kif xieraq, skont il-kompiti tal-Aġenzija,

Il-koperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar it-trasport marittimu,

Ir-rispons għall kwalunkwe talba għal assistenza mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Istati Membri skont il-kompiti tal-Aġenzija,

It-tħejjija tal-programm ta' ħidma annwali u tal-pjanijiet ddettaljati għall-attivitajiet ta' preparazzjoni u ta' reazzjoni tal-Aġenzija kontra t-tniġġiż u t-teħid tal-passi neċessarji għall-implimentazzjoni tagħhom, f'koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea,

It-tħejjija u t-twettiq tal-baġit tal-Aġenzija f'koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea,

It-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-ativitajiet tal-Aġenzija,

It-twettiq tal-ġestjoni ta' kuljum tal-Aġenzija. Ir-reklutaġġ u l-evalwazzjoni tal-persunal tal-Aġenzija, f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, waqt li jitrawwem spirtu tajjeb ta' tim u ambjent tax-xogħol pożitiv,

Il-komunikazzjoni diretta u indiretta mal-pubbliku dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-missjoni tal-Aġenzija.

Qegħdin infittxu (kriterji għall-għażla)

Tingħata preferenza lill-kandidati li jkollhom:

a)   Għarfien tekniku:

Fehim tajjeb tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ta' kif joperaw u jinteraġixxu;

Għarfien tal-politika Ewropea dwar it-trasport marittimu, il-leġiżlazzjoni u s-sigurtà marittima;

Esperjenza ċċertifikata fil-politiki tat-trasport, inkluż esperjenza fil-qasam tas-sigurtà marittima; l-esperjenza miksuba f'amministrazzjoni pubblika nazzjonali, Ewropea jew internazzjonali tkun ikkunsidrata bħala vantaġġ.

b)   Kompetenzi ta' ġestjoni:

Reputazzjoni ppruvata fil-ġestjoni ta' timijiet kbar f'livell għoli ta' ġestjoni; l-esperjenza miksuba f'ambjent multikulturali tiġi kkunsidrata bħala vantaġġ;

Għarfien, esperjenza kif ukoll reputazzjoni fl-ippjanar baġitarju u l-ġestjoni finanzjarja;

Kapaċità li tinżamm relazzjoni mill-qrib mal-Istituzzjonijiet tal-UE u mal-awtoritajiet kompetetnti tal-Istati Membri.

c)   Ħiliet ta' komunikazzjoni:

Kapaċità u esperjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u fil-koperazzjoni mal-partijiet involuti, u

Għarfien tajjeb tal-Ingliż miktub u mitkellem huwa meħtieġ.

L-applikanti għandhom (kriterji ta' eliġibbiltà)

Il-kandidati se jkunu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla fuq il-bażi tal-kriterji formali li ġejjin li għandhom ikunu sodisfatti sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Nazzjonalità: ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ċittadini minn pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea;

Lawrea universitarja jew diploma:

ikollhom livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji li tlestew, iċċertifikati b'diploma, fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar,

jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma, iċċertifikat b'diploma u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena meta l-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta' esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali ta' wara l-lawrija meħtieġa hawn taħt);

Esperjenza professjonali: ikollhom minn tal-inqas 15-il sena esperjenza professjonali wara l-istudji universitarji f'livell li jagħtu aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq;

Esperjenza ta' ġestjoni: ikollhom minn tal-inqas 5 snin esperjenza professjonali miksuba f'funzjonijiet ta' ġestjoni f'livell għoli (2);

Lingwi: ikollhom għarfien tajjeb ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni (3) u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra minn dawn il-lingwi uffiċjali sa fejn hu meħtieġ għall-qadi ta' dmirijiethom;

Limitu tal-età: ikunu jistgħu jlestu l-mandat sħiħ ta' ħames snin qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar. Għal persunal temporanju tal-Unjoni Ewropea, l-età tal-irtirar hija ddefinita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq il-65 sena.

Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi

Id-Direttur Eżekuttiv se jiġi mitlub jagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li se jaġixxi b'mod indipendenti fl-interess pubbliku u dikjarazzjoni oħra fir-rigward ta' interessi li jistgħu jkunu meqjusa ta' preġudizzju għall-indipendenza tiegħu/tagħha. Il-kandidati għandhom jikkonfermaw ir-rieda tagħhom f'dan ir-rigward fl-applikazzjoni tagħhom.

Għażla u ħatra

Se jitwaqqaf bord tal-ewwel għażla għall-proċess ta' għażla, li fih se jipparteċipa rappreżentant tal-Bord Amministrattiv tal-EMSA bħala osservatur. Dan il-bord ser jistieden lill-kandidati li għandhom l-aħjar profil għal dan il-post speċifiku għal intervista, magħżula fuq il-bażi tal-merti tagħhom relevanti għall-pożizzjoni skont il-kriterji stipulati hawn fuq. Huwa mbagħad se jipproponi lista ta' kandidati għal intervisti ulterjuri mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet tal-Kummissjoni Ewropea (KKĦ). Kandidati li jiġu msejħa għal intervista mal-KKĦ jipparteċipaw f'ċentru ta' evalwazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni għar-reklutaġġ. Il-kandidati, li jkunu ntgħażlu b'mod preliminari mill-KKĦ imbagħad jiġu intervistati mill-Kummissarju rilevanti.

Wara dawn l-intervisti, il-Kummissjoni tadotta lista qasira tal-kandidati li huma l-iktar adattati, li tiġi kkomunikata lill-Bord Amministrattiv tal-EMSA. Dan tal-aħħar jista' jintervista' lill-kandidati fuq il-lista l-qasira. Huwa jinnomina lid-Direttur. L-inklużjoni fil-lista l-qasira tal-Kummissjoni mhix garanzija tal-ħatra.

Il-kandidati jistgħu jintalbu jagħmlu iktar intervisti u/jew eżamijiet addizzjonali għal dawk indikati hawn fuq.

Qabel il-ħatra, l-applikant innominat jista' jkun mistieden jagħmel dikjarazzjoni dwar il-viżjoni tiegħu/tagħha għall-aġenzija quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb xi mistoqsijiet li jsiru mill-Membri tal-Parlament Ewropew.

Opportunitajiet indaqs

L-EMSA tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u ta' nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal (4).

Kundizzjonijiet tal-impjieg

Id-Direttur Eżekuttiv se jinħatar fil-grad AD 14, skont l-Artikoli 2(a) u 10 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, għal perjodu ta' ħames snin. Skont ir-Regolament tal-EMSA, il-mandat tiegħu/tagħha jista' jiġġedded darba biss.

Il-post tal-impjieg huwa Lisbona, fejn hi bbażata l-Aġenzija.

Proċedura tal-applikazzjoni

Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom jippreżentaw:

1.

ittra ta' motivazzjoni; kif ukoll

2.

curriculum vitae (CV) li preferibbilment għandu jkun imfassal bil-format tas-CV Ewropew (5). Huwa essenzjali li s-CV jirreferi għall-ħtiġijiet tal-impjieg kif elenkat fl-avviż tal-post vakanti preżenti u jispjega kif, fl-opinjoni tal-kandidat, hu għandu kull ħila u kompetenza imsemmija fiha.

L-applikazzjoni ma tiġix aċċettata jekk il-faxxikolu ma jkunx komplut.

Dokumenti ta' prova (pereżempju kopji ċċertifikati ta' lawrji/diplomi, referenzi, prova ta' esperjenza, eċċ) ma għandhomx jintbagħtu f'dan l-istadju imma għandhom jintbagħtu fi stadju aktar tard tal-proċedura jekk jintalbu.

Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-komunikazzjoni kollha mal-kandidati marbuta ma' din il-pożizzjoni ser issir bl-Ingliż.

L-applikazzjonijiet, preferibbilment bl-Ingliż, għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

MOVE-AVIS-DE-VACANCE-EMSA@ec.europa.eu

L-applikanti li ma jistgħux jibagħtu l-applikazzjoni taghħom bil-posta elettronika jistgħu jibagħtuha bil-posta rreġistrata jew permezz ta' servizz ta' kurrier espress lil:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport

COM/2011/10316 — Post Vakanti ta' Direttur Eżekuttiv EMSA

Unità MOVE SRD.2

Uffiċċju: DEMOT 28/101

Rue de la Loi 200

B-1049 Bruxelles

Il-Belġju

Persuna ta' kuntatt jekk informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa:

J. P. Ferreira

Deputat Kap tal-Unità għar-Riżorsi Umani

DĠ MOVE

Il-Kummissjoni Ewropea

Tel. +32 22969570

E-mail: Joao.Ferreira@ec.europa.eu

A. Boschen

Amministratur Prinċipali, Unità tal-Politika tat-Trasport Marittimu

DĠ MOVE

Il-Kummissjoni Ewropea

Tel. +32 22969654

E-mail: Andreas.Boschen@ec.europa.eu

Data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu jew bil-posta elettronika jew bil-posta rreġistrata sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2011 (id-data tal-posta elettronika jew id-data tat-timbru postali għall-posta rreġistrata).

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu permezz tas-servizz ta' kurrier espress għandhom jaslu qabel il-17.00 (ħin ta' Brussell) fid-data tal-għeluq imsemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ttawwal id-data tal-għeluq ta' din is-sejħa biex jintela' dan il-post vakanti permezz ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.

Informazzjoni importanti għall-kandidati

L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tad-diversi kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Il-kandidati huma pprojbiti milli jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri tagħhom jew milli jitolbu lil xi ħaddieħor jagħmel dan.

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-Kummissjoni (matul il-perjodu ta' preparazzjoni) u iżjed tard l-EMSA jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati tkun ipproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Kommunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (6).


(1)  COM (2010) 611 ippubblikata fit-28 ta' Ottubru 2010.

(2)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-ħames snin x'tip ta' esperjenza ta' amministrazzjoni f'livell għoli ġiet miksuba: (1)it-titolu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta' persunal li kienu jimmaniġġjaw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits immaniġġjati, (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u (5) in-numru ta' persunal tal-istess livell.

(3)  http://ec.europa.eu/education/languages/languages-of-europe/index_mt.htm?cs_mid=187

(4)  ĠU L 124, 27.4.2004, p.1; http://ec.europa.eu/civil_service/docs/toc100_en.pdf

(5)  Is-CV Ewropew jista' jitniżżel mill-websajt http://europass.cedefop.europa.eu/htm/index.htm; fir-rigward tal-istruttura u l-kontenut tas-CV, jekk jogħġbok ara wkoll in-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.