ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.243.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 243

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
20 ta' Awwissu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 243/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV) ( 1 )

1

2011/C 243/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6239 – ONEX/JELD-WEN) ( 1 )

1

2011/C 243/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6207 – GESTAMP/TKMF) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 243/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2011/C 243/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu2011 dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2013għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

4

2011/C 243/06

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu 2011 li jadotta programm ta' ħidmagħall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Unjoni dwar alternattivigħall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer

5

2011/C 243/07

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Awwissu2011 li tistabbilixxi l-Bord taż-Żona Ewropea għar-Riċerka ul-Innovazzjoni

12

 

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

2011/C 243/08

Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin ul-Politika ta' Sigurtà tad-19 ta' Lulju 2011dwar ir-regoli li jirrigwardaw l-Aċċess għad-dokumenti

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 243/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6317 – BNP Paribas/Fortis Luxembourg-Vie) – Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

2011/C 243/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6301 – Eurazeo/Moncler) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2011/C 243/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6185 – Flabeg/Schott/SBPS/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 243/01)

Fis-16 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6287. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6239 – ONEX/JELD-WEN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 243/02)

Fis-17 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6239. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6207 – GESTAMP/TKMF)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 243/03)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6207. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Awwissu 2011

(2011/C 243/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4385

JPY

Yen Ġappuniż

110,00

DKK

Krona Daniża

7,4487

GBP

Lira Sterlina

0,86965

SEK

Krona Żvediża

9,2204

CHF

Frank Żvizzeru

1,1340

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8575

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,475

HUF

Forint Ungeriż

272,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,1724

RON

Leu Rumen

4,2678

TRY

Lira Turka

2,5700

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3783

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4189

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2199

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7404

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7394

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 563,67

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,3284

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2006

HRK

Kuna Kroata

7,4800

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 320,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,2889

PHP

Peso Filippin

61,374

RUB

Rouble Russu

41,9115

THB

Baht Tajlandiż

42,896

BRL

Real Brażiljan

2,2928

MXN

Peso Messikan

17,6173

INR

Rupi Indjan

65,8110


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2011

dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2013 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2011/C 243/05)

JIEM TA' BTALA GĦAS-SENA 2013

l-1 ta’ Jannar

It-Tlieta, l-Ewwel tas-Sena

it-2 ta’ Jannar

L-Erbgħa, l-għada tal-Ewwel tas-Sena

it-28 ta’ Marzu

Ħamis ix-Xirka

id-29 ta’ Marzu

Il-Ġimgħa l-Kbira

l-1 ta’ April

It-Tnejn ta’ wara l-Għid

l-1 ta’ Mejju

L-Erbgħa, Jum il-Ħaddiem

id-9 ta’ Mejju

Il-Ħamis, l-Anniversarju tad-dikjarazzjoni tal-President Schuman fl-1950 + Lapsi

l-10 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa, l-għada ta’ Lapsi

l-20 ta’ Mejju

It-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin

il-15 ta’ Awwissu

Il-Ħamis, Il-Madonna Mtellgħa s-Sema

l-1 ta’ Novembru

Il-Ġimgħa, Il-Qaddisin Kollha

l-24 ta’ Diċembru sal- 31 ta’ Diċembru

It-Tlieta

(6) ijiem ta’ tmiem is-sena

It-Tlieta

TOTAL:

17-il jum

Il-Lussemburgu: l-istess ġranet bħal fi Brussell.

Ix-xogħol jerġa’ jibda b’mod normali mill-Ġimgħa, it-3 ta’ Jannar 2014.

Mingħajr ħsara għall-kalendarju tal-jiem ta’ btala għall-2014, il-Ħamis it-2 ta’ Jannar 2014 se jittieħed bħala jum ta' btala għal dik is-sena.

Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tbiddel id-deċiżjonijiet skont l-esiġenzi tas-servizz.


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li jadotta programm ta' ħidma għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Unjoni dwar alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer

(2011/C 243/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 19, 20, 22 u 23 tagħha,

Billi,

(1)

Ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u Nru 2342/2002 jirrikjedu li l-impenji baġitarji tal-Unjoni jkunu preċeduti minn deċizjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni partikolari involuta.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni lejn miżuri veterinarji speċifiċi, inkluża l-politika ta’ tagħrif għal saħħet l-annimali, il-benessri tal-annimali u s-sigurtà fl-ikel, kif ukoll miżuri tekniċi u xjentifiċi.

(3)

Ir-riħa taċ-ċingjal hija riħa żgradevoli li tista' toħroġ meta laħam minn ħnieżer maskili mhux ikkastrati jissaħħan għat-tisjir. Perċentwali żgħira ta' ħnieżer jakkumulaw konċentrazzjonijiet għolja ta' androstenon, skatol u indol, is-sustanzi responsabbli għar-riħa, f'laħamhom meta jilħqu l-maturità sesswali tagħhom. Filwaqt li mhux il-konsumaturi kollha huma sensittivi għar-riħa taċ-ċingjal, dawk il-konsumaturi li huma hekk jirrifjutaw il-laħam tal-ħanżir u jqisuh li ma jittikilx. Minħabba f'hekk, il-paragrafu 1(p) tal-Kapitolu V tat-Taqsima II, tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4) jistipula li laħam b'riħa sesswali qawwija mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Bħalissa qegħdin jintużaw tliet approċċi differenti biex il-laħam tal-majjal ma jkollux din ir-riħa jiġifieri qtil kmieni, it-tneħħija tat-testikoli (kastrazzjoni kirurġika), jew immunokastrazzjoni (vaċċinazzjoni biex tnaqqas ir-riħa taċ-ċingjal). Il-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer tikkostitwixxi element ta' tħassib għall-benessri tal-annimali. Minħabba f'hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (5) tistipula li l-veterinarji u n-nies imħarrġa biss jistgħu jikkastraw il-ħnieżer u li meta l-ħnieżer ikollhom sebat ijiem jew iżjed iridu jintużaw anestitiku flimkien ma' somministrazzjoni prolongata ta' analġeżiċi.

(5)

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa u l-Benessri tal-Annimali tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li ngħatat fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-aspetti ta' benessri tal-kastrazzjoni tad-driefeġ (6) u li ġiet adottata fit-12 u t-13 ta' Lulju 2004 tissuġġerixxi li kastrazzjoni kirurġika ta' ħanżir ta' kwalunkwe età xorta toħloq uġigħ.

(6)

L-Artikolu 13 tat-Trattat jagħraf li l-annimali huma esseri li jħossu u li għandha tingħata attenzjoni għar-rekwiżiti tal-benessri tagħhom fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni, fost l-oħrajn, tal-politiki tal-Unjoni rigward l-agrikultura u s-suq intern.

(7)

Fid-Dikjarazzjoni Ewropea dwar l-alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer (7) ta' Diċembru 2010, l-atturi ewlenin tas-settur tal-ħnieżer impenjaw ruħhom fuq bażi volontarja biex iwaqqfu l-kastrazzjoni kirurġika ta' rutina għall-ħnieżer maskili sal-1 ta' Jannar 2018 bil-kundizzjoni li tiġi stabbilita sħubija Ewropea dwar il-kastrazzjoni tal-ħnieżer biex jiġu żviluppati l-azzjonijiet meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan.

(8)

L-Unjoni għandha għalhekk tinvesti fi studji dwar alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer. Għalhekk għandu jitnieda programm ta' ħidma li jkun ta' appoġġ għal miżuri tekniċi, xjentifiċi u edukattivi biex jidentifikaw u jintroduċu alternattivi għal kastrazzjoni kirurġika. Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi l-iżvilupp ta' referenza u metodi ta' monitoraġġ biex tiġi individwata r-riħa taċ-ċingjal fil-laħam tal-majjal u studji dwar l-aċċettazzjoni mill-konsumatur ta' laħam u prodotti li jkunu ġejjin minn ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament.

(9)

Ir-riżultat ta' dawk l-istudji jistgħu jirrikjedu wkoll ir-rikonsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni biex jiġi żgurat it-tħaddim sew tas-suq intern. Għandu jiġi identifikat l-impatt ekonomiku tat-tmiem tal-kastrazzjoni kirurġika ta' rutina tal-ħnieżer sal-1 ta' Jannar 2018. Għalhekk huwa xieraq li ssir analiżi komprensiva tal-ispejjeż u l-benefiċċji li l-miżuri rilevanti jista' jkollhom fil-livelli differenti tal-katina ta' produzzjoni tal-laħam tal-ħanżir.

(10)

Għandu jkun hemm websajt interattiva ddedikata sabiex tippromwovi l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-partijiet interessati ewlenin tas-settur tal-ħnieżer dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni għal alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer.

(11)

Iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni – l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza (JRC-IRMM) f'Geel, il-Belġju, għandu l-kompetenza esperta xjentifika u teknika neċessarja għall-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodi ta' referenza tal-analiżi. Għalhekk JRC-IRMM għandu jingħata trasferiment baġitarju tal-Unjoni kopert minn ftehim amministrattiv għall-iżvilupp tal-metodi ta' referenza rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni u l-kejl tal-komposti ewlenin responsabbli għar-riħa taċ-ċingjal.

(12)

Għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, jixraq li t-terminu “bidla sostanzjali” jkun definit fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-programm ta’ ħidma għall-attivitajiet tal-Unjoni dwar l-alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer kif stabbilit fl-Anness (“il-programm ta' ħidma”) huwa adottat.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni massima għall-programm ta' ħidma ġie ffissat għal EUR 1 330 000 li għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja li ġejja tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2011:

linja tal-baġit 17 04 02 01: EUR 1 330 000.

Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll l-imgħax dovut għal ħlas tard.

Artikolu 3

Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet koperti mill-programm ta' ħidma li ma jaqbżux l-10 % tal-kontribuzzjoni massima prevista mill-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jkunux jaffettwaw b'mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-programm ta' ħidma.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Din id-Deċiżjoni tkopri l-ħlas ta' imgħax dovut għal ħlas tard skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 106(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5.

(6)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2004) 91, 1-18.

(7)  http://ec.europa.eu/food/animal/welfare/farm/initiatives_en.htm


ANNESS I

Programm ta' Ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 1

1.1.   Introduzzjoni

Dan il-programm fih miżuri ta' implimentazzjoni għall-azzjonijiet li jinvolvu nfiq tal-Unjoni dwar alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer.

Abbażi tal-għanijiet mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, id-distribuzzjoni tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

Għall-akkwisti (implimentati f’ġestjoni ċċentralizzata diretta) (1.2):

L-użu ta' ftehim amministrattiv maċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza, f'Geel, il-Belġju, għall-iżvilupp ta' metodi ta' referenza rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni u l-kejl tal-komposti ewlenin responsabbli għar-riħa taċ-ċingjal, sa massimu ta' EUR 500 000 (1.2.1).

Sejħa miftuħa għall-offerti għal studju dwar l-aċċettazzjoni mill-konsumatur fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi ta' laħam u prodotti tal-laħam tal-majjal miksuba minn ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament, il-pubblikazzjoni tagħha u t-tixrid ta' tagħrif relatat, sa massimu ta' EUR 250 000 (1.2.2).

Sejħa miftuħa għall-offerti għal studju dwar il-metodi ta' identifikazzjoni bikrija għar-riħa taċ-ċingjal li qed jintużaw jew li qed jiġu żviluppati fl-impjanti tal-qtil fl-Unjoni Ewropea sa massimu ta' EUR 150 000 (1.2.3).

Sejħa mituħa għall-offerti għal studju dwar kif jista' jinkiseb tnaqqis ta' komposti ta' riħa taċ-ċingjal permezz ta' tekniki ta' tgħammir, ta' għalf u ta' ġestjoni, sa massimu ta' EUR 250 000 (1.2.4).

L-użu ta' kuntratt qafas għal analiżi ta' studju u ekonomiku tal-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tmiem tal-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer b'attenzjoni speċjali għall-qsim tal-ispejjeż fil-katina kollha tal-laħam tal-majjal, sa massimu ta' EUR 150 000 (1.2.5).

L-użu ta' kuntratt qafas biex tiġi żviluppata, ospitata u miżmuma websajt iddedikata għall-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer, sa massimu ta' EUR 30 000 (1.2.6).

1.2.   Akkwisti

L-ammont baġitarju globali riżervat għas-sena 2011 għall-kuntratti tal-akkwisti msemmija fil-punt 1.2 jammonta għal EUR 1 330 000.

1.2.1.   L-iżvilupp ta' metodi ta' referenza rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni u l-kejl tal-komposti ewlenin responsabbli għar-riħa taċ-ċingjal

Bażi ġuridika: L-Artikoli 22 u 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

Linja baġitarja: 17 04 02 01

Numru indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti: Ftehim amministrattiv maċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta, l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza (JRC-IRMM), f'Geel, il-Belġju,

Suġġett tal-kuntratti previsti:

L-iżvilupp ta' metodi ta' referenza armonizzati tal-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni u l-kejl tat-tliet komposti ewlenin responsabbli għar-riħa taċ-ċingjal (androstenon, skatol, indol) sabiex jiġi żgurat it-tħaddim sew tas-suq intern tal-laħam tal-majjal miksub minn ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament;

L-iżvilupp ta' tekniki armonizzati għat-teħid ta' kampjuni tal-Unjoni Ewropea u t-tħejjija tal-kampjuni għall-identifikazzjoni tar-riħa taċ-ċingjal;

Il-ħolqien ta' kollegament bejn il-limiti massimi tal-metodi ta' referenza armonizzati tal-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni tal-komposti tar-riħa taċ-ċingjal mal-limiti massimi sensorjali;

It-tqabbil tar-riżultati analitiċi bejn il-laboratorji;

Il-kalibrazzjoni tal-metodi ta' monitoraġġ rapidu għall-identifikazzjoni tar-riħa taċ-ċingjal.

Implimentazzjoni: Ġestjoni diretta ċċentralizzata

Perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċedura tal-akkwist: Settembru 2011

Ammont indikattiv tas-sejħa għall-offerti: EUR 500 000

Kuntratt speċifiku: Mhux applikabbli

1.2.2.   Studju dwar l-aċċettazzjoni fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi għal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam li jkun ġej minn ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament

Bażi ġuridika: L-Artikoli 22 u 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

Linja baġitarja: 17 04 02 01

Numru indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti: Kuntratt ta' servizz wieħed (sejħa miftuħa għall-offerti)

Suġġett tal-kuntratti previsti:

Studju dwar l-aċċettazzjoni mill-konsumatur fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi għal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam li jkun ġej minn ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament

L-identifikazzjoni u l-indirizzar tad-differenzi bejn l-Istati Membri differenti fl-aċċettazzjoni mill-konsumatur tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam miksuba mill-ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament.

L-identifikazzjoni u l-indirizzar tad-differenzi fl-aċċettazzjoni mill-konsumatur tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam miksuba mill-ħnieżer maskili li ma jkunux ikkastrati kirurġikament fil-pajjiżi terzi li l-Unjoni tesporta l-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal lejhom.

Implimentazzjoni: Ġestjoni diretta ċċentralizzata

Perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċedura tal-akkwist: Diċembru 2011

Ammont indikattiv tas-sejħa għall-offerti: EUR 250 000

Kuntratt speċifiku: Mhux applikabbli

1.2.3.   Studju dwar metodi ta' identifikazzjoni rapida tar-riħa taċ-ċingjal użati jew li qed jiġu żviluppati f'biċċeriji fl-Unjoni Ewropea

Bażi ġuridika: L-Artikoli 22 u 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

Linja baġitarja: 17 04 02 01

Numru indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti: Kuntratt ta' servizz wieħed (sejħa miftuħa għall-offerti)

Suġġett tal-kuntratti previsti:

It-twettiq ta' studju dwar metodi ta' identifikazzjoni rapida għar-riħa taċ-ċingjal li qegħdin jintużaw jew jiġu żviluppati fil-biċċeriji tal-majjali fl-Unjoni Ewropea.

It-tqabbil tal-fattibilità, ir-riżultati u l-ispejjeż tal-metodi differenti li qed jintużaw u jiġu żviluppati fil-biċċeriji fl-Unjoni Ewropea.

Implimentazzjoni: Ġestjoni diretta ċċentralizzata

Perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċedura tal-akkwist: Frar 2012

Ammont indikattiv tas-sejħa għall-offerti: EUR 150 000

Kuntratt speċifiku: Mhux applikabbli

1.2.4.   Studju dwar kif jista' jinkiseb tnaqqis tal-komposti tar-riħa taċ-ċingjal permezz ta' tekniki ta' tgħammir, ta' għalf u ta' ġestjoni

Bażi ġuridika: L-Artikoli 22 u 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

Linja baġitarja: 17 04 02 01

Numru indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti: Kuntratt ta' servizz wieħed (sejħa miftuħa għall-offerti).

Suġġett tal-kuntratti previsti:

Studju għall-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta' kif il-komposti tar-riħa taċ-ċingjal jistgħu jitnaqqsu permezz ta' bidliet fit-tekniki ta' tgħammir, ta' għalf u ta' ġestjoni.

Implimentazzjoni: Ġestjoni diretta ċċentralizzata

Perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċedura tal-akkwist: April 2012

Ammont indikattiv tas-sejħa għall-offerti: EUR 250 000

Kuntratt speċifiku: Mhux applikabbli.

1.2.5.   Studju u analiżi ekonomika tal-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tmiem tal-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer

Bażi ġuridika: L-Artikoli 22 u 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

Linja baġitarja: 17 04 02 01

Numru indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti: Kuntratt wieħed ta’ servizz (l-użu tal-kuntratt ta’ qafas eżistenti)

Suġġett tal-kuntratti previsti:

Il-ġbir ta' dejta ekonomika u t-tbassir ekonomiku tal-ispejjeż u l-benefiċċji (ambjentali, f'għalf, f'għadd ta' driefeġ) tat-tmiem tal-kastrazzjoni kirurġika ta' rutina tal-ħnieżer. Dawn għandhom ikopru l-ispejjeż u l-benefiċċji lill-atturi kollha tas-settur mill-produtturi sal-konsumaturi;

L-identifikazzjoni ta' kif dawn l-ispejjeż il-benefiċċji għandhom jinqasmu bejn l-atturi differenti kollha tas-settur.

Implimentazzjoni: Ġestjoni diretta ċċentralizzata

Perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċedura tal-akkwist: Ġunju 2012

Ammont indikattiv tas-sejħa għall-offerti: EUR 150 000

Kuntratt speċifiku: Il-konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku skont il-valutazzjoni tal-kuntratt qafas, stima tal-impatt u servizzi relatati, lott 3, il-Katina Alimentari, numru tal-kuntratt Nru SANCO/2008/01/055.

1.2.6.   L-iżvilupp, l-ospitar u ż-żamma ta' websajt iddedikata għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-partijiet interessati ewlenin tas-settur tal-ħnieżer dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni Ewropea għal alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer

Bażi ġuridika: L-Artikoli 19 u 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

Linja baġitarja: 17 04 02 01

Numru indikattiv u tipi ta’ kuntratti previsti: Kuntratt wieħed ta’ servizz (l-użu tal-kuntratt ta’ qafas eżistenti)

Suġġett tal-kuntratti previsti: L-għanijiet ewlenin tal-websajt iddedikata jkunu:

L-għoti ta' informazzjoni aġġornata onlajn dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-alternattivi għall-kastrazzjoni kirurġika tal-ħnieżer;

L-għoti ta' pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni u taħriġ lill-atturi tal-katina sħiħa tal-laħam tal-majjal.

Il-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet għat-tqassim tar-riżultati tal-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-alternattivi għall-kastrazzjoni tal-ħnieżer.

Implimentazzjoni: Ġestjoni diretta ċċentralizzata

Perjodu ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċedura tal-akkwist: Ottubru 2011

Ammont indikattiv tas-sejħa għall-offerti: EUR 30 000

Kuntratt speċifiku: Konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku skont ir-referenza tal-kuntratt ta' qafas SANCO/2009/A1/005 Lott 1.


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li tistabbilixxi l-Bord taż-Żona Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(2011/0000/)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Billi:

(1)

Sabiex jingħata parir lill-Kummissjoni dwar il-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, filwaqt li jqis l-għanijiet imniżżla fil-Green Paper tal-Kummissjoni msejħa “Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: Perspettivi Ġodda” (1) il-Bord taż-Żona Ewropea għar-Riċerka (ERAB) ġie stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/111/KE, Euratom (2);

(2)

Id-Deċiżjoni 2008/111/KE se tiskadi fid-29 ta' Frar 2012;

(3)

Wara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (3), il-Kunsill ta l-approvazzjoni politika tiegħu dwar l-istrateġija l-ġdida fis-17 ta' Ġunju 2010;

(4)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: l-Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni għall-Innovazzjoni (4) li ġiet addottata mill-Kummissjoni Ewropea fis-6 ta' Ottubru 2010, tgħaqqad flimkien il-politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni f'qafas uniku u hija komponent kritiku għall-istrateġija globali tal-Ewropa 2020 u tikkontribwixxi għat-tliet pilastri tagħha, li huma tkabbir li huwa intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

(5)

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Ewlenija Ewropa Unjoni għall-Innovazzjoni ħabbret li se tespandi r-responsabbiltà tal-ERAB kif stabbilit bid-Deċiżjoni tagħha 2008/111/KE, Euratom, biex tevalwa l-Unjoni għall-Innovazzjoni fuq bażi kontinwa, u tipprovdi rakkomandazzjonijiet fuq il-prijoritajiet u l-azzjonijiet;

(6)

Il-Bord taż-Żona Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (il-Bord) għandu jappoġġa l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tilħaq l-għanijiet speċifikati fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (5) u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/970/Euratom tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011) (6) kif ukoll fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni Ewropea u l-programm Kwadru tal-Euratom;

(7)

Il-President u l-membri tal-Bord għandhom jiġu proposti lill-Kummissjoni minn Kumitat ta' Identifikazzjoni Indipendenti ta' Livell Għoli magħmul minn rappreżentanti min-negozji u mill-akkademja.

(8)

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Bord u biex tiġi żgurata l-kontinwità, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jaħtru membri onorarji fil-Bord abbażi tal-mertu u s-servizzi mogħtija mill-membri li temmew it-term tagħhom.

(9)

Bla ħsara għar-regoli dwar is-sigurtà annessi għar-Regoli tal-Kummissjoni tal-proċedura, għandhom jiġu provduti regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni mill-membri tal-Bord bid-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (7);

(10)

Dejta personali relatata ma' membri tal-Bord għandha tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000“dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data (dejta) personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (dejta)” (8).

(11)

Huwa xieraq li jiġi ffissat perjodu għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Meta jkun il-waqt propizju, il-Kummissjoni se tikkunsidra jkunx għaqli li dan il-perjodu jiġi estiż.

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Bord taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Il-Bord taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Bord”, ġie stabbilit fl-1 ta' Marzu 2012.

Artikolu 2

Kompiti

1.   Il-kompiti tal-Bord għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

Li jagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea dwar Kwistjonijiet dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, li jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar prijoritajiet u azzjonijiet b'mod partikolari dwar kif jiżdied l-impatt tal-innovazzjoni u kif għandha tiġi evalwata l-parti rilevanti tal-Inizjattivi Ewlenin tal-Unjoni għall-Innovazjoni fuq bażi kontinwa.

(b)

Li, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tal-istess Bord, jagħti opinjonijiet dwar l-iżvilupp u l-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka;

(c)

Li jipprovdi rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-Unjoni għall-Innovazzjoni;

(d)

Li jirrifletti fuq xejriet ġodda fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-Unjoni għall-Innovazzjoni.

2.   Il-Bord għandu jiġi mgħarraf regolarment dwar żviluppi u azzjonijiet relevanti.

3.   L-opinjonijiet tal-Bord għandhom jingħataw fil-limitu taż-żmien stipulat mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-Bord dwar kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam mal-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Unjoni għall-Innovazzjoni.

2.   Il-President tal-Bord jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni biex tikkonsulta l-Bord fuq xi kwistjoni speċifika.

Artikolu 4

Kompożizzjoni – Ħatra

1.   Il-Bord għandu jkun iffurmat minn 11-il membru.

2.   Il-President u l-membri tal-Bord għandhom jinħatru mill-Kummissjoni. Is-sett ta' kriterji li jrid jiġi applikat matul il-proċess tal-għażla u tan-nominazzjoni tal-membri tal-Bord huwa dan li ġej:

riċerka prominenti u/jew profil fl-innovazzjoni, inkluż l-esperjenza fl-innovazzjoni mhux teknoloġika;

esperjenza fit-tfassil, fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika ta' riċerka u/jew tal-innovazzjoni;

esperjenza konsultattiva fuq livell Ewropew jew internazzjonali,

bilanċ fost id-dixxiplini tar-riċerka u tat-teknoloġija, inkluż persuni b’esperjenza speċifika universitarja u tal-industrija;

bilanċ ġeografiku, billi jitqiesu l-pajjiżi assoċjati fil-Programmi Kwadru;

bilanċ ta' sess xieraq.

3.   Applikanti meqjusin bħala addattati imma li ma jinħatrux jistgħu jitniżżlu fuq lista ta’ riżerva, li l-Kummissjoni tista’ tuża biex taħtar sostituti.

4.   Il-membri jinħatru mill-Kummissjoni fil-kapaċità personali tagħhom u għandhom jagħtu parir lill-Kummissjoni indipendentement minn kull influwenza esterna.

5.   Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xieraq b'kull kunflitt ta' interessi li jista' jikkomprometti l-imparzjalità tagħhom.

6.   Il-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta' madnat ta' erba' snin u għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jintemm il-mandat tagħhom jew sakemm jiġu sostitwiti skont il-paragrafu 7.

7.   Il-membri jistgħu jinbidlu għall-bqija tal-mandat tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-membru jirriżenja;

(b)

meta l-membru ma jkunx għadu kapaċi aktar li jikkontribwixxi b'mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-Bord;

(c)

meta l-membru ma josservax l-Artikolu 339 tat-TFUE dwar l-iżvelar ta' informazzjoni;

(d)

meta, għall-kuntrarju ta' paragrafu 4, il-membru ma jkunx indipendenti minn kull influwenza esterna;

(e)

meta, kuntrarju għal paragrafu 5, il-membru jonqos milli javża lill-Kummissjoni fi żmien xieraq dwar kunflitt ta’ interessi.

8.   L-ismijiet tal-membri tal-Bord għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u ta' entitajiet simili (“ir-Reġistru”) u fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Membri onorarji

Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jaħtru membri li temmew il-mandati tagħhom fil-Bord bħala membri onorarji mingħajr drittijiet għal-vot. L-istatus ta' membri onorarji huwa daqs dak tal-osservaturi Dawn il-ħatriet isiru abbażi tal-merti u s-servizzi mogħtija. Il-membri onorarji għandhom jinħatru għal mandat ta' mhux iktar minn erba' snin.

Artikolu 6

Operat

1.   Il-Bord għandu jeleġġi żewġ Viċi Presidenti minn fost il-membri b'maġġoranza sempliċi sabiex jifforma b'mod kollettiv mal-President maħtur tal-Uffiċċju tal-Bord.

2.   Il-Bureau għandu jorganizza x-xogħol tal-Bord, kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

3.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, il-Bord jista' jwaqqaf sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi skont it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-Bord. Hekk kif itemmu l-mandat tagħhom, dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti.

4.   Il-Kummissjoni tista’ tistaqsi lil xi esperti jew osservaturi b’kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord jew fid-deliberazzjonijiet jew fil-ħidma ta’ sottogrupp meta, fil-fehma tal-Kummissjoni, dan ikun neċessarju jew utli.

5.   Il-membri tal-Bord, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jimxu mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti mit-Trattati u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (9). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri x-xierqa kollha.

6.   Il-Bord u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skont il-proċeduri u l-iskeda stabbilita mill-Bord. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-segretarjat.

7.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u appoġġ espert meħtieġa għall-ħidma tal-Bord, sabiex dan ikun jista' jopera f'kundizzjonijiet ta' awtonomija u indipendenza. L-appoġġ espert jiġi provdut permezz ta' għotjiet jew akkwist pubbliku previsti fil-programm ta' ħidma rilevanti.

8.   Rappreżentanti mill-Kummissjoni għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord u tas-sottogruppi tiegħu.

9.   Il-Bord għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura fuq il-bażi ta' abbozz imressaq mill-Kummissjoni.

10.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-grupp jew billi tinkludiha fir-Reġistru jew permezz ta' ħolqa mir-Reġistru għal websajt iddedikat.

Artikolu 7

Onorarja u spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-membri tal-Bord għandhom ikunu kkumpensati għall-kompiti li jwettqu permezz ta' onorarju għall-attendenza fil-laqgħat plenarji tal-Bord, li jirrifletti r-responsabbiltajiet tagħhom u li jkun imkejjel ma' dispożizzjonijiet simili f'entitajiet simili u Stati Membri. L-ammont ta' onorarja u regoli ta' implimentazzjoni relatati huwa stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-osservaturi u l-membri onorarji ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

3.   Fir-rigward tal-laqgħat meħtieġa sabiex titwettaq il-ħidma tal-Bord, minbarra fil-każ tal-laqgħat plenarji inklużi dawk previsti fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-ivjaġġar, u fejn xieraq spejjeż għas-sussistenza lill-membri u lill-esperti mistiedna b'rabta mal-attivitajiet tal-Bord skont ir-regoli tal-Kummissjoni dwar il-kumpens lill-esperti esterni.

Artikolu 8

Skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fid-29 ta’ Frar 2016.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007) 161 finali, 4.4.2007.

(2)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 7.

(3)  COM(2010) 2020 finali, 3.3.2010.

(4)  COM(2010) 546 finali, 6.10.2010.

(5)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 400, 30.12.2006, p. 60. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 21.

(7)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura, (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).


ANNESS

Ammont ta' onorarja u ta' regoli ta' implimentazzjoni għall-parteċipazzjoni tal-membri fil-Bord taż-Żona Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-laqgħat plenarji

1.

Il-ħlas tal-onorarja u r-rimborż tal-ispejjeż tal-laqgħat (vjaġġar u spejjeż ta' sussistenza) għall-parteċipazzjoni f'massimu ta' ħames laqgħat plenarji kull sena għandu jiġi implimentat permezz ta' ittra tal-ħatra ad hoc prevista fil-programm ta' ħidma li jimplimenta l-Programm Speċifiku Kapaċitajiet (1) skont il-modalitajiet ta' hawn taħt.

2.

Il-laqgħa plenarja tal-Bord normalment iddum sa massimu ta' ġurnata u nofs.

3.

L-onorarja tal-membri tal-Bord għandhom ikunu ta' EUR 2 000 għall-parteċipazzjoni sħiħa f'seduta plenarja jew EUR 1 000 għall-parteċipazzjoni parzjali.

4.

L-onorarja tal-Viċi-Presidenti tal-Bord għandhom ikunu ta' EUR 3 500 għall-parteċipazzjoni sħiħa f'laqgħa plenarja jew EUR 1 750 għall-parteċipazzjoni parzjali.

5.

L-onorarju tal-membri tal-Bord għandu jkun ta' EUR 5 000 għall-parteċipazzjoni sħiħa f'laqgħa plenarja jew EUR 2 500 għall-parteċipazzjoni parzjali.

6.

Il–ħlas se jkun awtorizzat abbażi ta' lista ta' attendenza vvalidata mill-President tal-Bord u d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jew mid-deputati awtorizzati tagħhom. Il-lista tal-attendenza trid tindika jekk il-parteċipazzjoni ta' kull membru koprietx il-laqgħa kollha (“attendenza sħiħa”) jew mod ieħor (“attendenza parzjali”).


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/974/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: Kapaċitajiet li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivatajiet ta' dimostrazzjoni (2007 sal-2013), ĠU L 400, 30.12.2006, p. 299, kif ikkorreġuta mill-ĠU L 54, 22.2.2007, p. 101.


Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/16


Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

tad-19 ta' Lulju 2011

dwar ir-regoli li jirrigwardaw l-Aċċess għad-dokumenti

(2011/C 243/08)

IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2010/427/UE), b'mod partikulari l-Artikolu 11(1) tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni, jew kwalunkwe persuna naturali jew legali residenti jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru, għandha jkollha dritt ta' aċċess għad-dokumenti tas-SEAE skont il-prinċipji, il-kundizzjonijiet u l-limiti imposti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“ir-Regolament”) u l-proviżjonijiet speċifiċi imposti f'dawn ir-regoli. Dan id-dritt ta' aċċess jikkonċerna dokumenti miżmuma mis-SEAE, jiġifieri, dokumenti mħejjija jew riċevuti minnu u fil-pussess tiegħu.

2.   Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament, kwalunkwe persuna naturali jew legali mhux residenti, jew li m’għandhiex l-uffiċċju rreġistrat f’wieħed mill-Istati Membri, għandha, skont l-istess prinċipji, kundizzjonijiet u limiti, tgawdi mill-istess dritt għal aċċess għad-dokumenti tas-SEAE bl-istess kundizzjonijiet, ħlief għad-dritt li tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew.

Artikolu 2

Kif tiġi ppreżentata applikazzjoni

1.   Applikazzjoni ta' aċċess għal dokument tas-SEAE għandha tintbagħat bil-posta lil Koordinatur tal-Aċċess għad-Dokumenti, CHAR 15/11, Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Rue de la Loi 170, Brussels, 1046, Belgium, bl-email billi timla formola ta’ applikazzjoni minn fuq is-sit tal-internet tas-SEAE, jew b’faks fuq +32 22979893.

2.   Hekk kif l-applikazzjoni tiġi rreġistrata, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta lill-applikant (ħlief jekk l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi risposta fis-sustanza fl-istess perjodu ta’ żmien).

Artikolu 3

Limiti ta’ żmien

1.   Is-SEAE għandu jwieġeb applikazzjonijiet inizjali u konfermatorji fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol mid-data tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni.

2.   Jekk applikazzjoni tkun impreċiża, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament, is-SEAE għandu jistieden lill-applikant biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati d-dokumenti mitluba; il-limitu ta’ żmien għat-tweġiba għandu jibda jgħodd biss miż-żmien meta s-SEAE jkollu din l-informazzjoni.

3.   F’każijiet eċċezzjonali, kif stipulat fl-Artikoli 7(3) jew 8(2) tar-Regolament, il-limiti ta’ żmien jistgħu jiġu estiżi bi ħmistax-il jum tax-xogħol, b'mod partikulari,

(a)

f’każ ta applikazzjonijiet kumplessi jew voluminużi,

(b)

jekk talba titlob konsultazzjoni ta’ delegazzjoni tal-Unjoni, jew

(c)

jekk tkun mitluba konsultazzjoni ma’ terzi persuni.

L-applikant għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe estensjoni ta’ dan it-tip, u dwar ir-raġunijiet tagħha.

Artikolu 4

It-Trattar ta' risposti

1.   Risposti għal applikazzjonijiet inizjali għandhom jiġu trattati mill-Koordinatur tal-Aċċess għad-Dokumenti.

2.   Risposti għal applikazzjonijiet konfermatorji għandhom jiġu deċiżi mill-Uffiċjal Kap Operattiv, fuq il-parir tal-Koordinatur tal-Aċċess għad-Dokumenti.

Artikolu 5

Risposta negattiva

Jekk ir-risposta għal applikazzjoni tkun anki parzjalment negattiva, għandha tistabilixxi r-raġunijiet għar-rifjut abbażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet stipulati fir-Regolament, u tinforma lill-applikant bid-dritt tiegħu li jissottometti applikazzjoni konfermatorja (f’każ ta’ risposta għal applikazzjoni inizjali) jew ir-rimedji l-oħra disponibbli għalih (f’każ ta’ risposta għal applikazzjoni konfermatorja).

Artikolu 6

Dokumenti ta’ terzi persuni miżmuma għand is-SEAE

1.   Meta s-SEAE jirċievi applikazzjoni għal dokument li għandu f'idejh, iżda li joriġina minn parti terza, il-parti terza għandha tiġi kkonsultata sakemm ma jkunx ċar li d-dokument jkun jista', jew ma jkunx jista', jiġi żvelat, fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stipulati fir-Regolament.

2.   L-applikazzjoni għandha tiġi approvata mingħajr ma tiġi kkonsultata l-parti terza jekk id-dokument diġà jkun sar pubbliku mill-awtur tiegħu, jew skont ir-Regolament jew dispożizzjonijiet simili.

3.   Fi kwalunkwe każ, il-parti terza għandha tiġi kkonsultata jekk id-dokument ikun jaqa’ taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament, jew jekk id-dokument ikun joriġina minn Stat Membru u l-Istat Membru jitlob lis-SEAE biex ma jiżvelax id-dokument mingħajr ftehim minn qabel skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament. Talba ta’ dan it-tip mingħand Stat Membru għandha ssir bil-miktub.

4.   Il-parti terza għandha tiġi kkonsultata bil-miktub (inkluż bl-email) u mogħtija limitu ta' żmien raġonevoli biex twieġeb, u għandhom jiġu kkunsidrati l-limiti ta’ żmien imposti fuq is-SEAE biex jirrispondi, kif stipulat fl-Artikolu 3 hawn fuq. Il-parti terza għandha tagħti l-opinjoni tagħha bil-miktub (inkluż bl-email).

5.   Fin-nuqqas ta’ risposta mingħand il-parti terza fi ħdan il-limiti ta' żmien, jew jekk il-parti terza ma tkunx identifikabbli jew ma tkunx tista' tiġi intraċċata, is-SEAE għandu jiddeċiedi fuq l-applikazzjoni fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stipulati fir-Regolament, u għandu jikkunsidra l-interessi leġittimi tat-terzi persuni fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tas-SEAE.

6.   Jekk is-SEAE ikollu l-ħsieb li jagħti aċċess għal dokument kontra x-xewqat il-parti terza, għandu jinforma lill-parti terza dwar l-intenzjoni tiegħu li jiżvela d-dokument fi ħdan il-limiti ta' żmien applikabbli taħt ir-Regolament, u tar-rimedji disponibbli għat-terzi persuni biex jopponu l-iżvelar.

Artikolu 7

Konsultazzjoni tas-SEAE

1.   Talbiet għal konsultazzjoni tas-SEAE mingħand Stat Membru jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-Unjoni li jkunu rċevew applikazzjoni għal dokument fil-pussess tagħhom imma li joriġina mis-SEAE, għandhom jintbagħtu bil-posta lil Koordinatur tal-Aċċess għad-Dokumenti, Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, CHAR 15/11, Rue de la Loi 170, Brussels, 1046, Belgium, bl-email fuq EEAS-ACCESS-TO-DOCUMENTS@eeas.europa.eu jew bil-faks fuq +32 22979893.

2.   Is-SEAE għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fil-pront, meta jiġi kkunsidrat kwalunkwe limitu ta’ żmien applikabbli għar-risposta, u mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol.

Artikolu 8

Dokumenti kklassifikati

1.   Meta applikazzjoni ta' aċċess għal dokument tikkonċerna dokument li jkun jaqa’ taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament jew dokument ieħor ikklassifikat taħt ir-regoli ta' sigurtà tas-SEAE, hija għandha tkun trattata mill-uffiċjali li għandhom is-setgħa li jkunu jafu x'fih id-dokument.

2.   Għandhom jingħataw raġunijiet fuq il-bażi tal-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-aċċess għal parti ta' dokument klassifikat jew għad-dokument kollu kemm hu. Jekk id-dokument mitlub ma jkunx jista jiġi rifjutat fuq il-bażi ta' dawk l-eċċezzjonijiet, l-uffiċjal li jkun qiegħed jittratta l-applikazzjoni għandu jassigura li d-dokument jiġi diklassifikat qabel ma jibagħtu lill-applikant.

Artikolu 9

Modalitajiet għall-aċċess

1.   Dokumenti li jkun se jingħata permess għall-aċċess tagħhom għandhom jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bl-email. Jekk id-dokumenti mitluba huma voluminużi jew diffiċli li jinġarru, l-applikant jista’ jiġi mitlub biex jikkonsultahom fejn huma miżmuma. Din il-konsultazzjoni tkun mingħajr ħlas.

2.   Jekk id-dokument ikun ġie ppubblikat, risposta tista’ tikkonsisti f’referenzi għall-pubblikazzjoni, inkluż l-indirizz tas-sit tal-internet fejn jista’ jinstab.

3.   Jekk il-volum tad-dokument jaqbeż l-20 paġna, l-applikant jista' jiġi mitlub iħallas miżata ta' EUR 0,10 għal kull paġna, flimkien mal-prezz tal-ġarr. Il-ħlasijiet għal midja oħrajn għandhom jiġu deċiżi abbażi tal-każ, iżda m'għandhomx jaqbżu ammont raġonevoli.

Artikolu 10

Reġistru ta’ dokumenti

1.   Is-SEAE għandu jżomm reġistru ta’ dokumenti, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament, aċċessibbli permezz tas-sit tal-internet tas-SEAE.

2.   Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament, dokumenti koperti b’dik id-dispożizzjoni għandhom jitniżżlu fir-reġistru biss bil-kunsens tal-oriġinatur.

Artikolu 11

Effett

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Ir-Rappreżentant Għoli

C. ASHTON


(1)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6317 – BNP Paribas/Fortis Luxembourg-Vie)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 243/09)

1.

Fil-11 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Cardif Lux International SA, ikkontrollata minn BNP Paribas Cardif, li tappartjeni għall-Grupp BNP Paribas SA (kollha fi Franza), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Fortis Luxembourg-Vie SA (il-Lussemburgu), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cardif Lux International SA: prodotti tal-assigurazzjoni għall-ħajja,

Fortis Luxembourg-Vie SA: prodotti tal-assigurazzjoni għall-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6317 – BNP Paribas/Fortis Luxembourg-Vie, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6301 – Eurazeo/Moncler)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 243/10)

1.

Fit-12 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Eurazeo SA (“Eurazeo”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Moncler SpA (“Moncler”, l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Eurazeo: kumpanija ta' investiment attiva f'firxa wiesgħa ta' setturi inkluż il-kiri ta' karrozzi, il-ġestjoni ta' parkeġġi tal-karrozzi, investiment fil-proprjetà immobbli u l-kiri/tindif ta' tessuti,

għall-impriża Moncler: id-diżinjar, il-ħolqien, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta' lbies u aċċessorji ta' livell għoli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6301 – Eurazeo/Moncler, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6185 – Flabeg/Schott/SBPS/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/C 243/11)

1.

Fis-16 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Flabeg Holding GmbH (“Flabeg”, il-Ġermanja), ikkontrollata fl-aħħar mill-aħħar minn IK Invest B.V., Schott Solar CSP GbmH (“Schott”, il-Ġermanja), li jappartjenu għal Carl-Zeiss-Stiftung, u SBP Sonne GmbH (“SBPS”, Germany), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt permezz ta’ xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.(“JV”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Flabeg: ħġieġ speċjali għall-vetturi, applikazzjonijiet tekniċi u għal użu bix-xemx,

għall-impriża Schott: riċevituri għal impjanti tal-enerġija solari kkonċentrata,

għall-impriża SBPS: inġinerija; kif ukoll,

għall-impriża JV: l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta' kunċetti, sistemi u komponenti li jikkonvertu l-konċentrazzjoni ta' dawl ix-xemx fi sħana għal użu f'impjanti tal-enerġija solari kkonċentrata, kif ukoll huma relatati mal-inġinerija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6185 – Flabeg/Schott/SBPS/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).