|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.236.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 236/08 |
||
|
2011/C 236/09 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awwissu 2011 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni u d-dispożizzjonijiet operattivi tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/791/KE ( 1 ) |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2011/C 236/10 |
||
|
2011/C 236/11 |
||
|
2011/C 236/12 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 236/13 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 236/14 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
10.5.2011 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31261 (11/N) |
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|
Reġjun |
Bayern |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Kommunalbürgschaft für städtische Geothermie Unterschleißheim (GTU) AG |
|
Il-bażi legali |
Bayerische Gemeindeordnung (Artikel 71f.) |
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
|
L-għan |
— |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta, Garanzija |
|
L-estimi |
— |
|
L-intensità |
Miżura li mhix għajnuna |
|
It-tul ta' żmien |
— |
|
Setturi ekonomiċi |
Il-provvista ta' dawl, gass u ilma |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Stadt Unterschleißheim |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
13.7.2011 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32573 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
|||||
|
Reġjun |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Short-term export-credit insurance scheme for SMEs |
|||||
|
Il-bażi legali |
Act on Eksport Kredit Fonden: Legislative Order 913 of December 9, 1999 |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
|
L-għan |
Krediti tal-esportazzjoni, l-esportazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Kuntratti ad hoc |
|||||
|
L-estimi |
|
|||||
|
L-intensità |
— |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2012 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
27.6.2011 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32683 (11/N) |
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Reġjun |
Veneto |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Primi interventi urgenti di protezione civile diretti a fronteggiare i danni conseguenti gli eccezionali eventi alluvionali che hanno colpito il territorio della Regione Veneto nei giorni dal 31 ottobre al 2 novembre 2010 |
|
Il-bażi legali |
Progetto di Ordinanza del Commissario Delegato per il superamento dell'emergenza derivante dagli eventi alluvionali che hanno colpito il territorio della Regione Veneto nei giorni dal 3 ottobre al 2 novembre 2010, recante «disposizioni per la concessione alle imprese di aiuti destinati ad ovviare ai danni arrecati dagli eccezionali eventi alluvionali che hanno colpito il territorio regionale nei giorni dal 31 ottobre al 2 novembre 2010»; Ordinanza del Presidente del Consiglio dei Ministri n. 3906, del 13 novembre 2010, «Primi interventi urgenti di protezione civile diretti a fronteggiare i danni conseguenti agli eccezionali eventi alluvionali che hanno colpito il territorio della Regione Veneto nei giorni dal 31 ottobre al 2 novembre 2010»; Ordinanza del Commissario n. 4, del 24 novembre 2010, recante «individuazione dei Comuni danneggiati dagli eccezionali eventi alluvionali che hanno colpito il territorio della Regione Veneto nei giorni dal 31 ottobre al 2 novembre 2010»; Ordinanza del Commissario n. 9, del 17 dicembre 2010, recante «individuazione dei Comuni e delle Provincie destinatarie dei primi acconti per i danni subiti dalle opere pubbliche e dai soggetti privati e imprese a seguito dell'evento che ha colpito il Veneto dal 31 ottobre 2010 al 2 novembre 2010»; Ordinanza del Commissario n. 3, del 21 gennaio 2011, recante «integrazione alle Ordinanze commissariali n. 4, in data 24 novembre 2010 e n. 9 in data 17 dicembre 2010 e fissazione di termini temporali» |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
Kumpens għad-danni kkawżati minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 60 miljun |
|
L-intensità |
100 % |
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Commissario delegato ex OPCM 3906 per il tramite dei Comuni |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.6.2011 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32994 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
L-Ungerija |
|||||
|
Reġjun |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Prolongation of the Hungarian liquidity scheme for banks |
|||||
|
Il-bażi legali |
Az államháztartásról szóló 1992. évi XXXVIII. törvény 8/B. §-a alapján |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Self b'rata ta' imgħax baxxa |
|||||
|
L-estimi |
Baġit globali: HUF 1 100 800 miljun |
|||||
|
L-intensità |
— |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.7.2011-31.12.2011 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
28.6.2011 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.33007 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Polonja |
|||||
|
Reġjun |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Trzecie przedłużenie okresu obowiązywania programu rekapitalizacji polskich banków |
|||||
|
Il-bażi legali |
Ustawa z dnia 12 lutego 2010 r. o rekapitalizacji niektórych instytucji finansowych |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Forom oħra ta' intervent ta' ekwità |
|||||
|
L-estimi |
Mhux speċifikat, iżda fi ħdan il-baġit kollu previst għall-garanziji kollha tat-Teżor li jammonta għal PLN 40 biljun. |
|||||
|
L-intensità |
— |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.7.2011-31.12.2011 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6273 – Samsung C&T Deutschland/Korea Development Bank/KNS Solar)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/02
Fit-3 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6273. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6213 – Westfield/CPPIB/APG)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/03
Fil-5 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6213. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6170 – First Reserve Fund XII/Finmeccanica/Ansaldo Energia)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/04
Fil-11 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6170. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/7 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6171 – IPIC/CEPSA)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/05
Fil-5 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6171. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6264 – Rhone Capital/Triton/Evonik carbon black business)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/06
Fid-19 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6264. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/8 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6288 – Blackstone/Stargazer)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/07
Fis-26 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6288. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/9 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Awwissu 2011
2011/C 236/08
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4143 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
108,29 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4506 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87570 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2947 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0499 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8205 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,185 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
276,77 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1759 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,3005 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,5350 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3875 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4091 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,0317 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7353 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7210 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 533,02 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,3391 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,0437 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4515 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 104,71 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2479 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,146 |
|
RUB |
Rouble Russu |
42,0250 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,372 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,3061 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,6618 |
|
INR |
Rupi Indjan |
64,1600 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Awwissu 2011
li tistabbilixxi l-kompożizzjoni u d-dispożizzjonijiet operattivi tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/791/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 236/09
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 stabbilixxa Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass sabiex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Dan il-Grupp għandu jkun magħmul mill-Istati Membri, b’mod partikolari mill-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom, kif ukoll l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema tat-Trażmissjoni tal-Gass u l-entitajiet rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk tal-klijenti rilevanti. |
|
(2) |
Is-sigurtà tal-provvista tal-gass hija responsabbiltà maqsuma bejn l-impriżi tal-gass naturali, l-Istati Membri, u l-Kummissjoni fi ħdan l-oqsma rispettivi tagħhom ta’ attivitajiet u kompetenza. Barra minn hekk, il-klijenti li jużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew għal skopijiet industrijali għandhom rwol importanti fis-sigurtà tal-provvista tal-gass permezz tal-abbiltà tagħhom li jirrispondu għal kriżi b'miżuri min-naħa tad-domanda. Għalhekk, sabiex tkun żgurata l-aqwa koordinazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010, l-entitajiet rappreżentattivi tal-industrija kkonċernata u dawk tal-klijenti rilevanti għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-Grupp, billi tiżgura li jkun kompletament rappreżentattiv u li jiġi rispettat approċċ fuq tliet livelli li jinvolvi l-ewwel l-impriżi u l-industrija rilevanti tal-gass naturali, imbagħad l-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali, u mbagħad l-Unjoni. |
|
(4) |
L-entitajiet tal-industrija kkonċernati li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati li huma rappreżentattivi:
|
|
(5) |
Għall-konsumaturi rilevanti, għandhom jiġu distinti erba' setturi ewlenin li jikkunsmaw il-gass naturali:
|
|
(6) |
Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass għandu jaġixxi bħala konsulent għall-Kummissjoni biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tas-sigurtà tal-miżuri tal-provvista f'każ ta' emerġenza fl-Unjoni jew emerġenza reġjonali. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass huwa wkoll l-entità ewlenija li trid tiġi kkonsultata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva u l-Pjanijiet ta’ Emerġenza. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass għandu jimmonitorja s-suffiċjenza u l-adegwatezza tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 u jiskambja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livelli nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni. |
|
(7) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-Grupp. |
|
(8) |
Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3). |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni 2006/791/KE għandha tiġi rrevokata. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kompożizzjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass (“il-Grupp”)
1. Il-Grupp għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
|
(a) |
L-Istati Membri, speċjalment l-Awtoritajiet Kompetenti tagħhom fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010; |
|
(b) |
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”); |
|
(c) |
In-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass (“l-ENTSO għall-Gass”); |
|
(d) |
Is-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija; |
|
(e) |
L-Infrastruttura tal-Gass Ewropa (GIE) bħala l-entità rappreżentattiva tal-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin u l-Operaturi tas-Sistema LNG; |
|
(f) |
Il-Eurogas; |
|
(g) |
L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi taż-Żejt u l-Gass (OGP); |
|
(h) |
Il-Federazzjoni Ewropea tal-Kummerċjanti tal-Enerġija (EFET); |
|
(i) |
Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Konsumaturi Industrijali tal-Enerġija (IFIEC Ewropa); |
|
(j) |
Il-Eurelectric; |
|
(k) |
L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC); |
|
(l) |
Il-Euroheat & Power. |
2. Kull membru għandu jinnomina mhux iktar minn żewġ rappreżentanti permanenti u żewġ sostituti biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp. Tal-inqas wieħed mir-rappreżentanti permanenti nnominati mill-Istati Membri għandu jkun mill-Awtorità Kompetenti. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti nnominati mill-Aġenzija għandu jkun id-direttur. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti nnominati mill-ENTSO għall-Gass għandu jkun is-segretarju ġenerali. Wieħed mir-rappreżentanti permanenti nnominati mill-entitajiet rappreżentattivi tal-industrija u l-klijenti għandu jkun il-maniġer ġenerali jew is-segretarju/a ġenerali.
3. Jekk l-Awtorità Kompetenti mhijiex awtorità regolatorja nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm biżżejjed skambju tal-informazzjoni bejn l-Awtorità Kompetenti u l-awtorità regolatorja nazzjonali rigward l-attivitajiet tal-Grupp.
4. Waqt sitwazzjoni ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni, ta' Stat Membru jew reġjonali, jew f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali oħra, fuq talba ta’ mill-inqas tliet Stati Membri, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-parteċipazzjoni fil-Grupp, għal laqgħa sħiħa jew parti minnha, lir-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Kompetenti u tal-Istati Membri.
5. Waqt sitwazzjoni ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni, ta' Stat Membru jew reġjonali, jew f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali oħra, il-membri tal-Grupp jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni taħtar iktar minn żewġ rappreżentanti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew entitajiet oħra biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Grupp.
6. L-ismijiet tal-membri, kif ukoll l-ismijiet tar-rappreżentanti permanenti tal-membri u tas-sostituti tal-membri tal-Grupp għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħra (“ir-Reġistru”) (4).
7. Id-dejta personali għandha tinġabar u tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 2
Kompiti tal-Grupp
1. Il-Grupp jiġi stabbilit biex jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass. Il-Grupp għandu jiġi kkonsultat u għandu jassisti lill-Kummissjoni b'mod partikolari fi kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010:
|
(a) |
is-sigurtà tal-provvista tal-gass, fi kwalunkwe ħin u iktar speċifikatament f’każ ta’ emerġenza; |
|
(b) |
l-informazzjoni rilevanti kollha għas-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livelli nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni; |
|
(c) |
l-aqwa prattika u linji gwida possibbli lill-partijiet ikkonċernati kollha; |
|
(d) |
il-livell tas-sigurtà tal-provvista, il-livelli ta’ referenza u l-metodoloġiji ta’ valutazzjoni; |
|
(e) |
ix-xenarji nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni u l-ittestjar tal-livelli ta’ tħejjija; |
|
(f) |
il-valutazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Preventiva u tal-Pjanijiet ta’ Emerġenza u l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fihom; |
|
(g) |
il-koordinazzjoni tal-miżuri biex tiġi indirizzata emerġenza fil-livell tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi li jkunu Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija u ma’ pajjiżi terzi oħrajn; |
|
(h) |
l-assistenza meħtieġa mill-Istati Membri l-iktar milquta. |
2. Kif stabbilit fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010, il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar il-Gass hekk kif tiġi ddikjarata emerġenza tal-Unjoni jew reġjonali.
Artikolu 3
Tħaddim
1. Il-Grupp għandu jiġi ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni (“il-president”).
2. Kif stabbilit fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010, il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-Grupp fuq bażi regolari u għandha taqsam l-informazzjoni riċevuta mill-Awtoritajiet Kompetenti filwaqt li tippreżerva l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun sensittiva għall-kummerċ.
3. Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Grupp jista' jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta' termini ta' referenza definiti mill-Grupp. Kif jintemm il-mandat tagħhom, it-tali sottogruppi għandhom jiġu xolti.
4. Il-president jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-Grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Grupp jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, il-president jagħti l-istatus ta' osservatur ad hoc jew permanenti lil individwi jew organizzazzjonijiet oħrajn jekk dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-attivitajiet tal-Grupp.
5. L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonijiet tal-Grupp jew tas-sottogrupp ma għandhiex tinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni jew ta' kwalunkwe membru ieħor tal-Grupp, dik l-informazzjoni ikollha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali. Il-membri tal-gruppi esperti u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, li huma mniżżlin fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (5). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
6. Il-laqgħat tal-Grupp u tas-sottogruppi tiegħu għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ segretarjali. Servizzi oħra tal-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Grupp u s-sottogruppi tiegħu meta dawn ikunu kkonċernati direttament mal-kwistjonijiet li jkunu se jiġu diskussi.
7. Il-Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura mfassla mill-Kummissjoni.
8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tagħmel id-dokumenti ta' ħidma rilevanti kollha disponibbli għall-membri tal-Grupp permezz ta' sit kollaborattiv mal-imsieħba tal-Unjoni Ewropea (il-websajt CIRCA) u tippubblika informazzjoni rilevanti dwar l-attivitajiet li jsiru mill-Grupp jew billi tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta' ħolqa mir-Reġistru għal websajt speċifiku.
Artikolu 4
Spejjeż tal-laqgħat
1. Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Grupp ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li joffru.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jsiru minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru jew Awtorità Kompetenti tiegħu għandhom jiġu rrimburżati mill-Kummissjoni. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rrimburżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 7
Revoka
Id-Deċiżjoni 2006/791/KE (6) ġiet rrevokata.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(2) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(4) Il-membri li ma jixtiqux ikollhom isimhom żvelat jistgħu japplikaw għal deroga minn din ir-regola. Ir-rikjesta li ma jiġix żvelat l-isem ta’ membru ta’ grupp ta' esperti għandha tiġi kkunsidrata bħala ġġustifikata kull meta l-pubblikazzjoni tkun tista’ tfixkel is-sigurtà jew l-integrità tiegħu jew tagħha jew tippreġudika b’mod mhux ġust il-privatezza tiegħu jew tagħha.
(5) SEC(2007) 639 tal-25.6.2007.
(6) ĠU L 319, 18.11.2006, p. 49.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/13 |
Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001
2011/C 236/10
Għajnuna Nru: SA.33090 (11/XA)
Stati Membri: Franza
Reġjun: France
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides de FranceAgriMer visant à encourager les produits de qualité dans le secteur des plantes à parfum, aromatiques et médicinales (PPAM).
Bażi legali:
|
— |
articles L 621-1 et suivants du code rural et de la pêche maritime |
|
— |
projet de décision du directeur général de FranceAgriMer |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,15 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 100 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-4 ta’ Awwissu 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2016
Għan tal-għajnuna: Il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (Art. 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Tkabbir ta' ħwawar, għelejjel aromatiċi, għelejjel mediċinali u għelejjel farmaċewtiċi, tkabbir ta' għelejjel perenni oħra
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Le directeur de FranceAgriMer |
|
FranceAgriMer |
|
12 rue Henri Rol Tanguy |
|
TSA 20002 |
|
93555 Montreuil sous Bois Cedex |
|
FRANCE |
Indirizz tal-Internet: http://www.franceagrimer.fr/Projet-02/05aides/ppam-0511/qualite-pj-text-BUE.pdf
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33286 (11/XA)
Stati Membri: Il-Lussemburgu
Reġjun: Luxembourg (Grand-Duché)
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Investissement dans les exploitations agricoles
Bażi legali:
|
|
Règlement (CE) no 1857/2006 de la Commission du 15 décembre 2006 concernant l'application des articles 87 et 88 du traité aux aides d'État accordées aux petites et moyennes entreprises actives dans la production de produits agricoles et modifiant le règlement (CE) no 70/2001. |
|
|
Loi du 18 avril 2008 concernant le renouvellement du soutien au développement rural et notamment les articles 3 à 8. |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 32,40 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 55 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-3 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Investiment f'azjendi agrikoli (Art. 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministère de l'agriculture, de la viticulture et du développement rural |
|
Service juridique/Aides d'État |
|
1, rue de la Congrégation |
|
2913 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
Indirizz tal-Internet: http://www.legilux.public.lu/leg/a/archives/2008/0067/a067.pdf#page=2
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33288 (11/XA)
Stati Membri: Il-Lussemburgu
Reġjun: Luxembourg (Grand-Duché)
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Indemnisations pour les exploitations agricoles touchées par la sécheresse.
Bażi legali:
|
|
Règlement (CE) no 1857/2006 de la Commission du 15 décembre 2006 concernant l'application des articles 87 et 88 du traité aux aides d'État accordées aux petites et moyennes entreprises actives dans la production de produits agricoles et modifiant le règlement (CE) no 70/2001. |
|
|
Décision du Conseil de gouvernement du 22 juin 2011 |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 5 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 90 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-4 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013
Għan tal-għajnuna: Avvenimenti klimatiċi avversi (Art. 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Tkabbir ta' għelejjel mhux perenni
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Ministère de l'agriculture, de la viticulture et du développement rural |
|
Service juridique/Aides d'État |
|
1, rue de la Congrégation |
|
2913 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
Indirizz tal-Internet: http://www.ma.public.lu/aides_financieres/aides_nationales/index.html
Informazzjoni oħra: —
Għajnuna Nru: SA.33416 (11/XA)
Stati Membri: Ir-Repubblika Ċeka
Reġjun: Czech Republic
Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Splátkový režim pro zemědělskou prvovýrobu“ k poskytování podpory dle nařízení Komise (ES) č. 1857/2006
Bażi legali:
|
1) |
Zákon č. 92/1991 Sb., o podmínkách převodu majetku státu na jiné osoby, ve znění pozdějších předpisů |
|
2) |
Prováděcí pokyn Pozemkového fondu České republiky k poskytování podpory dle nařízení Komise (ES) č. 1857/2006 „Splátkový režim pro zemědělskou prvovýrobu“ |
Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: CZK 950 (f'miljuni)
Intensità massima tal-għajnuna: 40 %
Data tal-implimentazzjoni: —
Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-4 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2015
Għan tal-għajnuna: Investiment f'azjendi agrikoli (Art. 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)
Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati
Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:
|
Pozemkový fond České republiky |
|
Husinecká 1024/11a |
|
130 00 Praha 3 |
|
ČESKÁ REPUBLIKA |
|
URL: http://www.pfcr.cz |
Indirizz tal-Internet: http://www.pfcr.cz/pfcr/page.aspx?OdkazyID=987
Informazzjoni oħra: —
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/15 |
Proċedura ta’ stralċ
Deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ LEX LIFE & PENSION SA
(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)
2011/C 236/11
|
Impriża tal-assigurazzjoni |
LEX LIFE & PENSION SA stabbilita u b’uffiċċju ta’ reġistrazzjoni fi
|
|||||
|
Data, dħul fis-seħħ u natura tad-Deċiżjoni |
Sentenza kummerċjali Nru 790/2011 tat-13 ta’ Lulju 2011 għall-istralċ ta’ LEX LIFE & PENSION SA Dħul fis-seħħ: It-13 ta’ Lulju 2011 |
|||||
|
Awtorità kompetenti |
|
|||||
|
Awtorità ta’ sorveljanza |
|
|||||
|
Likwidatur maħtur |
|
|||||
|
Liġi applikabbli |
Liġi Lussemburgiża L-Artikoli 58 u 60 tal-Att emendat tas-6 ta’ Diċembru 1991 dwar is-settur tal-assigurazzjoni, l-Artikoli 141, 144, 146, 147 u 149 tal-Att tal-10 ta’ Awwissu 1915 dwar l-impriżi kummerċjali u l-Artikoli 444, 447, 448, 449, 450, 451, 452, 453, 454, 463, 464, 465-1, 3 u 5, 485, 487, 492, 499 paragrafu 2, 528, 537, 538, 539, 540, 542, 543, 544, 547, 548, 549, 550, 551, 552, 561, 562 u 567-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, bit-titolu “Falliment”. |
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/16 |
Bilanċ tal-alkoħol etiliku tal-UE-27 għas-sena 2010
(Stabbilit fis-7 ta’ Lulju 2011 skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2336/2003)
2011/C 236/12
|
|
Bilanċ tal-alkoħol etiliku tal-UE-27 għas-sena 2010 (Stabbilit fis-7 ta’ Lulju 2011 skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2336/2003 (1)) |
F'ettolitri ta' alkoħol pur (EAP) |
|||
|
1. |
Stokk Inizjali |
— |
|||
|
9 311 119 |
||||
|
— |
||||
|
2. |
Produzzjoni |
— |
|||
|
55 135 250 |
||||
|
— |
||||
|
3. |
4 023 966 |
||||
|
1 937 944 |
||||
|
— |
||||
|
2 086 022 |
||||
|
4. |
Riżorsi totali |
68 470 335 |
|||
|
5. |
Esportazzjoni |
659 044 |
|||
|
6. |
Konsum intern |
57 265 208 |
|||
|
|
Agrikolu |
Mhux agrikolu |
Totali |
||
|
Użu fl-ikel |
8 946 266 |
|
|
||
|
Użu industrijali |
7 616 635 |
|
|
||
|
Fjuwil (3) |
38 963 604 |
|
|
||
|
Oħrajn |
1 738 703 |
|
|
||
|
|
Totali |
57 265 208 |
|
|
|
|
7. |
Stokk Finali |
— |
|||
|
10 546 083 |
||||
|
— |
||||
|
Sorsi: Komunikazzjonijiet mill-Istati Membri/Eurostat COMEXT |
|||||
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etilalkol ta' oriġini agrikola. (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19).
(2) Jinkludi biss il-prodotti NC 2207 10, NC 2207 20, NC 2208 90 91 u NC 2208 90 99.
(3) Ġew esklużi 7,3 miljun EAP taħt NC 3824 90 99 kif ukoll 2,4 miljun EAP ta' ETBE taħt NC 2909 19 10 użati għall-produzzjoni tal-fjuwil.
Sorsi: Komunikazzjonijiet mill-Istati Membri/Eurostat COMEXT
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/17 |
L-Impriża Konġunta SESAR
2011/C 236/13
Il-Proġett Konġunt SESAR (is-“SJU”) ħareġ sejħa għal proposti għal dawk interessati jsiru “Sħab Assoċjati tas-SJU” Ref. SJU/LC/0055-CFP (ĠU C 76, 10.3.2011, p. 15) fl-1 ta’ Frar 2011. Din is-sejħa kienet indirizzata b’mod esklużiv lil SMEs, Organizzazzjonijiet ta’ Riċerka, Universitajiet u Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Superjuri. Għall-ewwel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti kienet tagħlaq fil-31 ta’ Marzu 2011 u mbagħad ġiet estiża sal-4 ta’ Mejju 2011.
Is-sejħa għal proposti kienet maqsuma f’sitt lottijiet: Lott 1 – Information Management (Ġestjoni tal-Informazzjoni); Lott 2 – Network & Airport Collaboration (Netwerk u Kollaborazzjoni fl-Ajruporti); Lott 3 – Technical Service Management (Ġestjoni tas-Servizz Tekniku); Lott 4 – Airborne & CNS Systems (Sistemi Airborne u CNS); Lott 5 – Modelling Support to Validation (Appoġġ għall-Modellistika għall-Validazzjoni); Lott 6 – UAV/UAS integration in SESAR (Integrazzjoni UAV/UAS fis-SESAR).
Wara valutazzjoni tal-proposti mibgħuta għal din is-sejħa miftuħa għal proposti u l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv tas-SJU mill-Bord Amministrattiv fl-1 ta’ Lulju 2011, il-Ftehimiet Qafas tas-Sħubija ngħataw b’mod esklużiv għal-lottijiet 1, 2, 4, 5 u 6 liż-żewġ entitajiet li rċevew l-ogħla punteġġi għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet, kif ġej:
|
|
LOTT 1: MOSIA Consortium AT-ONE Consortium |
|
|
LOTT 2: OPTPROMISE Consortium ACSES Consortium |
|
|
LOTT 4: MAGNITUDE Consortium AT-ONE Consortium |
|
|
LOTT 5: INNOVATE Consortium VERITAS Consortium |
|
|
LOTT 6: ATM-FUSION Consortium AT-ONE Consortium |
Għal aktar informazzjoni, żur il-websjat tas-SJU: http://www.sesarju.eu
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/18 |
Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċedura ta’ antidumping rigward l-importazzjonijiet ta' ċerti radjaturi tal-aluminju li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
2011/C 236/14
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċerti radjaturi tal-aluminju, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.
1. L-ilment
L-ilment tressaq fit-30 ta' Ġunju 2011 mill-International Association of Aluminium Radiator Manufacturers Limited Liability Consortium (AIRAL S.c.r.l) (“il-kwerelant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti radjaturi tal-aluminju.
2. Il-prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa radjaturi tal-aluminju u elementi jew partijiet li minnhom hu magħmul tali radjatur, sew jekk dawn l-elementi jew il-partijiet huma assemblati fi blokok u sew jekk le, għajr radjaturi u elementi u partijiet minnhom tat-tip tal-elettriku (“il-prodott li qed jiġi investigat”).
3. L-allegazzjoni ta' dumping (2)
Il-prodott li allegatament qiegħed ikun oġġett ta' dumping huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7616 99 10, ex 7615 19 10, ex 7615 19 90, u ex 7616 99 90. Dawn il-kodiċi NM qed jingħataw bħala tagħrif biss.
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq, il-kwerelant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri r-Russja. L-allegazzjoni ta’ dumping hija msejsa fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz ta’ esportazzjoni (fil-livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
4. L-allegazzjoni ta' ħsara
Il-kwerelant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u żdiedu f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie li pprovda l-kwerelant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq il-livelli ta' prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni bir-riżultat ta’ effetti sostanzjali mhux mixtieqa fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u l-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.
5. Il-proċedura
Billi wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, b'dan qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Il-proċedura biex jiġi ddeterminat id-dumping
Il-produtturi esportaturi (3) tal-prodott li qed jiġi investigat li huma mill-pajjiż ikkonċernat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
(a) Teħid ta' kampjuni
Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jidentifikaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
il-fatturat fil-valuta lokali u l-volum f'elementi tal-prodott li qed jiġi investigat mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni (“PI”) (mill-1 ta' Lulju 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011) għal kull wieħed mis-27 Stat Membru (4) separatament u f'totali, |
|
— |
il-fatturat f’valuta lokali u l-volum f'elementi tal-prodott li qed jiġi investigat mibjugħ fis-suq lokali matul il-PI (mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011), |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija madwar id-dinja fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (5) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Il-produtturi esportaturi għandhom jindikaw ukoll jekk, f’każ li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun, jixtiqux jirċievu kwestjonarju u formoli oħra ta’ talba sabiex jimlewhom u b’hekk jiddikjaraw marġni ta’ dumping individwali skont it-taqsima (b) hawn taħt.
Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal produtturi esportaturi li ma jikkooperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, għajr it-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar liema huma l-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju komplut se jinkludi tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji b'rabta mal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat lill-Unjoni.
Il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma ntgħażlux biex ikunu fil-kampjun għandhom jitqiesu li kkooperaw (“produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun”). Bla ħsara għat-taqsima (b) hawn taħt, id-dazju antidumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, mhuwiex se jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (6).
(b) Marġni ta’ dumping individwali għall-kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħu jitolbu, skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom (“marġni ta’ dumping individwali”). Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jitolbu marġni individwali ta’ dumping għandhom jitolbu kwestjonarju u formoli oħrajn ta’ talba skont it-taqsima (a) ta’ hawn fuq u jibagħtuhom lura mimlija kif meħtieġ fl-iskadenzi speċifikati fis-sentenza li ġejja u fit-taqsima 5.1.2.2 hawn taħt. Il-kwestjonarju komplut għandu jiġi ppreżentat fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Għandu jiġi enfasizzat li, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tistabbilixxi marġnijiet ta’ dumping individwali għal dawk il-produtturi esportaturi fil-pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq, għandu jkun hemm, bħala prinċipju, provi li dawn jissodisfaw il-kriterji biex jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jew għall-inqas trattament individwali (“TI”), kif speċifikat fit-Taqsima 5.1.2.2. hawn taħt (7). Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi li jitolbu marġni individwali ta’ dumping għandhom ikunu jafu li l-Kummissjoni tista’ xorta waħda tiddeċiedi li ma tiddeterminax il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi tant ikun kbir li tali determinazzjoni tkun partikolarment diffiċli u ma tkunx tippermetti li l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.
5.1.2. Il-proċedura addizzjonali fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
5.1.2.1.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-taqsima 5.1.2.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat il-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adattat. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament lir-Russja. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkumentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.1.2.2. (8)
B'konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat, li jqisu li fir-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, għalihom jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq, jistgħu jressqu talba sostanzjata kif xieraq għal dan l-għan (“talba għal TES”). Jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku (9) huma sodisfatti. Il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi li ngħataw TES se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u bla ħsara għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.
Il-produtturi esportaturi individwali fil-pajjiż ikkonċernat jistgħu wkoll, jew bħala alternattiva, jitolbu trattament individwali (“TI”). Biex jingħataw TI, dawn il-produtturi esportaturi għandhom jipprovdu evidenza li huma jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (10). Il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom stess. Il-valur normali għall-produtturi esportaturi li jingħataw TI se jkun ibbażat fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq magħżul kif imfisser hawn fuq.
(a) It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)
Il-Kummissjoni se tibgħat il-formoli ta’ talba għal TES lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu parti mill-kampjun u lill-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u li jixtiequ japplikaw għal marġni ta’ dumping individwali, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, kif ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Il-produtturi esportaturi kollha li jitolbu TES għandhom jissottomettu formola ta’ talba għal TES mimlija fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun jew tad-deċiżjoni li ma jintgħażilx kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(b) It-Trattament Individwali (TI)
Sabiex japplikaw għal TI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu fil-kampjun u l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li jixtiequ japplikaw għal marġni ta' dumping individwali għandhom jippreżentaw il-formola ta' talba għal TES bit-taqsimiet rilevanti għat-TI mimlija kif xieraq fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
(c) It-talbiet għal marġni ta' dumping individwali mill-esportaturi li ma jitolbux TES jew TI
Sabiex jitolbu marġni ta' dumping individwali, anki jekk ma jitolbux TES jew TI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat magħżula biex ikunu fil-kampjun u l-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun li jixtiequ japplikaw għal marġni ta' dumping individwali għandhom jippreżentaw il-formola ta' talba rilevanti fi żmien 21 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.1.3. L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati (11) (12)
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw ruħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta' kuntatt, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, |
|
— |
il-fatturat totali għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011, |
|
— |
il-volum f’elementi u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li sar fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011 tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (13) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' wkoll tikkuntattja kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, għajr it-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott fl-Unjoni li qiegħed jiġi investigat u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw il-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifikazzjoni tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara
Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija bħal din. Determinazzjoni ta' ħsara hi msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-prodott fl-Unjoni li qed jiġi investigat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jitwettaq skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw il-Kummissjoni billi jużaw id-dettalji ta' kuntatt ipprovduti fit-Taqsima 5.6 hawn taħt). Produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji magħżula finalment biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut se jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija/kumpaniji, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ħsara kkawżati minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fl-iskadenza ta' hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew f'format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, huma mistiedna juru fehmiethom, jagħtu tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u din l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibbiltà ta’ seduta mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ għandha titressaq fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. L-istruzzjonijiet kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’din in-notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti (14)”.
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jitwarrab.
Għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tuża sistema elettronika ta' maniġment ta' dokumenti. Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u r-rikjesti kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura, ċertfikazzjonijiet iffirmati u kwalunkwe aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw il-formoli ta' talba għal TES u TI, it-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kull aġġornament tiegħu, għandhom jiġu ppreżentati f'għamla ta' dokument fiżiku, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tistax tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Comission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
|
Posta elettronika: trade-radiators-dumping@ec.europa.eu; trade-radiators-injury@ec.europa.eu |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limiti tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jitwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.
Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda ssir. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal smigħ fil-limiti tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.
Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data ta' pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa' xhur mill-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar ta' dejta personali
Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (15).
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Id-dumping huwa l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbah fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbah ħafna lill-prodott ikkonċernat.
(3) Il-produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.
(4) Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u l-Ungerija.
(5) Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju; (c) ikunu min jimpjega u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tipposjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri u wlied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika.
(6) Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kull marġni żero u de minimis, u marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għandhom jitwarrbu.
(7) Madankollu, minkejja dan, il-Kummissjoni tistieden il-produtturi esportaturi kollha li qed jikkunsidraw li japplikaw għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, biex jikkooperaw u jipparteċipaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni sabiex jiksbu marġni ta' dumping individwali u dazju antidumping individwali anki jekk iqisu li jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji biex jingħataw TES u lanqas dawk biex jingħataw TI. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni se tiġbor tagħrif fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet espressi mill-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rapport tiegħu DS 397 (EC-Fasteners), b'mod partikolari l-punti 371-384 tiegħu (ara http://www.wto.org). Madankollu, il-fatt li l-Kummissjoni tiġbor din l-informazzjoni ma jfissirx li l-Unjoni Ewropea neċessarjament se tqis, bi kwalunkwe mod, id-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell f'din l-investigazzjoni.
(8) Minkejja l-fatt li f'dan is-subparagrafu tissemma biss il-possibbiltà li jintalab TES jew TI, il-Kummissjoni tistieden il-produtturi esportaturi kollha biex jikkooperaw u jipparteċipaw bis-sħiħ f'din l-investigazzjoni sabiex jiksbu marġni ta' dumping individwali u dazju antidumping individwali anki jekk iqisu li jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji biex jingħataw TES u lanqas dawk biex jingħataw TI. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni se tiġbor tagħrif fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet espressi mill-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rapport tiegħu DS 397 (EC-Fasteners), b'mod partikolari l-punti 371-384 tiegħu (ara http://www.wto.org). Madankollu, il-fatt li l-Kummissjoni tiġbor dan it-tagħrif ma jfissirx li l-Unjoni Ewropea neċessarjament se tqis, bi kwalunkwe mod, id-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell f'din l-investigazzjoni.
(9) Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat; (ii) il-kumpaniji għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords ta’ kontabilità bażika li jiġu vverifikati b’mod indipendenti skont standards internazzjonali ta’ kontabilità u li jiġu applikati għall-għanijiet kollha; (iii) ma hemmx distorsjonijiet sinifikanti ttrasferiti mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali u (v) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.
(10) Il-produtturi esportaturi għandhom juru b'mod partikolari li: (i) fil-każ ta' ditti li huma kompletament jew parzjalment ta' sidien barranin jew intrapriżi konġunti, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti; (ii) il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-kwantitajiet u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu determinati liberament; (iii) il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lill-persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jkunu fuq il-Bord tad-Diretturi jew li jkollhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom jew ikunu f'minoranza jew inkella għandu jintwera li l-kumpanija madankollu hija indipendenti biżżejjed minn interferenza tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rata tas-suq u (v) l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li l-esportaturi individwali jkunu jistgħu ma jimxux mal-miżuri jekk jingħatawlhom rati differenti ta' dazju.
(11) Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi li jistgħu jiġu inklużi fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 mal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.
(12) Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni tad-dumping.
(13) Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.
(14) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).