ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.234.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
10 ta' Awwissu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 234/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6297 – Sealed Air/DHI) ( 1 )

1

2011/C 234/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6189 – Imerys/Rio Tinto Talc Business) ( 1 )

1

2011/C 234/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6322 – Carlyle/RAC) ( 1 )

2

2011/C 234/04

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6166 – Deutsche Börse/NYSE Euronext) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 234/05

Rata tal-kambju tal-euro

3

2011/C 234/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Awwissu 2011 dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni ( 1 )

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 234/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6210 – VFE Commerce/CDC/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

5

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6297 – Sealed Air/DHI)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/01

Fit-2 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6297. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6189 – Imerys/Rio Tinto Talc Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/02

Fis-7 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6189. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6322 – Carlyle/RAC)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/03

Fit-3 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6322. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.6166 – Deutsche Börse/NYSE Euronext)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/04

Fl-4 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6166 – Deutsche Börse/NYSE Euronext, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Awwissu 2011

2011/C 234/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4267

JPY

Yen Ġappuniż

110,24

DKK

Krona Daniża

7,4497

GBP

Lira Sterlina

0,87310

SEK

Krona Żvediża

9,2127

CHF

Frank Żvizzeru

1,0594

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8295

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,220

HUF

Forint Ungeriż

274,70

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,0956

RON

Leu Rumen

4,2625

TRY

Lira Turka

2,5164

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3990

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4143

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1401

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7329

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7329

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 555,96

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,3710

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1745

HRK

Kuna Kroata

7,4550

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 251,94

MYR

Ringgit Malażjan

4,3193

PHP

Peso Filippin

60,611

RUB

Rouble Russu

42,3780

THB

Baht Tajlandiż

42,725

BRL

Real Brażiljan

2,3138

MXN

Peso Messikan

17,7385

INR

Rupi Indjan

64,5010


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Awwissu 2011

dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/06

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tal-25 ta’ Mejju 2011,

Billi:

(1)

Il-mandat ta' żewġ membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni li nħatru mill-Kummissjoni fuq rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini skada f'Lulju 2011.

(2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini rrakkomandat li dawn il-persuni jinħatru mill-ġdid.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew fl-1 ta’ Settembru 2011.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri mill-ġdid tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni għal mandat ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Settembru 2011:

 

Prof. János BORVENDÉG

 

Prof. Bruno SEPODES

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6210 – VFE Commerce/CDC/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 234/07

1.

Fit-2 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika, skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4, paragrafu 5, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), ta' konċentrazzjoni proposta li biha l-impriżi VFE Commerce, proprjetà ta' SNCF (Franza), u l-Caisse des Dépôts et Consignation (“CDC”, Franza) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3, paragrafu 1, punt (b), tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' kumpanija ġdida li tikkostitwixxi intrapriża konġunta permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

VFE Commerce u SNCF: servizzi ta' trasport bil-ferrovija tal-passiġġieri u l-merkanzija, u ġestjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji Franċiżi,

CDC: proġetti ta' interess ġenerali li jikkonsistu fi (i) il-ġestjoni ta' fondi privati li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jixtiequ jipprovdu protezzjoni partikolari, u (ii) investiment jew ftehim dwar self f'attivitajiet f'isem l-interess ġenerali. B'mod partikolari l-attivitajiet huma l-assigurazzjoni ta' persuni, it-trasport, il-proprjetà immobbli u l-iżvilupp ta' intrapriżi u servizzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6210 – VFE Commerce/CDC/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).