|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.228.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 228/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2011/C 228/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 ) |
|
|
2011/C 228/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6233 – FOEW/DONG Energy/Novasion/Aalborg Universitet/Universal Foundation) ( 2 ) |
|
|
2011/C 228/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6257 – Blackstone/Valad Property) ( 2 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 228/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2011/C 228/06 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 228/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6336 – Walter Frey Holding/Mitsubishi Motors Corporation) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 ) |
|
|
2011/C 228/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6256 – Tieto Corporation/Swedbank Group/SEB Group/Tieto Estonia Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 228/09 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat |
|
|
(2) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)
2011/C 228/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
27.6.2011 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32922 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|||||
|
Reġjun |
Chemnitz, Dresden, Leipzig |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Forstmaßnahmen im Rahmen des Entwicklungsprogramms für den ländlichen Raum in Sachsen 2007-2013 |
|||||
|
Il-bażi legali |
Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Umwelt und Landwirtschaft zur Förderung der naturnahen Waldbewirtschaftung, forstwirtschaftlicher Zusammenschlüsse und des Naturschutzes im Wald im Freistaat Sachsen (Förderrichtlinie Wald und Forstwirtschaft — RL WuF/2007) Entwicklungsprogramm für den ländlichen Raum im Freistaat Sachsen 2007-2013, 3. Änderung Beschluss der Kommission K(2009) 10303, Kap. 5.3.2.2.7, Maßnahmebereich A Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Umwelt und Landwirtschaft zur Förderung von flächenbezogenen Agrarumweltmaßnahmen und der ökologischen Waldmehrung im Freistaat Sachsen (Förderrichtlinie Agrarumweltmaßnahmen und Waldmehrung — RL AuW/2007), Teil B |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema |
— |
||||
|
L-għan |
Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
|
L-estimi |
Baġit annwali: EUR 8 (f'miljuni) |
|||||
|
L-intensità |
100 % |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2013 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
|||||
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/3 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 228/02
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
24.5.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
NN 52/10 |
||||
|
Stat Membru |
Id-Danimarka |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Amendments to liquidation aid to Roskilde Bank |
||||
|
Il-bażi legali |
Financial Stability Act as amended by Act No 338 of 1 May 2009, Overdragelsesaftale dateret 24. august 2008 |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
||||
|
L-għan |
Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Self b'rata ta' imgħax baxxa, Forom oħra ta' intervent ta' ekwità |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: DKK 40 520 miljun |
||||
|
L-intensità |
100 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2009–31.12.2012 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-intermedjazzjoni finanzjarja |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6233 – FOEW/DONG Energy/Novasion/Aalborg Universitet/Universal Foundation)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 228/03
Fis-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6233. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6257 – Blackstone/Valad Property)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 228/04
Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6257. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/5 |
Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):
1,50 % fl-1 ta’ Awwissu 2011
Rata tal-kambju tal-euro (2)
It-2 ta’ Awwissu 2011
2011/C 228/05
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4170 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
109,61 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4490 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,87180 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,0130 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1049 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6460 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,231 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
270,12 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7092 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,0295 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2388 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,4136 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3075 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3620 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,0445 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6283 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7083 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 493,57 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,5670 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,1228 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4435 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 022,32 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1974 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,730 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,4753 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,255 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,2289 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,7217 |
|
INR |
Rupi Indjan |
62,7410 |
(1) Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.
(2) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/6 |
Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2011/C 228/06
Il-High Court of Ireland [Il-Qorti Għolja tal-Irlanda]
FIL-KAWŻA TA’ IRISH NATIONWIDE BUILDING SOCIETY (“INBS”) U FIL-KAWŻA TAL-ATT TAL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU (STABILIZZAZZJONI) 2010
Il-High Court of Ireland fl-1 ta’ Lulju 2011 adottat Ordni ta’ Trasferiment skont it-Taqsima 34 tal-Att skont it-termini li ġejjin:
It-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-INBS kif stipulati fl-imsemmija Ordni b'effett immedjat lill-Anglo-Irish Bank Corporation Limited, istituzzjoni ta' kreditu liċenzjata fl-Irlanda. Il-Qorti ddikjarat inter alia li l-Ordni ta' Trasferiment u kull waħda mill-partijiet li hemm fiha, hija miżura ta' riorganizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.
Skont it-Taqsima 36 tal-Att, tista' tintbagħat applikazzjoni għat-twarrib tal-Ordni ta' Trasferiment skont il-kundizzjonijiet stipulati fiha, lill-High Court of Ireland, fl-indirizz Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, Ireland mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta' ħidma wara li tkun ingħatat l-Ordni ta' Trasferiment. Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell mill-Ordni ta' Trasferiment quddiem is-Supreme Court mingħajr il-kunsens tal-High Court.
Il-kopji sħaħ tal-Ordni jinsabu disponibbli fl-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika fl-indirizz: listroomhighcourt@courts.ie
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6336 – Walter Frey Holding/Mitsubishi Motors Corporation)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 228/07
|
1. |
Fis-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Walter Frey Holding AG (“WFH”, l-Isvizzera) u Mitsubishi Motors Europe B.V (“MME”, il-Pajjiżi l-Baxxi), proprjetà tal-grupp Mitsubishi Motors Corporation, jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Mitsubishi Motors France SAS (“MMF”, Franza), permezz tax-xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6336 – Walter Frey Holding/Mitsubishi Motors Corporation, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6256 – Tieto Corporation/Swedbank Group/SEB Group/Tieto Estonia Services)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 228/08
|
1. |
Fis-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Tieto Corporation (il-Finlandja), Swedbank AS (l-Estonja) ikkontrollata minn Swedbank AB (flimkien ma’ Swedbank AS, “il-grupp Swedbank”, l-Iżvezja) u AS SEB Pank (l-Estonja) ikkontrollata minn Skandinaviska Enskilda Banken (flimkien ma' AS SEB Pank, “il-grupp SEB”, l-Iżvezja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt tal-impriża Tieto Estonia Services OÜ (“Tieto Estonia Services”, l-Estonja) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija kkreata ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6256 – Tieto Corporation/Swedbank Group/SEB Group/Tieto Estonia Services, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/9 |
Notifika rigward talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE
Talba mingħand entità kontraenti
2011/C 228/09
Fid-19 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali. L-ewwel jum ta' xogħol wara l-wasla tat-talba kien l-20 ta’ Lulju 2011.
Din it-talba, li ġiet minn RWE Gas Storage, s.r.o. tikkonċerna l-ħżin tal-gass fir-Repubblika Ċeka. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE, u hi bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tliet xhur żmien mill-jum ta' xogħol imsemmi hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Għaldaqstant, id-data tal-iskadenza hija l-20 ta’ Ottubru 2011.
Dan il-perjodu jista' eventwalment jiġi estiż bi tliet xhur. Din l-estensjoni għandha tiġi ppubblikata.
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(6), talbiet ġodda rigward l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fir-Repubblika Ċeka li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu previst għat-talba preżenti, m'għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu trattati fil-kuntest tal-ewwel talba.