ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.223.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
29 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 223/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6183 – MAHLE/BEHR) ( 1 )

1

2011/C 223/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6123 – ArcelorMittal Bremen/Kokerei Prosper/Arsol Aromatics) ( 1 )

1

2011/C 223/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6184 – Indorama/Sinterama/Trevira) ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 223/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 223/05

Lista tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li r-rikonoxximent tagħhom ġie rtirat fl-2010

4

2011/C 223/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 223/07

Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri ta' antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi li joriġinaw fl-Ukraina

8

2011/C 223/08

Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd.

11

2011/C 223/09

Avviż ta’ bidu ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

16

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 223/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6225 – Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion) ( 1 )

19

2011/C 223/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6326 – Stanley Black & Decker/Niscayah Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2011/C 223/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6303 – Antin Infrastructure Partners FCPR/RREEF Pan European Infrastructure Fund LP/Andasol-1 Central Thermosolar Uno, SA AND Andasol-2 Central Thermosolar, Dos SA) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6183 – MAHLE/BEHR)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/01

Fit-23 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6183. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6123 – ArcelorMittal Bremen/Kokerei Prosper/Arsol Aromatics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/02

Fis-27 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6123. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6184 – Indorama/Sinterama/Trevira)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/03

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6184. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Lulju 2011

2011/C 223/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4260

JPY

Yen Ġappuniż

110,86

DKK

Krona Daniża

7,4497

GBP

Lira Sterlina

0,87390

SEK

Krona Żvediża

9,0735

CHF

Frank Żvizzeru

1,1437

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7245

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,215

HUF

Forint Ungeriż

268,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7096

PLN

Zloty Pollakk

4,0150

RON

Leu Rumen

4,2505

TRY

Lira Turka

2,3955

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2931

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3521

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1110

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6356

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7169

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 499,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5543

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1874

HRK

Kuna Kroata

7,4604

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 125,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,2145

PHP

Peso Filippin

60,176

RUB

Rouble Russu

39,4050

THB

Baht Tajlandiż

42,409

BRL

Real Brażiljan

2,2277

MXN

Peso Messikan

16,6187

INR

Rupi Indjan

62,8840


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/4


LISTA TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' PRODUTTURI RIKONOXXUTI FIS-SETTUR TAS-SAJD U L-AKKWAKULTURA LI R-RIKONOXXIMENT TAGĦHOM ĠIE RTIRAT FL-2010

2011/C 223/05

Din il-pubblikazzjoni hija konformi mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22) (Sitwazzjoni fid-29 ta’ Lulju 2011).

Nota lill-qarrej: It-test tan-noti f'qiegħ il-paġna jinsab fil paġni 5 u 6.

 

Име на организацията

Nombre y dirección

Název a adresa

Navn og adresse

Name und Anschrift

Nimi ja aadress

Ονομασία και διεύθυνση

Name and address

Nom et adresse

Nome e indirizzo

Nosaukums un adrese

Pavadinimas ir adresas

Név és cím

Isem u indirizz

Naam en adres

Nazwa i adres

Nome e endereço

Nume și adresă

Názov a adresa

Ime in naslov

Nimi ja osoite

Namn och adress

Дата на признаване

Fecha del reconocimento

Datum uznání

Dato for anerkendelsen

Datum der Anerkennung

Tunnustamise kuupäev

Ημερομηνία αναγνώρισης

Date of recognition

Date de retrait de reconnaissance

Data del riconoscimento

Atzīšanas diena

Pripažinimo data

Elismerés dátuma

Data tar-rikonoxximent

Datum van erkenning

Data dopuszczenia

Data de reconhecimento

Data recunoașterii

Dátum uznania

Datum priznanja

Hyväksymispäivä

Datum för godkännandet

 

1

2

IL-ĠERMANJA

DEU 007

 (2) (L)

Fischereigenossenschaft Holsatia Husum-Friedrichskoog Erzeugergemeinschaft e.G.

1.1.2011

Westerheverstraße 9

25813 Husum

 

Tel. +49 4841-4699

Fax +49 484180-4478

DEU 011

 (2) (L)

Erzeugergenossenschaft der Krabbenfischer Elbe-Weser e.V. Dorum

10.7.2010

Königsweg 4

26532 Großheide

 

Tel. +49 4936-1327

Fax +49 4936917-1906

E-Mail: kontakt@egelbe-weser.de

Internet: http://www.egelbe-weser.de

DEU 034

 (2) (C)

Erzeugergemeinschaft der Hochsee- und Kutterfischer GmbH, Cuxhaven

1.1.2010

Niedersachsenstraße — Halle 9

27472 Cuxhaven

 

Tel. +49 4721-64911

Fax +49 047216-5058

E-Mail: erzeugergemeinschaft-nordsee@t-online.de

DEU 019

 (1) (C)

Landesvereinigung der Erzeugerorganisationen für Nordseekrabben und Küstenfischer an der Schleswig-Holsteinischen Westküste e.V. Büsum

10.3.2011

Am Fischereihafen 7

25761 Büsum

 

Tel. +49 483496-2415

Fax +49 483496-2416

E-Mail: lv-krabbenfischer-sh@t-online.de

SPANJA

ESP 012

 (2) (L)

Organización de productores de la pesca de Asturias

11.3.2011

 

OPP-12

 

Puerto s/n

33330 Lastre (Oviedo)

 

Tel. +34 985850606

Fax +34 985850440

E-mail: clastres@princast.es

L-ITALJA

ITA 031

 (2) (L)

Organizzazione di produttori della pesca produttiva di Termoli

29.9.2009

Piazza dei Pescatori

86039 Termoli (Campobasso)

 

Tel. +39 0875705850

Fax +39 0875705850

E-mail: info@motopesca.it

L-IRLANDA

IRL 005

Irish South and East Fish Producers Organisation Limited

27.4.2011

First floor front office

18 The Mall, Waterford

 

Tel. +353 51853627 / 852469164

Fax +353 51383103

E-mail: irishfish.org@gmail.com

(A)

Аквакултури

Acuicultura

Akvakultura

Akvakultur

Aquakultur

Akvakultuur

Υδατοκαλλιέργεια

Aquaculture

Aquaculture

Acquacoltura

Akvakultūra

Akvakultūra

Akvakultúra

Akkwakultura

Aquacultuur

Akwakultura

Aquicultura

Acvacultură

Akvakultúra

Ribogojstvo

Vesiviljely

Vattenbruk

(C)

Крайбрежен риболов

Pesca costera

Pobřežní rybolov

Kystfiskeri

Küstenfischerei

Rannapüük

Παράκτια αλιεία

Coastal fishing

Pêche côtière

Pesca costiera

Piekrastes zveja

Pakrantės žvejyba

Part menti halászat

Sajd mal-kosta

Kustvisserij

Połowy przybrzeżne

Pesca costeira

Pescuit de coastă

Pobrežný rybolov

Obalni ribolov

Rannikkokalastus

Kustfiske

(D)

Дълбоководен риболов

Pesca en alta mar

Hlubinný rybolov

Fjernfiskeri

Fernfischerei

Süvamerepüük

Αλιεία στο πέλαγος

Deep-sea fishing

Pêche au large

Pesca al largo

Dziļjūras zveja

Gelminė žvejyba

Mélytengeri halászat

Sajd fil-baħar fond

Zeevisserij

Połowy głębokowodne

Pesca do largo

Pescuit în larg

Hlbokomorský rybolov

Globokomorski ribolov

Syvänmerenkalastus

Fiske på öppna havet

(H)

Риболов в открито море

Pesca de altura

Rybolov na volném moři

Højsøfiskeri

Hochseefischerei

Avamerepüük

Αλιεία στην ανοικτή θάλασσα

High-sea fishing

Pêche hauturière

Pesca d'altura

Tāljūras zveja

Žvejyba atviroje jūroje

Nyílt tengeri halászat

Sajd fil-baħar miftuħ

Visserij op de volle zee

Połowy dalekomorskie

Pesca do alto

Pescuit în mare liberă

Rybolov na otvorenom mori

Ribolov na odprtem morju

Avomerikalastus

Djuphavsfiske

(L)

Локален дребномащабен риболов

Pequeña pesca local

Drobný místní rybolov

Lokalt fiskeri af mindre omfang

Lokale Küstenfischerei

Väikesemahuline kohalik kalapüük

Τοπική αλιεία περιορισμένης κλίμακας

Local small-scale fishing

Petite pêche locale

Piccola pesca locale

Vietējā sīkzveja

Vietinė mažo masto žvejyba

Helyi kisipari halászat

Sajd lokali fuq skala żgħira

Kleinschalige kustvisserij

Lokalne połowy przybrzeżne

Pequena pesca local

Pescuit local la scară mică

Miestny malý rybolov

Mali lokalni ribolov

Lähivesikalastus

Småskaligt lokalt fiske

(O)

Други видове риболов

Otro tipo de pesca

Ostatní druhy rybolovu

Andet fiskeri

Sonstige

Muu kalapüük

Άλλου τύπου αλιεία

Other types of fishing

Autre pêche

Altri tipi di pesca

Citi zvejas veidi

Kitos žvejybos rūšys

Egyéb típusú halászat

Tipi oħra ta’ sajd

Andere visserijtypes

Inne

Outra pesca

Alte tipuri de pescuit

Iné druhy rybolovu

Drugi tipi ribolova

Muu kalastus

Annat fiske


(1)  Асоциации на организации на производители

Asociaciones de organizaciones de productores

Sdružení organizací producentů

Sammenslutninger af producentorganisationer

Vereinigungen von Erzeugerorganisationen

Tootjaorganisatsioonide liidud

Σύνδεσμοι ομάδων παραγωγών

Associations of producer organisations

Association d’organisation de producteurs

Associazioni di organizzazioni di produttori

Ražotāju organizāciju asociācijas

Gamintojų organizacijų asociacijos

Termelői szervezetek szövetsége

Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonjiet ta’ produtturi

Verenigingen van producentenorganisaties

Stowarzyszenia organizacji producentów

Associações de organizações de produtores

Asociațiile organizațiilor de producători

Združenia organizácií výrobcov

Združenja organizacij proizvajalcev

Tuottajajärjestöjen yhdistys

Sammanslutningar av producentorganisationer

(2)  Организации на производители

Organizaciones de productores

Organizace producentů

Producentorganisationer

Erzeugerorganisation

Tootjaorganisatsioonid

Ομάδες παραγωγών

Producer organisations

Organisation de producteurs

Organizzazioni di produttori

Ražotāju organizācijas

Gamintojų organizacijos

Termelői szervezetek

Organizzazzjonijiet ta’ produtturi

Producentenorganisaties

Organizacje producentów

Organizações de produtores

Organizațiile de producători

Organizácie výrobcov

Organizacije proizvajalcev

Tuottajajärjestö

Producentorganisationer

(A)

Аквакултури

Acuicultura

Akvakultura

Akvakultur

Aquakultur

Akvakultuur

Υδατοκαλλιέργεια

Aquaculture

Aquaculture

Acquacoltura

Akvakultūra

Akvakultūra

Akvakultúra

Akkwakultura

Aquacultuur

Akwakultura

Aquicultura

Acvacultură

Akvakultúra

Ribogojstvo

Vesiviljely

Vattenbruk

(C)

Крайбрежен риболов

Pesca costera

Pobřežní rybolov

Kystfiskeri

Küstenfischerei

Rannapüük

Παράκτια αλιεία

Coastal fishing

Pêche côtière

Pesca costiera

Piekrastes zveja

Pakrantės žvejyba

Part menti halászat

Sajd mal-kosta

Kustvisserij

Połowy przybrzeżne

Pesca costeira

Pescuit de coastă

Pobrežný rybolov

Obalni ribolov

Rannikkokalastus

Kustfiske

(D)

Дълбоководен риболов

Pesca en alta mar

Hlubinný rybolov

Fjernfiskeri

Fernfischerei

Süvamerepüük

Αλιεία στο πέλαγος

Deep-sea fishing

Pêche au large

Pesca al largo

Dziļjūras zveja

Gelminė žvejyba

Mélytengeri halászat

Sajd fil-baħar fond

Zeevisserij

Połowy głębokowodne

Pesca do largo

Pescuit în larg

Hlbokomorský rybolov

Globokomorski ribolov

Syvänmerenkalastus

Fiske på öppna havet

(H)

Риболов в открито море

Pesca de altura

Rybolov na volném moři

Højsøfiskeri

Hochseefischerei

Avamerepüük

Αλιεία στην ανοικτή θάλασσα

High-sea fishing

Pêche hauturière

Pesca d'altura

Tāljūras zveja

Žvejyba atviroje jūroje

Nyílt tengeri halászat

Sajd fil-baħar miftuħ

Visserij op de volle zee

Połowy dalekomorskie

Pesca do alto

Pescuit în mare liberă

Rybolov na otvorenom mori

Ribolov na odprtem morju

Avomerikalastus

Djuphavsfiske

(L)

Локален дребномащабен риболов

Pequeña pesca local

Drobný místní rybolov

Lokalt fiskeri af mindre omfang

Lokale Küstenfischerei

Väikesemahuline kohalik kalapüük

Τοπική αλιεία περιορισμένης κλίμακας

Local small-scale fishing

Petite pêche locale

Piccola pesca locale

Vietējā sīkzveja

Vietinė mažo masto žvejyba

Helyi kisipari halászat

Sajd lokali fuq skala żgħira

Kleinschalige kustvisserij

Lokalne połowy przybrzeżne

Pequena pesca local

Pescuit local la scară mică

Miestny malý rybolov

Mali lokalni ribolov

Lähivesikalastus

Småskaligt lokalt fiske

(O)

Други видове риболов

Otro tipo de pesca

Ostatní druhy rybolovu

Andet fiskeri

Sonstige

Muu kalapüük

Άλλου τύπου αλιεία

Other types of fishing

Autre pêche

Altri tipi di pesca

Citi zvejas veidi

Kitos žvejybos rūšys

Egyéb típusú halászat

Tipi oħra ta’ sajd

Andere visserijtypes

Inne

Outra pesca

Alte tipuri de pescuit

Iné druhy rybolovu

Drugi tipi ribolova

Muu kalastus

Annat fiske


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/7


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2011/C 223/06

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.6.2011

Tul ta' żmien

10.6.2011-31.12.2011

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

ANF/8C3411

Speċi

Petriċi (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta’ CECAF 34.1.1

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/8


Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri ta' antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid jew tal-azzar mingħajr saldaturi li joriġinaw fl-Ukraina

2011/C 223/07

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba tressqet mill-Interpipe Group (“l-applikant”), produttur esportatur mill-Ukraina.

L-ambitu tar-reviżjoni huwa limitat għall-eżami tad-dumping safejn għandu x'jaqsam l-applikant.

2.   Prodott

Il-prodott li qed jiġi rivedut huwa ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, bi profil trasversali ċirkulari, ta' dijametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm b'Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (CEV) li ma jaqbiżx iż-0,86 skont il-formula tal-Istitut Internazzjonali tal-Iwweldjar (IIW) u analiżi kimika (2), li bħalissa huwa kklassifikat fi ħdan il-kodiċi tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (3) li joriġinaw fl-Ukraina (“il-prodott ikkonċernat”).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 (4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2008 (5).

4.   Raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie ppreżentata mill-applikant, li turi li, safejn għandu x'jaqsam l-applikant, iċ-ċirkostanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.

L-applikant allega li l-istruttura korporattiva tiegħu nbidlet bħala riżultat tar-riorganizzazzjoni u l-fużjoni taż-żewġ pjanti ta' produzzjoni kkontrollati minn Interpipe Group, jiġifieri. CJSC “Interpipe Nikopolsky Seamless Tube Plant Niko Tube” u CJSC “Interpipe Nikopolskaya Tube Company” sabiex jiffurmaw l-“Interpipe Niko Tube”, li hija s-suċċessur tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-proprjetà u dawk mhux tal-proprjetà ta' CJSC “Interpipe Nikopolsky Seamless Tube Plant Niko Tube” u CJSC “Interpipe Nikopolskaya Tube Company”.

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li, safejn għandu x'jaqsam mat-tliet produtturi esportaturi kkonċernati, it-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżura fil-livell attwali tagħha ma għadhiex meħtieġa biex tikkontrobatti d-dumping offensiv. L-applikant jallega b'mod partikolari li t-tibdil sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni u r-ristrutturar fl-organizzazzjoni tal-bejgħ tal-kumpanija fis-suq domestiku u tal-esportazzjoni, kellhom impatt dirett fl-istruttura tal-ispejjeż tal-applikant. Tqabbil tal-valur normali tal-applikant mal-prezzijiet tiegħu tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jindika li l-marġini ta' dumping jidher li hu aktar baxxa mil-livell attwali tal-miżura.

Għalhekk, it-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kienet ibbażata fuq il-livell ta' dumping stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tibbilanċja d-dumping.

5.   Proċedura biex ikun determinat id-dumping

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tevalwa l-bżonn għal tkomplija, tneħħija jew emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikant skont l-istruttura korporattiva l-ġdida.

(a)   Kwestjonarji

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li hu meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Din l-informazzjoni flimkien mal-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a).

(b)   Ġbir ta' tagħrif u seduti ta’ smigħ

Il-partijiet interessati kollha, b'dan, qed jiġu mistiedna jesprimu fehmiethom, iressqu tagħrif barra mit-tweġibiet li taw fil-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ġustifikattiva. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(a).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, kemm-il darba dawn jagħmlu talba fejn juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 6(b).

6.   Limiti ta’ żmien

(a)   Għall-partijiet li jridu jippreżentaw rwieħhom, biex jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor

Jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati matul l-investigazzjoni, il-partijiet kollha interessati għandhom jippreżentaw rwieħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jissottomettu t-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-maġġor parti tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi minn kemm il-parti tippreżenta ruħha fil-perjodu msemmi hawn fuq.

(b)   Seduti ta' smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

7.   Sottomissjonijiet bil-miktub, tweġibiet għall-kwestjonarju u korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti” (6) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkumpanjati minn verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”.

Għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tuża sistema elettronika ta' maniġment ta' dokumenti. Il-partijiet kollha interessati huma mitluba jagħmlu s-sottomossjonijiet u t-talbiet tagħhom f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz ta' posta elettronika , u dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numri tat-telefown u l-fax tal-parti interessata. Madankollu, kull prokura u ċeritifkati ffirmati li jakkumpanjaw it-tweġibiet tal-kwestjonarju jew kull aġġornamenti tagħhom għandhom jintbagħtu bil-miktub, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tistax tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, għandha tinforma mill-ewwel lil Kummissjoni. Għal aktar tagħrif fir-rigward tal-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna relevanti tal-internet fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

B1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22956505

8.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, dan it-tagħrif għandu jitwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Ipproċessar ta' dejta personali

Huwa nnutat li kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (7).

11.   L-uffiċjal għas-Seduti

Ta’ min jinnota wkoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom, dawn jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal għas-Seduti tas-Smigħ tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ. Dan jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, filwaqt li joffri, fejn ikun meħtieġ, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f'dan il-proċediment, b'mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni taż-żmien preskritt u t-trattament tal-fehmiet sottomessi bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal għas-Seduti ta' Smigħ fil-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (http://ec.europa.eu/trade).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Is-CEV għandu jiġi ddeterminat f'konformità mar-Rapport Tekniku, 1967, IIW doc. IX-555-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Issaldjar (IIW).

(3)  Kif iddefinit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010 tal-5 ta' Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 284, 29.10.2010, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jingħaqdu flimkien id-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.

(4)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

(5)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 1.

(6)  Dan ifisser li d-dokument ikun għall-użu intern biss. Huwa protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping).

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/11


Notifika tal-inizjazzjoni ta' proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd.

2011/C 223/08

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku , li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd. (“Hangzhou Bioking” jew “il-produttur esportatur ikkonċernat”) huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment intbagħat fil-15 ta' Ġunju 2011 mill-produtturi li ġejjin (“il-kwerelanti”): Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie S.r.l. u Comercial Quimica Sarasa s.l. li jirrappreżentaw parti sostanzjali, f'dan il-każ 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-aċidu tartariku.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-aċidu tartariku, eskluż l-aċidu tartariku D-(-)- b'rotazzjoni ottika negattiva ta' mill-anqas 12,0 gradi, imkejjel f'soluzzjoni ta' ilma skont il-metodu deskritt fil-Farmakopea Ewropea, li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   Allegazzjoni ta’ dumping  (2)

Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta' dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2918 12 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss għall-informazzjoni.

Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tagħha mhijiex waħda tas-suq, il-kwerelant stabbilixxa valur normali għal Hangzhou Bioking fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, jiġifieri l-Arġentina. L-allegazzjoni ta’ dumping issejset fuq tqabbil tal-valur normali stabbilit b’dan il-mod mal-prezz ta’ esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping li ġew ikkalkulati huma sinifikanti.

4.   Allegazzjoni ta' ħsara

Il-kwerelanti pprovdew evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat minn Hangzhou Bioking żdiedu b'mod ġenerali f'termini assoluti u f'termini tas-sehem mis-suq.

L-evidenza prima facie li pprovdew il-kwerelanti turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem fis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f'effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali u l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Il-proċedura

Billi wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, kien iddeterminat li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata l-inizjazzjoni ta’ proċediment, il-Kummissjoni qiegħda tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u li hu prodott minn Hangzhou Bioking hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax jew ikkontribwiex għall-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

5.1.    Proċedura biex jiġi determinat id-dumping

Il-produttur esportatur (3) ikkonċernat tal-prodott li qed jiġi investigat hu mistieden jieħu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Għal dan l-iskop għandu jresseq kwestjonarju mimli li jkollu informazzjoni dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija, l-attivitajiet tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispiża tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat lill-Unjoni.

5.1.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina.

5.1.2.   L-Għażla ta’ Pajjiż Terz b’Ekonomija tas-Suq

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5.1.2.2 hawn taħt, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina l-valur normali għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħżel pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xieraq. Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament l-Arġentina. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna li jikkumentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien 10 ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.1.2.1.   It-trattament tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq

B'konformità mal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, jekk fl-eventwalità li Hangzhou Bioking tqis li fir-rigward tal-manifattura jew il-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, għaliha jgħoddu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq, tista' tressaq talba sostanzjata kif xieraq għal dan l-għan (“talba għal TES”). Jingħata trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) jekk il-valutazzjoni tat-talba għal TES turi li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament (4) bażiku huma ssodisfatti. Il-marġni ta’ dumping ta' Hangzhou Bioking, jekk tingħata MET se jiġi kkalkulat, safejn hu possibbli u bla ħsara għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, billi jintuża l-valur normali u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom stess skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

Hangzhou Bioking tista' wkoll, jew bħala alternattiva, titlob trattament individwali (“TI”). Sabiex jingħataw TI, dawn il-produtturi esportaturi għandhom jipprovdu evidenza li huma jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (5). Il-marġni ta' dumping ta' Hangzhou Bioking, jekk tingħataw TI, se jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tagħhom stess. Il-valur normali għal Hangzhou Bioking, jekk tingħata TI, se jissejjes fuq il-valuri stabbiliti għall-pajjiż terz b’ekonomija tas-suq magħżul kif deskritt hawn fuq.

(a)   Trattament ta’ ekonomija tas-suq (TES)

Il-Kummissjoni se tibgħat formola tat-talba tat-TES lill-kumpanija kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Fil-każ li l-produttur esportatur ikkonċernat jiddeċiedi li jitlolb għal TES, għandu jressaq il-formola għat-talba għal TES fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(b)   Trattament individwali (TI)

Biex tapplika għal TI, Hangzhou Bioking għandha tressaq il-formola għat-talba għal TES bit-taqsimiet li jirrigwardjaw it-TI mimlija kif xieraq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.1.3.   L-investigazzjoni ta' importaturi mhux relatati  (6)  (7)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu l-informazzjoni li ġejja dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:

isem, indirizz, indirizz elettroniku, numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt;

l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat;

il-fatturat totali għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011;

il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011 tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat u prodott minn Hangzhou Bioking;

l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (8) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat; kif ukoll

kull tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

Meta l-kumpanija tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, hi tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ikun jimplika li din trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fil-post”). Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din se titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ fl-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista' tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor fir-rigward tal-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott fl-Unjoni li qiegħed jiġi investigat u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.

5.2.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ ħsara

Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija bħal din. Determinazzjoni ta' ħsara tiġi stabbilita abbażi ta' evidenza pożittiva u tinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-prodott fl-Unjoni li qed jiġi investigat, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.2.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas il-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati għal għadd raġonevoli, billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni isir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-użu tad-dettalji ta' kuntatt mogħtija fit-taqsima 5.6 hawn taħt) u dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti dwar l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi tal-Unjoni u/jew l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha, dwar il-kumpaniji magħżula finalment biex ikunu fil-kampjun.

Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut se jkun fih tagħrif dwar, inter alia, l-istruttura tal-kumpanija/kumpaniji tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija/kumpaniji, l-attivitajiet tal-kumpanija/kumpaniji fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.

5.3.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ħsara kkawżata minnu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qiegħed jiġi investigat.

Il-partijiet li jippreżentaw irwieħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew b'mod ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif mogħti skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk meta jingħata jkun sostnut b’evidenza fattwali.

5.4.    Sottomissjonijiet oħra bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-notifika, huma mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.5.   Il-possibilità ta’ seduta mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu biex jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal seduta fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.6.    Struzzjonijiet kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif mitlub f’din in-notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali, għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (9).

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, u li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati” Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed li jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.

Għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tuża sistema ta' maniġġjar tad-dokumenti elettronika. Il-partijiet interessati huma mitluba jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'għamla elettronika (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz tal-email, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz tal-email, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura u ċertfikazzjonijiet iffirmati li jakkumpanjaw ir-risposti tal-kwestjonarju jew kull aġġornament tiegħu, għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument fiżiku, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tkunx tista' tipprovdi s-sottomissjonijiet u r-rikjesti tagħha f'għamla elettronika, din għandha tinforma lill-Kummissjoni minnufih. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

It-tim tad-dumping:

Fax +32 22920480

Posta elettronika: TRADE-AD-TARTARIC-DUMPING@ec.europa.eu

It-tim tal-ħsara:

Fax +32 22921022

Posta elettronika: TRADE-AD-TARTARIC-INJURY@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fl-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet ikunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kienet ikkooperat.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet ta' terzi persuni għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda ssir. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.

Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ għall-Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tingħalaq, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar tad-dejta personali

Kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (10).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Id-dumping huwa l-prattika tal-bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali normalment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbaħ fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbaħ ħafna lill-prodott ikkonċernat.

(3)  Il-produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Esportaturi li ma jipproduċux normalment mhumiex intitolati għal rata ta’ dazju individwali.

(4)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr indħil sinifikanti mill-Istat; (ii) Id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta’ rekords bażiċi tal-kontabilità li jiġu indipendentement ivverifikati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u jiġu applikati għall-finijiet kollha; (iii) ma hemmx distorsjoni sinifikanti ttrasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq; (iv) il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbilità legali (v) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq.

(5)  Il-produtturi esportaturi għandhom juru b’mod partikolari li: (i) fil-każ ta’ kumpaniji jew impriżi konġunti totalment jew parzjalment f’idejn barranin, l-esportaturi huma liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti; (ii) il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ esportazzjoni u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ huma ddeterminati liberament; (iii) il-maġġoranza tal-ishma jappartjenu lil persuni privati. L-uffiċjali tal-Istat li jiffurmaw parti mill-Bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet maniġerjali ewlenin għandhom ikunu f’minoranza jew għandu jintwera li l-kumpanija hija madankollu indipendenti biżżejjed mill-indħil tal-Istat; (iv) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jsiru skont ir-rati tas-suq u (v) l-indħil mill-Istat mhuwiex tali li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi individwali jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(6)  Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi li jistgħu jiddaħħlu fil-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.

(7)  Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni tad-dumping.

(8)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) huma uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta’ xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegat u l-persuna li timpjegah; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tipposjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew għat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw direttament jew indirettament terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu membri tal-istess familja biss jekk għandhom ir-relazzjonijiet li ġejjin ma’ xulxin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika.

(9)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009 p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/16


Avviż ta’ bidu ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

2011/C 223/09

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal reviżjoni

It-talba ntbagħtet mill-produtturi tal-Unjoni li ġejjin: Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie S.r.l. u Comercial Quimica Sarasa s.l. (“l-applikanti”).

Ir-reviżjoni hija limitata fl-ambitu għall-eżaminazzjoni ta' dumping sa fejn huma kkonċernati żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, jiġifieri Biochemical Engineering Co., Ltd, Changzhou City, u Ninghai Organic Chemical Factory, Ninghai.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-aċidu tartariku, eskluż l-aċidu tartariku D-(-)- b'rotazzjoni ottika negattiva ta' mill-anqas 12,0-il grad, imkejjel f'soluzzjoni ta' ilma skont il-metodu deskritt fil-Farmakopea Ewropea, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott taħt investigazzjoni”).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv tal-anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 (2) fuq importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 150/2008 (3). Dawn il-miżuri baqgħu fis-seħħ minħabba reviżjoni kontinwa tal-iskadenza (4).

4.   Ir-raġunijiet għar-reviżjoni

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie, ippreżentata mill-applikanti, li turi li, safejn għandhom x'jaqsmu ż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, iċ-ċirkustanzi li fuqhom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.

L-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li, safejn għandhom x'jaqsmu ż-żewġ produtturi esportaturi kkonċernati, it-tkomplija tal-impożizzjoni tal-miżuri fil-livell attwali tagħha ma għadhiex biżżejjed biex tpatti għall-ħsara tad-dumping. B'mod partikolari, l-applikanti qed jallegaw li ż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi jipparteċipaw f'ċerti programmi riċenti governattivi li minnhom jieħdu benefiċċji li konsegwenza ta' hekk qed ifixklu l-bażi attwali tal-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u jiddubita jekk il-kumpaniji għadhomx jistgħu jingħataw it-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (“MET”). Tqabbil tal-valur normali tal-esportazzjoni tal-produtturi, jew fuq bażi ta' valur normali kostrutt fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew fuq il-prezzijiet domestiċi f'pajjiż analogu, f'dan il-każ l-Arġentina, bil-prezzijiet tagħhom tal-esportazzjoni lill-Unjoni jindika li l-marġni tad-dumping tidher li hija ogħla mil-livell attwali tal-miżuri.

Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kienet imsejsa fuq il-livell ta' dumping stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex biżżejjed biex tpatti għad-dumping.

5.   Proċedura biex ikun determinat id-dumping

Wara li ġie ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni qiegħda b'dan tniedi reviżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tevalwa l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-produtturi esportaturi.

(a)   Il-kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi msemmija hawn fuq u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat. Din l-informazzjoni flimkien mal-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

(b)   Ġbir ta' informazzjoni u seduti ta’ smigħ

Il-partijiet kollha interessati, b'dan, qed jiġu mistiedna jesprimu fehmiethom, iressqu tagħrif barra mit-tweġibiet li taw fil-kwestjonarju u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Din l-informazzjoni u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(i).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn iressqu talba li turi li għandhom raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 6(a)(ii).

(c)   Trattament ta’ ekonomija tas-suq/trattament individwali

Fl-eventwalità li l-produtturi esportaturi jipprovdu biżżejjed evidenza li turi li huma joperaw f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, għandha titressaq talba ssostanzjata kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(b) ta' dan l-avviż. Il-Kummissjoni se tibgħat formola tat-talba lill-produtturi esportaturi kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Din il-formula tat-talba tista’ tintuża wkoll mill-produtturi esportaturi biex jitolbu trattament individwali, jiġifieri li huma jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(d)   L-għażla tal-pajjiż b’ekonomija tas-suq

F’każ li l-produtturi esportaturi ma jingħatawx trattament ta' ekonomija tas-suq, iżda jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikollhom dazju individwali stabbilit skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, għandu jintuża pajjiż adattat b'ekonomija tas-suq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tippreviedi li terġa' tuża lill-Arġentina għal dan il-għan kif sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fil-punt 6(c) ta' dan l-avviż.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-produtturi esportaturi jingħataw trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista', jekk ikun meħtieġ, tuża sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f'pajjiż b'ekonomija tas-suq xierqa, eż. bl-għan li tbiddel kull spiża jew element ta' prezz li mhuwiex affidabbli fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa meħtieġ biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk ma tkunx disponibbli d-dejta affidabbli meħtieġa fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tikkunsidra li tuża lill-Arġentina għal dan il-għan ukoll.

6.   Limiti ta’ żmien

(a)   Limiti ġenerali ta' żmien

(i)   Għal partijiet li jridu jippreżentaw rwieħhom, biex iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kwalunkwe tagħrif ieħor.

Il-partijiet kollha interessati, biex l-ilmenti tagħhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe tagħrif ieħor fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Għandha tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi fuq il-preżentazzjoni tal-parti fil-limitu ta' żmien imsemmi qabel.

(ii)   Seduti ta' smigħ

Il-partijiet kollha interessati jistgħu japplikaw ukoll biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 37 jum.

(b)   Żmien speċifiku biex jintbagħtu talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u/jew trattament individwali

Il-talbiet sostanzjati kif xieraq tal-produtturi esportaturi għal trattament ta' ekonomija tas-suq, kif imsemmi fil-punt 5(c) ta' dan l-avviż, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(c)   Limitu speċifiku ta' żmien għall-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Il-partijiet fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar kemm hija xierqa l-għażla tal-Arġentina li, kif imsemmi fil-punt 5(d), hija prevista bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq biex ikun stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Dawn il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.   L-istruzzjonijiet kif għandhom isiru s-sottomissjonijiet bil-miktub u jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduti mill-partijiet interessati li għalihom huwa mitlub trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristrett (5)”.

Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jkunu mmarkati “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali dwaru fil-format u l-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.

Għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tuża' sistema elettronika ta' mmaniġġjar tad-dokumenti. Il-partijiet interessati huma mitluba jagħmlu s-sottomossjonijiet u t-talbiet tagħhom kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet mhux kunfidenzjali permezz ta' posta elettronika , u dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numri tat-telefown u l-fax tal-parti interessata. Madankollu, kwalunkwe Prokura u ċertfikazzjonijiet iffirmati li jakkumpanjaw ir-risposti tal-kwestjonarju jew kwalunkwe aġġornament tiegħu, għandhom jiġu sottomessi f'għamla ta' dokument fiżiku, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, jekk parti interessata ma tistax tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tinforma mill-ewwel lill-Kummissjoni. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence/

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: N105 04/092

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Fax +32 22920480

Posta elettronika: TRADE-AD-TARTARIC-DUMPING@ec.europa.eu

8.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu ta' żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, l-informazzjoni titwarrab u jista’ jsir użu mill-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u jintużaw il-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

9.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha tiġi konkluża, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10.   Ipproċessar ta' dejta personali

Huwa nnutat li kwalunkwe dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (6).

11.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet minn partijiet terzi għal seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-parti interessata jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda ssir. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data ta' pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, għandha titressaq talba għal smigħ fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-paġna web tad-DĠ għall-Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU L 23, 27.1.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 48, 22.2.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 24, 26.1.2011, p. 14.

(5)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6225 – Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/10

1.

Fil-15 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha M 31 Beteiligungsgesellschaft mbh & Co. Energie KG (“Colmar”, il-Ġermanja) takkwista, skont it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Amprion GmbH (“Amprion”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt. Colmar hi kkontrollata b’mod konġunt minn Molaris Vermietungs- und Verwaltungsgesellschaft mbH (“Molaris”, il-Ġermanja), fil-kontroll aħħari ta’ diversi persuni privati, u Commerz Real AG, fil-kontroll aħħari ta’ Commerzbank AG (“Commerzbank”, il-Ġermanja). Attwalment, Amprion hi kkontrollata b’mod waħdieni minn RWE.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża RWE: il-produzzjoni tal-elettriku, il-kummerċ tal-enerġija, it-trasport u l-provvista tal-gass u l-elettriku,

għall-impriża Commerzbank: is-servizzi finanzjarji,

għall-impriża Colmar: tippossjedi sehem tal-kapital minn u tikkontrolla b’mod konġunt lil Amprion,

Molaris: il-kiri u l-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli,

għall-impriża Amprion: operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6225 – Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6326 – Stanley Black & Decker/Niscayah Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/11

1.

Fit-22 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Stanley Black & Decker, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Niscayah Group AB (l-Isvezja) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fis-27 ta’ Ġunju 2011.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Stanley Black & Decker: għodda soda u soluzzjonijiet tal-inġinerija għall-użu industrijali, tal-kostruzzjoni u tad-DIY (do-it yourself), sistemi ta’ rbit u immuntar, u soluzzjonijiet ta’ sigurtà primarjament għall-applikazzjonijiet kummerċjali,

Niscayah Group AB: soluzzjonijiet għall-protezzjoni kontra n-nar, sistemi ta' sorveljanza bil-vidjow, tagħmir li jikkontrolla l-aċċess, kif ukoll servizzi ta’ installazzjoni, manutenzjoni, monitoraġġ u rispons għall-allarm.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6326 – Stanley Black & Decker/Niscayah Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


29.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6303 – Antin Infrastructure Partners FCPR/RREEF Pan European Infrastructure Fund LP/Andasol-1 Central Thermosolar Uno, SA AND Andasol-2 Central Thermosolar, Dos SA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 223/12

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Antin Infrastructure Partners FCPR (“Antin”, Franza) u RREEF Pan European Infrastructure Fund LP (“RREFF”, l-Ingilterra), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Andasol-1 Central Termosolar Uno, SA u ta' Andasol-2 Central Termosolar Dos, SA (li flimkien jissemmew bħala Andasol-1&2, it-tnejn ta' Spanja), żewġ kumpaniji eżistenti, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Antin: Fond ta' investiment attiv f'infrastruttura Ewropea,

għal RREEF: Fond ta' investiment attiv, fost affarijiet oħra, f'infrastruttura Ewropea,

għal Andasol-1&2: Il-produzzjoni tal-elettriku fi Spanja bl-użu tat-tekonoloġija termali solari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6303 – Antin Infrastructure Partners FCPR/RREEF Pan European Infrastructure Fund LP/Andasol-1 Central Thermosolar Uno, SA AND Andasol-2 Central Thermosolar, Dos SA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).