ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CA2011.221.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 221A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
27 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

2011/C 221A/01

Avviż ta' proċedura miftuħa ta' għażla — Koordinatur tal-avvenimenti — Referenza: EF-TA-10-01

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

19

(PL)

24

 

35

(DE/EN/FR)

37

(PL/RO)

60

 

68

 

76

(DE/EN/FR)

82

 

91

 

98

 

114

(DA)

121

(DA)

122

 

135

 

140

(BG/ET/HU/MT/PL/SL/SV)

142

 

146

 

147

(EN/IT/MT/SV)

155

(EN/ES/ET/FR/NL/PL/PT/SK/SL/SV)

156

 

157

 

162

 

169

(EN)

177

(DE/EN/FR)

180

(BG/RO)

181

(DA)

183

(SL)

185

 

193

(BG/RO)

198

(CS/HU/LT/MT/PL/SK)

206

(CS/ES/LV/MT/SV)

208

(DE/EN/FR)

221

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

27.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 221/1


AVVIŻ TA' PROĊEDURA MIFTUĦA TA' GĦAŻLA

KOORDINATUR TAL-AVVENIMENTI

REFERENZA: EF-TA-10-01

(2011/C 221 A/01)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), ibbażata f'Dublin, l-Irlanda, qed tfittex li tirrekluta Koordinatur tal-Avvenimenti.

Filwaqt li jkun jaħdem fl-Unità tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, jirrapporta lil u jikkollabora mill-qrib mal-Maniġer tal-Komunikazzjoni Esterna, il-Koordinatur tal-Avvenimenti ser ikun responsabbli mill-promozzjoni tal-Eurofound permezz tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti li jvarjaw minn konferenzi fuq skala kbira sa seminars, workshops, esibizzjonijiet u żjarat.

Il-Koordinatur tal-Avvenimenti ser ikun responsabbli primarjament minn dawn li ġejjin:

L-iżvilupp strateġiku, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-avvenimenti ewlenin tal-Eurofound, inklużi l-Forum tal-Fondazzjoni u avvenimenti oħrajn ta' livell għoli,

Jagħti pariri u jikkollabora dwar l-avvenimenti kollha tal-Eurofound,

L-organizzazzjoni u l-evalwazzjoni ta' avvenimenti fuq skala żgħira, inklużi esibizzjonijiet u żjarat,

Iġestixxi timijiet żgħar għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti,

Il-ġestjoni ta' kuntratti, inklużi l-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti u l-ġestjoni ta' proġetti,

Kwalunkwe kompitu ieħor relatat mal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni skont kif meħtieġ.

Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal kandidati li:

huma ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

huma intitolati għal drittijiet sħaħ bħala ċittadini,

ikunu issodisfaw l-obbligi kollha imposti mil-liġi dwar is-servizz militari,

jkollhom għarfien estensiv ta' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Unjoni, inkluż għarfien eċċellenti tal-Ingliż li hija l-lingwa prinċipali tal-Eurofound,

ikollhom edukazzjoni universitarja ta' mill-anqas 4 snin li twassal għal-lawrja fl-oqsma tal-marketing, il-ġurnaliżmu, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-komunikazzjoni jew dixxipplini simili jew — b'mod alternattiv — irid ikollhom esperjenza professjonali rilevanti ta' mill-anqas 6 snin.

Il-kandidat li jintgħażel ser jiġi reklutat fil-Grupp ta' Funzjoni AD, Grad 6, bħala Aġent Temporanju b'kuntratt ta' żmien indefinit.

Id-dettalji sħaħ tal-kariga kif ukoll l-proċeduri tal-applikazzjoni u l-għażla jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-postijiet battala tas-sit elettroniku tal-Eurofound:

http://www.eurofound.europa.eu/about/vacancies/index.htm

L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu sottomessi fuq il-formola ta' applikazzjoni uffiċjali li tista' titniżżel ukoll mis-sit elettroniku.

L-iskadenza għall-applikazzjonijiet: 25 ta' Awwissu 2011.