ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.220.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2011/C 220/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 220/02 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 220/03 |
||
|
Rettifika |
|
2011/C 220/04 |
||
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
26.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji
2011/C 220/01
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2),
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
1. |
Fl-24 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (3) (“Proposta”) u sussegwentement ikkonsultat lill-KEPD. |
2. |
Il-KEPD huwa kuntent li huwa kien ikkonsultat kif meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u li fil-preambolu tal-Proposta hemm inkluża referenza għal din l-Opinjoni. |
1.1. L-għanijiet tal-Proposta
3. |
L-għan tal-Proposta huwa li tiffaċilita u żżid il-kooperazzjoni transkonfinali u l-iskambju tal-informazzjoni fost ir-reġistri kummerċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u b’hekk iżżid it-trasparenza kif ukoll l-affidabbiltà tal-informazzjoni disponibbli tul il-fruntieri. Il-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva effikaċi fir-rigward tar-reġistri kummerċjali huma kruċjali sabiex tiżdied il-fiduċja fis-suq uniku Ewropew billi jiġi żgurat ambjent kummerċjali aktar sikur għall-konsumaturi, għall-kredituri u għal imsieħba kummerċjali oħrajn, billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u billi tiżdied iċ-ċertezza legali. It-tisħiħ tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva fir-rigward tar-reġistri kummerċjali fl-Ewropa huwa partikolarment importanti fil-proċeduri għal fużjonijiet transkonfinali, trasferimenti tas-sede u l-aġġornament tar-reġistrazzjoni ta’ fergħat barranin meta fil-mument ikun hemm nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni jew inkella jkunu limitati. |
4. |
Għal dan il-għan, il-Proposta timmira li temenda tliet direttivi eżistenti, kif ġej:
|
1.2. Il-kuntest tal-Proposta
5. |
Ir-reġistri kummerċjali jeżistu f’kull Stat Membru; huma organizzati fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Fl-1968 ġew adottati regoli komuni bil-għan li jistabbilixxu standards minimi għall-iżvelar (reġistrazzjoni u pubblikazzjoni) ta’ informazzjoni kummerċjali (7). Mill-1 ta’ Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom iżommu wkoll reġistri kummerċjali elettroniċi (8) u jippermettu lill-partijiet terzi jkollhom aċċess għall-kontenut tar-reġistru fuq l-internet. |
6. |
Il-kooperazzjoni li tikkonċerna r-reġistri kummerċjali minn Stati Membri differenti hija espliċitament meħtieġa minn xi strumenti legali Ewropej sabiex jiġu ffaċilitati l-fużjonijiet transkonfinali tal-kumpaniji b’responsabbiltà limitata (9) u t-trasferiment transkonfinali tas-sede tal-Kumpanija Ewropea (SE) (10) u tas-Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (11). |
7. |
Fl-1992 inħoloq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni volontarja fir-rigward tar-reġistri kummerċjali fl-Ewropa. Sal-lum, l-hekk imsejjaħ Reġistru Kummerċjali Ewropew (“EBR”) (12) jgħaqqad reġistri kummerċjali uffiċjali minn 19-il Stat Membru u sitt ġurisdizzjonijiet Ewropej oħrajn. Bejn l-2006 u l-2009, l-EBR ħa sehem fi proġett ta’ riċerka msejjaħ BRITE (13) li kellu l-għan li jiżviluppa pjattaforma teknoloġika għall-interoperabbiltà ta’ reġistri kummerċjali madwar l-Ewropa. Madankollu, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-Proposta tispjega li l-EBR għandu quddiemu sfidi sinjifikanti fir-rigward tal-espansjoni, il-finanzjament u l-governanza tiegħu: skont il-Valutazzjoni tal-Impatt, il-mekkaniżmu attwali ta’ kooperazzjoni mhuwiex sodisfaċenti għall-utenti potenzjali. |
1.3. Sinerġiji ma’ inizjattivi oħrajn
8. |
Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni li jakkumpanja l-Proposta jinnota li l-portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika (14) ser isir il-punt ewlieni ta’ aċċess għal informazzjoni legali, istituzzjonijiet legali u amministrattivi, reġistri, databases u servizzi oħrajn fl-UE. Huwa jkompli jikkonferma li l-Proposta hija kumplementari għall-proġett tal-Ġustizzja elettronika u għandha tikkontribwixxi għal aċċess aktar faċli għal informazzjoni kummerċjali għall-partijiet terzi permezz tal-portal. |
9. |
Skont il-Valutazzjoni tal-Impatt, proġett rilevanti ieħor b’sinerġiji potenzjali huwa s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) (15). L-IMI hija għodda elettronika intiża biex tappoġġja l-kooperazzjoni amministrattiva ta’ kuljum bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-kuntest tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE) u tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (2005/36/KE). Bħalissa, l-IMI tinsab fil-proċess li tiġi estiża u tista’, skont il-Valutazzjoni tal-Impatt, tappoġġa wkoll l-infurzar ta’ direttivi oħrajn inkluż fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji. |
II. DISPOŻIZZJONIJIET RILEVANTI TAL-PROPOSTA
10. |
L-Artikolu 3 tal-Proposta jemenda d-Direttiva 2009/101/KE minn diversi aspetti. Minn dawn, hemm żewġ emendi li għandhom rilevanza sinifikanti għall-protezzjoni tad-dejta. |
2.1 Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni permezz ta’ punt ta’ aċċess/pjattaforma elettronika Ewropea komuni
11. |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE fis-seħħ bħalissa diġà jitlob li għandha tiġi żvelata ċerta informazzjoni minima f’reġistru tan-negozju f’kull Stat Membru sabiex il-partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw informazzjoni dwar il-kumpaniji. Kif spjegat fit-Taqsima 1.2 hawn fuq, l-Istati Membri għandhom ukoll iżommu reġistri elettroniċi tan-negozju u jippermettu lill-partijiet terzi jkollhom aċċess għall-kontenut ta’ dawn ir-reġistri online. |
12. |
L-Artikolu 2 jelenka ħdax-il punt ta’ informazzjoni bażika tal-kumpaniji li għandha tiġi żvelata lill-pubbliku, inklużi dawn li ġejjin:
|
13. |
Huwa importanti li mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, l-Artikolu 2 jirrikjedi wkoll l-iżvelar tal-“ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji” (enfasi miżjuda) tal-persuni li (i) huma awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-kumpanija u/jew (ii) huma involuti b’mod ieħor fl-“amministrazzjoni, is-sorveljanza jew il-kontroll” tal-kumpanija. |
14. |
Il-lista ta’ entrati li jeħtieġ li jiġu żvelati skont l-Artikolu 2 baqgħet ma nbidlitx mill-Proposta. Lanqas ma huwa rekwiżit ġdid li kull Stat Membru għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku. In-novità tal-Proposta hija li l-informazzjoni li sa issa kienet disponibbli b’mod frammentat, ta’ spiss b’lingwi lokali biss u permezz ta’ websajts lokali, issa ser tkun aċċessibbli faċilment, permezz ta’ punt ta’ aċċess/pjattaforma Ewropea komuni, f’ambjent multilingwi. |
15. |
Għal dan il-għan, il-Proposta għandha ddaħħal Artikolu 3a ġdid fid-Direttiva, sabiex jistabbilixxi li “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 2 li kienu ppreżentati mar-reġistru tagħhom jistgħu jinkisbu, fuq applikazzjoni minn kwalunkwe applikant, b’mezzi elettroniċi permezz ta’ pjattaforma elettronika Ewropea waħdanija aċċessibbli minn kull Stat Membru.” Il-Proposta tħalli d-dettalji ulterjuri kollha għall-atti ddelegati. |
2.2 Interoperabbiltà u interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali: it-twaqqif ta’ netwerk elettroniku
16. |
Il-Proposta għandha ddaħħal ukoll Artikolu 4a ġdid fl-istess Direttiva 2009/101/KE, sabiex tistabbilixxi li “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li [r-reġistri kummerċjali] huma interoperabbli u jifformaw netwerk elettroniku”. Għal darb’oħra, il-Proposta tħalli aktar dettalji għall-atti ddelegati. |
2.3 Dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta
17. |
Sabiex tindirizza t-tħassib tal-protezzjoni tad-dejta, il-Proposta għandha ddaħħal fit-test tat-tliet Direttivi kollha li jridu jiġu emendati artikolu speċifiku dwar il-protezzjoni tad-dejta li jirrikjedi li “[l-]ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq fil-kuntest ta[d-]Direttiva għandu jkun soġġett għad-Direttiva 95/46/KE”. |
III. KUMMENTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KEPD
3.1. Introduzzjoni: l-issodisfar tal-ħtiġijiet tat-trasparenza u tal-privatezza
18. |
Il-KEPD jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li (i) l-użu tal-informazzjoni u tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni jista’ jgħin sabiex tiżdied l-effikaċja tal-kooperazzjoni fir-rigward tar-reġistri kummerċjali u li (ii) ż-żieda tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni tar-reġistri kummerċjali tista’ twassal għal żieda fit-trasparenza. Għalhekk, huwa jappoġġa l-objettivi tal-Proposta. Il-kummenti tiegħu għandhom jiġu evalwati fid-dawl ta’ dan l-approċċ kostruttiv. |
19. |
Fl-istess waqt, il-KEPD jenfasizza wkoll li ż-żieda fl-aċċessibbiltà tad-dejta personali twassal ukoll għal żieda fir-riskji għad-dejta personali. Pereżempju, filwaqt li l-identifikazzjoni korretta ta’ rappreżentant ta’ kumpanija tista’ tiġi ffaċilitata jekk jiġi żvelat l-indirizz privat tiegħu, l-iżvelar jista’ jkollu wkoll impatt negattiv fuq id-dritt ta’ dan l-individwu għall-protezzjoni tad-dejta personali. Dan huwa partikolarment il-każ għal dejta personali magħmula disponibbli b’mod wiesa’ fuq l-internet f’forma diġitali b’bosta lingwi u permezz ta’ punt ta’ aċċess/pjattaforma Ewropea aċċessibbli faċilment. |
20. |
Fil-passat mhux daqstant imbiegħed, dejta personali minn reġistri kummerċjali (eż. l-isem, l-indirizz u l-kampjun tal-firma ta’ direttur) kienet żvelata lill-pubbliku f’forma stampata u b’lingwa lokali, sikwit biss wara żjara personali tal-applikant f’uffiċċju ta’ reġistru lokali. Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li din is-sitwazzjoni hija kwalitattivament differenti mill-iżvelar pubbliku ta’ dejta f’forma diġitali permezz ta’ punt ta’ aċċess elettroniku fuq skala nazzjonali. L-iżvelar pubbliku ta’ dejta personali permezz ta’ punti ta’ aċċess/pjattaforma kollha kemm hi Ewropea aċċessibbli faċilment saħansitra jkompli jelabora fuq dan il-pass, u jkompli jżid l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, kif ukoll ir-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tal-individwi kkonċernati. |
21. |
Fost ir-riskji għall-privatezza preżenti (minħabba d-disponibbiltà faċli tad-dejta f’forma diġitali fuq punt ta’ aċċess elettroniku komuni) huma s-serq tal-identità u attivitajiet kriminali oħrajn, kif ukoll ir-riskju li l-informazzjoni żvelata tinġabar u tintuża illegalment mill-kumpaniji għal skopijiet kummerċjali li ma kinux previsti fil-bidu, wara l-ipprofilar tal-individwi kkonċernati. Mingħajr salvagwardji adegwati, l-informazzjoni tkun tista’ saħansitra tinbiegħ lil oħrajn, jew tiġi kkombinata ma’ informazzjoni oħra u mbagħad tinbiegħ lura lill-gvernijiet sabiex tintuża għal skopijiet mhux relatati u mhux żvelati (pereżempju: għall-infurzar tal-liġi fiskali jew għal investigazzjonijiet kriminali jew amministrattivi oħrajn) mingħajr bażi legali adegwata (16). |
22. |
Għal dawn ir-raġunijiet, għandu jiġi evalwat bir-reqqa liema informazzjoni personali għandha tkun disponibbli permezz tal-punt ta’ aċċess/pjattaforma Ewropea komuni, u liema salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-dejta – inklużi miżuri tekniċi biex jirrestrinġu l-kapaċitajiet ta’ tfittxija jew ta’ tniżżil u l-estrazzjoni tad-dejta – għandhom japplikaw. |
3.2. Is-salvagwardji essenzjali tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu stabbiliti fil-Proposta nnifisha u m’għandhomx jitħallew għall-atti ddelegati
23. |
Kif ġie rrimarkat fit-Taqsimiet 2.1 u 2.2 hawn fuq, l-Artikoli 3a u 4a proposti tad-Direttiva 2009/101/KE huma ġenerali ħafna u jħallu ħafna kwistjonijiet ewlenin għall-atti ddelegati. |
24. |
Għalkemm il-KEPD jirrikonoxxi l-ħtieġa għall-flessibbiltà, u għalhekk, anki l-ħtieġa għall-atti ddelegati, huwa jenfasizza li s-salvagwardji meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta huma elementi essenzjali li għandhom jiġu ċċarati u speċifikament previsti direttament fit-test tad-Direttiva proposta nnifisha. F’dan ir-rigward, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala “elementi mhux essenzjali” li jistgħu jiġu inklużi fl-atti ddelegati sussegwenti adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
25. |
Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-Proposta għandhom ikunu aktar speċifiċi u jmorru lil hinn milli sempliċiment jirreferu għad-Direttiva 95/46/KE (ara t-Taqsimiet 3.4 sa 3.13). Dispożizzjonijiet addizzjonali rigward l-implimentazzjoni ta’ salvagwardji speċifiċi jistgħu mbagħad jiġu inklużi fl-atti ddelegati, fuq bażi ta’ konsultazzjoni tal-KEPD u, fejn xieraq, tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta (ara t-Taqsimiet 3.5, 3.6, 3.8, 3.9, 3.10, 3.12 u 3.13 hawn taħt). |
3.3. L-elementi essenzjali l-oħrajn tal-miżuri proposti għandhom jiġu ċċarati fil-Proposta nnifisha
26. |
Il-Proposta mhijiex siekta biss fir-rigward tas-salvagwardji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta; hija wkoll indefinita ħafna f’aspetti oħrajn. B’mod partikolari, hija tħalli wkoll għall-atti ddelegati li jistabbilixxu l-elementi essenzjali ta’ kif tixtieq li twettaq (i) l-interkonnessjoni proposta tar-reġistri kummerċjali u (ii) l-iżvelar pubbliku propost tad-dejta. |
27. |
Iċ-ċarezza dwar dawn l-elementi essenzjali l-oħrajn tal-Proposta hija prekundizzjoni meħtieġa għall-adozzjoni ta’ salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li dawn l-elementi essenzjali għandhom jiġu stabbiliti fid-Direttiva proposta nnifisha (ara t-Taqsimiet 3.4 u 3.5 hawn taħt). |
3.4. Governanza: ir-rwoli, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet għandhom jiġu ċċarati fid-Direttiva proposta
28. |
Għall-mument, il-Proposta tħalli lill-atti ddelegati biex jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-governanza, il-ġestjoni, l-operat u r-rappreżentanza tan-netwerk elettroniku (17). |
29. |
Filwaqt li l-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jidentifikaw xi sinerġiji mal-IMI u l-portal tal-Ġustizzja elettronika, it-test tad-Direttiva proposta jħalli l-bieb miftuħ għal diversi għażliet li jippermettu lil dawn is-sinerġiji kollha jew uħud minnhom biex jimmaterjalizzaw, inkluż id-disinn mill-ġdid tal-EBR, l-użu tal-IMI għal ċerti skambji ta’ dejta, u/jew l-użu tal-portal tal-Ġustizzja elettronika bħala l-pjattaforma/punt ta’ aċċess għall-għoti ta’ informazzjoni mir-reġistri kummerċjali lill-pubbliku. |
30. |
Barra minn hekk, mhumiex esklużi għażliet oħrajn, bħall-ħruġ ta’ offerta li tagħti d-dritt għad-disinn u l-operat tan-netwerk elettroniku, jew li l-Kummissjoni tieħu rwol dirett fit-tfassil u l-operat tas-sistema. Ir-rappreżentanti tal-Istat Membru jistgħu jiġu involuti wkoll fl-istruttura li tirregola n-netwerk elettroniku. |
31. |
Minbarra dan, għalkemm il-Proposta, fil-forma attwali tagħha, tipprevedi “pjattaforma elettronika Ewropea waħdanija” (enfasi miżjuda), mhuwiex eskluż li t-test jista’ jkompli jiġi mmodifikat fil-proċedura leġiżlattiva sabiex tiġi pprovduta struttura aktar deċentralizzata. |
32. |
Il-KEPD jinnota wkoll li għalkemm il-Proposta attwali ma tindirizzax b’mod speċifiku l-kwistjoni tal-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali ma’ databases oħrajn (bħal, pereżempju, mar-reġistri tal-artijiet jew mar-reġistri ċivili), din hija ċertament possibbiltà teknika, u xi ħaġa li diġà qiegħda sseħħ f’xi Stati Membri (18). |
33. |
L-għażla għal waħda jew oħra minn dawn l-għażliet tista’ twassal għal struttura kompletament differenti ta’ governanza tan-netwerk elettroniku u tal-għodda elettronika li għandha tintuża għall-iżvelar pubbliku. Dan, min-naħa tiegħu, iwassal għal rwoli u responsabbiltajiet differenti tal-partijiet involuti, li jirriżultaw ukoll fi rwoli u responsabbiltajiet differenti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta. |
34. |
F’dan ir-rigward, il-KEPD jenfasizza li fi kwalunkwe sitwazzjoni fejn tiġi pproċessata dejta personali, huwa kruċjali li jiġi identifikat b’mod korrett min huwa l-“kontrollur”. Dan kien enfasizzat ukoll mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Artikolu 29 fl-Opinjoni tiegħu 1/2010 dwar il-kunċetti ta’ “kontrollur” u “proċessur” (19). Ir-raġuni primarja għala l-identifikazzjoni ċara u mhux ambigwa tal-kontrollur hija daqstant kruċjali hija li tistabbilixxi min għandu jkun responsabbli għall-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta u hija rilevanti wkoll sabiex tidentifika liema liġi hija applikabbli (20). |
35. |
Kif ġie innotat fl-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, “[jekk] mhuwiex ċar biżżejjed x’inhuwa meħtieġ minn min – pereżempju, ħadd ma huwa responsabbli jew hemm għadd kbir ta’ kontrolluri possibbli – ikun hemm riskju ovvju li ftit wisq ser iseħħ, jekk mhux ukoll xejn, u li d-dispożizzjonijiet legali jibqgħu ineffettivi”. |
36. |
Il-KEPD jenfasizza li ċ-ċarezza hija partikolarment meħtieġa f’sitwazzjonijiet fejn ikunu involuti diversi atturi f’relazzjoni kooperattiva. Dan sikwit ikun il-każ b’sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li jintużaw għal skopijiet pubbliċi fejn l-iskop tal-ipproċessar huwa definit fil-liġi tal-UE. |
37. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi stabbilit, fit-test tad-Direttiva proposta nnifisha, u b’mod speċifiku, ċar u mhux ambigwu:
|
38. |
Mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, dawn il-kjarifiki għandhom ikunu wkoll speċifiċi u mhux ambigwi bil-għan li jistabbilixxu, fuq il-bażi tad-Direttiva proposta nnifisha, jekk attur partikolari għandux jitqies bħala “kontrollur” jew bħala “proċessur”. |
39. |
Fil-prinċipju, il-Proposta għandha tikkontribwixxi b’mod espliċitu biex tistabbilixxi, kif jidher mill-abbozz attwali b’mod ġenerali, li d-detenturi tar-reġistri kummerċjali, kif ukoll l-operatur(i) tas-sistema, għandhom kull wieħed minnhom jitqies bħala kontrollur tad-dejta fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom stess. Fid-dawl ta’ dan, meta wieħed iqis li fil-preżent il-Proposta ma tiddeskrivix l-istruttura tal-governanza u ma tiddefinixxix min sejjer ikun l-operatur(i) tas-sistema elettronika, ma jistax jiġi eskluż li wħud mill-entitajiet li fl-aħħar mill-aħħar ser iħaddmu s-sistema fil-livell prattiku, sejrin jaġixxu bħala proċessur aktar milli bħala kontrollur. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod speċjali, jekk din l-attività tiġi esternalizzata lil parti terza li taġixxi strettament skont l-istruzzjonijiet li tingħata. Fi kwalunkwe każ, jidher li għad hemm diversi kontrolluri tad-dejta, mill-inqas wieħed f’kull Stat Membru: l-entitajiet li jżommu r-reġistri kummerċjali. Il-fatt li jista’ jkun hemm entitajiet (privati) oħrajn involuti bħala operaturi, “distributuri”, jew mod ieħor, ma jbiddilx dan l-aspett. Fi kwalunkwe każ, dan għandu jiġi speċifikat fid-Direttiva proposta, sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali. |
40. |
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Proposta għandha tiddeskrivi wkoll b’mod aktar speċifiku u b’mod aktar komprensiv ir-responsabbiltajiet li jirriżultaw minn dawn ir-rwoli. Pereżempju, ir-rwol tal-operatur(i) sabiex jiżgura(w) li s-sistema hija mfassla b’mod li ma jxekkilx il-privatezza, kif ukoll ir-rwol koordinattiv tiegħu fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta, għandhom jiġu inklużi fil-Proposta. |
41. |
Il-KEPD jinnota li dawn il-kjarifiki kollha sejrin ikunu rilevanti wkoll sabiex jiġi stabbilit liema awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-dejta huma kompetenti u għal liema pproċessar tad-dejta personali. |
3.5. Il-qafas u l-bażi legali għall-flussi tad-dejta/proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva għandhom jiġu definiti fid-Direttiva proposta
42. |
Jidher li fil-forma preżenti tiegħu, in-netwerk elettroniku mhuwiex maħsub li jagħmel l-informazzjoni kollha miżmuma f’kull reġistru kummerċjali disponibbli awtomatikament għar-reġistri kummerċjali l-oħrajn kollha fl-Istati Membri l-oħrajn kollha: il-Proposta tirrikjedi biss l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tar-reġistri kummerċjali, u għalhekk, tipprovdi għall-kundizzjonijiet li jippermettu l-iskambji tal-informazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni fil-ġejjieni. Sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali, il-Proposta għandha tikkjarifika jekk dan il-ftehim huwiex korrett jew le. |
43. |
Barra minn hekk, il-Proposta lanqas ma tispeċifika liema proċeduri ta’ flussi tad-dejta/kooperazzjoni amministrattiva jistgħu jseħħu permezz tar-reġistri kummerċjali interkonnessi (21). Il-KEPD jifhem li tista’ tkun meħtieġa ċerta flessibbiltà sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet li jistgħu jirriżultaw fil-ġejjieni jkunu jistgħu jiġu akkomodati. Fid-dawl ta’ dan, il-KEPD iqis li huwa essenzjali li l-Proposta tispeċifika l-qafas għall-proċeduri tal-flussi tad-dejta u tal-kooperazzjoni amministrattiva li jistgħu jseħħu fil-ġejjieni bl-użu tan-netwerk elettroniku. Dan huwa partikolarment importanti sabiex jiġi żgurat li (i) kull skambju tad-dejta jsir fuq bażi legali soda, u li (ii) jiġu pprovduti salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta. |
44. |
Skont il-KEPD, kwalunkwe skambju ta’ dejta jew attività oħra ta’ pproċessar tad-dejta li tuża n-netwerk elettroniku (pereżempju; l-iżvelar pubbliku ta’ dejta personali permezz tal-pjattaforma/punt ta’ aċċess komuni) għandhom ikunu bbażati fuq att tal-UE li jorbot legalment adottat fuq bażi legali soda. Dan għandu jiġi stipulat b’mod ċar fid-Direttiva proposta (22). |
3.6. Kwistjonijiet ewlenin oħrajn li jitħallew għall-atti ddelegati għandhom jiġu diskussi wkoll fid-Direttiva proposta
45. |
Barra minn hekk, il-Proposta tistabbilixxi li l-atti ddelegati jiddeterminaw il-kwistjonijiet li ġejjin (23):
|
46. |
Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni inċiż, il-KEPD iqis li ċerti salvagwardji essenzjali għandhom jiġu previsti fid-Direttiva proposta nnifisha (ara t-Taqsimiet 3.12 u 3.13 aktar ’l isfel). Imbagħad ikunu jistgħu jiġu stabbiliti aktar dettalji fl-atti ddelegati. |
47. |
Fir-rigward tad-dejta awtomatizzata, il-KEPD huwa kuntent li l-Proposta titlob li l-atti ddelegati jipprevedu “definizzjoni tal-istandards għall-format, is-sustanza u l-limiti għall-ħżin u l-irkupru tad-dokumenti u d-dettalji li jippermettu l-iskambju awtomatiku tad-dejta”. |
48. |
Sabiex tiġi pprovduta aktar ċarezza f’dan ir-rigward, il-KEPD jirrakkomanda li d-Direttiva proposta nnifisha tispeċifika b’mod ċar li n-netwerk elettroniku jippermetti (i) skambji manwali u speċifiċi ta’ dejta skont il-każ bejn ir-reġistri kummerċjali (kif previst f’att tal-UE bħal fil-każ ta’ fużjoni jew trasferiment tas-sede); u (ii) trasferimenti ta’ dejta awtomatizzata (kif previst f’att tal-UE bħal fil-każ ta’ aġġornament tal-informazzjoni fir-reġistru ta’ fergħat barranin). |
49. |
Bil-għan li tkompli tissaħħaħ iċ-ċarezza, il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jiġi mmodifikat it-test propost għall-Artikolu 4(a)(3)(i) rilevanti tad-Direttiva 2009/101/KE sabiex ikun żgurat li (i) l-atti ddelegati jkopru komprensivament kemm l-iskambji manwali kif ukoll dawk awtomatiċi tad-dejta u (ii) li jkunu koperti l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar li jistgħu jinvolvu dejta personali (mhux biss il-ħżin u l-irkupru tal-informazzjoni); u li (iii) id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-atti ddelegati jiżguraw ukoll l-applikazzjoni prattika tas-salvagwardji rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. |
50. |
Sabiex nispjegaw, l-Artikolu 4(a)(3)(i) jista’, pereżempju, jiġi mmodifikat biex jaqra kif ġej:
|
3.7. Il-kategoriji tad-dejta personali pproċessata għandhom jiġu ċċarati aktar fid-Direttiva proposta
51. |
Bħala rimarka preliminari, il-KEPD jenfasizza li filwaqt li l-ismijiet (u possibbilment, dettalji oħrajn, bħal indirizzi privati) tar-rappreżentanti tal-kumpaniji (u ta’ individwi oħrajn involuti fit-tmexxija tal-kumpaniji) mingħajr dubju jikkostitwixxu l-aktar dejta personali ovvja li tista’ tiġi pproċessata min-netwerk elettroniku u/jew żvelata pubblikament permezz tal-punt ta’ aċċess/pjattaforma elettronika komuni, dawn bl-ebda mod ma huma l-unika informazzjoni personali miżmuma fir-reġistri kummerċjali. |
52. |
L-ewwel nett, uħud mid-dokumenti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE (pereżempju l-istrument tal-kostituzzjoni, l-istatuti u d-dokumenti tal-kontabilità) jista’ jkun fihom ukoll dejta personali ta’ individwi oħrajn. Din id-dejta tista’ tinkludi, fost l-oħrajn, ismijiet, indirizzi, possibbilment numri ta’ identifikazzjoni u dati tat-twelid, u saħansitra skans ta’ firem miktuba bl-idejn, ta’ firxa wiesgħa ta’ individwi, inkluż l-individwi li waqqfu l-kumpanija, l-azzjonisti tal-kumpaniji, avukati, accountants, impjegati jew nutara pubbliċi. |
53. |
It-tieni, id-dejta ta’ kumpanija, meta marbuta mal-isem ta’ individwu (bħal direttur), tista’ titqies ukoll bħala dejta personali relatata ma’ dan l-individwu. Pereżempju, jekk id-dejta mir-reġistru kummerċjali turi li individwu partikolari huwa fuq il-bord tad-diretturi ta’ kumpanija li għaddejja minn likwidazzjoni, din l-informazzjoni hija rilevanti wkoll għal dak l-individwu. |
54. |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza fir-rigward tad-dejta personali li qiegħda tiġi pproċessata, u sabiex ikun żgurat li l-firxa tad-dejta pproċessata hija proporzjonata għall-għanijiet tal-Proposta, il-KEPD jirrakkomanda l-kjarifiki stabbiliti f’din it-Taqsima 3.7. |
Il-frażi “dettalji tal-persuni” għandha tiġi ċċarata fid-Direttiva proposta
55. |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE ma jiddefinixxix liema “dettalji” tal-individwi kkonċernati (rappreżentanti tal-kumpanija u persuni oħrajn involuti fit-tmexxija korporattiva) jeħtieġ li jiġu żvelati. |
56. |
Tabilħaqq, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Proposta juru differenzi sinjifikanti anki fir-rigward tat-traduzzjoni tal-frażi “dettalji tal-persuni”. Pereżempju, il-frażi taqra “l’identité des personnes” (jiġifieri l-identità tal-persuni) bil-Franċiż, “le generalità delle persone” (jiġifieri dettalji personali bħall-isem u l-kunjom) bit-Taljan, “személyek adatai” (jiġifieri d-dejta tal-individwi) bl-Ungeriż, “de identiteit van de personen” (jiġifieri l-identità tal-persuni) bl-Olandiż u “identitatea persoanelor” (jiġifieri l-identità tal-persuni) bir-Rumen. |
57. |
Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, l-indirizzi privati tad-diretturi tal-kumpaniji u/jew ta’ individwi oħrajn, bħal xi azzjonisti, jiġu magħmula disponibbli b’rutina għall-pubbliku fuq l-internet. F’xi Stati Membri oħrajn, din l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali mir-reġistru kummerċjali fejn tiġi ppreżentata l-informazzjoni, għal tħassib dwar il-kunfidenzjalità, inkluż għall-biża’ ta’ serq tal-identità. |
58. |
Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi mmodifikat l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE sabiex jiġi ċċarat liema dejta personali, jekk hemm, minbarra l-ismijiet tal-individwi kkonċernati (rappreżentanti tal-kumpanija u persuni oħrajn involuti fit-tmexxija korporattiva) jeħtieġ li jiġu żvelati. Fit-twettiq ta’ dan, il-ħtieġa għat-trasparenza u l-identifikazzjoni preċiża ta’ dawn l-individwi għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa, iżda għandha wkoll tiġi bbilanċjata kontra tħassib kompetittiv ieħor bħall-ħtieġa li tiġi protetta l-privatezza tal-individwi kkonċernati (24). |
59. |
F’każ li ma jintlaħaq l-ebda qbil minħabba l-varjazzjonijiet fil-prattiki nazzjonali, l-Artikolu 2 għandu mill-inqas jiġi mmodifikat sabiex jitlob li jiġu żvelati “l-isem sħiħ tal-individwi kkonċernati, u – jekk speċifikament meħtieġ mil-liġi nazzjonali – dejta ulterjuri meħtieġa għall-identifikazzjoni tagħhom”. Imbagħad, huwa ċar li għandu jitħalla f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, liema “dettalji”, jekk hemm, minbarra l-ismijiet, għandhom jiġu żvelati, u li d-dejta personali addizzjonali tkun trid tiġi żvelata biss jekk dan ikun neċessarju għall-identifikazzjoni tal-individwi kkonċernati. |
60. |
Alternattivament, u meta wieħed iqis li l-Artikolu 2 jelenka “l-informazzjoni minima” minflok jarmonizza b’mod sħiħ il-kontenut tar-reġistri kummerċjali madwar l-Ewropa, il-frażi “dettalji tal-persuni” tista’ sempliċiment tinbidel bil-frażi “l-ismijiet sħaħ tal-persuni”. Imbagħad ikun ukoll f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi liema informazzjoni addizzjonali, jekk ikun hemm, jixtieq li jiżvela. |
Il-frażi “amministrazzjoni, superviżjoni jew kontroll” għandha tiġi ċċarata
61. |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE jitlob ukoll l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar persuni involuti fl-“amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll” tal-kumpanija. Fuq il-bażi ta’ din il-formulazzjoni wiesgħa, mhuwiex ċar għal kollox jekk huwiex meħtieġ li tiġi żvelata l-informazzjoni dwar l-azzjonisti: b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-azzjonisti li jkollhom (i) sehem sinjifikanti, influwenti jew ta’ kontroll lil hinn minn ċertu limitu (ii) permezz ta’ ishma privileġġati, arranġamenti kuntrattwali speċifiċi jew inkella li jkollhom kontroll/influwenza effettiv(a) fuq il-kumpanija. |
62. |
Il-KEPD jifhem li hemm bżonn ta’ formulazzjoni wiesgħa sabiex tkopri l-varjetà wiesgħa ta’ strutturi ta’ governanza korporattiva li jeżistu bħalissa għall-kumpaniji b’responsabbiltà limitata fl-Istati Membri differenti. Fid-dawl ta’ dan, iċ-ċertezza legali dwar il-kategoriji ta’ individwi li d-dejta tagħhom tista’ tiġi żvelata hija essenzjali mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li jiġi mmodifikat l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE sabiex jiġi ċċarat liema dejta personali dwar l-azzjonisti, jekk hemm, jeħtieġ li tiġi żvelata. Fit-twettiq ta’ dan, għandha ssir analiżi tal-proporzjonalità skont Schecke (kif innotat hawn fuq). |
Żvelar tal-informazzjoni lil hinn mill-minimu meħtieġ; listi suwed
63. |
Għalkemm il-Proposta ma tirrikjedix l-iskambju jew l-iżvelar pubbliku ta’ dejta personali lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, hija ma teskludix li l-Istati Membri, jekk jagħżlu huma, jistgħu jesiġu li r-reġistri kummerċjali tagħhom jipproċessaw jew jiżvelaw dejta personali ulterjuri u jagħmlu din id-dejta disponibbli wkoll permezz tal-punt ta’ aċċess/pjattaforma Ewropea komuni u/jew jiskambjaw tali dejta ma’ reġistri kummerċjali fi Stati Membri oħrajn. |
64. |
Din hija kwistjoni partikolarment sensittiva fir-rigward tal-“listi suwed”. F’xi pajjiżi, ir-reġistru elettroniku jiffunzjona wkoll, de facto, bħala għamla ta’ “lista sewda” u jista’ jitfittex minn kwalunkwe parti terza permezz ta’ portal elettroniku għal informazzjoni dwar rappreżentanti tal-kumpanija li ġew ipprojbiti mill-attivitajiet tagħhom. |
65. |
Sabiex jindirizza din il-kwistjoni, il-KEPD jirrakkomanda li fil-Proposta jiġi ċċarat jekk u sa liema punt l-Istati Membri jistgħu eventwalment jiżvelaw mal-pubbliku aktar informazzjoni permezz tal-portal komuni u/jew jistgħu eventwalment jiskambjaw aktar informazzjoni ma’ xulxin, fuq il-bażi tal-liġijiet nazzjonali tagħhom stess, jekk jagħżlu li jagħmlu dan. F’dan il-każ, għandha ssir valutazzjoni stretta tal-proporzjonalità (ara l-kawża Schecke, iċċitata hawn fuq) li tkun ibbażata fuq il-liġi nazzjonali, u li tieħu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tas-suq intern. |
66. |
Barra minn hekk, il-KEPD jissuġġerixxi li jorbot l-użu ta’ dawn il-poteri ma’ rwol li għandu jitwettaq mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, pereżempju, permezz ta’ konsultazzjoni. |
67. |
Fl-aħħar nett,, il-KEPD jenfasizza li kieku kellha tiġi prevista skema Ewropea biex titlob speċifikament tali “listi suwed”, dan għandu jiġi speċifikament stabbilit fid-Direttiva proposta (25). |
3.8. Garanziji li jiżguraw il-limitazzjoni tal-iskop; salvagwardji kontra l-ġbir tad-dejta, l-estrazzjoni tad-dejta, il-kombinazzjoni tad-dejta u t-tfittxijiet abbord
68. |
Il-KEPD jirrakkomanda li d-Direttiva proposta għandha tistabbilixxi b’mod speċifiku li fil-każijiet kollha fejn id-dejta personali tiġi żvelata mal-pubbliku jew maqsuma b’mod ieħor fost ir-reġistri kummerċjali, għandhom jiġu pprovduti salvagwardji adegwati, b’mod partikolari, kontra l-ġbir tad-dejta, l-estrazzjoni tad-dejta, il-kombinazzjoni tad-dejta u t-tfittxijiet abbord, sabiex jiġi żgurat li d-dejta personali li saret disponibbli għal skopijiet ta’ trasparenza ma tintużax ħażin għal skopijiet addizzjonali u mhux relatati (26). |
69. |
Il-KEPD jenfasizza b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-miżuri teknoloġiċi u organizzattivi li jsegwu l-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn (ara t-Taqsima 3.14 aktar ’l isfel). L-implimentazzjoni prattika ta’ dawn is-salvagwardji tista’ titħalla għall-atti ddelegati. Madankollu, il-prinċipji għandhom jiġu stabbiliti fid-Direttiva proposta nnifisha. |
3.9. Informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta u t-trasparenza
70. |
Il-KEPD jirrakkomanda li d-Direttiva proposta jkun fiha dispożizzjoni speċifika li titlob li l-informazzjoni skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE (u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, jekk rilevanti) tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-dejta b’mod effettiv u komprensiv. Barra minn hekk, u jiddependi mill-istruttura tal-governanza li jrid jintlaħaq qbil dwarha, kif ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet differenti involuti, id-Direttiva proposta tista’ speċifikament titlob li l-operatur tas-sistema jieħu rwol proattiv fl-għoti ta’ pariri u informazzjoni oħra lis-suġġetti tad-dejta fuq il-websajt tiegħu, anki “f’isem” ir-reġistri kummerċjali. Aktar dettalji jistgħu jiġu inklużi fl-atti ddelegati, jekk ikun meħtieġ, jew jitħallew biex jiġu stabbiliti f’politika dwar il-protezzjoni tad-dejta. |
3.10. Drittijiet ta’ aċċess, rettifika u tħassir
71. |
Il-Proposta għandha mill-inqas tinkludi referenza għall-ħtieġa li jiġu żviluppati l-modalitajiet ta’ arranġament (fl-atti ddelegati) sabiex is-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom. Għandha ssir ukoll referenza għall-possibbiltà tal-bini ta’ modulu tal-protezzjoni tad-dejta u għall-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ privatezza skont id-disinn għal kooperazzjoni fost l-awtoritajiet rigward id-drittijiet tal-aċċess, kif ukoll “l-għoti ta’ setgħa lis-suġġetti tad-dejta”, fejn rilevanti. |
3.11. Il-liġi applikabbli
72. |
Meta wieħed iqis li huwa possibbli li l-Kummissjoni jew istituzzjoni/entità oħra tal-UE tista’ tipproċessa wkoll id-dejta personali fin-netwerk elettroniku (pereżempju billi taġixxi bħala operatur tan-netwerk, jew billi tirkupra dejta personali minnu), għandha ssir ukoll referenza għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
73. |
Għandu jiġi ċċarat ukoll li d-Direttiva 95/46/KE tapplika għar-reġistri kummerċjali, kif ukoll għal partijiet oħrajn li jaġixxu skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom fl-Istati Membri, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-Kummissjoni u għal istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE. |
3.12. Trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi
74. |
Fir-rigward tat-trasferimenti ta’ dejta personali mid-detentur ta’ reġistru kummerċjali fl-UE għad-detentur ta’ reġistru kummerċjali f’pajjiż terz li ma jipprovdi ebda livell adegwat ta’ protezzjoni għad-dejta personali, il-KEPD, l-ewwel nett, jenfasizza li huwa importanti li ssir distinzjoni bejn żewġ sitwazzjonijiet:
|
75. |
Għall-ewwel każ, l-Artikolu 26(1)(f) tad-Direttiva 95/46/KE jippermetti eċċezzjoni meta t-“trasferiment isir minn reġistru [pubbliku]”, soġġett għar-rispett għal ċerti kundizzjonijiet. Pereżempju, jekk id-detentur ta’ reġistru kummerċjali f’pajjiż Ewropew ikun jixtieq jittrasferixxi sett partikolari ta’ dejta personali (pereżempju b’rabta mar-reġistrazzjoni ta’ fergħat barranin) lid-detentur ta’ reġistru kummerċjali f’pajjiż terz, u l-istess dejta tkun diġà disponibbli għall-pubbliku, fi kwalunkwe każ, it-trasferiment għandu jkun possibbli anki jekk il-pajjiż terz inkwistjoni ma jipprovdi l-ebda livell adegwat ta’ protezzjoni. |
76. |
Għat-tieni każ, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta tiċċara li t-trasferimenti ta’ dejta li mhijiex disponibbli għall-pubbliku jistgħu jsiru biss lil entitajiet jew individwi f’pajjiż terz li ma joffru ebda protezzjoni adegwata, jekk il-kontrollur jippreżenta salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi u fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti. Tali salvagwardji jistgħu b’mod partikolari jirriżultaw minn klawżoli kuntrattwali xierqa fis-seħħ skont l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE (27). F’każijiet fejn tali trasferimenti tad-dejta lil pajjiżi terzi sistematikament jinvolvu dejta maqsuma bejn reġistri kummerċjali f’żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar, jew meta tkun mixtieqa b’mod ieħor azzjoni fil-livell tal-UE, jista’ jsir ukoll negozjar tal-klawżoli kuntrattwali fil-livell tal-UE (Artikolu 26(4)). |
77. |
Il-KEPD jenfasizza li mgħandhomx jintużaw derogi oħrajn, bħal dik fejn (Artikolu 26(d)) “it-trasferiment ikun meħtieġ jew legalment mitlub minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku ta’ importanza, jew biex ikunu stabbiliti, eżerċitati jew protetti talbiet legali”, sabiex jiġġustifikaw trasferimenti sistematiċi tad-dejta bl-użu tan-netwerk elettroniku lil pajjiżi terzi. |
3.13. Il-kontabilità u l-privatezza skont id-disinn
78. |
Il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta tirreferi speċifikament għal, u tirsisti biex timplimenta l-prinċipju tal-kontabilità, (28) kif ukoll li tistabbilixxi qafas ċar għal mekkaniżmi interni u sistemi ta’ kontroll adegwati sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-protezzjoni tad-dejta u tiġi pprovduta evidenza tagħha, bħal:
|
79. |
Fir-rigward tal-privatezza skont id-disinn (29), il-Proposta għandha tirreferi speċifikament għal dan il-prinċipju, kif ukoll għandha timmaterjalizza dan l-impenn f’azzjonijiet konkreti. B’mod partikolari, il-Proposta għandha tistabbilixxi li n-netwerk elettroniku għandu jinbena b’mod sikur u b’mod sod sabiex ikollu inkorporati b’kontumaċja firxa wiesgħa ta’ salvagwardji għall-privatezza. Ftit eżempji possibbli ta’ salvagwardji għall-privatezza skont id-disinn jinkludu dawn li ġejjin:
|
IV. KONKLUŻJONIJIET
80. |
Il-KEPD jappoġġja l-għanijiet tal-Proposta. Il-kummenti tiegħu għandhom jiġu evalwati fid-dawl ta’ dan l-approċċ kostruttiv. |
81. |
Il-KEPD jenfasizza li s-salvagwardji meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu previsti b’mod ċar u speċifiku fit-test tad-Direttiva nnifisha, minħabba li huwa jqishom bħala elementi essenzjali. Minbarra dan, jistgħu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ salvagwardji speċifiċi fl-atti ddelegati. |
82. |
Il-kwistjonijiet tal-governanza, ir-rwoli, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet jeħtieġ li jiġu indirizzati fid-Direttiva proposta. Għal dan il-għan, id-Direttiva proposta għandha tistabbilixxi:
|
83. |
Kwalunkwe attività ta’ pproċessar tad-dejta li tuża n-netwerk elettroniku għandha tkun ibbażata fuq strument legali vinkolanti, bħal att speċifiku tal-UE adottat fuq bażi legali soda. Dan għandu jiġi stabbilit b’mod ċar fid-Direttiva proposta. |
84. |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għandhom jiġu ċċarati u jinkludu referenza għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
85. |
Fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi, il-Proposta għandha tiċċara li fil-prinċipju, u bl-eċċezzjoni ta’ każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 26(1)(f) tad-Direttiva 95/46/KE, it-trasferimenti jistgħu jsiru biss lil entitajiet jew individwi f’pajjiż terz li ma jipprovdi l-ebda protezzjoni adegwata jekk il-kontrollur jippreżenta salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi u fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti. Tali salvagwardji jistgħu b’mod partikolari jirriżultaw minn klawżoli kuntrattwali xierqa fis-seħħ skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 95/46/KE. |
86. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa bir-reqqa x’miżuri tekniċi u organizzattivi għandha tieħu sabiex tiżgura li l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta jiġu “ddisinjati” fl-arkitettura tan-netwerk elettroniku (“privatezza skont id-disinn”) u li jkun hemm kontrolli adegwati fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-protezzjoni tad-dejta u tiġi pprovduta evidenza tagħha (“kontabilità”). |
87. |
Rakkomandazzjonijiet oħrajn tal-KEPD jinkludu:
|
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2011.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) Għall-iskop ta’ qosor, f’din l-Opinjoni, ir-“reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji” ser tkompli ssir referenza għalihom bħala “reġistri kummerċjali”.
(4) Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).
(5) Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġijiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).
(6) Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).
(7) Direttiva 2009/101/KE, kif iċċitata hawn fuq b’mod sħiħ. L-Artikolu 1 tad-Direttiva jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għall-“kumpaniji inkorporati b’responsabbiltà limitata”.
(8) Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, rigward ir-rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji (ĠU L 221, 4.9.2003, p. 13).
(9) Direttiva 2005/56/KE, kif iċċitata hawn fuq b’mod sħiħ.
(10) Regolament (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpanija Ewropea (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1).
(11) Regolament (KE) Nru 1435/2003 tat-18 ta’ Awwissu 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1).
(12) http://www.ebr.org/
(13) http://www.briteproject.eu
(14) https://e-justice.europa.eu/home.do
(15) http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/index_en.html
(16) Tabilħaqq, hemm suq li qiegħed jiżviluppa li jikkonsisti mill-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ informazzjoni kummerċjali: il-fornituri tas-servizzi f’dan is-suq kisbu l-fiduċja tal-kumpaniji/individwali fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura minn ħafna postijiet, inklużi reġistri kummerċjali, reġistri tal-qorti, reġistri ta’ insolvenza, eċċ.
(17) Ara t-test propost għall-Artikolu 4(a)(3)(a) tad-Direttiva 2009/101/KE.
(18) Meta wieħed iqis li bħalissa l-interkonnessjoni mhijiex prevista fil-Proposta, f’dan l-istadju, il-KEPD mhux ser ikompli jiddiskuti din il-kwistjoni fl-Opinjoni tiegħu. Madankollu, huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f’każ li tiġi kkontemplata l-interkonnessjoni, dan jista’ jkun jirrikjedi analiżi separata tal-proporzjonalità, u l-adozzjoni ta’ salvagwardji adegwati addizzjonali għall-protezzjoni tad-dejta.
(19) Ara l-Artikolu 2(d) u (e) tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001; kif ukoll l-Opinjoni 1/2010 tas-16 ta’ Frar 2010 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Artikolu 29 dwar il-kunċetti ta’ “kontrollur” u “proċessur” (WP 169).
(20) Meta wieħed iqis li l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta mhumiex armonizzati b’mod sħiħ madwar l-Ewropa, l-identità tal-kontrollur hija rilevanti sabiex jiġi stabbilit liema leġiżlazzjoni nazzjonali hija applikabbli. Barra minn hekk, huwa wkoll rilevanti li jiġi stabbilit jekk japplikawx id-Direttiva 95/46/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 45/2001: jekk il-Kummissjoni hija (wkoll) kontrollur, imbagħad ikun applikabbli (wkoll) ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif spjegat fit-Taqsima 3.11 aktar ’l isfel.
(21) Dan huwa bl-eċċezzjoni, sa ċertu punt, tal-iskambji ta’ dejta f’każ ta’ fużjonijiet transkonfinali, trasferimenti tas-sede u l-aġġornamenti ta’ informazzjoni fergħa, li huma speċifikament diskussi fil-Proposta.
(22) F’dan ir-rigward, jekk ikun hemm ħtieġa potenzjali għal ipproċessar tad-dejta f’żona tas-Suq Intern mhux koperta minn att speċifiku tal-Unjoni, il-KEPD jitlob għal aktar riflessjoni fuq il-modalitajiet ta’ qafas legali li jippermetti, forsi flimkien mad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, dispożizzjonijiet speċifiċi fid-Direttiva proposta, u aktar atti ddelegati, sabiex tiġi pprovduta bażi legali adegwata mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta. Fid-Direttiva proposta għandu jiġi speċifikat ukoll jekk ir-reġistri kummerċjali jistgħux jużaw in-netwerk elettroniku u l-punt ta’ aċċess komuni biex jiskambjaw jew jiżvelaw pubblikament dejta personali li mhijiex prevista f’att tal-Unjoni, iżda li hija permessa jew meħtieġa skont il-liġi nazzjonali.
(23) Ara t-test propost għall-Artikolu 4(a)(3) tad-Direttiva 2009/101/KE.
(24) Il-valutazzjoni tal-proporzjonalità għandha titwettaq, b’mod partikolari, wara li jiġu kkunsidrati l-kriterji stabbiliti mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’Schecke u Eifert (ECJ id-9 ta’ Novembru 2010, il-Kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09; ara, b’mod partikolari, il-paragrafi 81, 65 u 86). Fil-kawża Schecke, l-ECJ enfasizza li d-derogi u l-limitazzjonijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali għandhom japplikaw sakemm ikun strettament neċessarju biss. L-ECJ ikkunsidra wkoll li l-istituzzjonijiet għandhom jesploraw metodi differenti ta’ pubblikazzjoni sabiex isibu dak il-metodu li jkun konsistenti mal-iskop tal-pubblikazzjoni waqt li jikkawżaw l-inqas interferenza mad-dritt tas-suġġetti tad-dejta għall-ħajja privata b’mod ġenerali u għall-protezzjoni tad-dejta personali b’mod partikolari.
(25) Meta wieħed iqis li bħalissa dan mhuwiex previst fil-Proposta, f’dan l-istadju, il-KEPD mhux ser ikompli jiddiskuti din il-kwistjoni fl-Opinjoni tiegħu. Madankollu, huwa jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f’każ li jiġi kkontemplat dan, dan jista’ jkun jirrikjedi analiżi separata tal-proporzjonalità, u l-adozzjoni ta’ salvagwardji adegwati addizzjonali għall-protezzjoni tad-dejta.
(26) Ara l-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(27) Jekk huwa possibbli li f’xi każijiet il-Kummissjoni tista’ tkun fost l-atturi li jistgħu jittrasferixxu d-dejta lil partijiet terzi, għandha ssir ukoll referenza għall-Artikolu 9(1) u 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(28) Ara t-Taqsima 7 tal-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Approċċ komprensiv dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea”, maħruġa fl-14 ta’ Jannar 2011, fuq: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2011/11-01-14_Personal_Data_Protection_EN.pdf
(29) Idem.
(30) “Captcha” huwa tip ta’ test b’rispons għall-isfidi li jintuża fl-informatika bħala tentattiv sabiex jiġi żgurat li r-rispons mhuwiex iġġenerat minn kompjuter.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
26.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/12 |
L-implimentazzjoni tal-Artikoli 35, 36, 43, 55 u 64 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (“ir-Regolament dwar l-Irkantar”) mill-Istati Membri u r-rilevanza tagħhom għall-ħatra tal-pjattaformi tal-irkant skont l-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament
Miżuri ta' trasparenza fir-rigward ta' dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 130(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu li sar skambju tagħhom bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-ħatra tas-sorveljatur uniku tal-irkant skont l-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-Irkantar u l-ħatra ta' pjattaformi tal-irkant skont l-Artikolu 26 ta' dak ir-Regolament
2011/C 220/02
1. Introduzzjoni
Fir-reviżjoni tal-Iskema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (“ETS”) miftiehma fl-2008, bħala parti mill-pakkett dwar il-klima u l-enerġija, huwa previst li l-irkantar tal-kwoti għandu jkun ir-regola aktar milli l-eċċezzjoni hekk kif jibda t-tielet perjodu ta' negozjar fl-2013 (1). Minbarra dan, mill-2012 għandhom jibdew jiġu rkantati 15 % tal-kwoti tal-avjazzjoni (2). Il-Kummissjoni kellha l-kompitu li tadotta regolament dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar tal-kwoti (3). Fit-12 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni adottat ir-regolament imsemmi (“Ir-Regolament dwar l-Irkantar”) (4).
Fl-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament dwar l-Irkantar huma previsti proċeduri ta' akkwist pubbliku konġunt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-ħatra tas-sorveljatur uniku tas-suq (“SAM”) u l-pjattaformi komuni tal-irkant (“CAPs”).
Il-proċeduri tal-akkwist pubbiku konġunt għall-ħatra tas-SAM u l-CAPs se jitwettqu f'azzjoni konġunta skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-“Regolament Finanzjarju”) (5); u l-Artikolu 125c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-“Regoli ta' Implimentazzjoni”) (6).
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 125c tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiftiehmu fuq il-modalitajiet prattiċi għat-twettiq tal-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jiddeterminaw il-modalitajiet prattiċi għat-twettiq tal-akkwisti pubbliċi konġunti permezz ta' ftehim ta' akkwist pubbliku konġunt għall-ħatra tas-SAM u ftehim ieħor ta' akkwist pubbliku konġunt għall-ħatra tal-CAPs.
2. L-Akkwist Pubbliku ta' Suq Regolat bħala Pjattaforma tal-Irkant skont ir-Regolament dwar l-Irkantar
Skont ir-Regolament dwar l-Irkantar (7), l-irkanti jistgħu jitwettqu biss minn suq regolat awtorizzat skont id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (minn issa 'l quddiem “MiFID”) (8). L-akkwist ta' tali suq regolat għandu jsir skont il-proċedura tal-akkwist pubbliku b'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Fejn l-Istati Membri, b'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament dwar l-Irkantar, jakkwistaw suq regolat f'azzjoni konġunta mal-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju, id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-Kummissjoni għandhom japplikaw għall-proċess ta' akkwist pubbliku, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125c tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.
Fejn l-Istati Membri, b'konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament dwar l-Irkantar, jakkwistaw il-pjattaforma tal-irkant tagħhom stess, huma għandhom jagħmlu dan permezz ta' proċedura ta' għażla li hija konformi mal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku u dawk nazzjonali li huma applikabbli. Il-Ġermanja, il-Polonja u r-Renju Unit iddeċidew li jaħtru l-pjattaforma tal-irkant tagħhom stess.
L-Istati Membri, soġġetti għat-traspożizzjonijiet individwali tagħhom tal-MiFID fil-liġi nazzjonali, jistgħu jwettqu tibdiliet fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-MiFID sabiex ikun possibbli għas-swieq regolati (u l-operaturi tas-suq tagħhom (9)) stabbiliti fit-territorju tagħhom li jiġu awtorizzati għall-irkantar ta' prodotti rkantati previst fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament tal-Irkantar. Ma hemm l-ebda obbligu, skont l-Artikolu 35(4) tar-Regolament dwar l-Irkantar, fuq Stat Membru biex ibiddel il-liġijiet nazzjonali tiegħu li jittrasponu l-MiFID sabiex ikun possibbli għas-swieq regolati (u l-operaturi tas-suq tagħhom) stabbiliti fit-territorju tagħhom li jiġu awtorizzati għall-irkantar ta' prodotti rkantati skont ir-Regolament tal-Irkantar.
Għall-akkwisti pubbliċi konġunti tal-pjattaformi tal-irkant mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 26(1) u (2) tar-Regolament dwar l-Irkantar, l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li kuntratti għandhom jingħataw skont il-kriterji ta' għoti wara li tkun ġiet ivverifikata, skont il-kriterji ta' għażla, il-ħila tal-operaturi ekonomiċi mhux esklużi skont il-kriterji ta' esklużjoni. Minbarra dan, skont l-Artikolu 135(3) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, kwalunkwe kandidat jew offerent jista' jagħti prova li huwa awtorizzat li jwettaq il-kuntratt skont l-liġi nazzjonali kif evidenzjat, inter alia, b'ċertifikat jew dikjarazzjoni ġuramentata jew awtorizzazzjoni espressa. Dan jista' jinkludi prova ta' awtorizzazzjoni bħala suq regolat għall-irkantar ta' prodotti rkantati. Ir-rekwiżiti preċiżi ta' evidenza meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 135(3) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni u mal-għażla taż-żmien għall-preżentazzjoni tagħhom se jkunu parti mid-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju, ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje S fuq is-sit elettroniku: http://ted.europa.eu/TED/main/HomePage.do (10). Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li kandidati jew offerenti jistgħu jkunu meħtieġa li jippreżentaw il-prova ta' evidenza meħtieġa mal-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti jew tat-talbiet biex jipparteċipaw, kif imsemmi fl-Artikolu 140 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.
Kandidati jew offerenti jeħtieġu biss li jkunu awtorizzati bħala suq regolat fi Stat Membru wieħed sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw offerta skont l-Artikolu 135(3) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati jew l-offerenti li jivverifikaw, mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-istat ta' implimentazzjoni tal-Artikolu 35(4) tar-Regolament dwar l-Irkantar fl-Istati Membri rispettivi.
3. L-Implimentazzjoni Nazzjonali ta' dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament dwar l-Irkantar li huma rilevanti għall-ħatra ta' Suq Regolat bħala pjattaforma tal-irkant
Flimkien ma' dan, l-Istati Membri huma meħtieġa li jagħmlu tibdiliet fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, jekk meħtieġ, sabiex jimplimentaw l-Artikoli 36(1) u 43 tar-Regolament dwar l-Irkantar fir-rigward tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq; l-Artikolu 55(1), (3) u (4) tar-Regolament dwar l-Irkantar marbut mar-regoli dwar il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu jew l-attività kriminali u l-Artikolu 64(2) tar-Regolament dwar l-Irkantar marbut mar-regoli dwar id-dispożizzjoni ta' mekkaniżmu straġudizzjarju fi ħdan is-suq regolat.
L-implimentazzjoni ta' dawn l-Artikoli mill-Istati Membri fejn is-suq regolat maħtur bħala pjatafforma tal-irkant (jew l-operatur tas-suq tiegħu) huwa stabbilit mhijiex rilevanti għad-deċiżjoni li jingħata kuntratt skont il-proċedura ta' akkwist pubbliku konġunt għall-ħatra ta' pjattaforma tal-irkant, iżda tista' tkun rekwiżit rilevanti għall-implimentazzjoni tal-kuntratt riżultanti. Jekk l-implimentazzjoni tal-kuntratt hija mfixxkla minħabba nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq min-naħa tal-Istat Membri fejn huwa stabbilit is-suq regolat maħtur bħala pjattaforma tal-irkant (jew l-operatur tas-suq tiegħu), il-kuntratt jista' jiġi tterminat minnufih.
Madankollu, fejn l-implimentazzjoni tal-Artikoli msemmija, min-naħa tal-Istati Membri, timponi obbligi fuq pjattaforma tal-irkant biex tistabbilixxi ċerti kapaċitajiet ma jistax jiġi eskluż li pjattaforma tal-irkant tkun meħtieġa li turi l-kapaċitajiet meħtieġa fl-offerta jew fit-talba ta' parteċipazzjoni irrispettivament minn jekk l-Istat Membru fejn tinsab il-pjattaforma tal-irkant ikun ikkompleta l-implimentazzjonali nazzjonali tiegħu tal-Artikolu rilevanti tal-Pjattaforma dwar l-Irkantar jew le. Pereżempju, l-Artikolu 55(4) tar-Regolament dwar l-Irkantar, inter alia, jesiġi li Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering [ħasil ta' flus] u l-finanzjament tat-terroriżmu (11) (minn issa 'l quddiem id-“Direttiva AML”) japplikaw għal pjattaforma tal-irkant li tinsab fit-territorju tiegħu. Il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 34(1) tad-Direttiva AML jesiġu li l-Istati Membri jiżġuraw li l-pjattaforma tal-irkant ikkonċernata tistabbilixxi politiki u proċeduri adegwati u xierqa sabiex tantiċipa u tipprevjeni operazzjonijiet relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Pjattaforma tal-irkant tista' tkun meħtieġa li turi l-kapaċitajiet tagħha li tistabbilixxi dawk il-politiki u l-proċeduri fl-offerta jew it-talba ta' parteċipazzjoni tagħha. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati u l-offerenti li jivverifikaw, mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-istat ta' implimentazzjoni tal-Artikoli 36(1), 43, 55(1), 55(3), 55(4) u 64(2) tar-Regolament dwar l-Irkantar fl-Istati Membri rispettivi.
4. Lista tal-Implimentazzjoni mill-Istati Membri
Lista tal-Istati Membri li nfurmaw lill-Kummissjoni dwar jekk wettqux diġà t-tibdiliet jew għadhom qed iwettqu tibdiliet għal-liġijiet nazzjonali tagħhom kif deskritti fit-taqsimiet 2 u 3, inkluż qafas ta' żmien indikattiv għall-implimentazzjoni nazzjonali tagħhom, se tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku http://ec.europa.eu/clima/policies/ets/auctioning_en.htm. L-iskop ta' din il-lista huwa li tippovdi lill-kandidati u offerenti b'informazzjoni dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-Artikoli 35, 36(1), 43, 55(1), 55(3), 55(4) u 64(2) tar-Regolament dwar l-Irkantar fil-ġurisdizzjonijiet varji tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni ma terfa' l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-akkuratezza u l-kompletezza tal-lista msemmija jew jekk hijiex f'waqtha.
5. Miżuri ta' trasparenza fir-rigward tad-Dokumenti relatati mas-Sejħa għall-Offerti għall-akkwist pubbliku tas-SAM u tal-CAPs
Skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolament Finanzjarju, avviżi ta' kuntratt għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). Dokumenti tas-sejħiet għall-offerti huma nnumerati fl-Artikolu 130(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni. L-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni jippermetti forom oħra ta' reklamar sakemm dawn ma jsirux qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż fil-ĠU u jirreferu għall-avviż ippubblikat fil-ĠU li hu biss huwa awtentiku.
Fil-kuntest tal-akkwisti pubbliċi konġunti għall-ħatra tas-SAM skont l-Artikolu 24 tar-Regolament dwar l-Irkantar u tal-CAPs skont l-Artikolu 26 tar-Regolament dwar l-Irkantar, id-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti msemmija fl-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju u, b'mod partikolari, kif stipulati fl-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, se jinkludu tagħrif sensittiv dwar is-suq. Skont il-ftehimiet tal-akkwist pubbliku konġunt, il-Kummissjoni hija meħtieġa li taqsam dak it-tagħrif mal-Istati Membri.
Sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għal tali tagħrif mill-parteċipanti kollha tas-suq, il-Kummissjoni beħsiebha tiżvela abbozzi ta' dokumenti ewlenin relatati mas-sejħa għall-offerti għall-ħatra tas-SAM u l-CAPs fuq is-sit elettroniku http://ec.europa.eu/clima/policies/ets/auctioning_en.htm fl-istess mument li hija tqassamhom lill-Istati Membri, Kwalunkwe abbozz ippubblikat jista' jkun soġġett għal tibdiliet, inklużi tibdiliet sostanzjali, sakemm jiġi ppubblikat fil-ĠU. Kwalunkwe abbozz ippubblikat jista' jkun soġġett għal tibdiliet, inklużi tibdiliet sostanzjali, sakemm jiġi ppubblikat fil-ĠU. L-iżvelar tal-abbozzi tad-dokumenti relatati mas-sejħa għall-offerti ma għandux jikkostitwixxi pubblikazzjoni jew reklamar skont it-tifsira tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament Finanzjarju jew l-Artikoli 118, 119 u 120 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni; lanqas ma hu ser ikun vinkolanti fuq il-Kummissjoni jew l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-akkwisti pubbliċi konġunti. Dawk l-avviżi u d-dokumenti assoċjati biss li jirrelataw mas-sejħa għall-offerti ppubblikati fil-ĠU għandhom ikunu awtentiċi skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.
(1) L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema li tippermetti l-iskambju [in-negozjar] tal-kwoti tal-emissjonijiet fir-rigward ta' gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003 p. 32).
(2) L-Artikolu 3c(1) u l-Artikolu 3d(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema li tippermetti l-iskambju [in-negozjar] tal-kwoti tal-emissjonijiet fir-rigward ta' gassijiet li jikkawżaw l-effett serra fi ħdan il-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003 p. 32).
(3) L-Artikoli 3d(3) u 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendata.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju (għan-negozjar) ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolamenti Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).
(7) Ara l-Artikolu 35(1) tar-Regolament dwar l-Irkantar.
(8) Il-Punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2010, p. 1).
(9) Il-Punt (13) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2010, p. 1).
(10) Hemm aċċess għalihom ukoll permezz tas-sit elettroniku http://ec.europa.eu/clima/tenders/index_en.htm
(11) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
26.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/16 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-25 ta’ Lulju 2011
2011/C 220/03
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4380 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
112,46 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4534 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88250 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,1083 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1563 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7715 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,388 |
HUF |
Forint Ungeriż |
268,95 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9984 |
RON |
Leu Rumen |
4,2485 |
TRY |
Lira Turka |
2,4719 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3249 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3599 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,2040 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6619 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7358 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 518,50 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,7399 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,2679 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4708 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 258,05 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2737 |
PHP |
Peso Filippin |
60,937 |
RUB |
Rouble Russu |
39,8354 |
THB |
Baht Tajlandiż |
42,795 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2311 |
MXN |
Peso Messikan |
16,7757 |
INR |
Rupi Indjan |
63,8540 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Rettifika
26.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/17 |
Rettifika għas-Sejħa għal proposti skont il-programm multiannwali ta’ ħidma għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 187, tat-28 ta' Ġunju 2011 )
2011/C 220/04
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed iħabbar rettifika għas-sejħa għall-proposti fil-qasam tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), fil-qafas tal-programm ta’ ħidma multiannwali għan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, kif ippubblikat fil-ĠU C 187, tat-28 ta' Ġunju 2011, p. 13.
It-test ikkoreġut tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fl-indirizz:
http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/calls_for_proposals_2011.htm