ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.215.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
21 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 215/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Irlanda u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabilità aġġornat tal-Irlanda, 2011-2015

1

2011/C 215/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tal-Italja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabilità aġġornat tal-Italja, 2011-2014

4

2011/C 215/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Latvja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tal-Latvja, 2011-2014

8

2011/C 215/04

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Malta u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà aġġornat ta' Malta 2011-2014

10

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2011/C 215/05

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni

13

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 215/06

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

19

2011/C 215/07

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

21

2011/C 215/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6274 – Bridgepoint/Eurazeo/Foncia Groupe) ( 2 )

25

2011/C 215/09

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6265 – CSN/AG Cementos Balboa/Corrugados Azpeitia/Corrugados Lasao/Stahlwerk Thüringen) ( 2 )

25

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 215/10

Rata tal-kambju tal-euro

26

2011/C 215/11

Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

27

2011/C 215/12

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-Implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)  ( 2 )

29

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2011/C 215/13

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur, bid-data tal-25 ta’ Marzu 2011 fil-każ ta’ Grund, elli- og hjúkrunarheimili v Lyfjastofnun (l-Aġenzija tal-Kontroll tal-Mediċini tal-Iżlanda) (Il-Kawża E-7/11)

31

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 215/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6295 – CVC/Ande/Delachaux) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

32

2011/C 215/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6309 – Macquarie Group/Airwave Solutions) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

33

 

Rettifika

2011/C 215/16

Rettifika għall-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU C 87, 16.4.2009)

34

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Irlanda u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabilità aġġornat tal-Irlanda, 2011-2015

2011/C 215/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u l-Artikolu 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010 adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi nazzjonali tagħhom.

(3)

Fis-7 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE (3) dwar l-għoti ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda għal perjodu ta' tliet snin skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u r-Regolament (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (4) Il-Memorandum ta' Qbil li jakkumpanjaha, iffirmat fis-16 ta' Diċembru 2010, u l-ewwel aġġornament tiegħu, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li fuqhom huwa bbażat l-għoti tal-għajnuna finanzjarja. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/77/UE ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/326/UE (5) L-ewwel aġġornament tal-Memorandum ta' Qbil kien iffirmat fit-18 ta' Mejju 2011.

(4)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin biex ikunu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(7)

Fid-29 ta’ April 2011, l-Irlanda ressqet l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabilità tagħha li jkopri l-perjodu bejn l-2011 u l-2015 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha għall-2011. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, dawn il-programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(8)

Il-kriżi ġabet magħha korrezzjoni maġġuri tal-iżbilanċi kbar li kienu nbnew matul is-snin preċedenti ta' tkabbir qawwi ekonomiku. Bejn l-2007 u l-2010, il-PDG reali niżel bi 12 % u l-impjiegi bi kważi 13 %, bil-qgħad jiżdied minn 4,6 % fl-2007 għal 13,6 % fl-2010. Dan wassal ukoll għal deterjorament drastiku fil-finanzi pubbliċi, bil-proporzjon tad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jilħaq livelli ta' ċifri b'żewġ figuri fl-2008 u l-2009. Fl-2010, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika laħaq it-32,4 % tal-PDG, inkluż il-miżuri ta' appoġġ għas-settur finanzjarju ta' 20,5 % tal-PDG. Il-proporzjon bejn id-dejn u l-PDG żdied minn 25 % fl-2007 għal 96 % fl-2010.

(9)

L-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna finanzjarja UE-FMI qed isseħħ kif pjanat. Il-miżuri fiskali li sar qbil dwarhom ġew implimentati, fl-2010 intlaħqet il-mira fiskali u l-eżiti fiskali fl-ewwel kwart tal-2011 ukoll kien jaqblu mal-miri tal-programm ta’ assistenza. Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika għall-2011 huwa mbassar li se jibqa' taħt il-livell massimu tal-programm ta’ assistenza, minkejja reviżjoni 'l isfel fit-tbassir li jikkonċerna l-PDG nominali fl-2011. Seħħ progress importanti billi saret ir-riforma tas-sistema bankarja u ttieħdu passi biex jintlaħqu l-objettivi tar-riforma strutturali.

(10)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabilità aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill jaħseb li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-proġettazzjonijiet baġitarji fil-Programm ta’ Stabilità huwa plawsibbli. L-istrateġija baġitarja tal-Programm ta’ Stabilità fuq terminu medju għandha twassal id-defiċit nominali tal-amministrazzjoni pubblika sabiex ikun inqas minn 3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG sad-data ta' skadenza prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2010. Il-Programm ta’ Stabilità jimmira d-defiċits ta' 10 % tal-PDG fl-2011, 8,6 % fl-2012, 7,2 % fl-2013, 4,7 % fl-2014 u 2,8 % sal-aħħar tal-perjodu tal-Programm ta’ Stabilità fl-2015. Dan il-perkors huwa msejjes fuq miżuri ta' konsolidazzjoni ta' 3,8 % tal-PDG implimentati fil-baġit għall-2011, u miżuri ta' konsolidazzjoni ġenerali ta' 5,9 % tal-PDG fl-2012-14 kif ukoll sforz ta' konsolidazzjoni ieħor li mhuwiex speċifikat ta' aktar minn 1 % tal-PDG fl-2015. Il-Programm ta’ Stabilità jerġa' jiddikjara l-objettiv ta’ terminu medju (OTM) għall-pożizzjoni baġitarja ta' – 0,5 % tal-PDG, li ma jintlaħaqx fil-perjodu tal-Programm ta’ StabilitàSkont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibilità fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma għoljin. Huma meħtieġa l-ilħuq ta' surplus primarju suffiċjenti fuq terminu medju flimkien ma' aktar riforma fis-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Irlanda biex ikun hemm titjib fis-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi.

(11)

L-Irlanda ħadet numru ta' impenji skont il-Patt Euro Plus, li ġew sottomessi fit-3 ta' Mejju 2011. Dawn jinkludu miżuri konkreti li jħeġġu l-kompetittività inkluż ir-riforma ta' mekkaniżmi tal-iffissar ta' pagi, il-ftuħ ta' ċerta servizzi professjonali għall-kompetizzjoni, it-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-tisħiħ tal-istabilità finanzjarja, b'mod partikolari mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet, u t-titjib tas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi permezz ta' qafas baġitarju għal terminu medju, ir-riforma tal-pensjonijiet u ż-żieda tal-età tal-pensjoni.

(12)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabblità u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inkluż l-impenji tal-Patt Euro Plus. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fl-Irlanda imma qieset ukoll il-konformità tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza l-urġenza biex ikunu implimentati l-miżuri ppjanati għall-konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE.

(13)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, meta titqies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-TFUE tas-7 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabilità tal-Irlanda u l-opinjoni 6 tiegħu (6). Wara li ġew ikkunsidrati l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Irlanda,

JIRRAKKOMANDA li l-Irlanda:

Timplimenta l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/77/UE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/326/UE, u speċifikata aktar fil-Memorandum ta' Qbil tas-16 ta' Diċembru 2010 u l-aġġornament tiegħu tat-18 ta' Mejju 2011.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  ĠU L 30, 4.2.2011, p. 34.

(4)  ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 17.

(6)  Previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/4


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tal-Italja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Stabilità aġġornat tal-Italja, 2011-2014

2011/C 215/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010, adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex-ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programm ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin biex jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fis-6 ta’ Mejju 2011, l-Italja ressqet il-Programm ta’ Stabilità 2011 tagħha aġġornat li jkopri l-perjodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

L-ekonomija Taljana kienet affettwata bi dgħufijiet strutturali ħafna qabel il-kriżi ekonomika u finanzjarja globali attwali. Bejn l-2001 u l-2007, it-tkabbir reali medju tal-PDG kien madwar 1 %, jiġifieri biss nofs il-mejda taż-żona tal-euro, primarjament minħabba t-tkabbir kważi staġnat fil-produttività. Billi dawn l-iżviluppi affettwaw il-pajjiż kollu, l-ispariġġi reġjonali ekonomiċi kbar ma ttaffewx. Għalkemm l-ekonomija ma kellhiex żbilanċi interni kbar fis-settur privat, ġiet milquta ħażin ħafna mill-kriżi globali. Il-kollass tal-esportazzjonijiet, u mbagħad tal-investiment, ipproduċa tnaqqis kbir ta' madwar 7 % fil-PDG reali bejn it-tieni trimestru tal-2008 u t-tieni trimestru tal-2009. Wara li naqas progressivament tul l-aħħar deċenju, id-dejn gross tal-gvern żdied għal 119 % sa tmiem l-2010, li rrispekkja ruħu fit-tnaqqis qawwi fil-PDG. L-impjiegi naqsu ħafna inqas billi kienu appoġġati minn skema sponsorjata mill-gvern biex jitnaqqsu s-sigħat maħduma, u għalhekk ir-rata tal-qgħad żdiedet biss moderatament bejn l-2008-2009. Immexxija mill-esportazzjonijiet, l-ekonomija bdiet tirkupra fit-tieni nofs tal-2009, għalkemm b'rata baxxa. Is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol baqgħet fraġli fl-2010, u r-rata tal-qgħad stabilizzat għal madwar 8,5 % sa tmiem is-sena. Minħabba l-proporzjon għoli ħafna tad-dejn pubbliku, l-Italja żammet pożizzjoni fiskali prudenti kif xieraq, mingħajr ma tidħol għal stimolu fiskali kbir, u għalhekk, id-defiċit pubbliku baqa' taħt il-medja taż-żona tal-euro fl-2009-2010.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-programm ta’ stabilità aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill jaħseb li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-programm huwa plawsibbli. Il-programm jippjana li jġib id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika taħt il-valur referenzjarju ta' 3 % tal-PDG sal-2012, abbażi ta' iktar trażżin tan-nefqa u dħul addizzjonali miż-żieda fil-konformità tat-tassazzjoni. Wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-programm jippjana li jilħaq l-objettiv ta’ terminu medju (OTM) ta' pożizzjoni baġitarja bbilanċjata f'termini strutturali sa tmiem il-perjodu tal-programm (l-2014), u dan bl-appoġġ ta' impenn għal iktar trażżin tal-nefqa primarja. Il-programm jipproġetta li l-proporzjon tad-dejn pubbliku se jilħaq quċċata fl-2011 u mbagħad jonqos b'rata dejjem iktar mgħaġġla hekk kif is-surplus primarju jikber. L-isforz fiskali annwali medju ppjanat fil-perjodu 2010-2012 huwa ogħla miż-0,5 % tal-PDG irrakkomandat mill-Kunsill skont il-PDE u l-pass previst tal-aġġustament wara l-2012 huwa ogħla sew mid-dispożizzjonijiet fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir. L-ilħiq tal-eżiti ta’ defiċit u dejn imsemmija hawn fuq jeħtieġu implimentazzjoni baġitarja stretta, filwaqt li jeħtieġ aktar informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konsolidazzjoni pjanati għall-2013 u l-2014 biex tiżdied il-kredibilità tal-programm.

(9)

Minħabba d-dejn għoli ħafna tal-gvern, li qiegħed madwar 120 % tal-PDG fl-2011, l-insegwiment ta’ konsolidazzjoni sostenibbli u kredibbli u l-adozzjoni ta’ miżuri strutturali biex jittejjeb it-tkabbir huma prijorità ewlenin għall-Italja. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibilità fit-tul tal-finanzji pubbliċi jidhru medji. Għall-perjodu sal-2012, il-ksib tal-miri għad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika stabiliti fil-programm ta' stabilità, u għalhekk, il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2012, iserraħ fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri adottati diġà. Ser tkun meħtieġa aktar azzjoni jekk pereżempju, id-dħul mill-konformità tat-tassazzjoni mtejba jkun inqas milli bbaġitjat jew jekk ikun hemm diffikultajiet fit-trażżin ippjanat fin-nefqa kapitali. Għall-2013-2014, il-qafas baġitarju ta' tliet snin ġdid jippreskrivi li l-miżuri konkreti sottostanti għall-isforz ta’ konsolidazzjoni jiġu adottati sa Ottubru 2011. Għalkemm dan il-qafas baġitarju issaħħaħ konsiderevolment fis-snin riċenti, l-introduzzjoni tal-limiti massimi inforzabbli tan-nefqa u titjibiet oħra fil-monitoraġġ baġitarju fis-sottosetturi kollha tal-gvern maħsuba biex ikattru d-dixxiplina fiskali u jsaħħu l-kredibilità tal-istrateġija baġitarja ta’ terminu medju.

(10)

Minkejja l-ħolqien tal-impjiegi b'saħħtu fis-snin ta' qabel il-kriżi, is-suq tax-xogħol tal-Italja jidher li fih xi dgħufijiet strutturali. Il-ħaddiema fuq kuntratti permanenti jgawdu minn iktar ħarsien milli l-ħaddiema b’kuntratti atipiċi. Għal dawk tal-ewwel is-sensji huma soġġetti għal regoli stretti u proċeduri ingombranti. Għal dawn tal-aħħar, għandha tingħata attenzjoni għad-dinamiċi tas-self-employment li jistgħu jaħbu relazzjonijiet ta’ xogħol subordinati. Minkejja miżuri ad hoc ġodda meħuda waqt il-kriżi sabiex jiġi estiċ is-sostenn lid-dħul u protezzjoni kontra l-qgħad, is-sistema kurrenti ta’ benefiċċji tal-qgħad għadha frammentata. Il-livell ta’ qgħad fost ħaddiema taħt il-25 sena laħaq 27,8 % fl-2010, u hemm distribuzzjoni mhux uniformi fil-pajjiż, u l-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-reġjuni tan-Nofsinhar huwa d-doppju ta' dak fir-reġjuni tat-Tramuntana. Ir-rwol tal-apprendistati u tat-taħriġ vokazzjonali għandu jiġi msaħħaħ aktar. Għalkemm utli ħafna u neċessarja, għad ma hemmx sistema unika ta' ċertifikazzjoni tal-ħiliet u rikonoxximent tal-istandards vokazzjonali u tat-taħriġ li hija rikonoxxuta fil-pajjiż kollu, iżda multiplikazzjoni tar-reġimi reġjonali, li b’hekk ma jiffaċilitax il-mobbiltà tal-ħaddiema u l-opportunitajiet tax-xogħol madwar l-Italja. Hemm lok għat-tisħiħ tal-effikaċja tas-servizzi tal-impjiegi, speċjalment fir-reġjuni b'livelli għolja tal-qgħad. Fl-aħħar nett ix-xogħol mhux dikjarat jibqa' fenomenu serju fl-Italja.

(11)

L-allinjament tal-iżviluppi fil-pagi mat-tkabbir fil-produttività huwa importanti meta wieħed iqis it-telf kostanti tal-Italja fil-kompetittività mill-aħħar tad-disgħinijiet (1990) 'l hawn; dwar dan, in-negozjar fil-livell tal-kumpaniji jista' jkollu rwol sinifikanti, li jista' jgħin ukoll biex jindirizza l-ispariġġ reġjonali fis-suq tax-xogħol. Ir-riforma tal-2009 tal-qafas tan-negozjar introduċiet, fost oħrajn, il-possibilità ta' klawżoli tal-ftuħ (jiġifieri derogi mill-pagi settorjali maqbula fil-livell nazzjonali), iżda dawn ma tantx għadhom jintużaw, sa issa.

(12)

Ir-rata tal-impjiegi tan-nisa għadha inqas minn dik tal-irġiel b'iktar minn 20 punt perċentwali fit-territorju kollu, medjament, f’differenzi sinifikanti bejn ir-reġjuni. Fl-2009 bil-kemm kien impjegat terz tan-nisa bejn l-20 u l-64 sena fir-reġuni tan-Nofsinhar, minħabba r-rati ta' attività relattivament iktar baxxi imma wkoll minħabba livelli ogħla tal-qgħad. It-tassazzjoni relattivament għolja tax-xogħol fl-Italja tnaqqas l-inċentivi għall-provvista ta' ħaddiema, speċjalment għal dawk li jaqalgħu il-paga sekondarja fid-dar, u taffettwa negattivament id-domanda għall-ħaddiema mill-kumpaniji. Biex tingħata spinta lin-nisa fl-impjiegi, il-Programm Nazzjonali ta' Riforma jirreferi għall-pjan adottat fl-2010 li jikkoordina l-isforzi fost is-saffi differenti tal-gvern biex jippromwovi r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja. Dan l-aħħar il-gvern introduċa inċentiv ta’ taxxa għall-kumpaniji biex iħaddmu ħaddiema żvantaġġati, inkluż dawk li jaħdmu f'settur jew impjieg fejn l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment jispikka, f'reġuni b'livelli għolja ta' qgħad. Il-Programm ħabbar ukoll riforma tas-sistema ta’ tassazzjoni bil-ħsieb li l-piż tat-taxxi gradwalment jiġi ttrasferit mix-xogħol għall-konsum, u dan jista' jgħin biex iżid l-impjiegi.

(13)

Meta mqabbbel mal-istandards tal-UE, il-kost tan-negozju fl-Italja huwa għoli, partikolarment fir-reġjuni tan-Nofsinhar, minkejja l-miżuri reċenti biex jitjieb l-ambjent tan-negojzu u titjieb l-orjentazzjoni lejn il-prestazzjoni u r-responsabilità tal-amministrazzjoni pubblika. Għad hemm lok kbir fejn jitneħħew l-ostakoli regolatorji u amministrattivi fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi, partikolarment fis-servizzi professjonali. Fl-2009 ġiet introdotta Liġi Annwali dwar il-Kompetizzjoni bħala għodda leġiżlattiva biex ittejjeb l-ambjent kompetittiv u l-ħarsien tal-konsumaturi, iżda għadha ma ġietx adottata. Il-proċeduri twal tal-infurzar tal-kuntratti huma dgħufija oħra fl-ambjent tan-negozju tal-Italja. Il-mezzi għall-finanzjament mhux bankarji tat-tkabbir ta’ ditti għadhom relattivament skarsi fl-Italja, speċjalment għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Partikolarment, il-finanzjament ta’ ekwità l-kapital ta’ riskju għad għandhom rwol limitat minkejja l-potenzjal tagħhom għall-promozzjoni tat-tkabbir tad-daqs tal-kumpaniji, estensjoni għal swieq globali ġodda u governanza korporattiva mtejba.

(14)

In-nefa fuq ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) żdiedet biss b'rata modesta f'dawn l-aħħar għaxar snin. Konsegwentement, l-intensità tar-R&Ż għadha baxxa, madwar 1,27 % tal-PDG, u taħt sew il-medja tal-UE (1,90 %). Din id-diskrepanza hija prinċipalment dovuta għal livell baxx ta’ riċerka industrijali, minħabba li l-intensità tar-R&Ż kummerċjali hija 0,64 % tal-PDG meta mqabbla mal-medja tal-UE-27 ta’ 1,23 %. L-intensità tal-kapital ta’ riskju għadha baxxa ħafna wkoll. Għadd ta' miżuri, inkluż vantaġġi ta’ taxxa għall-kumpaniji li jinvestu fi proġetti ta’ riċerka mwettqa mill-universitajiet jew minn entitajiet tas-settur pubbliku, tħabbru fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Il-mira ta’ 1,53 % tal-PDG stipulata għall-intensità tar-R&Ż toħroġ minn projezzjoni tar-rata ta’ tkabbir medja annwali fil-perijodu 2006-2008 u tieħu kont tal-vinkoli tal-istabiltà finanzjarja tal-pajjiż. Hija ser tkun soġġetta għal reviżjoni fl-2014.

(15)

L-Italja hija t-tielet l-akbar benefiċjarju tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni tal-UE, u se tirċievi madwar 8 % tal-baġit totali tal-politika tal-koeżjoni tal-UE fil-perjodu 2007-2013. Issa li qegħdin f'nofs il-perjodu ta' programmazzjoni, is-sehem ta' fondi tal-UE li ġie realment mobilizzat huwa ta' 16,8 % u dan huwa ħafna anqas fir-reġjuni ta’ Konverġenza tan-Nofsinhar.

(16)

L-Italja ħadet għadd ta’ impenji taħt il-Patt Euro Plus. Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma jsemmi xi miżuri adottati dan l-aħħar u jiddeskrivi fil-qosor xi pjanijiet futuri għar-riformi li jindirizzaw is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi u l-istabilità finanzjarja, ikattru l-kompetittività u jżidu l-impjiegi, f'konformità mal-prinċipji tal-Patt Euro Plus. Impenn ewlieni ġdid meħud speċifikament b'rispons għall-Patt hija l-intenzjoni tal-gvern li jemenda l-Kostituzzjoni sabiex isaħħaħ id-dixxiplina baġitarja. Dawn l-elementi ġew evalwati u tqiesu fir-rakkomandazzjonijiet.

(17)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabilità u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inkluż l-impenji tal-Patt Euro Plus tal-Italja. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fl-Italja imma wkoll lejn il-konformità tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Minħabba dan, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' konsolidazzjoni tal-Italja għall-2011-2014 huwa kredibbli sal-2012 filwaqt li għandu jkun appoġġat b'miżuri konkreti għall-2013-2014, sabiex id-dejn għoli ħafna tal-gvern jibda jitnaqqas gradwalment. Il-Pjan Nazzjonali ta' Riforma jiddeskrivi ġabra komprensiva ta' inizjattivi fid-dimensjonijiet kollha tal-istrateġija Ewropa 2020, iżda huwa meqjus li jeħtieġ iktar miżuri biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali li ilhom hemm u li ġew iggravati mill-kriżi. Biex il-potenzjal għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi tal-Italja jitkabbar, u jiġi promoss l-irkupru tar-reġjuni tan-Nofsinhar, għandhom jittieħdu passi oħra fl-2011-2012 biex il-funzjonament tas-suq tax-xogħol jittejjeb, is-swieq tas-servizzi u l-prodotti jinfetħu għal iktar kompetizzjoni, l-ambjent tan-negozju jittejjeb, il-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tissaħħaħ u jiġi promoss l-użu iktar rapidu u aħjar tal-fond ta' koeżjoni tal-UE.

(18)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, meta titqies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ stabilità tal-Italja u l-opinjoni tiegħu (3) qed tiġi riflessa partikolarment fir-rakkomandazzjoni 1 hawn taħt. B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Italja,

JIRRAKKOMANDA li l-Italja tieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 sabiex:

1.

Timplimenta l-konsolidazzjoni fiskali ppjanata fl-2011 u l-2012 biex tiżgura l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill taħt il-PDE, u b’hekk iġġib il-proporzjon għoli ta’ dejn pubbliku fi triq l-isfel. Tibni fuq il-leġiżlazzjoni approvata reċentement, tesplojta bis-sħiħ kull żviluppi ekonomiċi jew baġitarji aħjar milli mistennija għal tnaqqis iktar mgħaġġel tad-defiċit u d-dejn u tkun lesta li żżomm strettament mal-implimentazzjoni baġitarja. Tappoġġa l-miri għall-2013-2014 u l-kisba mistennija tal-objettiv ta’ terminu medju sal-2014 b'miżuri konkreti sa Ottubru 2011 kif dispost fil-qafas baġitarju multiannwali l-ġdid. Issaħħaħ aktar il-qafas billi tintroduċi limiti massimi inforzabbli għan-nefqa u ttejjeb il-monitoraġġ li jkopri s-sottosetturi kollha tal-gvern.

2.

Tirrinforza l-miżuri biex tiġġieled is-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol, ukoll billi tirrieżamina aspetti magħżula tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni okkupazzjonali inkluż ir-regoli u l-proċeduri tal-issensjar u tirrevedis-sistema frammentata attwali tal-benefiċċji okkupazzjonali waqt li tieħu kont tal-vinkoli baġitarji. Iżżid l-isfrozi fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux dikjarat. Barra minn hekk, tieħu passi biex tippromwovi parteċipazzjoni ikbar tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi żżid id-disponibilità ta’ servizzi tal-indukrar fil-pajjiż kollu u tipprovdi inċentivi finanzjarji għat-tieni salarju tal-unità domestika, b'ebda implikazzjoni baġitarja.

3.

Tieħu aktar passi, abbażi tal-ftehim tal-2009 biex tirriforma l-qafas tan-negozjati u b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali skont il-prattiki nazzjonali, biex tiżgura li t-tkabbir fil-pagi jirrispekkja aħjar l-iżviluppi fil-produttività kif ukoll il-kundizzjonijiet lokali u tad-ditti, inklużi klawsoli li jkunu jistgħu jippermettu li n-negozjar fil-livell tad-ditti jipproċedi f’din id-direzzjoni.

4.

Testendi l-proċess ta’ ftuħ tas-settur tas-servizzi għal iktar kompetizzjoni, inkluż fil-qasam tas-servizzi professjonali. Fl-2011 tadotta l-Liġi Annwali dwar il-Kompetizzjoni, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-Awtorità tal-Anti-trust. Tnaqqas it-tul tal-proċeduri tal-infurzar tal-liġi tal-kuntratti. Tirrinforza aktar l-azzjonjiet sabiex biex tippromwovi l-aċċess tal-SMEs għas-swieq kapitali billi jitneħħew l-ostakli regolatojru u jitnaqqsu l-kostijiet.

5.

Jittejjeb il-qafas għall-investiment mis-settur privat fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jiġu estiżi l-inċentivi fiskali kurrenti, jittejbu l-kundizzjonijiet għall-kapital ta' riskju u jiġu sostnuti skemi tal-akkwist innovattivi.

6.

Tieħu passi biex taċċellera b’mod kost-effettiv, in-nefqa li ttejjeb t-tkabbir ikkofinanzjat mill-fondi tal-politika ta' koeżjoni sabiex jitnaqqsu l-ispariġġi persistenti bejn ir-reġjuni, billi tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u l-governanza politika. Tirrispetta l-impenji meħuda fil-Qafas Strateġiku ta' Referenza nazzjonali f'termini tal-ammont ta' riżorsi u l-kwalità tan-nefqa.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/8


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Latvja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza aġġornat tal-Latvja, 2011-2014

2011/C 215/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Jannar 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/290/KE (2) biex jagħmel disponibbli assistenza finanzjarja lil-Latvja fuq terminu medju għal perijodu ta' tliet snin skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143 tat-Trattat. Il-Memorandum ta' Qbil ta' akkumpanjament iffirmat fit-28 ta' Jannar 2009 u s-supplimenti suċċessivi tiegħu jistipulaw il-kundizzjonijiet ta' politika ekonomika li fuqhom tiġi żbursata l-assistenza finanzjarja. Id-Deċiżjoni 2009/290/KE ġiet emendata fit-13 ta' Lulju 2009 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/592/KE (3). L-aħħar suppliment tal-Memorandum ta' Qbil ġie ffirmat f'Ġunju 2011.

(2)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(3)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (4), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi.

(4)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(6)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. Il-Programm Latvjan ta' Konverġenza u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma jinkludu referenza għall-Patt Euro Plus. F’ittra mibgħuta lill-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Mejju 2011 saret enfażi fuq impenji u azzjonijiet speċifiċi għall-2011 inklużi fil-programmi li huma konsistenti mal-objettivi tal-Patt Euro Plus.

(7)

Fid-29 ta’ April 2011, il-Latvja ressqet l-aġġornament tagħha tal-Programm ta’ Konverġenza 2011 li jkopri l-perijodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(8)

L-ekonomija Latvjana kibret b'rata ogħla minn dik ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor mill-2000 sal-2007, li jirrifletti prospetti ta' konverġenza, influssi finanzjarji barranin, u domanda ta' konsum verament għolja. Madankollu, għall-inqas parzjalment bħala riżultat ta' politika makroekonomika espansjonarja, l-ekonomija sovrażbilanċjat. Akkumulaw żbilanċi mdaqqsa, li rriżulta f'defiċit ta' 22,3 % tal-PDG fil-kont kurrenti fl-2007 u ta' 13,1 % fl-2008; konsegwentement, matul il-perijodu 2008-2009, l-ekonomija għaddiet mill-akbar tnaqqis fl-UE. Matul dan il-perijodu, il-PDG reali ċkien b'25 % mill-quċċata sal-qiegħ, billi kollass enormi fid-domanda domestika ġie amplifikat bir-riċessjoni fil-kummerċ dinji. Ir-rata tal-impjiegi fil-Latvja, li qabel kienet fost l-ogħla fl-UE (75,8 % fl-2008), waqgħet b'iktar minn 10 punti perċentwali, u r-rata tal-qgħad ta' aktar minn 18 % hija bħalissa waħda mill-ogħla fl-UE. Id-defiċit ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika kien 9,7 % fl-2009, iżda b'riżultat tal-miżuri fiskali ta' konsolidazzjoni, naqas għal 7,7 % fl-2010. Dan l-eżitu jinkludi miżuri konsiderevoli ta' stabilitzzazzjoni fis-settur finanzjarju li kienu jammontaw għal 1,1 % tal-PDG fl-2009 u għal 2,3 % tal-PDG fl-2010.

(9)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Konverġenza aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għal-projettazzjonijiet baġitarji fil-Programm ta’ Konverġenza huwa plawsibbli għalkemm il-projettazzjoni tal-inflazzjoni tista’ tkun baxxa għall-2011. L-istrateġija baġitarja fuq terminu medju tal-Programm ta’ Konverġenza hija dik li jitnaqqas id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika għal inqas mill-valur referenzjarju ta' 3 %, sal-iskadenza prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2009. Meta jitqiesu l-miżuri implimentati minn meta ġiet ippubblikata r-rakkomandazzjoni għal korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv u l-konsolidazzjoni addizzjonali implikati fil-Programm ta' Konverġenza aġġornat, l-isforz fiskali ppjanat għall-2011 u l-2012 huwa skont l-aġġustament meħtieġ. Fid-dawl tal-punt tat-tluq, il-Programm ta’ Konverġenza ma jipprevedix il-kisba tal-objettiv ta' terminu medju (OTM) sa tmiem-il perijodu tal-programm, filwaqt li l-isforz fiskali pjanat biex jintlaħaq l-OTM wara l-korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv jista' jiġi aċċellerat speċjalment fl-2013. Il-perkors ta’ konsolidazzjoni fiskali prevista fil-Programm ta’ Konverġenza huwa bbażat l-aktar fuq in-nefqa. Il-miri baġitarji huma suġġetti għal riskji negattivi, billi l-Programm ta’ Konverġenza ma jipprovdix informazzjoni sħiħa dwar miżuri li fuqhom huwa bbażat l-ilħiq tal-miri stabilitti. Dawn il-miżuri huma previsti fil-baġits li jmiss. It-tnaqqis tad-defiċit primarju fuq terminu medju, kif previst fil-Programm ta’ Konverġenza, jgħin biex inaqqas ir-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.

(10)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Konverġenza u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fil-Latvja, iżda wkoll il-konformità tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa kumplessiva tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għal deċiżjonijiet nazzjonali futuri F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza l-urġenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati għall-konformità mad-Deċiżjoni 2009/290/KE,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Latvja:

Timplimenta l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2009/290/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2009/592/KE, u speċifikati ulterjorament fil-Memorandum ta' Qbil tal-20 ta Jannar 2009 u s-supplimenti sussegwenti tiegħu partikolarment l-aħħar suppliment tas-7 ta' Ġunju 2011.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 79, 25.3.2009, p. 39.

(3)  ĠU L 202, 4.8.2009, p. 52.

(4)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/10


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Malta u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Istabbiltà aġġornat ta' Malta 2011-2014

2011/C 215/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010 adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika integrata u ex ante, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, fit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri parteċipanti fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fit-28 ta’ April 2011, Malta ressqet il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tagħha u, fid-29 ta’ April 2011, il-Programm ta' Stabbiltà 2011 tagħha li jkopri l-perjodu 2011-2014. Sabiex jitqiesu l-konnessjonjiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

Kif faqqgħet il-kriżi ekonomika, l-esportazzjonijiet u l-investiment naqsu b'mod drastiku, filwaqt li l-PDG reali ċkien b'3,4 % fl-2009. L-impjiegi naqsu bi ftit, appoġġati wkoll b'assistenza mill-gvern. Fl-2010 l-esportazzjonijiet u l-investiment tan-negozju rpiljaw u konsegwentement Malta fl-2010 esperjenzat irkupru importanti fl-attività ekonomika u tnaqqis żgħir fil-qgħad. Minħabba d-dejn pubbliku għoli (fl-2008 dan kien jammonta għal 61,5 % tal-PDG), il-gvern ma wettaqx stimolu fiskali sostanzjali u d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika fl-2009 (3,7 % tal-PDG) baqa' taħt il-livell globali taż-żona tal-euro. Fl-2010, id-defiċit fiskali u l-proporzjonijiet tad-dejn tal-gvern baqgħu stabbli b'mod ġenerali.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Konverġenza aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill jaħseb li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-proġettazzjonijiet baġitarji huwa kemmxejn favorevoli, speċjalment lejn l-aħħar snin tal-perjodu tal-Programm ta’ Stabbiltà. L-għan tal-Programm ta' Stabbiltà huwa li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika jitnaqqas minn 3,6 % tal-PDG fl-2010, għal taħt il-valur ta' referenza tat-Trattat sal-2011. Minn hemm 'il quddiem, il-progress gradwali lejn l-objettiv ta’ terminu medju (OTM) ta' pożizzjoni bbilinċjata f'termini strutturali għandu jkun appoġġat bl-impenn tal-iżgurar ta' konsolidazzjoni sostenibbli, ibbażata l-aktar fuq in-nefqa. Madankollu, il-Programm ta' Stabbiltà ma jipprevedix il-ksib tal-OTM fi ħdan il-limitu taż-żmien previst tal-Programm ta' Stabbiltà. Il-proporzjon tad-dejn huwa pproġettat li jonqos mill-ogħla punt tiegħu tal-2010 ta' 68 % tal-PDG, għal 63,7 % fl-2014, minħabba bilanċ primarju pożittiv li qed jissaħħaħ. L-isforz ta' aġġustament medju annwali għall-perjodu 2012-14, kif ikkalkolat mill-Kummissjoni, huwa konformi b'mod ġenerali mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Madankollu, l-eżiti baġitarji jistgħu jmorru agħar milli kif intenzjonati minħabba l-possibbiltà ta' eċċessi fin-nefqa u nuqqas ta' informazzjoni dwar il-miżuri li jiffurmaw il-bażi tal-isforz tal-konsolidazzjoni wara l-2011.

(9)

Għal Malta hija sfida ewlenija li tfittex il-konsolidazzjoni fiskali bil-għan tal-ksib tal-OTM. Għalkemm il-baġit għall-2011 stabbilixxa miżuri li jikkoreġu d-defiċit eċċessiv fl-2011, se jkun hemm il-ħtieġa ta' azzjoni addizzjonali f'każ ta' nuqqasijiet. Il-kredibbiltà tal-istrateġija tal-konsolidazzjoni fuq terminu medju, li għadha mhix appoġġata minn miżuri konkreti, għandha tittejjeb permezz ta' qafas multiannwali aktar sod. Dgħufija prinċipali tinsab fin-natura mhux vinkolanti tal-miri multiannwali, li jimplika perspettiva ta' ppjanar fiskali relattivament qasira. Il-Programm ta' Stabbiltà jiddikjara li qed tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' regola dwar in-nefqa.

(10)

Skont l-aħħar evalwazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidher li huma għoljin, minħabba li l-impatt baġitarju tax-xjuħija fuq terminu twil, inklużi l-pensjonijiet huwa ogħla b'mod sinifikanti f'Malta milli l-medja tal-UE. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema aktar anzjani hija baxxa ħafna, minħabba l-età tal-irtirar li għadha relattivament baxxa, ir-rikors ta' spiss għal skemi tal-irtirar bikri u l-parteċipazzjoni baxxa ħafna ta' nisa mdaħħlin fl-età. Ir-riforma tal-2006 fil-pensjonijiet iżżid l-età tal-irtirar, għalkemm bil-mod ħafna, u tindirizza l-adegwatezza tal-pensjonijiet tal-futur, b'mod partikolari permezz ta' arranġamenti tal-indiċjar aktar ġenerużi u l-introduzzjoni ta' pensjoni minima nazzjonali garantita. Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma jirrapporta dwar il-konsultazzjoni għaddejja bħalissa fuq il-proposti għal riforma oħra fil-pensjonijiet li tressqu mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Pensjonijiet, li jinkludu l-istabbiliment ta' rabta espliċita bejn l-età tal-irtirar u l-medja tal-għomor tal-ħajja u l-introduzzjoni ta’ tieni pilastru tal-pensjonijiet obbligatorju u tielet pilastru volontarju. Madankollu, l-Programm Nazzjonali ta' Riforma ma jressaqx strateġija komprensiva tax-xjuħija attiva bħala akkumpanjament għat-tibdiliet għaddejjin bħalissa u dawk previsti. Xogħol mhux iddikjarat jirrappreżenta riskju għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Il-gvern jippreżenta xi miżuri biex din il-problema tiġi indirizzata fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma, iżda ma hemm l-ebda proposta għar-reviżjoni tas-sistema tal-benefiċċju fuq it-taxxa li twassal sabiex ix-xogħol irendi. Sfida oħra għal Malta hija l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, minħabba li r-rata tal-impjieg tagħha tan-nisa hija l-aktar waħda baxxa fl-UE. Fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma l-gvern ressaq għadd sostanzjali ta' inizjattivi mmirati għall-ħaddiema nisa. L-implimentazzjoni u l-impatt tagħhom għandhom jiġu evalwati fl-2012.

(11)

Fis-snin reċenti, Malta esperjenzat ristrutturar industrijali intensiv billi l-manifattura tradizzjonali li tirrikjedi ħafna ħaddiema ġiet sostitwita b'attivitajiet ġodda li għandhom valur miżjud għoli. Dan wassal għal diskrepanza bejn id-domanda u l-provvista tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol, li tindika l-bżonn li jingħataw il-ħiliet meħtieġa mis-setturi l-ġodda, b'mod partikolari permezz tal-edukazzjoni għolja, bil-għan li l-bażi ekonomika ta' Malta tkun diversifikata aktar.

(12)

Malta għandha l-ogħla rata ta' tluq bikri mill-iskola fl-UE, li kienet 36,8 % fl-2009 meta mqabbla mal-medja tal-UE ta' 14,4 %. Il-pajjiż irreġistra wkoll sehem baxx ta' nies tal-etajiet ta' bejn it-30-34 sena b'livell ta' edukazzjoni terzjarja jew l-ekwivalenti (21,1 % meta mqabbel mal-medja tal-UE ta' 32,3 % fl-2009). Malta timmira li tnaqqas il-perċentwal tat-tluq bikri mill-iskola għal 29 % u żżid is-sehem tal-edukazzjoni terzjarja jew l-ekwivalenti għall-persuni tal-etajiet bejn it-30-34 għal 33 % sal-2020. Fl-2011 hija introduċiet miżuri li jiggwidaw lil dawk it-tfal li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien lejn karrieri interessanti permezz tat-taħriġ edukazzjonali vokazzjonali jew ta' opportunitajiet ta' tagħlim li jagħtuhom it-tieni ċans.

(13)

Malta hija waħda mill-ftit Stati Membri tal-UE b'mekkaniżmu ta' indiċjar tal-pagi ġeneralizzat. Żidiet fil-pagi huma marbuta mal-mekkaniżmu tal-aġġustament obbligatorju għall-għoli tal-ħajja (Cost of Living Adjustment – COLA) li jirriżulta f'żidiet fil-pagi f'konformità mal-iżviluppi fl-inflazzjoni tal-passat għalkemm huma proporzjonalment ogħla fuq in-naħa l-baxxa tal-ispettru tal-pagi. Flimkien mal-paga minima, dan l-aġġustament jista' jxekkel aktar il-kompetittività tas-setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema. Il-kwistjoni hija ta' importanza b'mod partikolari minħabba ż-żidiet ta' dan l-aħħar fil-prezzijiet tal-enerġija, li jistgħu jwasslu għal żidiet fil-prezz tal-pagi.

(14)

Malta tiddependi kważi kompletament fuq l-importazzjoni taż-żejt għall-enerġija, u dan jagħmel l-ekonomija vulnerabbli għat-tibdiliet fil-prezż taż-żejt. Dan, flimkien mal-inadegwatezza tas-sistema tal-enerġija ta' Malta, jista' jkun li qed joħloq problemi għall-intraprenditorjat u għall-kompettitività tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-isfruttar tal-potenzjal għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jista' jirriżulta fil-vantaġġ doppju li tittejjeb il-kompetittività filwaqt li jinkisbu l-miri tal-enerġija u tal-klima. L-informazzjoni mogħtija fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma dwar il-miżuri tal-enerġija, madankollu, hija limitata u tagħmilha diffiċli biex wieħed jivvaluta l-fattibbiltà u l-kosteffettività tagħhom.

(15)

Malta ħadet għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. L-impenji huma relatati ma' żewġ oqsma tal-Patt: il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Fuq in-naħa fiskali, l-impenji jinvolvu t-tisħiħ fir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-qafas baġitarju, flimkien mal-kunsiderazzjoni li għandha tingħata għall-introduzzjoni ta' mekkaniżmi li jżidu d-dixxiplina fl-implimentazzjoni baġitarja. Biex tkun indirizzata l-produttività, jeżistu miżuri għat-titjib fl-ambjent tan-negozju u l-kundizzjonijiet tal-finanzjament għall-impriżi, kif ukoll għat-titjib tal-kompetizzjoni fis-servizzi, speċjalment fit-telekomunikazzjonijiet. Għalkemm jidhru fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma l-impenji taħt il-Patt Euro Plus ma jindirizzawx l-impjiegi u l-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-awtoritajiet jiffokaw fuq iż-żieda fil-produttività, ma jirrikonoxxux li l-mekkaniżmu attwali tal-indiċjar tal-pagi jaffettwa l-kompetittività ta' Malta. L-impenji tal-Patt Euro Plus kienu vvalutati u meqjusa fir-rakkomandazzjonijiet.

(16)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, u l-impenji tal-Patt Euro Plus għal Malta. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika f'Malta imma wkoll lejn kemm jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li, filwaqt li progress immirat għall-OTM huwa xieraq, jeżistu riskji importanti għall-istrateġija tal-konsolidazzjoni, għaliex mhijiex appoġġata minn miżuri konkreti u jista' jkun hemm eċċessi fin-nefqa bħalma ġara fil-passat. Barra minn hekk, in-natura mhux vinkolanti tal-qafas baġitajru ta' terminu medju tista’ ma tippromwovix id-dixxiplina fiskali. Il-kost relattivament għoli tax-xjuħija fuq terminu fit-tul, partikolarment in-nefqa fuq il-pensjonijiet, tqiegħed fir-riskju s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi ta' Malta. Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma jirrikonoxxi l-isfidi strutturali prinċipali li l-ekonomija ta' Malta qed tiffaċċja, billi jagħti aktar attenzjoni lil ċerti kwistjonijiet, partikolarment l-utilizzazzjoni aħjar tal-potenzjal tax-xogħol tal-ekonomija, u jerġa' jeżamina u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jirriforma l-mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-pagi sabiex jiġi żgurat l-allinjament aħjar tal-iżviluppi tal-pagi u tal-produttività, kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-enerġija, jidhru li huma meħtieġa.

(17)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, u b'kunsiderazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabbiltà ta' Malta u l-opinjoni tiegħu (3) hija riflessa b'mod partikulari fir-rakkomandazzjonijiet (1) u (2) tiegħu. B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta' Malta,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li Malta tieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 sabiex:

1.

Tiżgura korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fl-2011, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Proċedura dwar id-Defiċit Eċċessiv, filwaqt li tkun pronta li tieħu miżuri addizzjonali sabiex tevita n-nuqqasijiet possibbli, u tadotta miżuri konkreti b'appoġġ għall-mira tad-defiċit għall-2012. Iġġib il-proporzjon ta’ dejn pubbliku għoli fi triq ‘l isfel u tassigura progress adegwat lejn l-OTM. Bil-għan tat-tisħiħ tal-kredibbiltà tal-istrateġija tal-konsolidazzjoni, tiddefinixxi l-miżuri globali meħtieġa mill-2013 ‘il quddiem, tinkorpora l-miri fiskali f'qafas fiskali multiannwali u vinkolanti bbażat fuq ir-regoli u ttejjeb il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni baġitarja.

2.

Tieħu azzjoni biex tiżgura s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet billi taċċellera ż-żieda progressiva fl-età tal-irtirar u torbotha mal-medja tal-għomor tal-ħajja. Takkumpanja l-età tal-irtirar statutorja aktar għolja bi strateġija attiva komprensiva dwar ix-xjuħija attiva, tiskoraġġixxi l-użu ta' skemi ta' irtirar bikri u tħeġġeġ it-tfaddil fil-pensjonijiet privati;

3.

Tiffoka aktar l-eżiti tal-edukazzjoni fuq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, notevolment billi tagħmel sforz addizzjonali sabiex ittejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni għolja u billi ssaħħaħ l-effettività tas-sistema ta' taħriġ vokazzjonali. Tieħu miżuri ulterjuri sabiex jonqos it-tluq bikri mill-iskola, billi, sal-2012 tidentifika, tanalizza u tkejjel il-kawżi tiegħu u billi tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rapportar regolari dwar ir-rata ta' suċċess tal-miżuri;

4.

Terġa’ teżamina u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tirriforma, f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali skont il-prassi nazzjonali, is-sistema ta’ negozjar tal-pagi u l-indiċjar tal-pagi sabiex tiżgura li t-tkabbir fil-pagi jkun jirrifletti aħjar l-iżviluppi fil-produttività tax-xogħol u l-kompetittività.

5.

Issaħħaħ l-isforzi biex tonqos id-dipendenza ta' Malta fuq iż-żejt importat, billi tippreżenta investimenti fl-enerġiji rinnovabbli u tagħmel użu sħiħ mill-fondi disponibbli tal-UE għall-aġġornar tal-infrastruttura u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Li nżammet għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Kif previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/13


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni

2011/C 215/05

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (2) mibgħuta fil-5 ta’ Jannar 2011 mill-Kummissjoni,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (“il-proposta”). Hija tgħaqqad flimkien u tissostitwixxi żewġ proposti preċedenti tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju (“l-RF”, Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3). Dawn iż-żewġ proposti kienu jirrigwardaw fuq naħa r-reviżjoni triennali tal-RF u fuq in-naħa l-oħra, ir-reviżjoni tal-RF sabiex dan jiġi allinjat mat-Trattat ta’ Lisbona (4).

2.

Fil-5 ta’ Jannar 2011, il-proposta ntbagħtet lill-KEPD skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali qabel l-adozzjoni tal-proposta. Il-KEPD irrakkomanda lil-leġiżlatur sabiex jinkludi referenza għall-konsultazzjoni mal-KEPD fil-bidu tar-regolament propost.

3.

Il-proposta għandha ċerti implikazzjonijiet fuq il-protezzjoni tad-dejta fuq livell tal-UE kif ukoll fuq livell nazzjonali li sejrin jiġu diskussi f’din l-Opinjoni.

4.

Referenzi għall-istrumenti relevanti għall-protezzjoni tad-dejta jistgħu jinstabu f’din il-proposta. Madanakollu, kif se jiġi spjegat f’din l-Opinjoni, huma meħtieġa xi elaborazzjonijiet u kjarifikazzjonijiet ulterjuri sabiex tkun żgurata konformità kompleta mal-qafas legali dwar il-protezzjoni tad-data.

II.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

II.1.   Referenzi ġenerali għar-regoli relevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta

5.

Ir-regolament propost ikopri diversi materji li jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-UE, aġenziji u korpi, kif ukoll minn entitajiet fuq livell ta’ Stat Membru. Dawn l-attivitajiet ta’ pproċessar sejrin jiġu analizzati f’aktar dettall hawn taħt. Meta l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u l-korpi jipproċessaw dejta personali, huma jkunu marbutin mir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Entitajiet li jaġixxu fuq livell nazzjonali huma marbuta b’dispożizzjonijiet nazzjonali fl-Istat Membru relevanti li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

6.

Il-KEPD huwa kuntent jara li r-referenzi għal wieħed minn dawn iż-żewġ strumenti jew għat-tnejn jistgħu jinstabu fir-regolament propost (5). Madanakollu, f’din il-proposta m'hemmx referenza sistematika u konsistenti għal dawn l-istrumenti. Għaldaqstant, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur sabiex jieħu approċċ aktar komprensiv dwar dan fir-Regolament.

7.

Il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur biex jinkludi r-referenza li ġejja mad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fil-premessa tar-Regolament:

“Dan ir-Regolament hu bla ħsara għar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment ħieles ta’ dik id-data u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data.”.

8.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda l-inklużjoni ta’ referenza għad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fl-Artikolu 57(2)(f), kif sar fl-Artikolu 31(3) tal-proposta.

II.2.   Prevenzjoni, kxif u korrezzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

9.

L-Artikolu 28 tal-proposta jittratta l-kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit. Fil-paragrafu 2(d) huwa previst li għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-baġit, kontroll intern huwa mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ prevenzjoni, sejba u korrezzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet.

10.

F’każ ta’ implimentazzjoni indiretta tal-baġit mill-Kummissjoni b’ġestjoni kondiviża ma’ Stati Membri jew ma’ entitajiet u persuni li mhumiex l-Istati Membri, huwa ddikjarat fl-Artikoli 56(2) u 57(3) rispettivament li l-Istati Membri u l-entitajiet u persuni oħra għandhom jipprevjenu, jsibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi meta jesegwixxu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit. M’għandniex xi ngħidu li dawn il-miżuri għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

11.

Għal dan il-għan ġie stabbilit fil-paragrafu 4(f) tal-Artikolu 56 (li għandu jiġi 4(e) skont l-ordni loġika tas-subparagrafi) li l-korpi akkreditati mill-Istati Membri li huma unikament responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll xieraq tal-fondi għandhom “jiżguraw protezzjoni tad-dejta personali li tkun tissodisfa l-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE”. Il-KEPD jirrakkomanda t-tisħiħ ta’ din ir-referenza billi tinbidel u ssir “jiżguraw li kwalunkwe proċessar ta’ dejta personali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE”.

12.

Dwar entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri, l-Artikolu 57(2)(f) jgħid li dawn l-entitajiet u persuni għandhom “jiżguraw protezzjoni raġonevoli ta’ dejta personali”. Il-KEPD jikkritika bil-qawwa din il-frażi għax tidher li tagħti lok għal applikazzjoni inqas stretta tar-regoli għall-protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda l-bdil ta’ din il-frażi wkoll mal-frażi “jiżguraw li kwanlunkwe proċessar ta’ dejta personali jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE”.

II.3.   Whistleblowers

13.

L-Artikolu 63(8) tal-proposta jittratta l-fenomenu tal-“whistle blowing”. Jitfa’ l-obbligu fuq il-membri tal-personal biex jinformaw lill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni (jew lill-bord speċjalizzat fuq l-irregolaritajiet finanzjarji stabbilit skont l-Artikolu 70(6) tal-proposta) f’każ li jikkunsidraw li deċiżjoni li huma jkunu mitlubin japplikaw mis-superjur tagħhom tkun irregolari jew tmur kontra l-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda jew ir-regoli professjonali li għandhom josservaw. Fil-każ ta’ kwalunkwe attività illegali, frodi jew korruzzjoni li tista’ tippreġudika l-interessi tal-Unjoni, il-membri tal-persunal iridu jinformaw lill-awtoritajiet u lill-korpi maħtura mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

14.

Il-KEPD jixtieq jinnota l-fatt li l-pożizzjoni tal-whistleblowers hija waħda sensittiva. Persuni li jirċievu din l-informazzjoni għandhom jiżguraw li l-identità tal-whistleblower tinżamm kunfidenzjali, b’mod partikolari quddiem il-persuna li allegatament wettqet l-irregolarità irrapportata (6). L-iżgurar tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblower ma jipproteġix biss lill-persuna li tipprovdi l-informazzjoni, iżda tiżgura wkoll l-effiċjenza tal-iskema tal-whistleblowers. Mingħajr biżżejjed garanziji fir-rigward tal-kunfidenzjalità, il-membri tal-persunal ikunu inqas inklinati li jirrapportaw attivitajiet irregolari jew illegali.

15.

Madanakollu, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblower mhijiex assoluta. Wara l-ewwel investigazzjoni interna, jistgħu jittieħdu passi proċedurali jew ġudizzjarji ulterjuri li jirrekjedu li l-identità tal-whistleblower tkun żvelata lil, pereżempju, awtoritajiet ġuridiċi. B’hekk, regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ġudizzjarji għandhom jiġu rispettati (7).

16.

Jista’ jkun hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn il-persuna akkużata b’irregolarità tkun intitolata li tirċievi l-isem tal-whistleblower. Dan hu possibbli jekk din il-persuna għandha bżonn l-identità biex tinstiga proċeduri legali kontra l-whistleblower wara li jkun ġie stabbilit li dan ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz dwarha b’ħażen (8).

17.

Il-KEPD jirrakkomanda li tiġi emendata l-proposta preżenti u li jiġi żgurat li l-identità tal-whistleblowers tinżamm kunfidenzjali matul l-investigazzjonijiet sakemm dan ma jmurx kontra r-regoli nazzjonali li jirregolaw l-proċeduri ġudizzjarji u diment li l-persuna akkużata b’irregolarità ma tkunx intitolata għaliha għax l-identità tal-whistleblower tkun meħtieġa għall-istigazzjoni ta’ proċeduri legali kontra l-whistleblower wara li jkun ġie stabbilit li l-whistleblower għamel dikjarazzjonijiet foloz dwarha b’ħażen.

II.4.   Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riċevituri ta’ fondi li jkunu ġejjin mill-baġit

18.

Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 31 (Pubblikazzjoni tar-riċevituri tal-fondi tal-UE u informazzjoni oħra) il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b’mod xieraq, l-informazzjoni dwar ir-riċevituri ta’ fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat mill-Kummissjoni jew direttament jew b’delegazzjoni.

19.

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 31 jgħid li din l-informazzjoni “għandha ssir disponibbli b’osservanza tal-ħtiġiet ta’ kunfidenzjalità, partikolarment il-protezzjoni tad-data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tal-ħtiġiet tas-sigurtà, filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet ta’ kull mod ta’ ġestjoni […] u fejn applikabbli f’konformità mar-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur”.

20.

Il-pubblikazzjoni tal-identità tar-riċevituri tal-fondi tal-UE ġiet ittrattata mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (“l-ECJ”) fis-sentenza tagħha f’Novembru 2010 fil-kawża Schecke u Eifert  (9). Mingħajr ma nidħlu f’dettalji ta’ dak il-każ, għandu jiġi enfasizzat li l-ECJ analizzat bir-reqqa jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE, li kien fiha l-obbligu li tiżvela l-informazzjoni, kinitx konformi mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (“Il-Karta tal-UE”).

21.

L-ECJ eżaminat l-għan li għalih l-informazzjoni kienet żvelata u sussegwentament il-proporzjonalità tal-miżura. L-ECJ ikkunsidrat li l-istituzzjonijiet huma obbligati li jiżnu, qabel l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar persuna fiżika, l-interess tal-Unjoni Ewropea fl-iżvelar u fil-ksur tad-drittijiet rikonoxxuti mill-Karta tal-UE (10). L-ECJ issottolinjat li d-derogi għall-protezzjoni tad-dejta ta’ natura personali u l-limitazzjonijiet tagħha għandhom jiġu applikati biss sa fejn dan ikun assolutament meħtieġ (11).

22.

L-ECJ ikkunsidrat li l-istituzzjonijiet għandhom jippruvaw metodi differenti ta’ pubblikazzjoni sabiex isibu wieħed li jkun konsistenti mal-għan tal-pubblikazzjoni filwaqt li jikkawża l-inqas interferenza mad-dritt tal-benefiċjarji għal ħajja privata b’mod ġenerali u għall-protezzjoni tad-dejta personali b’mod partikolari (12). Fil-kuntest speċifiku tal-każ, l-ECJ irreferiet għal-limitazzjoni tal-pubblikazzjoni tad-dejta bl-isem fir-rigward tal-benefiċjarji skont il-perjodi li fihom irċevew l-għajnuna, jew il-frekwenza jew in-natura u l-ammont ta’ għajnuna rċevuta (13).

23.

Il-KEPD jenfasizza mill-ġdid li r-rwol tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta mhuwiex dak li jkun ipprojbit l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni meta tkun involuta dejta personali jew biex mingħajr ġustifikazzjoni tkun limitata t-trasparenza tal-amministrazzjoni tal-UE. Il-KEPD isostni l-opinjoni li l-prinċipju tat-trasparenza “jgħin liċ-ċittadini jieħdu sehem b’mod aktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u tiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u responsabbli fir-rigward taċ-ċittadin f’sistema demokratika”; il-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ dejta bl-isem relatat mal-benefiċjarji tal-fondi, magħmula b’mod xieraq, “tikkontribwixxi għall-użu adattat tal-fondi pubbliċi mill-amministrazzjoni” u “ssaħħaħ il-kontroll pubbliku dwar l-użu tal-ammonti kkonċernati” (14).

24.

Abbażi ta’ dan, il-KEPD jixtieq jenfasizza li l-kunsiderazzjonijiet mill-ECJ kif imsemmi fil-paragrafi preċedenti huma direttament relevanti għal din il-proposta. Minkejja li qiegħda ssir referenza għad-Direttiva 95/46/KE u għar-Regolament (KE) Nru 45/2001, mhuwiex żgurat li l-pubblikazzjoni prevista tissodisfa r-rekwiżiti kif spjegat mill-ECJ fi Schecke. F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-ECJ mhux biss annullat ir-Regolament tal-Kummissjoni li kien fih ir-regoli dettaljati dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi għall-agrikoltura (15), iżda wkoll id-dispożizzjoni fir-Regolament li tikkostitwixxi l-bażi legali għar-Regolament tal-Kummissjoni u li kien fiha r-rekwiżit ġenerali biex tkun żvelata l-informazzjoni, sa fejn din tikkonċerna benefiċjarji li huma persuni fiżiċi (16).

25.

Il-KEPD għandu dubji kbar dwar jekk il-proposta preżenti tissodisfax il-kriterji kif spjegat mill-ECJ fix-Schecke. La l-Artikolu 31, u lanqas l-Artikoli relevanti ma fihom għan ċar u spjegat sew li għalih il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni personali hija prevista. Barra minn hekk, mhuwiex ċar meta u b’liema format l-informazzjoni sejra tiġi żvelata. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li jkun stmat jekk instabx il-bilanċ xieraq bejn l-interessi varji involuti u biex ikun iċċekkjat, kif espliċitament enfasizzat mill-ECJ fix-Schecke, jekk il-pubblikazzjoni tkunx proporzjonata. Barra minn hekk, mhuwiex ċar kif id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta involuti se jkunu żgurati.

26.

Anki jekk hi prevista l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni – li mhijiex iddikjarata b’mod ċar - il-kjarifikazzjonijiet bażiċi msemmija għandhom jinżammu fil-bażi legali li suppost hi l-RF għall-iżvelar ta’ tali dejta.

27.

Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur biex jikkjarifika l-għan u jispjega n-neċessità tal-iżvelar previst, sabiex jindika kif u sa liema punt id-dejta personali tiġi żvelata, sabiex ikun żgurat li d-dejta tkun żvelata biss jekk din tkun proporzjonali u li jkun żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

II.5.   Il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet jew taqsira ta’ deċiżjonijiet dwar penali amministrattivi jew finanzjarji

28.

L-Artikolu 103 tal-proposta jittratta l-possibbiltà għall-awtorità kontraenti li timponi penali amministrattivi jew finanzjarji fuq (a) kuntratturi, kandidati jew offerenti f’każ li huma jkunu ħatja ta’ misinterpretazzjoni fl-għoti tal-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti bħala kundizzjoni ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist jew nuqqas fl-għoti ta’ din l-informazzjoni (ara l-Artikolu 101(b)) jew (b) kuntratturi li ġew iddikjarati li qed jiksru b’mod serju l-obbligi tagħhom fil-kuntratt kopert mill-baġit.

29.

Fl-Artikolu 103(1) hemm miktub li l-persuna kkonċernata trid tkun mogħtija l-opportunità biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Skont l-Artikolu 103(2) il-penali jistgħu jikkonsistu fl-esklużjoni tal-persuna involuta minn kuntratti u għotjiet iffinanzjati mill-baġit, għal perjodu massimu ta’ għaxar snin, u/jew penali finanzjarja sal-valur tal-kuntratt ikkonċernat.

30.

Bi tqabbil mas-sitwazzjoni preżenti, element ġdid fil-proposta huwa l-possibbiltà għall-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 103(3) li tippubblika d-deċiżjonijiet jew taqsira ta’ deċiżjonijiet li jindikaw l-isem tal-operatur ekonomiku, deskrizzjoni qasira tal-fatti, it-tul tal-esklużjoni jew l-ammont tal-penali finanzjarji.

31.

Sakemm dan iwassal għall-iżvelar ta’ informazzjoni dwar persuni fiżiċi, din id-dispożizzjoni tqajjem ftit mistoqsijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ewwel nett, huwa ċar mill-użu tal-kelma “jista”’ li l-pubblikazzjoni mhijiex obbligatorja. Iżda dan jikxef numru ta’ problemi fejn it-test tal-proposta ma jipprovdix ċarezza. Pereżempju, x’inhu l-għan ta’ żvelar ta’ dan it-tip? X’inhuma l-kriterji li fuqhom tiddeċiedi l-istituzzjoni kkonċernata fuq l-iżvelar? Din l-informazzjoni kemm se ddum aċċessibbli pubblikament u b’liema mezz? Min se jivverifika jekk l-informazzjoni għadhiex korretta u min sejjer iżommha aġġornata? Min sejjer jinforma lill-persuna kkonċernata dwar l-iżvelar? Dawn huma kollha mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu mar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta kif jinsabu fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

32.

Għandu jkun enfasizzat li l-pubblikazzjoni ta’ tali informazzjoni għandha impatt negattiv miżjud fuq il-persuna kkonċernata. Il-pubblikazzjoni għandha titħalla biss jekk dan ikun strettament neċessarju għall-għan previst. Il-kummenti li saru hawn fuq fil-Parti II.4 fil-kuntest tas-sentenza tal-ECJ fi Schecke huma relevanti hawnhekk ukoll.

33.

Fil-forma preżenti tiegħu, it-test propost fl-Artikolu 103(3) ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti tal-liġi għall-protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur biex jiċċara l-għan u jispjega l-bżonn tal-iżvelar previst, sabiex jindika kif u sa liema punt id-dejta personali sejra tiġi żvelata, sabiex ikun żgurat li d-dejta tkun żvelata biss jekk dan ikun proporzjonali u li jkun żgurat li s-suġġetti tad-dejta jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

II.6.   Il-Bażi ta’ Dejta Ċentrali tal-Esklużjoni

34.

Il-proposta twassal ukoll għall-istabbiliment tal-Bażi Ċentrali ta’ Dejta tal-Esklużjoni (“is-CED”) li se jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti esklużi mill-parteċipazzjoni fl-offerti (ara l-Artikolu 102). Din il-bażi ta’ dejta diġà hija fis-seħħ fuq il-bażi tal-RF preżenti, u l-mod kif taħdem huwa elaborat ulterjorment fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1302/2008. L-operazzjonijiet ta’ proċessar tad-dejta personali li jsiru fil-qafas tas-CED ġew analizzati mill-KEPD f’Opinjoni ta’ verifika minn qabel tas-26 ta’ Mejju 2010 (17).

35.

Ir-riċevituri tad-dejta pprovduta fis-CED huma diversi. Jiddependi fuq min qed jagħmel aċċess għall-bażi ta’ dejta, japplika l-Artikolu 7, 8 jew 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

36.

Il-KEPD ikkonkluda fl-Opinjoni msemmija hawn fuq dwar verifika minn qabel li l-prattika attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 7 (konsultazzjoni tal-bażi ta’ dejta minn istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE) u 8 (konsultazzjoni tas-CED minn awtoritajiet u korpi oħra tal-Istati Membri) kienet konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

37.

Madanakollu, din il-konklużjoni ma setgħetx tittieħed fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta lil awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, li huwa regolat mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li jittratta t-trasferiment ta’ dejta lil awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi u/jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Fl-Artikolu 102(2) hemm miktub li anke pajjiżi terzi għandu jkollhom aċċess għas-CED.

38.

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jistipula li “data personali għandha tiġi trasferita biss lir-riċevituri, barra minn istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità, li ma jkunux suġġetti għal-liġi nazzjonali adottata skond id-Direttiva 95/46/KE, jekk livell adegwat ta’ protezzjoni jiġi żgurat fil-pajjiż tar-reċipjent jew fi ħdan l-organizzazzjoni internazzjonali tar-reċipjent u d-data tiġi trasferita unikament biex jippermetti li l-kompiti koperti bil-kompetenza tal-kontrollur jitwettqu.” B’deroga mill-Artikolu 9(1), l-Artikolu 9(6) jippermetti t-trasferiment ta’ data lil pajjiżi li ma jipprovdux għal protezzjoni adegwata jekk “it-trasferiment huwa neċessarju jew legalment meħtieġ fuq bażi importanti ta’ interess pubbliku (…)”.

39.

Fl-imsemmija Opinjoni dwar verifika minn qabel, il-KEPD enfasizza li kienu neċessarji passi ulterjuri sabiex jiġi żgurat li f’każ ta’ trasferiment lil pajjiż terz jew organizzazzjoni, ir-riċevitur joffri livell adegwat ta’ protezzjoni. Il-KEPD jixtieq jenfasizza li tali sejba ta’ livell xieraq għandha tkun ibbażata fuq analiżi skont il-każ, u għandha tinkludi analiżi dettaljata taċ-ċirkustanzi tal-operazzjoni ta’ trasferiment ta’ dejta jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta. L-RF ma jistax jeżenta lill-Kummissjoni minn dan l-obbligu. B’mod simili, trasferiment li jkun ibbażat fuq waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 9 għandu jkun ibbażat ukoll fuq valutazzjoni skont il-każ.

40.

Fir-rigward ta’ dan, il-KEPD jirrakkomanda lil-leġiżlatur sabiex iżid paragrafu mal-Artikolu 102 li jittratta speċifikament il-protezzjoni tad-dejta personali. Il-paragrafu jista’ jibda bl-ewwel sentenza li diġà tinsab fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 102, prinċipalment li “bażi tad-dejta ċentrali għandha tiġi stabbilita u tkun operata mill-Kummissjoni bażi tad-dejta ċentrali f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali”. Barra minn hekk għandu jiżdied ukoll li l-aċċess għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jista’ jingħata meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikunu ġew issodisfati.

III.   KONKLUŻJONI

41.

Il-proposta attwali għandha ċerti implikazzjonijiet fuq il-protezzjoni tad-dejta fuq livell tal-UE kif ukoll fuq livell nazzjonali li ġew diskussi f’din l-Opinjoni. Referenzi għall-istrumenti relevanti ta’ protezzjoni tad-dejta jistgħu jinstabu fil-proposta. Madankollu, kif ġie spjegat f’din l-Opinjoni, elaborazzjoni u kjarifika ulterjuri huma neċessarji sabiex tkun żgurata konformità sħiħa mal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta. Il-KEPD jirrakkomanda li:

tkun inkluża referenza fil-preambolu tar-Regolament għad-Direttiva 95/46/KE u għar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

tkun inkluża referenza għad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fl-Artikolu 57(2)(f), kif sar fl-Artikolu 31(3) tal-proposta;

tissaħħaħ ir-referenza għad-Direttiva 95/46/KE fl-Artikolu 56(4)(f) (li għandu jsir 4(e) skont l-ordni loġika tas-subparagrafi) billi ssir “jiżguraw li kwalunkwe proċessar ta’ dejta personali jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE”;

tkun mibdula l-frażi fl-Artikolu 57(2)(f) “jiżguraw protezzjoni raġonevoli ta' dejta personali” u ssir “jiżguraw li kwalunkwe proċessar ta' dejta personali jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE”;

jkun żgurat fl-Artikolu 63(8) li l-identità tal-whistleblowers tibqa’ kunfidenzjali matul l-investigazzjonijiet sakemm dan ma jmurx kontra r-regoli nazzjonali li jirregolaw proċeduri ġudizzjarji u sakemm il-persuna akkużata b’irregolarità ma tkunx intitolata għaliha għaliex l-identità tal-whistleblower hi meħtieġa għall-istigazzjoni ta’ proċeduri legali kontra l-whistleblower wara li jkun ġie stabbilit li l-whistleblower għamel dikjarazzjonijiet foloz b’ħażen dwar il-persuna akkużata;

jkun iċċarat fl-Artikolu 31 l-għan u tiġi spjegata n-neċessità tal-iżvelar previst tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-fondi li jittieħdu mill-baġit, sabiex jiġi indikat kif u sa liema punt id-dejta personali sejra tiġi żvelata, sabiex jiġi żgurat li d-dejta tkun żvelata biss jekk dan ikun proporzjonat u li jkun żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ dejta;

jiġi mtejjeb l-Artikolu 103(3), li jittratta l-pubblikazzjonijiet ta’ deċiżjonijiet jew taqsira ta’ deċiżjonijiet dwar penali amministrattivi u finanzjarji, billi jkun iċċarat l-għan u tiġi spjegata n-neċessità tal-iżvelar previst, sabiex jiġi indikat kif u sa liema punt id-dejta personali għandha tiġi żvelata, sabiex jiġi żgurat li d-dejta tkun żvelata biss jekk dan ikun proporzjonat u li jiġi żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta;

jiżdied paragrafu ieħor mal-Artikolu 102 li jittratta l-protezzjoni tad-dejta personali billi jkun ipprovdut li l-aċċess għal awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi ikun permess biss meta r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġu segwiti bis-sħiħ u wara evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ każ b’każ.

Magħmula fi Brussell, il-15 ta’ April 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  Ara rispettivament COM(2010) 260 finali u COM(2010) 71 finali.

(5)  Ara l-Artikolu 31(3) u l-Artikolu 56(4) tal-proposta. Hemm referenza ġenerali ulterjuri għar-“rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data” fil-premessa 36, għall-“protezjoni ta' data personali” fl-Artikolu 57(2)(f) u għar-“regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali” fl-Artikolu 102(1).

(6)  L-importanza li tinżamm b’mod kunfidenzjali l-identità tal-whistleblower diġà ġiet enfasizzata mill-KEPD f’ittra lill-Ombudsman Ewropew tat-30 ta’ Lulju 2010 fil-każ 2010-0458, li tinstab fuq is-sit elettroniku tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu). Anke l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 enfasizza dan fl-Opinjoni 1/2006 tal-1 ta’ Frar 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data għal skemi ta’ whistle blowing intern fl-oqsma tal-kontabbiltà, kontrolli tal-kontabbiltà interna, materji tal-awditjar, ġlieda kontra t-tixħim, reati bankarji u finanzjarji, li jinstabu fuq is-sit elettroniku tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29: http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/index_en.htm).

(7)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Verifika minn Qabel tat-23 ta’ Ġunju 2006, dwar l-investigazzjonijiet interni tal-OLAF (Każ 2005-0418), u tal-4 ta’ Ottubru 2007 dwar l-investigazzjonijiet esterni tal-OLAF (Kawżi 2007-47, 2007-48, 2007-49, 2007-50, 2007-72) li jinstabu fuq is-sit elettroniku tal-KEPD (http;//www.edps.europa.eu).

(8)  F’dan ir-rigward ara wkoll l-Opinjoni 1/2006 imsemmija hawn fuq tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29.

(9)  ECJ 9 ta’ Novembru 2010, Schecke u Eifert, Kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09.

(10)  ECJ, Schecke, para. 85.

(11)  ECJ, Schecke, para. 86.

(12)  ECJ, Schecke, para. 81.

(13)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 12.

(14)  ECJ, Schecke, para. 68, 69, 75 u 76.

(15)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, ĠU L 76, 19.3.2008, p. 28.

(16)  Artikolu 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/205, ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1, kif emendat.

(17)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-verifika minn qabel tas-26 ta’ Mejju 2010 dwar l-operazzjoni ta’ proċessar fuq id-dejta personali li tikkonċerna “Ir-Reġistrazzjoni ta' Suġġett tad-Data fil-Bażi Ċentrali tad-Data tal-Esklużjoni” (Kawża 2009-0681), li jinsab fis-sit elettroniku tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/19


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 215/06

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31144 (N 274a/10)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Bayern

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Disaster Aid Scheme „Bayerischer Härtefonds Finanzhilfen (Beneficiaries in agriculture and forestry)“

Il-bażi legali

Artikel 23 und 44 der Bayerischen Haushaltsordnung; Artikel 6 und 7 des Gesetzes über die Übernahme von Staatsbürgschaften und Garantien des Freistaates Bayern (BÜG);

Bekanntmachung des Staatsministeriums der Finanzen „Härtefonds für Notstände durch Elementarereignisse“ mit „Richtlinien für die Übernahme von Staatsbürgschaften bei Notständen durch Elementarereignisse“

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Garanzija, Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 9 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 1,50 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-10.5.2017

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Kreisverwaltungsbehörden, jeweiliges Landratsamt bzw. jeweilige kreisfreie Stadt, in deren Zuständigkeitsbereich die Naturkatastrophe stattgefunden hat

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32872 (11/N)

Stat Membru

Il-Finlandja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Tuki vuosien 2010–2013 epäsuotuisista sääoloista aiheutuneiden menetysten korvaamiseksi viljelijöille

Il-bażi legali

Laki satovahinkojen korvaamisesta, 1214/2000, sellaisena kuin se on muutettuna laeilla 434/2007, 1495/2007, 1487/2009 ja 1055/2010; valtioneuvoston asetus satovahinkojen korvaamisesta 297/2008, sellaisena kuin se on muutettuna asetuksilla 950/2009 ja 271/2010; valtioneuvoston asetus vuoden 2010 satovahinkojen viljelmäkohtaisista korvausosuuksista XX/2011, annetaan sen jälkeen, kun komissio on hyväksynyt tämän ilmoituksen sekä maa- ja metsätalousministeriön asetus satovahinkojen korvaamisesta 213/2011.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kundizzjonijiet ħżiena tat-temp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 24 (f'miljuni)

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Agriculture and Forestry and Finnish Agency for Rural Affairs

Ministry of Agriculture and Forestry

PO Box 30

FI-00023 Government

SUOMI/FINLAND

http://www.mmm.fi

Body responsible for implementing the aid:

Finnish Agency for Rural Affairs

PO Box 405

FI-60101 Seinäjoki

SUOMI/FINLAND

http://www.mavi.fi

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/21


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 215/07

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.30381 (N 44/10)

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Valsts atbalsta paziņojums projektam “Infrastruktūras attīstība Krievu salā ostas aktivitāšu pārcelšanai no pilsētas centra”

Il-bażi legali

Rīgas attīstības plāns 2006.–2018. gadam ar grozījumiem

MK noteikumi Nr. 690 “Noteikumi par Rīgas brīvostas robežu noteikšanu” (“LV”, 138 (3506), 30.8.2006.)

Valsts stratēģiskais ietvardokuments 2007.–2013. gada periodam, Darbības programma “Infrastruktūra un pakalpojumi” (CCI: 2007LV161PO002).

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali, Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: —

 

Baġit globali: 83,9 miljun LVL

L-intensità

61 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Trasport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Satiksmes ministrija

Gogoļa iela 3

Rīga, LV-1743

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.5.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.30649 (11/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Limfjorden

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

State aid to the Danish Shellfish Centre

Il-bażi legali

Rådets forordning (EF) nr. 1083/2006 af 11. juli 2006 om generelle bestemmelser for Den Europæiske Fond for Regionaludvikling, Den Europæiske Socialfond og Samhørighedsfonden og ophævelse af forordning (EF) nr. 1260/1999 Lov nr. 1599 af 20. december 2006 om administration af tilskud fra Den Europæiske Regionalfond og Den Europæiske Socialfond.

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Kultura, Il-konservazzjoni ta' wirt, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Garanzija

L-estimi

 

Baġit annwali: 10 miljun DKK

 

Baġit globali: 10 miljun DKK

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.5.2011-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Erhvervs- og Byggestyrelsen

Vejlsøvej 29

8600 Silkeborg

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32224 (11/N)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

De stadsregio Rotterdam

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Alblasserdam Container Transferium

Il-bażi legali

Algemene wet bestuursrecht

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: 8,3 miljun EUR

 

Baġit globali: 8,3 miljun EUR

L-intensità

18 %

It-tul ta' żmien

1.5.2011-1.5.2011

Setturi ekonomiċi

It-trasport fuq l-art u t-trasport permezz ta' pajpijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister van Infrastructuur en Milieu

PO Box 20904

2500 EX Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32454 (11/N)

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Bruxelles/Brussel

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Brussels Greenfields (amended)

Il-bażi legali

Organieke ordonnantie van 23 februari 2006 op begroting en controle (B.S., 23 juni 2006)

Ordonnantie van 5 maart 2009 op verontreinigde bodems (B.S., 10 maart 2009)

Kandidatuur „Greenfields” voor het Operationeel Programma: „Doelstelling 2013 …”

Brief van 19 januari 2009 van de regering van het Brussels Hoofdstedelijk Gewest

Beslissing van de regering van het Brussels Hoofdstedelijk Gewest van 12 december 2008

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 14 960 000

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Het Brussels Instituut voor Milieubeheer

Gulledelle 100

1200 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

30.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33106

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Support for private owners of cultural monuments in the restoration and preservation of cultural heritage

Il-bażi legali

Ministru kabineta 2009. gada 30. jūnija noteikumi Nr. 675 “Noteikumi par darbības programmas “Infrastruktūra un pakalpojumi” papildinājuma 3.4.3.3. aktivitāti “Atbalsts kultūras pieminekļu privātīpašniekiem kultūras pieminekļu saglabāšanā un to sociālekonomiskā potenciāla efektīvā izmantošanā” ”.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: —

 

Baġit globali: LVL 3,9 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

2009-2015

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Kultūras ministrija

K. Valdemāra iela 11a

Rīga, LV-1364

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/25


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6274 – Bridgepoint/Eurazeo/Foncia Groupe)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 215/08

Fl-14 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6274. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/25


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6265 – CSN/AG Cementos Balboa/Corrugados Azpeitia/Corrugados Lasao/Stahlwerk Thüringen)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 215/09

Fl-14 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6265. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/26


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Lulju 2011

2011/C 215/10

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4207

JPY

Yen Ġappuniż

112,05

DKK

Krona Daniża

7,4553

GBP

Lira Sterlina

0,88065

SEK

Krona Żvediża

9,1713

CHF

Frank Żvizzeru

1,1652

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8040

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,498

HUF

Forint Ungeriż

269,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9917

RON

Leu Rumen

4,2475

TRY

Lira Turka

2,3575

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3218

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3451

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0704

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6609

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7247

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 500,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8020

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1762

HRK

Kuna Kroata

7,4575

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 130,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,2585

PHP

Peso Filippin

60,690

RUB

Rouble Russu

39,7267

THB

Baht Tajlandiż

42,493

BRL

Real Brażiljan

2,2206

MXN

Peso Messikan

16,5442

INR

Rupi Indjan

63,1570


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/27


Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja (1) u t-Turkija

2011/C 215/11

Għall-iskop tal-ħolqien ta’ kumulazzjoni djagonali tal-oriġini fost l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija, l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kkonċernati, jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli ta’ oriġini li hemm fis-seħħ ma’ pajjiżi oħra.

It-tabella mehmuża, li hija bbażata fuq in-notifiki miksuba mill-pajjiżi kkonċernati, tagħti viżjoni ġenerali tal-protokolli tar-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal akkumulazzjoni djagonali li tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli. Din it-tabella tissostitwixxi dik ta' qabilha (ĠU C 225, 20.8.2010, p. 4).

Huwa mfakkar li l-kumulazzjoni tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qegħdin jipparteċipaw fil-kisba ta' status tal-oriġini, jiġifieri mal-pajjiżi kollha li fihom joriġinaw il-materjali kollha użati. Materjali li joriġinaw f'pajjiż li ma jkunx ikkonkluda ftehim mal-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinanti.

Huwa mfakkar ukoll li l-materjali li joriġinaw mit-Turkija kopert mill-unjoni doganali UE/Turkija jistgħu jiġu inkorporati bħala materjali oriġinali għal skop ta’ kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi parteċipanti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bih jkun daħal fis-seħħ protokoll ta’ oriġini.

Il-Kodiċijiet ISO-Alpha-2 għall-pajjiżi elenkati fit-tabella huma mniżżlin hawn taħt:

L-Albanija

AL

Il-Bożnija u Ħerzegovina

BA

Il-Kroazja

HR

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK (2)

Montenegro

ME

Is-Serbja

RS

it-Turkija

TR

Id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bożnija u l-Ħerżegovina, il-Kroażja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

 

UE

AL

BA

HR

MK

ME

RS

TR

UE

 

1.1.2007

1.7.2008

1.6.2011

1.1.2007

1.1.2008

8.12.2009

 (3)

AL

1.1.2007

 

22.11.2007

22.8.2007

26.7.2007

26.7.2007

24.10.2007

1.8.2011

BA

1.7.2008

22.11.2007

 

22.11.2007

22.11.2007

22.11.2007

22.11.2007

 

HR

1.6.2011

22.8.2007

22.11.2007

 

22.8.2007

22.8.2007

24.10.2007

 

MK

1.1.2007

26.7.2007

22.11.2007

22.8.2007

 

26.7.2007

24.10.2007

1.7.2009

ME

1.1.2008

26.7.2007

22.11.2007

22.8.2007

26.7.2007

 

24.10.2007

1.3.2010

RS

8.12.2009

24.10.2007

22.11.2007

24.10.2007

24.10.2007

24.10.2007

 

1.9.2010

TR

 (3)

1.8.2011

 

 

1.7.2009

1.3.2010

1.9.2010

 


(1)  L-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja huma l-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(2)  Kodiċi ISO 3166 Kodiċi proviżorja li ma tippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun sar ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin iseħħu taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)  Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/29


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-Implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-direttiva)

2011/C 215/12

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal-presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

CEN

EN 71-1:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi

18.6.2011

 

 

CEN

EN 71-2:2011

Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

 

 

Nota 1:

Ġeneralment id-data tal-waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ l-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu)

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu)


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/31


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur, bid-data tal-25 ta’ Marzu 2011 fil-każ ta’ Grund, elli- og hjúkrunarheimili v Lyfjastofnun (l-Aġenzija tal-Kontroll tal-Mediċini tal-Iżlanda)

(Il-Kawża E-7/11)

2011/C 215/13

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Marzu 2011 minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavík), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fil-31 ta’ Marzu 2011, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Grund, elli- og hjúkrunarheimili (dar għall-kura tal-anzjani) v Lyfjastofnun (l-Aġenzija tal-Kontroll tal-Mediċini tal-Iżlanda), dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, skont kif ikun xieraq, xi leġiżlazzjoni oħra taż-ŻEE, inklużi l-Artikoli 11-13 tat-test ewlieni tal-Ftehim taż-ŻEE dwar il-moviment ħieles tal-prodotti, għandha tiġi interpretata bħala li tfisser li istituzzjoni tal-kura tas-saħħa bħal ma hu l-attur, li jipprovdi lin-nies kura għas-saħħa u servizzi mediċi, ma jistax jimporta, għall-użu min-nies li jkunu fil-kura tal-istituzzjoni, prodotti mediċi min-Norveġja li jkunu ngħataw awtorizzazjoni nazzjonali Norveġiza biex jiġu kkumerċjalizzati, b'referenza għal awtorizzazzjoni nazzjonali Iżlandiża ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti mediċi bl-istess isem, f’każ li l-awtorizzazzjonijiet ikunu ngħataw qabel ma d-Direttiva 2001/83/KE daħlet fis-seħħ?

2.

Jekk dan ikun il-każ, allura kif tista' istituzzjoni tal-kura tas-saħħa, bħal ma hu l-attur, li tissottometti li prodotti mediċi importati minn Parti Kontraenti oħra taż-ŻEE għandhom awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni Iżlandiża, tagħti prova ta’ dan? L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 i.f. tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li l-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa hija obbligata li tippreżenta rapport ta' kontroll lill-Konvenut bħala l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti? Huwa possibbli li jitfasslu rekwiżiti anqas stretti fejn jidħol il-piż tal-prova fil-każ tal-importazzjoni ta' prodotti mediċi min-Norveġja, jekk il-prodotti ma jkunux intenzjonati li jinbiegħu, jew b'xi mod ieħor jiġu distribwiti jew ikkumerċjalizzati fl-Iżlanda, iżda biss għall-użu tal-persuni fil-kura tal-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa?

3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom diskrezzjoni bla ebda restrizzjoni ta’ xejn dwar jekk, u lil min, jagħtux eżenzjonijiet skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 63 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ prodotti mediċi li jiġu importati minn istituzzjoni tal-kura tas-saħħa bħal ma hu l-attur meta l-prodotti ma jkunux intenzjonati biex jiġu kkunsmati mill-utent waħdu, iżda jitħejjew minn spiżjar, impjegat tal-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa, u jitwasslu lill-utenti f'kaxex maħsuba apposta tal-prodotti mediċi?


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6295 – CVC/Ande/Delachaux)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 215/14

1.

Fit-12 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża(i) CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (il-Lussemburgu) u Ande Investissements SA (il-Lussemburgu) jakkwistaw il-kontroll konġunt tal-impriża Delachaux SA (Franza) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża CVC Capital Partners SICAV-FIS: l-għoti ta' pariri rigward investimenti u/jew il-ġestjoni ta' investimenti f'isem fondi ta' investiment (‘the CVC Funds’). Il-Fondi CVC għandhom interess ta’ kontroll f’għadd ta’ kumpaniji f’industriji varji inkluż l-industriji tal-kimika, tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, tal-manifattura, tal-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, prinċiplament fl-Ewropa u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku,

għall-impriża Ande Investissements SA: akkwisti ta’ ishma, amministrazzjoni, ġestjoni u żvilupp. Bħalissa, Ande priċipalment tipposjedi u timmaniġġja l-ishma tal-familja André Delachaux fil-grupp Delachaux,

għall-impriża Delachaux SA: il-manifattura u l-produzzjoni ta’ apparat għall-irbit tal-binarji u ta’ sistemi ta’ welding, ta’ sistemi ta’ kurrent elettriku u ta’ trażmizzjoni ta’ dejta, kalamiti, kejbils u metalli bil-kromju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6295 – CVC/Ande/Delachaux, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6309 – Macquarie Group/Airwave Solutions)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 215/15

1.

Fit-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża MEIF II Luxembourg Holdings Sàrl (“MEIF II”, il-Lussemburgu) ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, l-Awstralja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża kollha Airwave Solutions Limited (“Airwave”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MEIF II u Macquarie Group: settur bankarju, finanzjarju, konsultattiv, investimenti u fondi, servizzi ta' ġestjoni,

għal Airwave: teknoloġija informatika fil-komunikazzjoni mobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6309 – Macquarie Group/Airwave Solutions, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

21.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/34


Rettifika għall-pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 87 tas-16 ta’ April 2009 )

2011/C 215/16

Fil-paġna 17, taħt il-punt 3.5, l-aħħar subparagrafu,

minflok:

“Fi tmiem il-maturazzjoni minima jibda l-proċess tal-operazzjonijiet tal-esperti, għall-finijiet tal-verifika dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.”

aqra:

“Fi tmiem il-maturazzjoni minima jibda l-proċess tas-selezzjoni, għall-finijiet tal-verifika dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.”

Fil-paġna 18, taħt il-punt 3.6, it-tielet subparagrafu,

minflok:

“L-ippakkjar tal-biċċiet tal-“Parmigiano Reggiano” jista' jsir fin-negozju fejn dawn jitħejjew.”

aqra:

“L-ippakkjar tal-biċċiet tal-“Parmigiano Reggiano” jista' jsir fil-post tal-bejgħ fejn dawn jitħejjew.”