ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.213.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Il-Kunsill |
|
2011/C 213/01 |
||
2011/C 213/02 |
||
2011/C 213/03 |
||
2011/C 213/04 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 213/05 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2011/C 213/06 |
||
2011/C 213/07 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 213/08 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 213/09 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 213/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2011/C 213/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6293 – Thermo Fisher/Phadia) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Kunsill
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2011
dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tad-Danimarka u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Program ta' Konverġenza aġġornat tad-Danimarka, 2011-2015
2011/C 213/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,
Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività. |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-"linji gwida integrati". L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi. |
(3) |
Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020. |
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. |
(5) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. |
(6) |
Fid-9 ta’ Mejju 2011, id-Danimarka ressqet l-aġġornament tagħha tal-Programm ta’ Konverġenza 2011 li jkopri l-perjodu 2011-2015 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt. |
(7) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Konverġenza aġġornat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku li fuqu huwa bbażat il-Programm ta' Konverġenza huwa plawżibbli. Filwaqt li huwa bbażat fuq preżunzzjonijiet dwar it-tkabbir kemxejn aktar favorevoli għall-2012 u wara, huwa konformi mal-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa tal-2011. L-istrateġija baġitarja ppreżentata fil-programm ta' konverġenza timmira biex sal-2013 id-defiċit jonqos għal taħt il-valur ta' referenza ta' 3 %, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010, u b'hekk sal-2015 jintlaħaq l-objettiv ta' terminu medju (OTM) rivedut ta' bilanċ baġitarju strutturali ta' mhux anqas minn – 0,5 % tal-PDG u sal-2020 jinkiseb il-bilanċ baġitarju. Il-perkors tal-aġġustament lejn dan l-objettiv huwa xieraq. Il-miżuri inklużi fil-programm u adottati mill-Parlament fir-rebbiegħa tal-2010 huma meqjusa bħala adegwati bħala appoġġ għall-miri baġitarji u għandhom jirrappreżentaw sforz fiskali annwali ta' madwar 1 % tal-PDG matul il-perjodu 2011-2013. Id-Danimarka se tilħaq l-OTM fi ħdan il-limitu taż-żmien previst tal-Programm ta’ Konverġenza. Ir-riskji għall-miri baġitarji huma bbilanċjati b'mod ġenerali. |
(8) |
L-ekonomija tad-Danimarka bdiet tnaqqas il-pass fl-2007 fil-kuntest tal-korrezzjoni fis-suq tal-proprjetà immobbli li kkontribwixxiet għal problemi bankarji domestiċi, li mbagħad iggravaw minħabba ż-żieda fl-insolvenzi u fil-qgħad. Ir-riċessjoni kienet waħda ħarxa, il-produzzjoni naqset bi 8 % bejn il-ħarifa tal-2007 u r-rebbiegħa tal-2009, u fl-2010 r-rata tal-qgħad laħqet is-7,4 %. Ir-rata tal-qgħad naqset minn 79,8 % fl-2008 għal 76,1% fl-2010, u din affettwat liż-żgħażagħ b'mod partikolari. Il-produzzjoni bdiet tirkupra fl-2009 u t-tkabbir reali tal-PDG laħaq it-2,1 % fl-2010. L-irkupru kien xprunat minn domanda domestika sostnuta (minħabba wkoll l-espansjoni fiskali), titjib qawwi fl-inventarju u l-irkupru sod tal-imsieħba kummerċjali prinċipali tad-Danimarka. |
(9) |
Stabilizzaturi awtomatiċi u miżuri relatati mal-kriżi kkaġunaw bidla fil-bilanċ tal-amministrazzjoni pubblika minn bilanċ favorevoli ta' 3,2 % tal-PDG fl-2008 għal defiċit ta' 2,7 % tal-PDG fl-2009. Abbażi tan-notifka tad-Danimarka fir-rebbiegħa 2010 li d-defiċit tal-baġit se jaqbeż il-5 % tal-PDG fl-2010, f'Lulju 2010 nfetħet proċedura ta' defiċit eċċessiv għad-Danimarka. Għalkemm is-sena l-oħra d-dħul mhux mistenni u ta' natura temporanja li kien marbut mat-tassazzjoni fuq ir-rendiment tal-pensjonijiet wassal għal stabilizzazzjoni tad-defiċit tal-baġit għal 2,7 % tal-PDG, il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni għar-rebbiegħa tal-2011 qed tistenna li d-defiċit se jerġa' jiżdied għal madwar 4 % tal-PDG fl-2011, li jenfasizza l-ħtieġa ta' sforzi ta' konsolidazzjoni kontinwi u ambizzjużi matul l-2012 u l-2013 kif ippjanat. Dan jimplika implimentazzjoni stretta tal-miżuri adottati fil-Ftehim ta' Konsolidazzjoni tal-2010 u l-kontroll tan-nefqa kif ippreżentat fil-Programm ta' Konverġenza sabiex tiżgura l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2013. Meta valutati komparabbilment kontra r-rata pproġettata tat-tkabbir tal-produzzjoni potenzjali fuq perjodu ta’ żmien medju u b’kont meħud ta’ miżuri diskrezzjonarji, il-proġettazzjonijiet ta’ nfiq jidhru li jiżguraw perkors adatt ta' aġġustament lejn l-OTM. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostennibbiltà fuq perjodu ta’ żmien fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru baxxi. |
(10) |
Għall-ksib tal-miri baġitarji huwa importanti li jkun hemm kontroll strett li jevita l-infiq eċċessiv rikorrenti fil-livelli tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali. Fl-aħħar 20 sena, l-infiq pubbliku qabeż il-miri baġitarji b'mod kontinwu. Il-gvern diġà ħa l-miżuri sabiex din il-kwistjoni tkun indirizzata u qed jippjana l-introduzzjoni ta' skema ġdida għall-kontroll tal-infiq, ikkontrollata mill-Kunsill Ekonomiku Daniż, kif deskritt fil-Programm ta' Konverġenza |
(11) |
Minħabba fatturi demografiċi, il-popolazzjoni li taħdem tad-Danimarka (bejn il-15 u l-64 sena) se tonqos b'madwar 1,5 % bejn l-2010 u l-2025 u bi kważi 5 % sal-2040. Fuq perijodu ta' żmien medju, l-irkupru ekonomiku jista' jwassal għat-trażżin tas-suq tax-xogħol kif ġara matul is-snin tal-boom. Minkejja rata diġà għolja tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, għad hemm lok għaż-żieda addizzjonali fil-provvista tal-ħaddiema. L-irtirar bikri fuq bażi volontarja huwa mifrux fost il-persuni ta' bejn is-60 u l-64 sena li jirriżulta f'rata tal-impjieg ta' 40 % biss fost dawk tal-etajiet bejn is-60 u l-64. Barra minn hekk, 10 % mill-popolazjoni li taħdem li huma taħt l-40 sena huma benefiċjarji tal-pensjoni tal-invalidità jew jinsabu f'impjieg flessibbli (impjieg issussidjat). |
(12) |
Mill-1995 'l hawn kien hemm xejra 'l isfel fit-tkabbir tal-produttività, u waħda mir-raġunijiet potenzjali kienet il-prestazzjoni dgħajfa fl-edukazzjoni. Għalkemm id-Danimarka għadha tonfoq b'mod ġeneruż fis-sistema tal-edukazzjoni tagħha, l-eżiti edukazzjonali f'bosta oqsma ewlenin, huma biss medji u d-Danimarka tinsab fir-raba' post fil-klassifikazzjoni l-aktar baxxa tal-edukazzjoni taż-żgħażagħ fl-UE. Fl-2009, 70,1 % biss mill-popolazzjoni tal-etajiet bejn l-20 u l-24 sena spiċċaw għall-inqas mill-edukazzjoni tal-ogħla sekondarja (meta mqabbel mal-medja tal-UE ta' 78,6 %) (3) u r-riżultati PISA huma medji. Ir-rati tat-tluq bikri mill-istituzzjonijiet vokazzjonali u taż-żgħażagħ huma relattivament għoljin, bi kważi 50 % tal-istudenti fit-taħriġ vokazzjonali li jitilqu qabel iż-żmien. Barra minn hekk, 10 snin wara li jkunu telqu mill-iskola primarja madwar 20 % taż-żgħażagħ ma temmux l-edukazzjoni tagħhom fil-livell ogħla mis-sekondarja minuri. It-titjib fil-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni għandu jgħin ukoll fil-futur biex jiġu evitati l-iżbilanċi li jeżistu bejn il-ħiliet fis-suq tax-xogħol, u li attwalment jindikaw eċċess possibbli ta' ħaddiema mingħajr sengħa u nuqqas ta' ħaddiema bis-sengħa. It-tkabbir tal-produttività kien partikolarment dgħajjef fis-setturi tal-bini u tas-servizzi. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari fis-servizzi lokali, fis-settur tan-negozju, fil-kummerċ tal-operaturi ekonomiċi, u fis-servizzi personali, fejn livelli baxxi ta' kompetizzjoni f'ċerti setturi, pereżempju, l-ostakli kbar għad-dħul fis-suq jistgħu jwasslu għall-allokazzjoni subottima tar-riżorsi. Il-liġijiet dwar l-ippjanar tal-użu tal-art huma stretti, u għalhekk jillimitaw il-possibbiltajiet biex ekonomiji ta' skala jtejbu l-produttività fis-settur tan-negozju bl-imnut. Sabiex jiġi indirizzat il-fatt li l-akkwist pubbliku miftuħ ikopri biss madwar 25 % tal-akkwist pubbliku, il-gvern vara strateġija li għandha fil-mira tagħha ż-żieda fil-kompetizzjoni fi ħdan is-servizzi pubbliċi billi l-akkwist pubbliku jiżdied gradwalment fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni, u stabbilixxa mira ġdida għal muniċipalitajiet biex sal-2015 31,5 % tal-akkwist kollu jkun pubbliku. |
(13) |
Id-dejn tal-unitajiet domestiċi f'termini ta' PDG huwa l-ogħla fl-UE. Iż-żieda gradwali fil-livelli tad-dejn, li kienet xprunata mill-perjodu ta' prosperità fis-settur tad-djar bejn l-2004 u l-2007, toħloq riskji potenzjali għall-ekonomija u għall-istabbiltà finanzjarja. Għalkemm dawn ir-riskji ttaffew minħabba l-karatteristiċi tas-suq tal-bonds sofistikat tad-Danimarka appoġġat minn ipoteki u minn qagħda finanzjarja globalment soda fil-maġġoranza tal-unitajiet domestiċi (l-attivi jissuperaw il-passivi bil-bosta), iddaħħlu biss miżuri limitati biex jittaffew il-flutwazzjonijiet proċikliċi fil-preżżijiet tad-djar fil-kuntest immedjat tal-korrezzjoni tal-prezzijiet tad-djar. |
(14) |
Id-Danimarka għamlet għadd ta' impenji skont il-Patt Euro Plus. Għat-titjib fis-sostenibbiltà fiskali, intlaħaq ftehim għat-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-sanzjonijiet fir-rigward tal-kontroll tal-infiq fil-livell lokali u l-gvern għandu l-ħsieb jippreżenta proposta għal liġi dwar limiti massimi ta’ nfiq. Il-miżuri għall-impjiegi jiffokaw fuq it-tkabbir tal-impjiegi billi jestendu t-tul tal-ħajja tax-xogħol permezz ta’ riforma tal-irtirar. Għat-tkabbir fil-kompetittività hemm Pakkett dwar il-Kompetizzjoni b’inizjattivi konkreti li jimmira primarjament is-setturi tal-bini u tas-servizzi. Flimkien ma’ dawn l-impenji, qed tiġi implimentata skema tad-dota għall-iffaċilitar tar-riżoluzzjonijiet privati sabiex jiġu mgħejuna l-banek bi problemi u tittejjeb l-istabbiltà fnanzjarja. Flimkien, dawn l-impenji jirriferu għall-erba' oqsma tal-patt. Kumplessivament, dawn il-miżuri u impenji jikkoinċidu ma' dawk li ttieħdu fis-segwitu tal-Istħarriġ tat-Tkabbir Annwali u javvanzaw lejn il-miri tal-Ewropa 2020, notevolment fil-qasam tal-impjiegi. Għalkemm diġà ddaħħlu bosta mill-impenji li tħabbru, miżuri importanti għat-titjib fid-dixxiplina baġitarja (fil-livell lokali) u għat-tkabbir tal-impjiegi għandhom jiġu implimentati fil-futur imminenti. Dawn l-impenji kienu vvalutati u ttieħed kont tagħhom fir-rakkomandazzjonijiet. |
(15) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Konverġenza u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inklużi l-impenji tal-Patt Euro Plus. Qieset mhux biss ir-rilevanza tagħhom għall-politika fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fid-Danimarka iżda wkoll kemm dawn jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-isforzi ta' konsolidazzjoni kontinwi u ambizzjużi għandhom ikunu segiwti matul l-2011 u wara. Għandhom jittieħdu aktar passi sabiex tiżdied il-provvista tal-ħaddiema billi jitnaqqas l-irtirar bikri u jiġu mmirati gruppi partikolari, biex titjieb il-kwalità fl-edukazzjoni, tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-setturi ewlenin u s-suq tal-proprjetà immobbli jkun stabilizzat aktar. |
(16) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, filwaqt li qies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Lulju 2010, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta' Konverġenza tad-Danimarka u l-opinjoni tiegħu (4) hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) hawn taħt. Filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta' Riforma tad-Danimarka, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li d-Danimarka tieħu azzjoni matul il-perjodu 2011-2012 biex:
1. |
Timplimenta miżuri tal-konsolidazzjoni fiskali matul fl-2011, 2012 u 2013 u tiżgura sforz fiskali medju annwali ta’ 0,5 % tal-PDG matul il-perijodu 2010-2013 kif ippjanat u tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2013 konformement mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE). Konsegwentement tiżgura, kif ippjanat, perkors adegwat ta’ aġġustament lejn l-objettiv fuq perijodu ta’ żmien medju. Taċċellera t-tnaqqis fid-defiċit ġenerali tal-gvern fil-każ li l-kundizzjonijiet ekonomiċi jmorru aħjar milli huwa mistenni attwalment. Issaħħaħ il-kontrolli fuq l-infiq billi tadotta l-limiti massimi multiannwali vinkolanti fuq l-infiq għall-gvernijiet lokali, reġjonali u dawk ċentrali li jkunu konsistenti mal-miri ġenerali kumplessivi tal-baġit fuq perijodu ta’ żmien medju. |
2. |
Sabiex issaħħaħ is-settur tal-impjiegi u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, tieħu aktar passi sabiex iżżid il-forza tax-xogħol fuq perijodu ta’ żmien twil, billi timplimenta r-riforma konkluża reċentement tal-iskema tal-pensjoni tal-irtirar bikri fuq bażi volontarja (VERP), tirriforma l-pensjoni tal-invalidità u timmira aħjar l-iskemi tal-impjieg issussidjat (is-sistema “flex-job”) lejn il-gruppi l-aktar vulnerabbli. |
3. |
Tħaffef l-implimentazzjoni ta' riformi għat-titjib fil-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni. Tnaqqas ir-rati tat-tluq bikri mill-iskola, partikolarment fis-settur tat-taħriġ vokazzjonali, u żżid l-għadd tal-postijiet tal-apprendistat disponibbli. |
4. |
Tieħu l-passi għat-tneħħja tal-ostakli għall-kompetizzjoni, b'mod partikolari fis-servizzi lokali u fis-settur tan-negozju, billi tirrivedi l-leġiżlazzjoni dwar l-użu tal-art u tiftaħ l-akkwist pubbliku fil-muniċipalitajiet u r-reġjuni. |
5. |
Filwaqt li tkompli tappoġġa l-istabbilizzazzjoni attwali tas-suq tal-proprjetà immobbli wara l-korrezzjoni reċenti tal-prezzijiet, tikkunsidra tieħu azzjoni preventiva sabiex issaħħaħ l-istabbiltà, fuq perijodu ta’ żmien medju, tas-suq tad-djar u tas-sistema finanzjarja, ukoll billi tirrivedi s-sistemi tax-xiri ipotekarju u tat-tassazzjoni fir-rigward tal-proprjetà immobbli. |
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(2) Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad- 19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).
(3) Għalkemm huwa nnutat li t-tfal tal-iskola fid-Danimarka ġeneralment jibdew l-edukazzjoni tagħhom f’età akbar milli fi Stati Membri oħrajn, u b’hekk jiksbu lawrja tal-edukazzjoni sekondarja superjuri fl-età ta’ 24 sena. Fil-grupp tal-popolazzjoni li għandha minn 25 sa 34 sena, 85 % temmew għall-inqas l-edukazzjoni sekondarja superjuri.
(4) Kif previst fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97.
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/5 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2011
dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Estonja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Estonja, 2011-2015
2011/C 213/02
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,
Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività. |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi. |
(3) |
Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020. |
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. |
(5) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. |
(6) |
Fid-29 ta’ April 2011, l-Estonja ressqet il-Programm ta' Stabbiltà għall-2011 li jkopri l-perijodu 2011-2015 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet ta' bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt. |
(7) |
L-Estonja intlaqtet partikolarment ħażin bil-kriżi finanzjarja globali, li kabbret it-treġġigħ lura tal-isplużjoni domestika, immobiljari u tal-konsum. It-telf kumulattiv tal-PDG laħaq 19 % fl-2008-2009 u r-rata tal-qgħad żdiedet għal kważi erba' darbiet u laħqet is-16,8 % sal-2010. Madankollu, l-ekonomija malajr reġgħet irkuprat u t-tkabbir reali tal-PDG huwa mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin. L-esportazzjonijiet kienu l-fatturi prinċipali li mexxew l-irkupru, iżda d-domanda domestika qed tissoda l-iktar permezz ta' investiment b'saħħtu. Il-prospettiva mtejba tat-tkabbir wasslet għal impetu pożittiv fis-suq tax-xogħol. Dan l-aħħar ir-rata tal-impjiegi żdiedet b'mod sinifikanti, għalkemm ir-rata tal-qgħad fuq terminu ta' żmien twil għadha għolja. Filwaqt li l-inflazzjoni żdiedet meta mqabbla mas-sena li għaddiet, huwa mistenni li din timmodera minħabba l-iżviluppi fil-prezzijiet globali tal-komoditajiet. |
(8) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbiltà skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-proġettazzjonijiet baġitarji huwa plawsibbli. L-istrateġija baġitarja tal-Programm ta’ Stabbiltà fuq terminu medju hija li jinlaħaq l-objettiv ta’ terminu medju, iddefinit bħala bilanċ strutturali sal-2013, u li dan jinżamm matul il-bqija tal-perijodu tal-Programm ta’ Stabbiltà, permezz tal-mira għal surplusis strutturali fl-2013 u iktar 'il quddiem. Il-pożizzjoni baġitarja nominali tal-amministrazzjoni pubblika hija proġettata biex tilħaq surplus sal-2013, filwaqt li fuq perijodu ta' żmien qasir id-defiċit nominali huwa mistenni li jonqos xi ftit minħabba l-impatt ta' darba ta' investimenti ambjentali fil-krediti tal-karbonju. L-aġġustament baġitarju tal-Programm ta’ Stabbiltà jibbaża fuq it-trażżin taż-żieda tan-nefqa pubblika tal-konsum. Il-Programm ta’ Stabbiltà jipprovdi xi informazzjoni dwar miżuri sabiex tintlaħaq il-pożizzjoni fil-mira u r-rekord tal-ilħuq tal-miri fiskali tal-imgħoddi jnaqqas ir-riskju li dawn ma jintlaħqux fis-snin li ġejjin. B'mod partikolari, ir-riformi previsti jfittxu li jkun hemm titjib fl-effiċjenza f'għadd ta' oqsma, bħal pereżempju l-edukazzjoni u l-linji politiċi attivi fis-suq tax-xogħol. Għalhekk ir-riskji u l-miri baġitarji jidhru li huma bejn wieħed u ieħor ibbilanċjati. Minkejja dan, fil-baġits li ġejjin se jkun importanti li jiġu provduti d-dettalji ewlenin ta' miżuri sabiex titjieb iktar l-effiċjenza fl-infiq pubbliku, li b’hekk iservu bħala sisien għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stabbiltà. |
(9) |
Ir-rata tal-qgħad fit-tul għadha għolja u r-rati tal-qgħad kienu x'aktarx diverġenti u persisteni fir-reġjuni kollha. Minkejja ż-żidiet konsiderevoli li kien hemm mill-2009 'l hawn, il-finanzjament tal-linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol għadu wieħed mill-iktar baxxi fl-UE, u jwassal għal ammont żgħir ta' nies qiegħda li jirċievu appoġġ attiv. Is-suq tax-xogħol tal-Estonja huwa pjuttost flessibbli, imsaħħaħ bid-deċiżjoni li ż-żidiet fil-kopertura tal-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-qgħad fil-pakkett tal-Liġi tax-Xogħol ikunu posposti għall-2013. Minkejja din il-flessibbiltà, l-ingranaġġ tat-taxxa (tax wedge) fuq ix-xogħol fl-Estonja huwa pjuttost għoli, u dan jista' jħalli impatt negattiv fuq il-provvista tal-ħaddiema u d-domanda għall-ħaddiema. Din il-problema hija partikolarment gravi fil-kuntest tar-rata għolja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u dawk bi ftit kompetenzi professjonali, li huma esposti għal riskju li jbatu l-faqar. Ir-riformi previsti sabiex jitnaqqsu l-kontirbuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali jindirizzaw il-kwistjonijiet it-tajbin iżda jeħtieġ li dawn jitwettqu filwaqt li tissaħħaħ il-pożizzjoni baġitarja. Hemm lok għal titjib fl-effiċjenza permezz ta' testijiet iktar stretti tal-mezzi sabiex jittejbu l-miri għal benefiċċji oħra. |
(10) |
L-intensità tar-riżorsi tal-Estonja hija waħda mill-ogħla fl-UE. Din hija parzjalment ir-riżultat ta' struttura produttiva kkonċentrata fuq setturi u industriji b'konsum għoli ta' enerġija. Fattur ieħor determinanti huwa l-prestazzjoni baxxa fl-effiċjenza enerġetika fil-livell settorjali. Fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma tagħha, l-Estonja tindika mira ta' frankar eneġetiku nazzjonali ta' 9 % fl-2016 meta mqabbel mat-tbassir (16 % sal-2020 tal-PNR). Barra minn hekk, hemm ftit informazzjoni dwar kif u meta se jiġu implimentati l-miżuri u dwar ir-riżultati mistennija tagħhom. Għalhekk, hemm iktar potenzjal għat-tijib fl-effiċjenza enerġetika. Iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika x'aktarx ikollha impatt pożittiv fuq l-ambjent u fuq is-sigurtà tal-provvista tal-eneġija, iżda din iż-żieda tista' tnaqqas ukoll il-pressjonijiet ta’ inflazzjoni u ttejjeb il-kompetittività tal-kost. |
(11) |
Minkejja l-proporzjon globali li huwa għoli ta' nies b'livell ta' edukazzjoni terzjarja, iktar riformi fis-sistema edukattiva fil-livelli kollha jistgħu jgħinu sabiex jiġu indirizzati lakuni fil-ħiliet, l-għadd kbir ta' skejjel u istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja, u n-nuqqas ta' direzzjoni fl-edukazzjoni professjonali li jirrizulta fi proporzjon kbir ta' nies mingħajr kwalifika professjonali. Fil-kuntest tax-xejriet demografiċi ta' bħalissa, it-titjib fil-kwalità tal-kapital uman huwa importanti għat-tkabbir potenzjali fuq teminu medju. B'mod partikolari, l-iżgurar li l-edukazzjoni terzjarja hija mmirata lejn oqsma li huma ta' importanza ewlenija fl-ekonomija (pereżempju l-inġinerija) jista' jappoġġa l-ibbilanċjar mill-ġdid lejn setturi negozzjabbli li għaddej bħalissa. L-implimentazzjoni tar-riforma edukattiva għandha tikkontribwixxi wkoll sabiex tittejjeb l-effiċjenza fis-settur pubbliku, billi s-sistema tal-ġestjoni tal-edukazzjoni attwali hija frammentata wisq f'livell lokali, u dan iwassal kemm għal sussidji ineffiċjenti kif ukoll għal servizz ta' kwalità baxxa. |
(12) |
L-Estonja għamlet għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. Dawn jinkludu miżuri li jindirizzaw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-impjiegi, u l-kompetittività. Mill-aspett fiskali, il-Patt jieħu l-impenn li jilħaq bilanċ baġitarju sal-2013 u surplus fl-2014; li jinkludi rekwiżit ta' bilanċ baġitarju fis-settur pubbliku fil-liġi bażi baġitarja tal-Istat. kif ukoll l-ewwel passi għar-riforma tal-iskemi ta' pensjoni speċjali. Hemm previsti xi inċentivi fuq it-taxxa sabiex jiġu promossi l-impjiegi. Għal dak li jirrigwarda l-kompetittività, il-miżuri jiffokaw fuq l-innovazzjoni, l-edukazzjoni għolja u r-riforma tas-servizz pubbliku. L-impenji fil-Patt jirriflettu l-aġenda ppreżentata fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. L-objettivi stabbiliti fil-Patt jibbenefikaw minn iktar miżuri sabiex isaħħu l-linji politiċi tas-suq tax-xogħol, kif ukoll jindirizzaw l-effiċjenza tar-riżorsi u s-suq tal-enerġija. L-impenji tal-Patt Euro Plus ġew ivvalutati u tqiesu fir-rakkomandazzjonijiet. |
(13) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, u l-impenji tal-Patt Euro Plus għall-Estonja. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fl-Estonja imma wkoll lejn kemm jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Hija tqis li filwaqt li l-miżuri sabiex tintalħaq il-pożizzjoni baġitarja fil-mira għandhom jiġu speċifikati fil-baġits li ġejjin, ir-rekord tal-awtoritajiet Estonjani tal-imgħoddi jnaqqas ir-riskju li l-miri fiskali ma jintlaħqux. Għandhom jittieħdu iktar passi sabiex jissaħħu l-linji politiċi tas-suq tax-xogħol u biex jiġu pprovduti inċentivi aħjar għax-xogħol, sabiex jittejjeb il-kapital uman permezz ta' riforma fuq skala kbira tal-edukazzjoni kif ukoll bl-indirizzar tal-effiċjenza tar-riżorsi u tas-suq tal-enerġija. |
(14) |
Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina l-Programm ta' Stabbiltà tal-Estonja 2011 u l-opinjoni (3) tiegħu hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) hawn taħt. B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Estonja, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Estonja tieħu azzjoni fil-perijodu bejn l-2011-2012 sabiex:
1. |
Tilħaq surplus strutturali sa mhux iktar tard mill-2013, filwaqt li fl-2012 tillimita d-defiċit għal mhux iktar minn 2,1 % tal-PDG, filwaqt li żżomm kontroll strett fuq in-nefqa u t-titjib tal-effiċjenza tal-infiq pubbliku. |
2. |
Tieħu passi sabiex tappoġġa d-domanda għall-ħaddiema u sabiex jonqos ir-riskju tal-faqar, billi tnaqqas il-piż tat-taxxa u tas-siġurtà soċjali mingħajr implikazzjonijiet ta' baġit, u wkoll billi ttejjeb l-effikaċja tal-linji politiċi attivi fis-suq tax-xogħol, anke billi timmira miżuri lejn iż-żgħażagħ u dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, speċjalment f'oqsma b'rata għolja ta' qgħad. |
3. |
Tiżgura l-implimentazzjoni ta' inċentivi ppjanati sabiex tnaqqas l-intensità fl-użu tal-enerġija u ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-ekonomija, immirati lejn is-setturi tal-bini u tat-trasport, anke billi tiżgura funzjonament aħjar tas-suq. |
4. |
Filwaqt li timplimenta rifroma fis-sistema edukattiva, għandha tingħata prijorità lill-miżuri li jtejbu l-kwalità u d-diponibbiltà ta' edukazzjoni pre-skolastika, u ttejjeb il-kwalità u disponibbiltà tal-edukazzjoni professjonali. Tiffoka r-riżultati tal-edukazzjoni l-iktar fuq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u tipprovdi opportunitajiet għall-ħaddiema bi ftit kompetenzi professjonali sabiex jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja. |
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1; Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 10, Vol 01, p. 84.
(2) Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad- 19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).
(3) Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/8 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Lulju 2011
dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Franza u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat ta’ Franza, 2011-2014
2011/C 213/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,
Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa ta’ linji ta’ politika ekonomika, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività. |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar Linji Gwida għal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-linji ta’ politika nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi. |
(3) |
Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika ex ante u integrata, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020. |
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. |
(5) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. |
(6) |
Fit-3 ta’ Mejju 2011, Franza ressqet l-aġġornament tagħha tal-Programm ta’ Stabbiltà 2011 li jkopri l-perijodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt. |
(7) |
Franza kienet relattivament anqas affetwata mill-kriżi ekonomika u finanzjarja minn Stati Membri oħra, bi tnaqqis ta’ 2,7 % fil-PDG fl-2009, parzjalment minħabba stabbilizzaturi ekonomiċi pjuttost kbar u livell ta’ ftuħ tal-ekonomija tagħha relattivament baxx, li sa ċertu punt naqqsu l-impatt fuq Franza tal-kollass tal-kummerċ dinji. Is-settur bankarju rriżulta reżistenti wkoll. Fl-2010, l-ekonomija rkuprat u, b’mod globali, it-tkabbir tal-PDG kien ta' 1,5 %. Madankollu, il-kriżi ekonomika kellha impatt sostanzjali fuq il-finanzi pubbliċi ta’ Franza. Minħabba l-istabbilizzaturi awtomatiċi u l-istimulu fiskali diskrezzjonali, id-defiċit ġenerali tal-gvern tela' minn 3,3 % tal-PDG fl-2008 għal 7,5 % fl-2009. Bl-istess mod, il-kriżi aggravat l-użu insuffiċjenti tal-ħaddiema u d-dgħufijiet strutturali tas-suq tax-xogħol ta’ Franza fejn kien hemm livell ta’ qgħad relattivament għoli ta’ 9,7 % fl-2010. Barra minn hekk, il-bilanċ tal-kummerċ fil-merkanzija ddeterjora gradwalment matul dan l-aħħar deċennju u dan ħareġ fiċ-ċar l-isfidi tal-kumpaniji Franċiżi f’termini ta' spejjeż u kompetittività mhux abbażi tal-prezzijiet. |
(8) |
Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbiltà aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, l-opinjoni tal-Kunsill hi li x-xenarju makroekonomiku li jsejjes il-proġettazzjonijiet baġitarji huwa favorevoli wisq. Il-livelli ta’ tkabbir mistennija huma ftit ogħla mill-aktar previżjonijiet riċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni għall-2011 u l-2012 u dawn jibqgħu ferm ogħla mit-tkabbir potenzjali fis-snin ta’ wara. Wara defiċit aħjar milli mistenni ta’ 7 % tal-PDG fl-2010, il-Programm ta’ Stabbiltà jippjana li jbaxxih għal 3 % fl-2013, li hi d-data ta’ skadenza stabbilita mill-Kunsill għall-korrezzjoni tas-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv, u li wara dan ikompli bil-konsolidazzjoni. Bid-dejn li fil-bidu, fl-2010, kien ta’ 82 % tal-PDG, jidher li l-proporzjon tad-dejn se jiżdied sal-2012 (86 %) u mbagħad wara dan se jonqos xi ftit. Il-linji ta' aġġustament tad-defiċit u tad-dejn huma soġġetti għal riskji, li jinkludu l-possibbiltà ta’ xenarju makroekonomiku li jista’ jirriżulta anqas favorevoli, il-fatt ta’ nuqqas ta’ speċifikazzjoni tal-miżuri sabiex jintlaħqu l-miri mill-2012 ‘il quddiem, u l-fatt li l-miri ta’ spiss ma ntlaħqux fil-passat, minkejja r-riżultat aktar favorevoli milli mistenni fl-2010. Għalhekk, sakemm ma jittieħdux aktar miżuri skont il-ħtieġa, ma jistax ikun żgurat li d-defiċit eċċessiv se jiġi kkoreġut sal-2013. L-objettiv fuq terminu medju ta’ baġit ibbilanċjat f’termini strutturali mhux se jintlaħaq matul il-perijodu tal-Programm ta’ Stabbiltà. L-isforz fiskali medju annwali matul il-perijodu 2010-2013, kif ikkalkulat mill-ġdid mis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-metodoloġija ġeneralment miftiehma hu ftit anqas minn dak inkluż fir-Rakkommandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2009 (“aktar minn 1 % tal-PDG”). |
(9) |
L-implimentazzjoni ta’ konsolidazzjoni fiskali tibqa’ sfida ewlenija. L-evitar ta’ nuqqasijiet fin-nefqa permezz ta’ sforz fiskali msaħħaħ ibbażat fuq miżuri speċifikati b’mod totali, hu importanti biex tiġi stabbilita mill-ġdid pożizzjoni fiskali sostenibbli, b’mod speċjali minħabba l-fatt li l-mira tal-2013 ma tipprovdi ebda marġni ta’ sigurtà taħt il-livell limitu ta’ 3 % tal-PDG. Barra minn hekk, kif speċifikat fl-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2011-2014 li ġie vvutat f’Diċembru 2010, ikun xieraq li jintuża d-dħul kollu mhux ippjanat biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn. Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fuq perijodu twil tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma medji. Sabiex ittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, Franza adottat riforma tal-pensjonijiet ġdida fl-2010. Il-miżuri ppjanati, inkluż iż-żieda gradwali tal-età minima tal-irtirar minn 60 għal 62 u tal-età statutorja tal-irtirar minn 65 għal 67, kif ukoll it-tneħħija gradwali tal-iskemi għall-irtirar bikri, għandu jkollhom impatt fuq ir-rata baxxa tal-impjiegi ta’ ħaddiema mdaħħla fiż-żmien. Barra minn hekk, is-sistema tal-pensjonijiet hi mistennija li tkun f’bilanċ sal-2018. Hemm ċans li wara dan ikun hemm defiċit jekk ma jittieħdux aktar miżuri. L-aħħar riforma tal-pensjonijiet waqqfet ukoll korp pubbliku ġdid, il-“Comité de pilotage des régimes de retraite”, li għandu l-irwol li jippreżenta valutazzjonijiet annwali tas-sitwazzjoni baġitarja tal-kontijiet tal-pensjonijiet u, f’każ li jkun hemm iċ-ċans ta’ deterjorament, li jieħu miżuri korrettivi. |
(10) |
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi attwali għada xorta stretta ħafna: il-kundizzjonijiet għas-sensji għal raġunijiet ekonomiċi huma soġġetti għal inċertezza legali. Dan qed iwassal għal riżultati fis-suq tax-xogħol li fihom ħaddiema b’kuntratti tax-xogħol indefiniti (il-maġġoranza tar-“riżerva” ta’ ħaddiema) jgawdu minn ammont relattiv ta’ sigurtà u ħaddiema b'kuntratti tax-xogħol temporanji (il-maġġoranza ta' dawk li jidħlu fis-suq tax-xogħol) huma esposti għal inċertezzi. Għalhekk, is-sehem ta’ kuntratti temporanji hu sinifikattivament ogħla għall-ħaddiema żgħażagħ, u hemm ftit tranżizzjonijiet minn kuntratti temporanji għal dawk permanenti. Din is-segmentazzjoni tapplika wkoll għall-aċċess għal taħriġ vokazzjonali. Konsegwentament hemm ċaqliq qawwi u akkumulazzjoni limitata ta’ kapital uman għal dawn il-ħaddiema. Il-ħaddiema żgħażagħ u dawk bi ftit kompetenzi huma għalhekk esposti għal riskji sproporzjonati fis-suq tax-xogħol. L-għan tal-Att dwar it-Tiġdid tad-Djalogu Soċjali u tal-Att dwar l-Immodernizzar tas-Suq tax-Xogħol tal-2008 kien li jiġi mmodernizzat id-djalogu soċjali u li tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-duwaliżmu fis-suq tax-xogħol. L-Att tal-aħħar partikolarment introduċa proċedura ġdida għat-terminazzjoni ta’ kuntratti permanenti bi ftehim reċiproku (“rupture conventionelle”) li issa qed tintuża aktar u aktar. |
(11) |
Ir-rata tal-qgħad fi Franza kienet ftit aktar mill-medja tal-UE fl-2010 u l-qgħad fit-tul qed jiżdied (3,9 % fl-2010 meta mqabbel ma’ 2,9 % fl-2008). F’dan il-kuntest, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi għandhom ikollhom rwol importanti biex joffru appoġġ lil dawk bla xogħol fir-riċerka tagħhom għal impjieg. Fi Franza, is-servizz ġdid pubbliku li jiġbor kollox taħtu Pôle Emploi sa issa wera riżultati varjati. Fl-2009-2010, fil-kuntest tal-kriżi u ta’ żieda qawwija fin-numru ta’ dawk li jfittxu impjieg, l-għan ewlieni tiegħu kien iffukat primarjament fuq l-amalgamazzjoni taż-żewġ entitajiet ta' amministrazzjoni preeżistenti. L-esternalizzazzjoni tas-servizzi tal-impjiegi sa issa wriet riżultati varjati fil-kisba tal-miri ta' ritorn għax-xogħol stabbiliti minn Pôle Emploi. Fl-istess ħin, ir-riżorsi ta’ Pôle emploi ddedikati għal appoġġ individwali għal dawk li qed ifittxu x-xogħol għadhom sottożviluppati (71 ekwivalenti għal full-time għal kull 10 000 persuna mingħajr xogħol, li hu sinifikattivament taħt il-livelli rreġistrati f’ċerti pajjiżi simili). |
(12) |
Id-defiċit tal-kont attwali ta’ Franza ddeterjora gradwalment matul l-aħħar deċennju u jirrifletti t-tnaqqis fil-bilanċ tal-kummerċ fil-merkanzija, parzjalment dovut għal tnaqqis fil-kompetittività fl-ispejjeż tax-xogħol wara li ġiet introdotta mill-ġdid il-paga minima unika fil-perijodu 2003-2005 (ir-riforma ta’ qabel ta’ 35 siegħa xogħol fil-ġimgħa kienet irriżultat f’ħames livelli minimi differenti). Sar ċertu titjib fil-proċedura tal-indiċjar (inħolqot kummissjoni konsultattiva ta’ esperti indipendenti, tneħħew iż-żidiet diskrezzjonali) li wassal għal moderazzjoni fiż-żieda tal-paga minima. B’riżultat ta’ dan, il-proporzjon ta’ impjegati li huma mħallsa paga minima naqas sostanzjalment u dan ippermetta differenzazzjoni aħjar tal-pagi. Il-paga minima fi Franza xorta għadha fost l-ogħla fl-UE meta mqabbla mas-salarju medjan anki jekk il-porzjon tat-taxxa hu ferm anqas minn dak għall-paga medja minħabba tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali ta’ min iħaddem. |
(13) |
Fi Franza, il-piżijiet tat-taxxa u ta’ sigurtà soċjali huma fost l-ogħla fuq ix-xogħol fl-UE, filwaqt li t-taxxa fuq il-konsum għadha relattivament żgħira. Barra minn hekk, id-dħul mit-taxxi ambjentali bħala parti mill-PDG hu wkoll ferm taħt il-medja tal-UE. Il-bilanċ mill-ġdid tas-sistema tat-taxxa, anke pereżempju permezz ta’ bidla minn tassazzjoni fuq ix-xogħol għal dik fuq il-konsum u l-ambjent, x’aktarx li jkollu effett pożittiv fuq l-impjiegi kif ukoll fir-rigward tal-għanijiet ambjentali. |
(14) |
L-eżenzjonijiet mit-taxxa u mis-sigurtà soċjali (inklużi n-“niches fiscales”) fi Franza huma għolja ħafna. Barra minn hekk, biex ikun hemm għarfien u sfruttar siewi tal-benefiċċji tas-sistema jeħtieġ li l-impriżi u l-familji jinvestu f'għarfien espert. Filwaqt li n-nefqiet tat-taxxa jintużaw biex tiġi implimentata politika ekonomika partikolari, s’issa ma hemm l-ebda valutazzjoni sistematika dwar jekk dawn irnexxielhomx jiksbu l-għanijiet tagħhom għalkemm hija ppjanata reviżjoni maħsuba li ssir fl-2011 skont l-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2009-2012. Fil-passat, is-sostitwibbiltà tagħhom man-nefqa pubblika ppermettiet lill-awtoritajiet Franċiżi biex jirrispettaw formalment ir-regoli eżistenti dwar in-nefqa, għalkemm mhuwiex possibbli aktar ċaqliq kif previst fl-Artikolu 9 tal-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2011-2014. Hemm żieda diskrezzjonarja fid-dħul mit-taxxa (l-aktar permezz ta’ tnaqqis fin-nefqiet tat-taxxa) ta’ madwar 0,75 % tal-PDG matul il-perijodu 2011-2013 li hija prevista mill-awtoritajiet Franċiżi. In-nefqiet ta’ taxxa preċiżi li għandhom jiġu aboliti ġew identifikati biss parzjalment mill-2012. |
(15) |
Il-kompetizzjoni fis-settur tal-bejgħ bl-imnut għadha mfixxkla minn restrizzjonijiet amministrattivi fuq il-ftuħ ta’ postijiet kbar tal-bejgħ bl-imnut, u projbizzjoni fuq il-bejgħ mill-ġdid bi prezz aktar baxx mill-kost. Fis-settur tas-servizzi għad hemm ostakli għall-kompetizzjoni għal diversi professjonijiet regolati li jistgħu jiġu trattati billi jew jiġu riveduti l-kondizzjonijiet tad-dħul jew billi jiġu eliminati gradwalment ċerti kwoti (numerus clausus) u d-drittijiet esklussivi li dawn il-professjonijiet għandhom. |
(16) |
Franza ħadet għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. Mil-lat fiskali, Franza ħadmet biex timplimenta malajr ir-riforma tal-pensjonijiet tal-2010. Bil-għan li ssaħħaħ is-sostenibbiltà fiskali, Franza se tbiddel ukoll il-kostituzzjoni tagħha biex tintroduċi ppjanar vinkolanti tal-baġit multiannwali. Biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, qed jiġu kkunsidrati diversi miżuri biex jiżdiedu l-linji politiċi attivi tas-suq tax-xogħol (pereżempju apprendistati biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni tal-ħaddiema żgħażagħ mill-iskola għax-xogħol, faċilitajiet ta’ kura tat-tfal addizzjonali sal-2012 biex jitjiebu l-prospetti ta’ impjieg tan-nisa, tisħiħ tas-servizzi tal-impjiegi pubbliċi għal dawk li jkunu qed ifittxu impjieg). Il-miżuri ta’ kompetittività jiffukaw fuq it-titjib tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja u l-promozzjoni tar-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) u l-Innovazzjoni (“investissements d'avenir”), kif ukoll it-tnaqqis tal-piż amministrattiv permezz tal-implimentazzjoni ta’ programm komprensiv ta’ simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni. Dawn l-impenji jirriferu għal tlieta mill-erba' oqsma tal-Patt, u jħallu barra s-settur finanzjarju. Għalkemm dawn saru f’dawk l-oqsma fejn jinsabu l-akbar sfidi, ħafna minnhom (b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-governanza fiskali jew l-appoġġ għall-edukazzjoni għolja u r-R&D) huma konferma ta’ linji ta’ politika/riformi pubbliċi eżistenti. L-aġenda ta’ riforma ma tidhirx li hi għalkollox konsistenti mal-kobor tal-isfidi makroekonomiċi li qed jaffaċċja s-suq tax-xogħol jew l-ambjent tan-negozju. Barra minn hekk, ir-riforma kostituzzjonali prevista hi soġġetta għal inċertezza politika. Dawn l-impenji tal-Patt Euro Plus ġew ivvalutati u kkunsidrati fir-rakkomandazzjonijiet. |
(17) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta’ Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma, inklużi l-impenji tal-Patt Euro Plus għal Franza. Hija mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fi Franza iżda wkoll il-konformità tagħhom mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa għal tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi provdut kontribut fil-livell tal-UE għal deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonsidra li jeħtieġ l-istrateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali ssir aktar speċifika, b’mod partikolari għall-2012 u għas-snin ta' wara, sabiex ikun żgurat li d-defiċit eċċessiv jiġi kkoreġut sal-2013 u d-dejn jibda jonqos. Kwalunkwe dħul mhux ippjanat għandu jintuża biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn kif previst fl-Att tal-Ippjanar Multi-annwali tal-Finanzi Pubbliċi għall-perijodu 2011-2014. Bidla minn taxxi fuq ix-xogħol għal dawk ambjentali u fuq il-konsum u simplifikazzjoni tal-ispiża tat-taxxa, jagħtu spinta lill-għanijiet fiskali u ambjentali u jwasslu għal titjib tal-ambjent tan-negozju. Il-passi ulterjuri fl-2011-2012 għandhom jiffukaw fuq l-adattament tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi għat-tnaqqis tad-duwaliżmu fis-suq tax-xogħol, u fuq it-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi sabiex ikun provdut appoġġ komprensiv lil dawk li jfittxu impjieg. Il-politika eżistenti għal moderazzjoni tal-paga minima għandha titkompla. Il-kompetizzjoni għandha tiġi mħeġġa fil-professjonijiet regolati u fil-kummerċ tal-bejgħ bl-imnut. |
(18) |
Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabbiltà ta’ Franza u l-opinjoni tiegħu (3) hi riflessa b’mod partikolari fir-rakkomandazzjoni (1) tiegħu hawn taħt. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta’ Franza, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li Franza tieħu azzjoni fil-perijodu 2011-2012 biex:
1. |
Tiżgura l-isforz fiskali annwali medju rrakkomandat ta’ aktar minn 1 % tal-PDG matul il-perijodu 2010-2013 u timplimenta b’mod rigoruż il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2013, konformement mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taħt il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE), u b’hekk titfa’ fuq linja ta’ tnaqqis lill-proporzjon għoli ta’ dejn pubbliku, u tiżgura sussegwentement progress adegwat lejn l-għan għall-perijodu medju; tispeċifika l-miżuri korrispondenti neċessarji għall-2012 ‘il quddiem, tieħu miżuri addizzjonali jekk ikunu meħtieġa u tuża kwalunkwe dħul mhux ippjanat biex jiġi aċċelerat it-tnaqqis tad-defiċit u d-dejn kif ippjanat; tkompli tirrivedi s-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet u tieħu miżuri addizzjonali fejn jeħtieġ. |
2. |
Tagħmel sforzi mġedda, skont il-prattiċi nazzjonali ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, biex tegħleb is-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol billi tirrivedi aspetti magħżula tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi filwaqt li ttejjeb il-kapital uman u t-tranżizzjonijiet għall-aħjar; tiżgura li kwalunkwe adattamenti fil-paga minima jkunu ta' appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi. |
3. |
Tinkoraġġixxi l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja għall-ħaddiema ta’ età akbar biex tgħinhom jibqgħu impjegati u toħloq inċentivi li jappoġġaw ir-ritorn għall-impjieg. Tagħti spinta lil-linji politiċi attivi dwar is-suq tax-xogħol u tintroduċi miżuri għat-titjib fl-organizzazzjoni, fit-teħid ta' deċiżjonijiet u fil-proċeduri tas-servizz pubbliku tal-impjiegi sabiex jissaħħu s-servizzi u l-appoġġ individwali pprovduti lil dawk f’riskju li jkunu qiegħda għal żmien twil. |
4. |
Iżżid l-effiċjenza tas-sistema tat-taxxa, inkluż permezz ta’ bidla minn taxxi fuq ix-xogħol favur taxxi ambjentali u fuq il-konsum, u l-implimentazzjoni tat-tnaqqis ippjanat fin-numru u l-kost tat-taxxi u l-eżenzjonijiet ta’ sigurtà soċjali (inklużi “niches fiscales”). |
5. |
Tieħu aktar passi biex tneħħi restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq is-snajja u l-professjonijiet regolati, b’mod partikolari fis-servizzi u s-settur tal-bejgħ bl-imnut. |
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(2) Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).
(3) Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/12 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2011
dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Greċja
2011/C 213/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li ser tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività. |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010 adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (1), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u dwar l-impjiegi nazzjonali. |
(3) |
Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020. |
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. |
(5) |
Fit-3 ta' Mejju 2010, il-Greċja ppreżentat programm ta' aġġustament inklużiv appoġġat mill-assistenza finanzjarja pprovduta mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) li jammonta għal EUR 110 biljuni. Il-Memorandum ta' Qbil li jakkumpanjah u s-supplimenti suċċessivi tiegħu, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li abbażi tagħha tiġi żburżata l-assistenza finanzjarja. |
(6) |
L-elementi ewlenin tal-kundizzjonalità tal-politika kienu inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 (2), u l-emendi sussegwenti tagħha (3), indirizzati lill-Greċja bil-għan li tissaħħaħ u titfannad is-sorveljanza fiskali u biex il-Greċja tkun avżata tieħu miżuri li jnaqqsu d-defiċit meqjusa neċessarji biex isolvu s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 136 u 126(9) tat-Trattat. |
(7) |
Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin sabiex jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbilita jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. Il-Greċja hija mistennija tippreżenta Programm ta' Stabbiltà aġġornat u impenji u azzjonijiet speċifiċi tal-Patt Euro Plus għall-2011 ibbażati fuq programm ta’ aġġustament ekonomiku aġġornat. |
(8) |
Matul l-aħħar deċennju, il-prestazzjoni ta' tkabbir tal-Greċja kienet ibbażata fuq xpruni mhux sostenibbli: żidiet qawwija fil-konsum u fl-investiment residenzjali kienu akkumpanjati minn żidiet reali fil-pagi u tkabbir rapidu tal-kreditu; rati tal-imgħax reali baxxi assoċjati mal-adozzjoni tal-euro u l-liberalizzazzjoni tas-suq finanzjarju saħħew din iż-żieda qawwija. Il-kriżi globali tal-2008-2009 esponiet id-dgħufijiet, inkluż: politiki fiskali mhux sostenibbli, parzjalment moħbija minn statistiċi mhux affidabbli u minn dħul temporanjament għoli; swieq tax-xogħol u tal-prodotti riġidi; u telf ta' kompetittività u dejn estern jogħla. Għalkemm mhux fil-bidu, is-settur bankarju kien affettwat mill-kriżi ekonomika u tal-kunfidenza. Sa fejn kienet waslet id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fiskali kien żvelat tard minħabba nuqqasijiet serji fis-sistemi tal-kontabbiltà u tal-istatistika tal-Greċja. Dan dewwem l-implimentazzjoni ta' miżuri korrettivi. Minħabba li żdied it-tħassib dwar is-sostenibbiltà fiskali tal-Greċja u żdiedet l-istmerrija tar-riskju globali, is-sentiment tas-suq fir-rigward tal-Greċja ħżien ħafna fil-bidu tal-2010. F'April 2010, il-Greċja talbet assistenza finanzjarja internazzjonali minħabba li kienet affaċċjata minn bżonnijiet finanzjarji konsiderevoli u ma kellhiex aċċess għas-swieq kapitali internazzjonali. |
(9) |
Il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta l-programm ta' aġġustament ekonomiku u finanzjarju bl-għan li tikkoreġi l-iżbilanċi fiskali u esterni u biex jerġa' jkun hemm kunfidenza f'terminu ta' żmien qasir. F'terminu ta' żmien medju, hija għandha tħejji s-sisien għal mudell ta' tkabbir li jiddependi iktar fuq l-investiment u l-esportazzjonijiet filwaqt li jappoġġja t-tkabbir u l-impjiegi. Il-programm ta’ aġġustament jipprevedi azzjoni komprensiva fuq tliet aspetti: (i) strateġija ta' konsolidazzjoni fiskali bikrija, appoġġjata minn miżuri fiskali strutturali u minn kontroll fiskali aħjar; (ii) riformi strutturali fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti biex ikunu indirizzati l-kompetittività u t-tkabbir; u (iii) sforzi li jissalvagwardjaw l-istabbiltà tas-sistema bankarja. |
(10) |
Il-Kummissjoni ivvalutat l-abbozz ta' Programm Nazzjonali ta' Riforma. Hija mhux biss qieset ir-rilevanza tiegħu għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fil-Greċja iżda wkoll il-konformità tiegħu mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tenfasizza l-urġenza tal-implimentazzjoni tal-miżuri pjanati għall-konformità mad-Deċiżjoni 2010/320/UE, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Greċja:
Timplimenta bis-sħiħ il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/320/UE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/257/UE u kif speċifikat aktar fil-Memorandum ta’ Qbil tat-3 ta’ Mejju 2010 u s-supplimenti sussegwenti tiegħu, b'mod partikolari l-aħħar suppliment tat-2 ta’ Lulju 2011.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).
(2) ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2010 (2010/486/UE), (ĠU L 241, 14.9.2010, p. 12); id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2010 (2011/57/UE), (ĠU L 26, 29.1.2011, p. 15); id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011 (2011/257/UE), (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 26).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/14 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 213/05
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
17.12.2010 |
|||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31853 (N 501/10) |
|||||
Stat Membru |
Spanja |
|||||
Reġjun |
Galicia |
|||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ayuda para la conversión de instalaciones de fueloil de Alúmina Española SA (ALCOA) — Galicia |
|||||
Il-bażi legali |
Estatuto de Autonomía de Galicia — Convenio con empresa |
|||||
It-tip tal-miżura |
Għajnuna individwali |
|||||
L-għan |
L-iffrankar tal-l-enerġija, Il-ħarsien tal-l-ambjent |
|||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 0,99 miljun |
|||||
L-intensità |
38 % |
|||||
It-tul ta' żmien |
sal-30.12.2010 |
|||||
Setturi ekonomiċi |
L-enerġija |
|||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
31.5.2011 |
|||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32595 (11/N) |
|||||||
Stat Membru |
Spanja |
|||||||
Reġjun |
Pais Vasco |
|||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Programa de Subvenciones para la Promoción, Difusión, y/o Normalización del Euskera en el ámbito de las tecnologías de la información y la comunicación (Convokatoria IKT) en la Comunidad Autónoma Vasca |
|||||||
Il-bażi legali |
Borrador del orden de la Consejera de Cultura, por lo que se regula la concesión y se convocan subvenciones para la promoción, difusión, y/o normalización del euskera en el ámbito de las tecnologías de la información y la comunicación (Convokatoria IKT) |
|||||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||||
L-għan |
Kultura, Żvilupp settorjali |
|||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|||||||
L-estimi |
|
|||||||
L-intensità |
60 % |
|||||||
It-tul ta' żmien |
31.3.2011-31.12.2011 |
|||||||
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
|||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Il-Bank Ċentrali Ewropew
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/16 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Marzu 2011
dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy
(CON/2011/22)
2011/C 213/06
Introduzzjoni u bażi legali
Fl-10 ta’ Marzu 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (1) (minn hawn ’il quddiem “l-abbozz tad-deċiżjoni”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 219(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Għalkemm ir-responsabbiltà finali għal deċiżjonijiet dwar il-konklużjoni ta’ ftehim monetarji ma’ pajjiżi terzi hija tal-Kunsill tal-UE, il-BĊE ma jinkoraġġixxix lill-pajjiżi u territorji barranin (OCTs) assoċjati ma’ Stati Membri taż-żona euro biex jintroduċu l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħhom. Fil-każ ta’ Saint-Barthélemy, il-BĊE m’għandux oġġezzjonijet għall-abbozz tad-deċiżjoni, peress illi Saint-Barthélemy, li hija parti minn Franza, ilha tuża l-euro mill-1999. Sabiex takkomoda l-intenzjoni ta’ Franza li l-euro tinżamm f’Saint-Barthélemy wara l-1 ta’ Jannar 2012, meta din il-kollettività ma tibqax parti mit-territorju tal-UE (2) hija neċessarja soluzzjoni skont il-liġi tal-UE li tindirizza ċ-ċirkostanzi mibdulin. F’dan l-isfond, il-konklużjoni ta’ ftehim monetarju mar-Repubblika Franċiża, li taġixxi għall-benefiċċju ta’ Saint-Barthélemy, hija soluzzjoni sodisfaċenti għaliex tippermetti li Franza tkompli tapplika għal Saint-Barthélemy id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE meħtieġa għall-użu tal-munita waħdanija fl-oqsma segwenti: leġiżlazzjoni monetarja, bankarja u finanzjarja; miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro; il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-prevenzjoni tal-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament f’kontanti u mhux; regoli dwar midalji u towkins u dwar ir-rekwiżiti għar-rappurtar statistiku. |
2. |
Mill-ambitu tal-mandat għall-innegozjar stabbilit fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-BĊE jifhem illi, b’differenza mill-ftehim konklużi ma’ pajjiżi terzi bħall-Prinċipat ta’ Monako, il-Prinċipat ta’ Andorra, ir-Repubblika ta’ San Marino u l-Istat tal-Belt tal-Vatikan, dan il-ftehim monetarju ma jawtorizzax lil Saint-Barthélemy biex joħroġ il-muniti euro tiegħu. Filwaqt illi l-BĊE jilqa’ dan l-approċċ, dan għandu jsir espliċitu għal raġunijiet ta' ċertezza legali u trasparenza, tal-anqas fil-premessa tal-abbozz tad-deċiżjoni. |
3. |
Il-BĊE itenni li kwalunkwe trasferimenti, inkluż assistenza finanzjarja speċifika għal banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li għandhom isiru sabiex tinżamm jew tintradd l-istabbiltà finanzjarja f’Saint-Barthélemy, għandhom jinħarġu mit-Teżor tar-Repubblika Franċiża. |
4. |
Il-BĊE jifhem illi l-kompiti kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Eurosistema, inkluż l-operazzjonijiet tal-politika monetarja u l-ġbir tal-istatistika, ser jitwettqu mill-Banque de France permezz tal-Institut d’Émission des Départements D’Outre-mer (IEDOM). |
5. |
Il-BĊE jifhem ukoll illi l-ftehim monetarju m’għandux il-ħsieb li istituzzjonijiet finanzjarji li jinsabu f’Saint-Barthélemy ikollhom aċċess dirett għal sistemi ta’ pagament u saldu fi ħdan iż-żona tal-euro u li kwalunkwe konnessjoni bħal din ser tkompli ssir permezz tal-awtoritajiet Franċiżi rispettivi. |
6. |
Il-BĊE huwa ta’ opinjoni soda illi r-rwol tiegħu fl-innegozjar ta’ ftehim monetarji ma’ OCT għandu jkun preċiżament l-istess bħar-rwol tiegħu fl-innegozjar ta' ftehim monetarji ma' pajjiżi terzi. F’dan l-isfond, it-test tal-abbozz tad-deċiżjoni għandu jistipula b’mod ċar u mhux ambigwu li l-qbil tal-BĊE huwa meħtieġ fuq kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-qasam ta’ kompetenza tiegħu. |
7. |
Il-BĊE jinnota illi bosta kwistjonijiet importanti mhumiex koperti mill-abbozz tad-deċiżjoni u dawn imisshom ikunu indirizzati kif ġej:
Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi d-deċiżjoni proposta tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti għal dan il-għan fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Marzu 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) SEG(2011) 249 finali.
(2) Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus fir-rigward tal-Unjoni Ewropea tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy, ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4.
(3) Opinjoni 1/78, paragrafu 62 u Opinjoni 1/94 paragrafu 17: “it-territorji in kwistjoni, sakemm jibqgħu barra mill-ambitu tat-Trattat KEE, huma, fir-rigward tal-Komunità, fl-istess sitwazzjoni bħall-pajjiżi li mhumiex membri. Konsegwentement, huwa fil-kapaċità tagħhom bħala l-Istati responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali tat-territorji dipendenti tagħhom li huma barra l-iskop tal-liġi Konmunitarja, u mhux bħala Stati membri tal-Komunità, li l-Istati responsabbli għal dawk it-territorji huma msejħa sabiex jipparteċipaw fil-ftehim.”
(4) Ara wkoll l-Opinjoni fuq talba tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 109(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea fuq proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti monetarji fil-komunitajiet territorjali Franċiżi ta’ Saint-Pierre-et-Miquelon u Mayotte, ĠU C 127, 7.5.1999, p. 5.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emenda 1 |
|||||
Premessa 6 |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni Ara l-ispjegazzjonijiet għall-emenda 5. |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Premessa 7 |
|||||
Premessa ġdida |
|
||||
Spjegazzjoni Ara l-paragrafu 2 ta’ din l-opinjoni. Il-BĊE jikkunsidra illi ċ-ċertezza legali u t-trasparenza huma partikolarment importanti fir-rigward ta’ din il-kwistjoni peress illi dan huwa l-ewwel ftehim monetarju li jkopri OCT u l-ftehim jista’ għalhekk jistabbilixxi preċedent. |
|||||
Emenda 3 |
|||||
Artikolu 1(d) |
|||||
Dispożizzjoni ġdida |
|
||||
Spjegazzjoni Ara l-paragrafu 7.2 ta’ din l-opinjoni. |
|||||
Emenda 4 |
|||||
Artikolu 1(e) |
|||||
Dispożizzjoni ġdida |
|
||||
Spjegazzjoni Ara l-paragrafu 7.3 ta’ din l-opinjoni. Il-BĊE jikkunsidra illi Franza ma tistax testendi unilateralment il-firxa ġeografika tal-kompiti u l-kompetenzi tal-BĊE li jħarsu l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro. |
|||||
Emenda 5 |
|||||
Artikolu 2 |
|||||
“Il-Kummissjoni għandha twettaq l-innegozjar mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy. Il-BĊE għandu jkun assoċjat bis-sħiħ fin-negozjati u jaqbel mal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tieghu.” |
“Il-Kummissjoni għandha twettaq l-innegozjar mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy. Il-BĊE għandu jkun assoċjat b’mod sħiħ fin-negozjati u l-kunsens tiegħu għandu jkun meħtieġ għal -kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta’ kompetenza tieghu.” |
||||
Spjegazzjoni Dan il-kliem ċar u mhux ambigwu fir-rigward tar-rwol tal-BĊE intuża f’bosta Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-mandati għan-negozjar u fi ħdan il-ftehim monetarji nfushom. L-aktar eżempju riċenti huwa l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għan-negozjar mill-ġdid tal-Ftehim Monetarju bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tal-Altezza Serena Tiegħu il-Prinċep ta’ Monako (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). |
|||||
Emenda 6 |
|||||
Artikolu 3 ġdid |
|||||
Ebda dispożizzjoni |
“Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun indikata fil-ftehim monetarju bħala li għandha l-ġurisdizzjoni li ssolvi tilwim li jista’ jinqala’ fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim.” |
||||
Spjegazzjoni Ara l-paragrafu 7.1 ta’ din l-opinjoni. |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/21 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Lulju 2011
dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta’ Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża, dwar iż-żamma tal-euro f’Saint-Barthélemy wara l-modifikazzjoni tal-istatus tagħha fir-rigward tal-Unjoni Ewropea
(CON/2011/56)
2011/C 213/07
Introduzzjoni u bażi legali
Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehim monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża dwar iż-żamma tal-euro f’Saint-Barthélemy, wara l-modifikazzjoni tal-istatus tagħha fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ‘il quddiem id-“deċiżjoni proposta”) u dwar it-test tal-Ftehim Monetarju mehmuż mad-deċiżjoni proposta.
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress illi d-deċiżjoni proposta tirrigwarda ftehim monetarju taħt l-Artikolu 219(3) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE jilqa’ d-deċiżjoni proposta peress illi t-test tal-Ftehim Monetarju mehmuż jirrifletti kif imiss l-osservazzjonijiet u l-proposti għall-abbozzar tal-BĊE fl-Opinjoni tal-BĊE CON/2011/22 tal-11 ta' Marzu 2011 dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ Ftehim Monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (2) u l-pożizzjoni tal-BĊE espressa matul il-proċess tan-negozjati.
Madankollu, il-BĊE għandu proposti għall-abbozzar speċifiċi relatati mad-deċiżjoni proposta li għandhom l-għan li jiżguraw il-konsistenza bejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ ftehim monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (3), u d-deċiżjoni proposta.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Lulju 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) KUMM(2011) 360 finali.
(2) Ippubblikata simultanjament ma’ din l-Opinjoni.
(3) Għadha mhix ippubblikata.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emenda 1 |
|||||
Raba’ ċitazzjoni (ġdida) |
|||||
L-ebda test |
“Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,” |
||||
Spjegazzjoni L-emenda proposta hija neċessarja sabiex tirrifletti l-fatt illi l-att tal-Unjoni huwa adottat skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat li jipprovdu għall-obbligu li jiġi kkonsultat il-BĊE dwar kull att propost mill-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu. |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Premessa 3 |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni L-emenda proposta hija neċessarja sabiex tallinja d-deċiżjoni mal-premessa 6 u mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-arranġamenti għall-innegozjar ta’ ftehim monetarju mar-Repubblika Franċiża, għall-benefiċċju tat-territorju barrani Franċiż ta’ Saint-Barthélemy (2). |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) Għadha mhix ippubblikata.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/23 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Lulju 2011
2011/C 213/08
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4160 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
111,77 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4564 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87890 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2300 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1607 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8620 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,480 |
HUF |
Forint Ungeriż |
271,50 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,0283 |
RON |
Leu Rumen |
4,2580 |
TRY |
Lira Turka |
2,3517 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3273 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3534 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
11,0387 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6628 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7220 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 500,74 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8639 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,1539 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4433 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 101,51 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2572 |
PHP |
Peso Filippin |
60,610 |
RUB |
Rouble Russu |
39,7450 |
THB |
Baht Tajlandiż |
42,373 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2252 |
MXN |
Peso Messikan |
16,5755 |
INR |
Rupi Indjan |
63,0120 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/24 |
Sejħiet għall-proposti u premju fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma tal-2011 u l-2012 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
2011/C 213/09
B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħiet għall-proposti u qed ikun imħabbar premju fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma “Kooperazzjoni”, “Ideat”, “Nies” u “Kapaċitajiet” tal-2011 u l-2012 tas-Seba' Programm Kwadru għal Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).
Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħiet u għall-premju li ġejjin. Id-dati tal-għeluq u l-baġits qegħdin imniżżlin fit-testi tas-sejħiet, li jinsabu ppubblikati fuq il-websajt relevanti tal-Kummissjoni Ewropea.
Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”:
Tema |
Identifikatur tas-Sejħa |
||
|
FP7-HEALTH-2012-INNOVATION-1 |
||
FP7-HEALTH-2012-INNOVATION-2 |
|||
|
FP7-KBBE-2012-6 — single stage |
||
|
FP7-ICT-2011-8 |
||
FP7-2012-ICT-GC |
|||
|
FP7-NMP-2012-LARGE-6 |
||
FP7-NMP-2012-SMALL-6 |
|||
FP7-NMP-2012-SME-6 |
|||
FP7-NMP-2011-CSA-6 |
|||
|
FP7-ENERGY-2012-1 |
||
FP7-ENERGY-2012-2 |
|||
FP7-ENERGY-2012-SMARTCITIES |
|||
|
FP7-ENV-2012 — two stage |
||
FP7-ENV-2012 — one stage |
|||
|
FP7-AAT-2012-RTD-1 |
||
FP7-AAT-2012-RTD-L0 |
|||
FP7-AAT-2012-RTD-JAPAN |
|||
FP7-SST-2012-RTD-1 |
|||
FP7-TPT-2012-RTD-1 |
|||
FP7-TRANSPORT-2012-MOVE-1 |
|||
|
FP7-SSH-2012-1 |
||
FP7-SSH-2012-2 |
|||
|
FP7-SPACE-2012-1 |
||
|
FP7-SEC-2012-1 |
||
Approċċi transtematiċi |
|||
Temi: 4. NMP, 6. Ambjent, 7. Trasport Sħubija bejn il-pubbliku u l-privat “Karozzi Ekoloġiċi” (sejħa transtematika implimentata b'mod konġunt) |
FP7-2012-GC-MATERIALS |
||
Temi: 3. Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni; 4. Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni; 5. Enerġija u 6. Ambjent (inkluż Tibdil fil-Klima) (koordinat). Sħubija bejn il-pubbliku u l-privat “Bini enerġetikament effiċjenti” |
FP7-2012-NMP-ENV-ENERGY-ICT-EeB |
||
Temi: 3. Teknoloġiji tal-Informatika u Komunikazzjoni u 4. Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Sħubija bejn il-pubbliku u l-privat “Fabbriki tal-Futur” |
FP7-2012-NMP-ICT-FoF |
||
Temi: 1. Saħħa; 2. Ikel, Agrikoltura u Sajd, u Bijoteknoloġija; 4. Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni; 5. Enerġija 7. Trasport (inkluż l-Aeronawtika) u 8: Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Umanistika (koordinati) |
FP7-ERANET-2012-RTD |
Programm Speċifiku “Ideat”:
Titlu tas-Sejħa |
Identifikatur tas-Sejħa |
Għotja tal-KER għal Riċerkaturi Indipendenti li Għadhom qed Jibdew |
ERC-2012-StG |
Programm Speċifiku “Nies”:
Titlu tas-Sejħa |
Identifikatur tas-Sejħa |
Netwerks ta’ Taħriġ Inizjali Marie Curie |
FP7-PEOPLE-2012-ITN |
Skema Internazzjonali għall-Iskambju ta’ Persunal ta’ Riċerka Marie Curie |
FP7-PEOPLE-2012-IRSES |
Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”:
Parti |
Identifikatur tas-Sejħa |
||
|
FP7-INFRASTRUCTURES-2012-1 |
||
|
FP7-SME-2012 |
||
|
FP7-REGIONS-2012-2013-1 |
||
|
FP7-REGPOT-2012-2013-1 |
||
|
FP7-SCIENCE-IN-SOCIETY-2012-1 |
||
|
FP7-COH-2012-PROCURERS |
||
Premju għall-Innovaturi Nisa (Prize for Women Innovators) |
|||
|
FP7-INCO-2012-1 |
||
FP7-INCO-2012-2 |
Dawn is-sejħiet għall-proposti u l-premju huma marbutin mal-programmi ta' ħidma adottati permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011) 4961 tad-19 ta' Lulju 2011, C(2011) 5033 tad-19 ta' Lulju 2011, C(2011) 5068 tad-19 ta' Lulju 2011 u C(2011) 5023 tad-19 ta' Lulju 2011.
L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-premju, il-programmi ta' ħidma u l-linji gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti jinsabu fuq il-websajt relevanti tal-Kummissjoni Ewropea.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/27 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 213/10
1. |
Fit-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bain Capital Investors, LLC (“Bain Capital Investors”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u OCM IMC Holdings, L.P., li fl-aħħarnett huma kkontrollati minn Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża International Market Centers, LP (“IMC”, l-Istati Uniti tal-Amerika). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6287 – Bain Capital/Oaktree/International Market Centers JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
20.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/28 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6293 – Thermo Fisher/Phadia)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 213/11
1. |
Fit-12 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Thermo Fisher Scientific, Inc. (“Thermo Fisher”, l-Istati Uniti) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CB Diagnostics Holding AB, li hija l-kumpanija possedenti u l-uniku proprjetarju tal-impriża Phadia Holding AB (“Phadia”, l-Isvezja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6293 – Thermo Fisher/Phadia, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).