ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.210.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 210

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
16 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 210/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tal-Litwanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza aġġornat tal-Litwanja, 2011-2014

1

2011/C 210/02

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Lussemburgu u l-għoti ta' opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbilità aġġornat tal-Lussemburgu, 2011-2014

5

2011/C 210/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Awstrija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Awstrija, 2011-2014

8

2011/C 210/04

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Ċipru u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabilità aġġornat ta' Ċipru, 2011-2014

12

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 210/05

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-15 ta’ Lulju 2011 dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari V-1 ta’ Bohunice, li jinsab fir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

16

2011/C 210/06

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2011 dwar abbozz tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (tfassil mill-ġdid) (BĊE/2008/32)

18

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 210/07

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

20

2011/C 210/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6247 – KKR/Versatel) ( 2 )

23

2011/C 210/09

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6277 – Access Industries/Warner Music Group) ( 2 )

23

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 210/10

Rata tal-kambju tal-euro

24

2011/C 210/11

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' marzu 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni li tirrigwarda il-Każ COMP/39.168 – PO/Haberdasheries-Fasteners – Rapporteur: Spanja

25

2011/C 210/12

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni C(2007) 4257 finali tad-19 ta' Settembru 2007 li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) (Każ COMP/39.168 – PO/Hard Haberdashery: Fasteners) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2070)

26

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 210/13

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

28

2011/C 210/14

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14)

30

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 210/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6306 – 3i Group/Action Holding) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

31

2011/C 210/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6298 – Schneider Electric/Telvent) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

32

2011/C 210/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6322 – Carlyle/RAC) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

33

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011 tal-Litwanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Konverġenza aġġornat tal-Litwanja, 2011-2014

2011/C 210/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li se tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn hemm il-ħtieġa ta’ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u dwar l-impjiegi nazzjonali tagħhom.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew ta l-approvazzjoni uffiċjali lill-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibbiltà fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin biex jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fit-28 ta’ April 2011, il-Litwanja ressqet l-aġġornament tal-Programm ta’ Konverġenza tagħha għall-2011 li jkopri l-perjodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha għall-2011. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

L-ekonomija tal-Litwanja qed tirkupra minn kriżi ekonomika kbira ħafna, li matulha l-PDG ċkien bi 17 % mill-quċċata sal-punt l-aktar baxx hekk kif il-kollass tad-domanda domestika tkabbar mill-waqgħa fil-kummerċ globali. Is-suq tax-xogħol irreaġixxa malajr għall-kriżi, u l-qgħad għola għal ċifra rekord bil-quċċata tilħaq it-18,3 % sa nofs l-2010 miċ-ċifra baxxa ta' 4,2 % fil-bidu tal-2008. L-istabbiltà tal-ekonomija ġiet megħjuna minn impenn b’saħħtu għall-arranġament tal-bord tal-valuta, enfasizzat minn konsolidazzjoni fiskali sostanzjali flimkien ma’ aġġustament fis-salarji tas-settur privat u miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Fl-2010 l-esportazzjonijiet ħadu spinta ’l fuq u reġa’ beda t-tkabbir ekonomiku hekk kif l-ekonomija globali rkuprat u l-ekonomija bbenefikat mill-ksib mill-ġdid tal-kompetittività. Fl-2011, l-irkupru qed iħaffef il-pass hekk kif qed tikber id-domanda domestika. Madankollu, anke jekk il-qgħad mistenni jonqos b’pass imgħaġġel, se jibqa’ fuq il-livell ta’ żewġ figuri.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-programm ta’ konverġenza aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-Programm ta’ Konverġenza 2011 huwa plawsibbli għalkemm it-tkabbir ekonomiku u l-inflazzjoni jistgħu jkunu ogħla minn kemm huma pproġettati attwalment. Filwaqt li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet dwar it-tkabbir pjuttost aktar favorevoli għall-2011, huwa bi qbil mal-aħħar previżjoni tal-Kummissjoni għall-2012. Il-Programm ta' Konverġenza jippjana li jġib id-defiċit għal inqas mill-valur ta' referenza ta’ 3 % sal-2012, id-data ta' skadenza stabbilita mill-Kunsill, iżda dan mhux enfasizzat biżżejjed mill-miżuri għall-2012. Il-momentum ekonomiku li qed iżid il-pass mgħaġġel tiegħu jista' jwassal għal riżultati baġitarji aħjar għall-2011 minn dawk mistennija fil-Programm ta' Konverġenza. Madankollu, jekk il-miżuri temporanji ta' konsolidazzjoni li se jiskadu fl-aħħar tal-2011 ma jiġġeddux u jkunu kumplimentati minn miżuri permanenti ta' daqs konsiderevoli, hemm ir-riskju li l-miri baġitarji tal-Programm ta' Konverġenza għall-2012 ma jintlaħqux minkejja l-prospett makroekonomiku li qed jitjieb. L-isforz fiskali annwali medju matul il-perjodu 2010-2012 huwa taħt sew il-livell ta’ 2,25 % tal-PDG rakkomandat mill-Kunsill skont il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (PDE) fis-16 ta’ Frar 2010. Peress li t-tkabbir ekonomiku u d-dħul mit-taxxi huma sostanzjalment aktar b’saħħithom milli kien mistenni fiż-żmien tar-Rakkomandazzjoni PDE tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010, l-implimentazzjoni tal-isforz fiskali meħtieġ għandha tippermetti tnaqqis tad-defiċit u progress b’pass aktar mgħaġġel lejn l-objettiv ta' terminu medju (OTM). L-OTM ta’ surplus strutturali ta’ 0,5 % tal-PDG mhux previst li jintlaħaq matul il-perjodu tal-Programm ta' Konverġenza.

(9)

Minħabba l-aġġustament imdaqqas meħtieġ biex tintlaħaq il-mira tal-PDE tal-2012 u biex isir progress lejn l-OTM, u l-bżonn li jkun żgurat il-konfinanzjament sabiex tingħata prijorità lill-assorbiment tal-fondi strutturali tal-UE u jiżdied l-investiment produttiv fl-ekonomija, l-identifikazzjoni ta’ aktar miżuri ta’ konsolidazzjoni se tkun sfida. Titjib fl-effiċjenza tas-settur pubbliku jista’ joħloq aktar spazju għal aġġustament tan-nefqa mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tas-servizzi pubbliċi. Fin-nuqqas ta' aktar riforma, in-nefqa relatata mal-età se tiżdied b'rata ogħla mill-medja tal-UE fl-għexieren ta' snin li ġejjin. F’Ġunju 2010, il-gvern approva deskrizzjoni ġenerali ta’ riforma komprensiva tas-sistema tas-sigurtà soċjali u tal-pensjoni. Il-proposta kienet tinkludi żidiet sinifikanti fl-età tal-pensjoni, bidliet fil-mod kif il-pensjonijiet huma kkalkulati u l-integrazzjoni tal-pensjonijiet tal-istat fl-iskema ġenerali tal-assigurazzjoni soċjali. L-approvazzjoni u l-implimentazzjoni b’suċċess tal-aspetti kollha ta' dawn il-proposti se jkunu kritiċi għas-sostenibbiltà fiskali fit-tul u jistgħu jgħinu fiż-żieda tal-provvista tal-ħaddiema billi jipprovdu inċentivi aktar b'saħħithom għax-xogħol għal ħaddiema aktar avvanzati fl-età filwaqt li jiżguraw l-adegwatezza tal-pensjonijiet. Barra minn hekk, is-sostenibbiltà fiskali fit-tul tkun tirrikjedi wkoll qafas fiskali aktar b'saħħtu. Partikolarment, fil-perjodu eżatt qabel il-krizi, il-qafas fiskali ma kienx ta’ impediment għar-reviżjonijiet imdaqqsa rikorrenti tal-miri tan-nefqa u għal tkabbir tan-nefqa proċikliku ffinanzjat minn dħul imprevist. It-tkabbir eċċessiv tan-nefqa ffinanzjat minn dħul relatat maż-żieda fl-attività ekonomika kien l-oriġini tal-iżbilanċi fiskali kbar li ħarġu matul il-kriżi. Ikkontribwixxew ukoll għas-sovrażbilanċ tal-ekonomija. Skont il-valutazzjoni l-aktar riċenti tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru għoljin.

(10)

Ir-rata tal-qgħad tal-Litwanja hija waħda mill-ogħla fl-UE. It-tħassib immedjat huwa li jiġi żgurat li din iż-żieda f’qasir żmien ma ssirx xi ħaġa strutturali. It-tħaddim tas-suq tax-xogħol qed jiġi kompromess minn regolamenti tax-xogħol stretti ħafna u diżinċentivi biex wieħed jaħdem fi ħdan is-sistema tal-assistenza soċjali. Dan jirrikjedi reviżjoni tal-Kodiċi tax-Xogħol u leġislazzjoni rilevanti oħra, b’mod partikolari il-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali fi Flus. Meta magħqudin flimkien ma’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol li huma ffinanzjati biżżejjed, il-miżuri meħuda f’dawn l-oqsma għandhom jgħinu fit-tnaqqis tal-possibbiltà li r-rata għolja tal-qgħad issir strutturali u fit-tnaqqis tal-ekonomija illegali mdaqqsa.

(11)

L-impriżi Litwani tal-Istat jirrappreżentaw madwar 18 % tal-PDG. Huma jibqgħu bit-tendenza lejn l-ineffiċjenzi b'redditi finanzjarji mhux sodisfaċenti. Ir-riforma b’suċċess tal-impriżi tal-Istat issaħħaħ ukoll il-kompetizzjoni u ttejjeb l-ambjent tan-negozju. Fl-2010 il-Litwanja bdiet riforma f’ħames setturi ewlenin. Ir-riforma stipulat linji gwida dwar it-trasparenza għall-impriżi tal-Istat u pprovdiet bażi għar-responsabbiltà tal-gvern. Ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern dwar it-Titjib tal-Effiċjenza f’Diċembru 2010 pprovdiet qafas aktar kredibbli għar-riforma. Minkejja dan, dawn jibqgħu biss oqfsa u linji gwida, u r-Riżoluzzjoni ssofri minn nuqqas ta’ għadd ta’ miżuri ewlenin proposti inizjalment li kienu jiżguraw is-separazzjoni bejn il-funzjonijiet regolatorji u ta’ sjieda.

(12)

L-intensità tal-enerġija tal-ekonomija Litwana hija waħda mill-ogħla fl-UE. Din hija relatata fil-parti l-kbira mat-tisħin tar-residenzi fejn il-binjiet b'ħafna appartamenti mhux miżmuma b'mod tajjeb huma responsabbli għall-parti l-kbira tal-problema. Minkejja l-introduzzjoni ta’ strateġija li tmur lura għall-2004 biex dan jiġi indirizzat, ftit saru investimenti. Barra minn hekk, il-livelli tas-sjieda ta’ karozzi żdiedu fi żmien qasir, filwaqt li d-dħul mit-taxxi tal-enerġija u tat-trasport waqgħu meta mqabbla mal-PDG u mat-taxxi fuq ix-xogħol (ogħla mill-medja tal-UE b’mod konsiderevoli). L-indirizzar tar-rati baxxi ta’ taxxa fuq l-enerġija, inklużi dawk għar-reġistrazzjoni u s-sjieda tal-vetturi tat-trasport, għandu jappoġġa l-konsolidazzjoni fiskali fuq żmien qasir filwaqt li jservi ta’ inċentiv għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija.

(13)

Filwaqt li l-Litwanja għandha qafas regolatorju tan-negozju li huwa favorevoli b’mod ġenerali, issib ruħha relattivament dgħajfa fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tal-bidu, fiż-żmien u l-kost involuti fil-ħruġ tal-permessi tal-kostruzzjoni u fil-ħarsien tal-investituri. It-titjib fir-regolamenti f’dawn l-oqsma għandu jgħin fl-istimulazzjoni tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir. Riforma għall-politika tal-kompetizzjoni tista’ ttejjeb aktar l-ambjent, iżda l-progress huwa bil-mod, speċjalment fis-setturi tal-enerġija u tal-ikel għall-konsumaturi. It-tlestija tal-istrateġija riveduta dwar l-indipendenza tal-enerġija nazzjonali se tgħin fl-indirizzar tat-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista u fl-appoġġ għal kompetizzjoni akbar fil-ġenerazzjoni tal-enerġija. L-implimentazzjoni tat-Tielet Pakkett tal-leġiżlazzjoni tal-UE għas-suq tal-elettriku u tal-gass għandha ttejjeb il-kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija għall-konsumaturi. Fis-settur tal-ikel għall-konsumaturi, fl-2009 il-Litwanja għaddiet liġi dwar il-projbizzjoni tal-operazzjonijiet inġusti ta’ impriżi kummerċjali tal-konsumaturi. Madankollu, is-settur tal-ikel għall-konsumaturi jkompli juri livell insuffiċenti ta’ kompetizzjoni parzjalment minħabba l-istrutturi tiegħu u l-ineffiċjenzi fir-regolazzjoni tas-suq. Il-konċentrazzjoni f’katini tal-ikel għall-konsumaturi hija xejra li qiegħda dejjem tikber, bis-sehem tal-ikbar erba’ bejjiegħa għall-konsumaturi jilħaq it-72 % tal-bejgħ totali fl-2008.

(14)

Il-Litwanja ħadet għadd ta' impenji fil-Patt Euro Plus. Biex issaħħaħ is-sostenibbiltà fiskali, il-Litwanja se tadotta liġijiet biex tiffaċilita l-akkumulu ta’ fondi fir-riserva tat-Teżor tal-Istat għal perjodi ekonomiċi diffiċli u se tippromwovi politika baġitarja responsabbli kontra l-inflazzjoni. Tħabbru wkoll għadd ta’ miżuri importanti għar-riforma tas-sistema tal-pensjoni u tas-sigurtà soċjali. Il-miżuri dwar l-impjieg jiffukaw fuq it-trawwim tal-impjiegi, il-ġlieda kontra xogħol illegali u mhux dikjarat u l-promozzjoni ta’ ftehimiet ta' impjiegi flessibbli. Biex jitjieb l-ambjent ta' negozju ttieħdu għadd ta' impenji biex jissaħħu l-ispettorati tan-negozji, tiżdied it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji. Dawn l-impenji jirrelataw mal-erba' oqsma tal-Patt. B’mod ġenerali, huma jirriflettu l-aġenda ta’ riforma deskritta fil-Programm ta’ Konverġenza u fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Il-firxa ta’ miżuri fil-qasam tal-impjiegi, jekk tiġi implimentata, se tkun kontribuzzjoni li se tintlaqa’ tajjeb lejn il-ġenerazzjoni tad-domanda għall-ħaddiema. Dawn l-impenji ġew ivvalutati u tqiesu fir-rakkomandazzjonijiet.

(15)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta’ Konverġenza u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inklużi l-impatti tal-Patt Euro Plus. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fil-Litwanja imma wkoll lejn il-konformità mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li se jkun meħtieġ li jiġu speċifikati l-miżuri biex tiġi żgurata l-konformità mal-miri baġitarji għall-2012. Għandhom jittieħdu wkoll aktar passi lejn ir-riforma tas-sistema tal-pensjonijiet għat-titjib tas-sostenibbiltà fiskali u l-inkoraġġiment ta’ ħajja aktar twila tax-xogħol, it-titjib tat-tħaddim tas-suq tax-xogħol, l-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ riforma għall-impriżi tal-Istat, it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-indirizzar tat-taxxi baxxi fuq l-enerġija, kif ukoll it-tisħiħ tal-kompetizzjoni f’ċerti setturi.

(16)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, meta jitqiesu wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Frar 2010, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Konverġenza tal-Litwanja u l-opinjoni tiegħu (3) hija riflessa b’mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu (1) u (2) ta' hawn taħt. B'kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Litwanja.

JIRRAKKOMANDA li l-Litwanja tieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 biex:

1.

Tadottata miżuri fiskali addizzjonali ta' natura permanenti sa meta jasal iż-żmien tal-baġit 2012 biex jitranġa d-defiċit eċċessiv f'konformità mar-rakkomnadazzjonijiet tal-Kunsll taħt il-PDE. Issaħħaħ il-konformità tat-taxxi u tieħu vantaġġ sħiħ mill-irkupru ekonomiku biex ikompli jitħaffef il-pass lejn it-tnaqqis tad-defiċit u l-progress lejn l-objettiv ta' terminu medju b’tal-anqas 0,5 % tal-PDG kull sena. Issaħħaħ il-qafas fiskali, partikolarment bl-introduzzjoni ta' limiti massimi ta’ nefqa li jistgħu jiġu infurzati u li huma vinkolanti fil-qafas baġitarju ta' terminu medju.

2.

Tadotta l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni proposta dwar ir-Riforma tas-Sistema tal-Pensjonijiet. Tneħħi d-diżinċentivi fiskali għax-xogħol, speċjalment għall-persuni li qegħdin f'età pensjonabbli, sabiex issaħħaħ il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.

3.

Issaħħaħ il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol bl-emendar tal-leġislazzjoni dwar ix-xogħol biex dan isir aktar flessibbli u biex jippermetti l-użu aħjar ta’ kuntratti ta' żmien fiss. Tiġi emendata l-leġiżlazzjoni rilevanti biex jiġi żgurat li s-sistema tal-assistenza soċjali ma fihiex disinċentivi għax-xogħol.

4.

Jiġu implimentati l-aspetti kollha tal-pakkett ta’ riforma għall-impriżi tal-Istat sal-aħħar tal-2011 biex tiġi żgurata separazzjoni bejn il-funzjonijiet ta’ sjieda u regolatorji, objettivi ċari tal-impriżi, trasparenza aħjar u separazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

5.

Ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, inkluż permezz tal-implimentazzjoni f’qasir żmien tal-Fond tal-Ishma, u tieħu passi biex it-tassazzjoni tkun fuq l-użu tal-enerġija.

6.

Tieħu passi biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-bidu u l-ħruġ tal-permessi tal-kostruzzjoni u biex issaħħaħ il-kompetizzjoni fis-setturi tal-enerġija u tal-konsumaturi.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/5


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Lussemburgu u l-għoti ta' opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbilità aġġornat tal-Lussemburgu, 2011-2014

2011/C 210/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill,

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“Linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali tagħhom.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex-ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin għal inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbilità jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fid-29 ta’ April 2011, il-Lussemburgu ressaq il-Programm ta’ Stabbiltà 2011 aġġornat tiegħu li jkopri l-perjodu 2011-2014 u l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-2011 tiegħu. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

Meta wieħed iqis il-piż eċċezzjonali tas-settur finanzjarju fl-ekonomija, il-Lussemburgu ffaċċja l-kriżi finanzjarja u ekonomika b'mod relattivament tajjeb. Wara li l-PGD reali naqas bi 3,6 % fl-2009 l-ekonomija rkuprat malajr fl-2010. Il-PGD espanda b'xi 3,5 %, wara li ħa spinta permezz ta' żieda fl-ispiża pubblika deċiża mil-Gvern bħala parti mill-Programm Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku u ta' żieda qawwija fl-esportazzjonijiet netti. L-okkupazzjoni baqgħet reżiljenti, parzjalment minħabba r-rikors imdaqqas għal arranġamenti tax-xogħol għal żmien qasir, imħeġġeġ mill-awtoritajiet. Il-qgħad beda jiżdied mill-bidu tal-2008 u ġeneralment stabbilizza għal xi 6 %, livell li hu storikament għoli għal-Lussemburgu. Minkejja r-reċessjoni, il-finanzi pubbliċi fil-Lussemburgu huma relativament sodi (defiċit ta' 1,7 % u dejn gross ta' 18,4 % fl-2010), grazzi għal pożizzjoni tal-bidu favorevoli.

(8)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbilità aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill jaħseb li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-proġettazzjonijiet baġitarji huwa kemxejn kawt meta mqabbel mal-previżjoni għar-rebbiegħa tal-2011 tas-servizzi tal-Kummissjoni. Skont il-Programm ta’ Stabbiltà, il-mira għall-2011 hija defiċit ta' 1 % li hu konformi mal-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa. Il-Programm ta’ Stabbiltà, skont xenarju politiku mhux mibdul, jipproġetta deterjorament tad-defiċit titolari fl-2012 għal 1,5 % tal-PGD qabel ma jerġa' jitjieb gradwalment għal 0,8 % tal-PGD sal-2014. Il-previżjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni hija kemxejn aktar ottimista u tipproġetta defiċit ta' 1,1 % tal-PGD fl-2012, bbażat fuq xenarju makroekonomiku aktar favorevoli u żieda aktar bil-mod fl-ispiża. Il-Programm ta’ Stabbiltà ma jipprevedix l-ilħuq tal-objettiv ta’ terminu medju (minn hawn 'il quddiem OTM), li hu ddefinit bħala eċċess strutturali ta' 0,5 % tal-PGD, fil-perjodu ta' programmar 2011-2014. Għall-kuntrarju, il-bilanċ strutturali (rikalkulat mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni fil-Programm ta’ Stabbiltà wara l-metodoloġija maqbula b'mod konġunt) hu mistenni li jiddeterjora gradwalment minn eċċess ta' 0,3 % fl-2011 għal defiċit ta' 0,8 % fl-2014.

(9)

Bit-tkabbir fil-PGD ipproġettat li jibqa' robust, il-finanzi pubbliċi tal-Lussemburgu jistgħu jibbenefikaw minn titijib ulterjuri fil-bilanċ strutturali bil-ħsieb li jinkiseb l-OTM diġà fl-2012. Dan ikun jipprovdi lill-Lussemburgu marġini ta' sigurtà kontra tnaqqis futur possibbli fir-ritmu ekonomiku u jgħin biex titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, fid-dawl tal-impatt stmat tal-obbligazzjonijiet impliċiti relatati mal-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ, il-pajjiż jibbenefika minn OTM aktar ambizzjuż.

(10)

Skont l-aħħar valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tal-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi jidhru li huma medji. Iż-żieda fl-ispiża pubblika relatata max-xjuħija fil-Lussemburgu fid-deċennji li ġejjin hija pprojettata li tkun l-aktar b'saħħitha fl-UE. L-iffinanzjar fit-terminu l-qasir tas-sistema tal-pensjonijiet hija bħalissa sostnuta minn proporzjon baxx tad-dipendenza tax-xjuħija u parzjalment tiddependi mill-kontribuzzjonijiet mħallsa minn popolazzjoni relattivament żagħżugħa ta' ħaddiema transkonfinali. Fil-futur, iż-żewġ fatturi se jinbidlu u l-ispejjeż tal-pensjonijiet huma antiċipati li jiżdiedu sostanzjalment. Minkejja li l-gvern għandu assi mdaqqsa akkumulati u r-riżervi tal-pensjonijiet baqgħu jizdiedu, dawn mhux se jkunu suffiċjenti biex jiżguraw is-sostenibbiltà tas-sistema. Barra minn hekk, ir-rata tal-okkupazzjoni tal-ħaddiema anzjani (bl-età ta' 55-64) ta' 38,2 % (2009) hija waħda mill-aktar baxxi fl-UE (il-medja tal-UE: 46 %). Filwaqt li l-età tal-irtirar statutorja hija fil-prinċipju 65 sena, is-sistema tal-pensjonijiet tal-Lussemburgu ta' sikwit tippermetti ritirar aktar kmieni b'virtwalment l-ebda tnaqqis fil-livell tal-pensjoni, li hu, barra minn hekk, komparattivament għoli. Bħala riżultat, l-età mejda tal-irtirar mis-suq tax-xogħol hija 59,4 sena li tagħmel piż fuq l-ispejjeż tas-sistema tal-pensjonijiet. Il-pjanijiet tal-Gvern għal riforma fil-pensjonijiet jipprevedu mudell ġdid li jimmira li jżomm il-ħaddiema fix-xogħol għal aktar żmien fuq bażi volontarja. Dan itejjeb il-proporzjoni ta' dipendenza fuq is-sistema tal-pensjonijiet. Madankollu, dan il-mekkaniżmu se jikkonċerna biss pensjonanti ġodda u se japplika biss għall-parti tal-karriera ta' wara d-dħul fis-seħħ tar-riforma, sabiex jipproduċi biss l-effett sħiħ tiegħu fi żmien 40 sena.

(11)

Il-prezz u l-ispiża tal-kompetittività tal-Lussemburgu ddeterjoraw sostanzjalment mill-bidu tal-aħħar deċennju. Dan minħabba l-iżviluppi kemm fil-pagi kif ukoll fil-produttività. Fil-perjodu 2000-2010, l-ispejjeż tax-xogħol għal kull unità żdiedu għal rata li hija darba u nofs aktar mgħaġġla fil-Lussemburgu mill-medja fl-UE-15, u aktar minn ħames darbiet aktar mgħaġġla minn dik fil-Ġermanja. Meta wieħed jikkonsidra l-qbil bejn il-gvern u s-sindikati li jipposponu, mir-rebbiegħa għal Ottubru 2011, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu awtomatiku tal-indiċjar tal-pagi, hemm moderazzjoni sostanzjali tat-tkabbir tal-pagi reali fl-2011. Id-deċiżjoni li tikkonċerna l-livell limitu sussegwenti għad trid tittieħed. Meta wieħed jikkonsidra li l-perspettiva preżenti tal-inflazzjoni, l-indiċjar awtomatiku li jmiss jista' jaqa' diġà fir-rebbiegħa tal-2012 u għalhekk iħassar il-kisbiet bikrija fil-kompetittività fl-ispejjeż.

(12)

Minkejja li kien reġistrat tkabbir qawwi fl-okkupazzjoni, ir-rata ta' okkupazzjoni tal-popolazzjoni residenti hija aktar baxxa mill-medja tal-UE, speċjalment fiż-żewġ naħat tal-ispettru tal-età. Il-ħolqien tal-impjiegi fis-snin reċenti kien ta' benefiċċju għal dawk mhumiex residenti. Anke jekk iż-żieda fil-qgħad mill-2008 hija relatata mar-reċessjoni, dan għandu karattru strutturali dejjem jikber, illustrat bil-fatt li fis-snin tat-tkabbir qabel il-kriżi, l-okkupazzjoni kellha bżonn tikber b'xi 4 % fis-sena sabiex tipproduċi tnaqqis marġinali fil-qgħad. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa relattivament għoli b'16,1 % fl-2010 meta mqabbel mas-6 % tal-popolazzjoni attiva totali. Ir-rata tal-qgħad tiddependi ħafna fuq il-livell tal-edukazzjoni. Ir-residenti żgħażagħ jiffaċċjaw kompetizzjoni akuta għall-impjiegi disponibbli minn dawk li mhumiex residenti li ta' spiss ikunu tal-istess kwalifika jew saħansitra ta’ waħda ogħla.

(13)

Il-Gvern iddeskriva sensiela ta' impenji fil-kuntest tal-Patt Euro Plus. Dawn jirreferu għall-erba' oqsma tal-Patt. Mil-lat fiskali, il-gvern approva karatteristiċi ta' riforma tal-pensjonijiet u qed jieħu l-impenn li jlesti r-riforma sal-aħħar tal-2011. Biex isaħħu l-istabbiltà finanzjarja, il-miżuri jiffokaw fuq li jagħtu spinta lir-reżistenza tas-settur finanzjarju permezz ta' regolamentazzjoni u superviżjoni fil-livell Ewropew u dak internazzjonali u biex ikomplu l-isforzi biex jiddiversifikaw l-istruttura tal-ekonomija Lussemburgiża. Il-miżuri tal-okkupazzjoni jiffokaw fuq iż-żieda fl-effiċjenza tal-politiki attivi tax-xogħol (riforma tal-“Administration de l'Emploi”) u jħeġġu t-tagħlim tul il-ħajja fis-settur privat b'rata ogħla tal-kofinanzjament mill-istat. Il-miżuri ta' kompetittività jinkludu posponiment tal-indiċjar tal-pagi mir-rebbiegħa tal-2011 (li kien implikat mis-sistema awtomatika ta' indiċjar) għal Ottubru tal-2011, u impenn li jiġi nnegozjat mal-imsieħba soċjali posponiment simili għall-2012. Barra minn dan, il-Gvern impenja ruħu li jtejjeb l-ambjent tan-negozju permezz ta' simplifikazzjoni amministrattiva u infrastruttura aħjar. Dawn il-miżuri huma konformi mal-aġenda ta' riforma usa' deskritta fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u ta' Stabbiltà u jindirizzaw l-isfidi fl-oqsma tal-pensjonijiet, il-kompetittività, l-okkupazzjoni (partikolarment tal-ħaddiema żgħażagħ u anzjani) u s-settur finanzjarju. Madankollu, uħud mir-riformi proposti huma neqsin mid-dettal. L-impenji tal-Patt Euro Plus kienu vvalutati u tqiesu fir-rakkomandazzjonijiet.

(14)

Il-Kummissjoni vvalutat l-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali ta' Riforma, inklużi l-impenji tal-Patt Euro Plus għal-Lussemburgu. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għal politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fil-Lussemburgu imma wkoll kemm jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa ta' tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. F'dan id-dawl, il-Kummissjoni tikkonsidra li tnaqqis aktar ambizzjuż tad-defiċit fl-2011 għandu jkun possibbli in vista tal-perspettiva makroekonomika favorevoli, u li sforz fiskali aqwa jippermetti lil-Lussemburgu li jilħaq l-OTM fl-2012. Għandhom jittieħdu wkoll aktar passi biex tkun riformata s-sistema tal-pensjonijiet u jkun promoss tixjiħ attiv, biex tissaħħaħ il-kompetittività u biex iż-żgħażagħ ikunu megħjuna jsibu x-xogħol.

(15)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabbiltà tal-Lussemburgu u l-opinjoni tiegħu (3) hija riflessa, b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet (1) u (2) tiegħu hawn isfel. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tal-Lussemburgu,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Lussemburgu jieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 biex:

1.

Jieħu vantaġġ mill-kundizzjonijiet ċikliċi, itejjeb l-isforz fiskali u juża d-dħul addizzjonali mhux mistenni sabiex inaqqas aktar id-defiċit nominali u jilħaq l-objettiv ta’ terminu medju fl-2012;

2.

Jipproponi u jimplimenta riforma wiesgħa tal-pensjonijiet biex tkun żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, l-ewwel nett b’miżuri li jkabbru r-rata tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema anzjani, b'mod partikolari billi jiskoraġġixxi l-irtirar bikri. Bil-ħsieb li jtella’ r-rata ta’ rtirar effettiva, jistgħu jiġu kkunsidrati miżuri bħal rabta bejn l-età statutorja tal-irtirar u l-aspettattiva tal-ħajja.

3.

Jieħu passi sabiex jirriforma, b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u skont il-prattiki nazzjonali, is-sistema tan-negozjar tal-pagi u l-indiċjar tal-pagi biex jiżgura li t-tkabbir tal-pagi jirrifletti aħjar l-iżviluppi fil-produttività u l-kompetittività tax-xogħol.

4.

Jieħu passi biex jitnaqqas il-qgħad taż-żgħażagħ billi jissaħħu l-miżuri tat-taħriġ u l-edukazzjoni bl-għan li l-kwalifiki taż-żgħażagħ jaqblu aħjar mad-domanda tax-xogħol.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/8


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tal-Awstrija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà aġġornat tal-Awstrija, 2011-2014

2011/C 210/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 121(2) u 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida wesgħin għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u, fil-21 ta’ Ottubru 2010, adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits sodi u s-sostenibilità fiskali, it-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fis-27 ta’ April 2011, l-Awstrija ressqet l-aġġornament tal-Programm ta’ Stabbiltà 2011 tagħha li jkopri l-perjodu 2011-2014 u fit-2 ta' Mejju 2011, il-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2011. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

L-ekonomija Awstrijaka daħlet fil-kriżi b'sisien sodi, mingħajr ma kienet sofriet minn xi żbilanċi jew distorsjonijiet kbar fil-perjodu ta' qabilha. Minkejja dan, il-kriżi finanzjarja u ekonomika tefgħet lill-ekonomija Awstrijaka fl-agħar riċessjoni f'deċennji. B'mod ġenerali, il-PDG reali nxtorob b'madwar 4 % fl-2009. B'riżultat tal-kriżi, l-impjiegi naqsu b'madwar 1 % fl-2009, bil-qgħad li tela' għal 4,8 % (minn 3,8 % sena qabel). Il-kriżi waqqfet it-tkabbir kontinwu preċedenti tal-bilanċ pożittiv tal-kont kurrenti. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja ħalliet l-effett tagħha fuq il-finanzi pubbliċi. B'riżultat tal-adozzjoni tal-pakketti ta' stimolu u bl-istabbilizzaturi awtomatiċi joperaw bis-sħiħ, id-defiċit ġenerali tal-gvern laħaq l-4,1 % u l-4,6 % tal-PDG fl-2009 u l-2010 rispettivament. Id-dejn pubbliku tela' għal 69,6 % u 72,3 % tal-PDG fl-2009 u l-2010 rispettivament. Peress li l-biċċa l-kbira tal-miżuri ta' stimolu kienu ta' natura permanenti, kien hemm bżonn konsolidazzjoni fiskali hekk kif il-kundizzjonijiet ekonomiċi bdew jitjiebu. Pakkett ta' konsolidazzjoni, li jammonta għal anqas minn 1 % tal-PDG, ġie adottat fil-liġi tal-baġit għall-2011. Mit-tielet kwart tal-2009, l-ekonomija qed tirkupra b'pass sod mill-kriżi permezz ta' titjib tad-domanda minn barra u b'mod partikolari minħabba attività ekonomika aktar f'saħħitha fil-Ġermanja. B'mod ġenerali, it-tkabbir reali tal-PDG laħaq it-2 % fl-2010.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabbiltà aġġornat skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill hu tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku li jirfed il-previżjonijiet baġitarji huwa plawżibbli, u favorevoli żżejjed lejn it-tmiem tal-perjodu tal-Programm ta' Stabbiltà. L-għan ewlieni tal-istrateġija baġitarja fi żmien medju, ippreżentata fl-aħħar aġġornament tal-Programm ta' Stabbiltà, hu li gradwalment tnaqqas id-defiċit ġenerali tal-gvern minn 4,6 % tal-PDG fl-2010 għal 2,4 % tal-PDG fl-2014, l-aktar permezz ta' trażżin tan-nefqa. Hemm xi riskji ġeneralment negattivi għal dawn il-miri relatati mal-fatt li l-miżuri użati biex jirfdu t-triq ta' konsolidazzjoni fil-livell subnazzjonali mhumiex speċifikati u l-fatt li xi tfaddil minn uħud mill-miżuri adottati fil-livell federali mhux se jseħħ, pereżempju l-introjtu mill-kampanja ta' kontra l-frodi tat-taxxa li l-impatt previst tagħha jidher li hu spekulattiv bil-kbir. Min-naħa l-oħra, fattur pożittiv ta' riskju hu l-qafas multiannwali tan-nefqa introdott għall-gvern federali fl-2009, li jidher li kkontribwixxa biex tissaħħaħ il-prevedibbiltà tal-proċess baġitarju fuq terminu medju, għalkemm fil-livell federali biss. Il-Programm ta' Stabbiltàjistipula li l-proporzjon tad-dejn mal-PDG se jikber minn 72,3 % fl-2010 għal 75,5 % fl-2013 qabel ma jinżel għal 75,1 % fl-2014. Madankollu, jeżistu xi riskji mehmuża ma' din il-projjezzjoni, li huma relatati mad-dejn li qed jikber ta' kumpaniji tal-istat ikklassifikati barra s-settur governattiv u l-piż ulterjuri potenzjali li tirriżulta minn miżuri ta' appoġġ lis-settur bankarju. Fl-istess waqt, madankollu, il-proporzjon tad-dejn jista' jirriżulta li jkun aktar baxx minħabba li hu probabbli li l-banek, li rċevew appoġġ pubbliku waqt il-kriżi, se jħallsuh lura qabel iż-żmien stipulat fil-Programm ta' Stabbiltà.

(9)

Skont il-Programm ta' Stabbiltà, id-defiċit ġenerali tal-gvern hu mistenni li jinżel taħt il-valur ta' referenza ta' 3 % fl-2013, li hu konformi mal-iskadenza stabbilita mill-Kunsill. Madankollu, l-isforz medju fiskali annwali ta' 0,2 % tal-PDG previst mill-Programm ta' Stabbiltà għall-perjodu 2011-2013 hu taħt sew iż-0,75 % tal-isforz tal-PDG li l-Kunsill stieden lill-Awstrija biex tipprovdi. Skont il-valutazzjoni l-aktar riċenti tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi publiċi jidhru medji.

(10)

Filwaqt li l-Awstrija għandha Patt Nazzjonali ta' Stabbiltà żviluppat u fis-seħħ, riforma ulterjuri tar-relazzjonijiet fiskali bejn il-livelli varji tal-gvern tista' ġġib tfaddil sostanzjali, tappoġġja l-konsolidazzjoni fiskali u tillibera riżorsi għall-investiment li jsaħħaħ it-tkabbir f'oqsma bħar-R&Ż u l-edukazzjoni. Hu ġeneralment rikonoxxut li r-relazzjonijiet preżenti huma kumplessi: mhux biss id-dħul mill-aktar taxxi individwali huwa mqassam qalb il-livelli territorjali differenti bi proporzjonijiet fissi, iżda wkoll it-teħid tad-deċiżjonijiet f'ħafna oqsma huwa maqsum f'bosta livelli ta' awtorità. Għal numru ta' attivitajiet, ir-responsabbiltajiet tal-ġbir tad-dħul u r-responsabbiltajiet tal-infiq huma fdati f'livelli differenti tal-gvern. Eżempji notevoli ta' ineffiċjenzi li joħorġu mill-forma kurrenti ta' dawn ir-relazzjonijiet fiskali jinsabu fis-setturi tal-kura tas-saħħa u dak tal-edukazzjoni.

(11)

Il-feles medju tat-taxxa fl-Awstrija hu fost l-ogħla fl-UE. Meta mqabbel ma' pajjiżi oħra tal-UE, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati huma għoljin ħafna. It-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-qgħad ta' dawk li jaqilgħu paga baxxa fl-2008 u r-riforma tat-taxxa tad-dħul fl-2009 għenet biex jitnaqqas il-piż tat-taxxa, imma ma setgħetx twaqqaf il-feles tat-taxxa milli jżdied ħarira kemm għal dawk li jaqilgħu paga baxxa kif ukoll paga medja meta mqabbel mal-bidu tal-aħħar deċennju. Dal-feles għandu impatt negattiv fuq il-qgħad, b'mod partikolari għall-ħaddiema li jitħallsu ftit u dawk li għandhom snajja' limitati.

(12)

Ir-rata tal-impjieg tal-ħaddiema ta' età avvanzata fl-Awstrija għadha 'l isfel sew mill-medja tal-UE minkejja żieda qawwija fl-aħħar deċennju. L-użu tal-iskemi ta' irtirar kmieni u l-pensjonijiet tad-diżabilità għadu mifrux ħafna. Kollox ma' kollox 72 % tal-pensjonijiet kollha ġodda fl-2010 ingħataw qabel ma ntlaħqet l-età statutorja tal-irtirar. Fattur ieħor li jikkontribwixxi għar-rata baxxa tal-impjiegi ta' ħaddiema ta' età avvanzata hi l-età statutorja tal-irtirar għan-nisa li għadha relattivament baxxa (60). Fid-dawl tal-iżviluppi demografiċi fl-Awstrija, iż-żieda tal-età tal-irtirar effettiva, u t-titjib fil-qafas li jippermetti lill-ħaddiema ta' età aktar avvanzata biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol aktar fit-tul, huma importanti kemm fil-kuntest tal-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u kemm biex tingħata spinta lill-provvista tal-ħaddiema, li hu previst li se tibda tonqos mill-2020 'il quddiem.

(13)

Ir-rata ta' nisa jaħdmu fl-Awstrija hi relattivament għolja, assoċjata ma' waħda mill-ogħla rati ta' xogħol part-time. L-impjiegi tan-nisa huma kkonċentrati fl-impjieg b'paga baxxa. Dawn il-mudelli jirriżultaw f'differenza fejn tidħol paga skont is-sess ta' 25,4 % li hi it-tieni l-ogħla fl-UE u waħda mill-fatturi li twassal għal riskju relattivament għoli ta' faqar fost in-nisa. Raġuni għax-xogħol part-time tan-nisa hi d-distribuzzjoni inekwa bejn l-irġiel u n-nisa tal-obbligi tal-kura tat-tfal u l-anzjani u n-nuqqas ta' servizzi ta' kura tat-tfal u kura fit-tul.

(14)

Is-sistema edukattiva hi kkaratterizzata minn “rintraċċar bikri”, fejn l-istudenti jridu jiddeċiedu mill-età ta' 10 snin dwar il-mogħdija futura tal-edukazzjoni tagħhom b'permeabilità limitata bejn il-mogħdijiet, u predominanza ta' skola bin-nofs ta' nhari. Dan jista' jwassal għal riżultati edukattivi subottimali għaż-żgħażagħ vulnerabbli, b'mod partikolari dawk ġejjin minn kuntest migratorju. L-għażliet bikrija jiddeterminaw biċċa sew mill-mogħdijiet futuri tal-edukazzjoni, u allura jkun aktar diffiċli li wieħed ikompli f'livelli għola ta' edukazzjoni aktar tard. Skola komuni għal dawk kollha bejn l-10 u l-14-il sena tgħin biex tiżdied l-ugwaljanza tal-opportunitajiet fis-sistema edukattiva u tgħin biex tiġi ttrattata l-problema tar-rati ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola.

(15)

Il-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi, b'mod partikolari s-servizzi ta' netwerks bħat-telekomunikazzjoni, it-trasport, l-utilitajiet, kif ukoll il-kummerċ bl-imnut u s-servizzi professjonali, mhijiex żviluppata biżżejjed. It-tkabbir tal-produttività kien letarġiku u l-istruttura tas-suq ma ndukratx il-kapaċità tal-akkwist u d-domanda tal-konsumatur. Il-promozzjoni tal-kompetizzjoni permezz tal-iffaċilitar tad-dħul fis-suq, it-tnaqqis tar-regolamentazzjoni statutorja tal-professjonijiet u l-iżgurar ta' prezzijiet kompetittivi jwessgħu l-għażla għall-konsumatur bi prezzijiet li jiflaħ għalhom. L-Awstrija akkumulat dewmien twil fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi; jekk tindirizza dan tkun qed tgħin biex tiftaħ it-triq għat-tkabbir. B'mod partikolari l-“liġi orizzontali”, liġi federali li timplimenta l-prinċipji ewlenin tad-Direttiva, għadha pendenti.

(16)

L-Awstrija daħlet għal għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. L-impenji jirreferu għal tlieta mill-erba' oqsma tal-Patt. Mil-lat fiskali, il-miżuri jindirizzaw il-ħtieġa li l-età tal-irtirar effettiva tiżdied kif ukoll ikun aktar effettiv il-kontroll tan-nefqa pubblika fil-livelli differenti tal-gvern. Għall-impjiegi, l-enfasi hi fuq il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, fuq il-kompetittività, fuq aktar investiment fir-riċerka u l-edukazzjoni teknika, kif ukoll fuq l-iżvilupp ta' mudelli għal skejjel ta' gurnata sħiħa. L-inizjattivi ppreżentati fil-Patt huma konformi mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma u huma konformi mal-Liġi Federali tal-Qafas Baġitarju u l-Programm ta' Stabbiltà. Madankollu, filwaqt li dawn il-miżuri jindirizzaw uħud mill-isfidi soċjoekonomiċi ewlenin li qed jiffaċċja l-pajjiż, hemm sfidi pendenti li jistgħu jiġu koperti b'mod utli fl-impenji, inklużi fl-oqsma tal-politika fiskali, l-edukazzjoni, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni. Dawn l-impenji tal-Patt Euro Plus ġew ivvalutati u kkunsidrati fir-rakkomandazzjonijiet.

(17)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabbiltà u l-Programm Nazzjonali tar-Riforma, u l-impenji tal-Patt Euro Plus għall-Awstrija. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika fl-Awstrija imma wkoll dwar kemm josservaw ir-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika ġenerali tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. Tikkunsidra li, minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli, l-isforz lejn konsolidazzjoni fiskali għandu jissaħħaħ, b'mod partikolari fl-2012, u r-relazzjonijiet fiskali bejn id-diversi livelli tal-gvern għandhom jiġu rriformati aktar. It-tnaqqis tal-feles tat-taxxa, it-titjib tar-riżultati fl-edukazzjoni, u l-ġlieda kontra s-segmentazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa, għandhom ikunu ta' benefiċċju għad-dinamiżmu tas-suq tax-xogħol, filwaqt li bit-tisħiħ tal-kompetizzjoni u l-indukrar tal-innovazzjoni tiżdied il-kompetittività.

(18)

Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni u filwaqt li qies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ ta' Diċembru 2009, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-2011 tal-Programm ta’ Stabbiltà tal-Awstrija u l-opinjoni tiegħu (3) hi riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet (1) u (2) ta' hawn taħt.

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Awstrija għandha tieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 biex:

1.

Tħaffef il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, li hija ppjanata prinċipalment fuq in-naħa tan-nefqa, u b'hekk twassal il-proporzjon għoli ta' dejn pubbliku fi triq 'l isfel, filwaqt li tieħu vantaġġ mill-irkupru ekonomiku li għaddej sabiex tiżgura sforz fiskali medju annwali ta' 0,75 % tal-PDG fl-2012 u l-2013 f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill taħt il-PDE. B'dan il-ħsieb, tadotta u timplimenta l-miżuri meħtieġa, inkluż fil-livell subnazzjonali. Tispeċifika miżuri kif meħtieġ biex tiżgura progress adegwat lejn l-objettiv fuq perjodu medju f'konformità mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.

2.

Tieħu passi biex issaħħaħ ulterjorment il-qafas baġitarju nazzjonali billi tallinea r-responsabbiltajiet leġiżlattivi, amministrattivi, dawk ta' ġbir tad-dħul u dawk tan-nefqa fil-livelli kollha tal-gvern, b'mod partikolari fil-qasam tal-kura tas-saħħa.

3.

B'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u skont il-prattiki nazzjonali, tieħu passi biex tillimita aktar l-aċċess għall-iskema preżenti ta' irtirar kmieni għal persuni li għandhom perjodi twal ta' assikurazzjoni u tieħu passi biex tnaqqas il-perjodu ta' tranżizzjoni għall-armonizzazzjoni tal-età statutorja tal-irtirar bejn l-irġiel u n-nisa biex tiżgura is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistema tal-pensjonijiet. Tapplika strettament il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-iskema tal-pensjoni tal-invalidità.

4.

Tieħu miżuri biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż dan li ġej: tnaqqas, b'mod newtrali fuq il-baġit, il-piż effettiv tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, speċjalment għal dawk li jaqligħu paga medja jew baxxa; timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar it-trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, inkluż titjib tad-disponibbiltà tas-servizzi tal-kura u tal-postijiet ta' skola għal ġurnata sħiħa biex jiżdiedu l-alternattivi għan-nisa biex jaħdmu full-time u b'pagi ogħla; tieħu passi biex ittejjeb ir-riżultati edukattivi u tipprevjeni t-tluq kmieni mill-iskola.

5.

Tieħu passi ulterjuri biex tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni, b'mod partikolari fis-setturi tas-servizzi, billi tnaqqas l-ostakli għad-dħul, tnaqqas ir-restrizzjonijiet mhux ġustifikat fuq xi professjonijiet u ssaħħaħ il-poteri tal-awtorità tal-kompetizzjoni. Tħaffef l-adozzjoni tal-“liġi orizzontali” pendenti li timplimenta d-Direttiva dwar is-Servizzi.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/12


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 ta' Ċipru u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabilità aġġornat ta' Ċipru, 2011-2014

2011/C 210/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 121(2) u l-Artikolu 148(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li tvara strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, Ewropa 2020, imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki ekonomiċi, li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn jeħtieġ azzjoni biex tingħata spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività.

(2)

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010 sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010 adotta deċiżjoni dwar il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jagħmlu l-“linji gwida integrati”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati fil-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-ekonomija u l-impjiegi.

(3)

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adottat l-ewwel Stħarriġ Annwali tat-Tkabbir, li kien il-bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ governanza ekonomika fl-UE u l-ewwel semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni integrata u ex ante ta’ politika, imsejjes fuq l-istrateġija Ewropa 2020.

(4)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew endorsja l-prijoritajiet għall-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma strutturali (bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu 2011 u b'żieda mal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir mill-Kummissjoni). Hu saħaq il-ħtieġa li tingħata prijorità lir-restawr ta’ baġits tajbin u s-sostenibilità fiskali, lit-tnaqqis tal-qgħad permezz ta’ riformi fis-suq tax-xogħol u li jsiru sforzi ġodda biex jittejjeb it-tkabbir. Talab lill-Istati Membri biex isarrfu dawn il-prijoritajiet f'miżuri konkreti li jiġu inklużi fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma.

(5)

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin għall-inklużjoni fil-Programmi ta’ Stabilità jew ta’ Konverġenza tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom.

(6)

Fis-6 ta' Mejju 2011, Ċipru ssottometta l-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2011 tiegħu u fis-7 ta' Mejju 2011 l-aġġornament tal-Programm ta' Stabilità 2011 tiegħu li jkopri l-perjodu 2010-2014. Sabiex jitqiesu l-konnotazzjonijiet bejniethom, iż-żewġ programmi ġew ivvalutati fl-istess waqt.

(7)

L-ekonomija ta' Ċipru qed tirkupra b'mod moderat wara li fl-2009 esperjenzat l-ewwel tnaqqis ekonomiku li qatt kellha f'dawn l-aħħar 35 sena, meta l-PDG reali niżel b'1,7 %. Is-suq tax-xogħol sofra mir-reċessjoni bil-qgħad jilħaq 6,5 % fl-2010. Il-finanzi pubbliċi wkoll ġew iddeterjorati. Minn surplus, il-baġit tal-amministrazzjoni pubblika naqas għal defiċit ta' 6 % tal-PDG fl-2009, xprunat minn stabilizzaturi awtomatiċi, miżuri diskrezzjonarji ta' stimulu fiskali biex jegħlbu t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u effetti pjuttost kbar li huma r-riżultat ta' kompożizzjoni ta' tkabbir ibbażat anqas fuq it-taxxa. L-attività ekonomika tjiebet b'mod moderat fl-2010 bit-tkabbir ikun dak ta' 1 %, immexxi l-aktar minn akkumulu tal-inventarju, wara li żvojtaw l-ħażniet fl-2009, fl-istess waqt li l-konsum privat kien qed jerġa' jibda bil-mod. Il-perspettiva ekonomika ta' tisħiħ hija mistennija li tkun ta' benefiċċju għas-suq tax-xogħol, huwa mbassar li x-xogħol jirkupra bil-mod filwaqt li l-qgħad għandu jibda nieżel b'mod gradwali mill-ogħla livell li qiegħed fih fl-aħħar tal-2010.

(8)

Abbażi tal-valutazzjoni tal-Programm ta’ Stabilità aġġornat skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97, il-Kunsill jaħseb li x-xenarju makroekonomiku sottostanti għall-proġettazzjonijiet baġitarji huwa plawsibbli sal-2012, iżda pjuttost favorevoli minn hemm 'il quddiem, hekk kif ivvalutat meta mqabbel mat-tbassir għar-Rebbiegħa 2011 li sar mis-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Programm ta' Stabilità għandu l-għan li jnaqqas id-defiċit baġitarju għal 4 % tal-PDG fl-2011 u 2,6 % fl-2012, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2010, u li wara jkompli l-konsolidazzjoni. Il-programm ibassar li l-proporzjon tad-dejn jilħaq l-ogħla livell fl-2012 u jonqos minn hemm 'il quddiem. It-titjib medju annwali fil-bilanċ strutturali għall-perjodu 2011-2012 huwa 1,5 % tal-PDG, bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2010. Madankollu, it-titjib strutturali ma jlaħħaqx mar-rekwiżiti tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir kemm fl-2013 kemm fl-2014. L-objettiv ta' terminu medju (OTM), li huwa kkonfermat bħala baġit ibbilanċjat f'termini strutturali, mhux se jintlaħaq fil-perjodu tal-programm. Filwaqt li l-adattament ġenerali huwa pjanat li se jkun ibbażat fuq restrizzjoni fin-nefqa, il-maġġoranza tal-miżuri fl-2011 jikkonċernaw id-dħul. B'mod ġenerali, hemm riskji negattivi għall-perkors ta’ konsolidazzjoni ippjanat fil-programm, relatat mal-ibbilanċjar mill-ġdid dejjem jitkompla u li jwassal għal mudell ta' tkabbir anqas ibbażat fuq it-taxxa, għall-prattika li jiġu adottati baġits supplimentari u għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-miżuri li għadu jrid isir qbil dwarhom mal-imsieħba soċjali u oħrajn li għadhom iridu jiġu speċifikati (eż. trażżin tan-nefqa li qed issir bħalissa). Minħabba dawn ir-riskji, jista' jkun hemm il-bżonn li jiġu adottati miżuri addizzjonali jekk l-iżviluppi makroekonomiċi jew baġitarji jkunu agħar milli mistenni.

(9)

Minkejja t-tnaqqis ta' madwar 8 % tal-PDG fl-2010, id-defiċit fil-kont kurrenti għadu kbir u probabbli li jillimita t-tkabbir ekonomiku fuq terminu medju. Ħruġ għoli mis-settur pubbliku jeħtieġ li jkun iffinanzjat jew mid-dejn barrani jew minn livell ogħla ta' tfaddil privat domestiku. Dan tal-aħħar jimplika anqas tkabbir fil-prodott billi jkunu spjazzati l-konsum privat jew l-investiment. F'terminu ta' żmien medju, id-defiċit ikompli jitjieb, iżda b'rata moderata. Fit-13 ta' Lulju 2010, fil-kuntest tal-proċedura ta' żbilanċ eċċessiv, il-Kunsill irrakkomanda lill-awtoritajiet ta' Ċipru biex isaħħu wkoll in-natura vinkolanti tal-qafas baġitarju ta’ terminu medju tagħhom. Sa issa, ma kien irrapurtat l-ebda progress. Skont il-Programm ta' Stabilità, il-qafas baġitarju ta' terminu medju għandu jkun implimentat b'mod sħiħ mis-sena fiskali 2014 'il quddiem, aktar milli fl-2012, hekk kif kien għadu mistenni sa dan l-aħħar. Għaldaqstant, l-impatt tiegħu jinħass biss fit-terminu medju. Implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas ġdid tkun importanti għal konsolidazzjoni b'suċċess u durabbli tal-finanzi pubbliċi.

(10)

Is-settur bankarju salva mill-kriżi finanzjarja globali u dik tad-dejn sovran fiż-żona tal-euro b'mod tajjeb, mingħajr il-ħtieġa ta' intervenzjoni min-naħa tal-gvern. Madankollu, bl-assi jkunu aktar minn sitt darbiet aktar mill-PDG, meta s-sussidjarji u l-fergħat tal-banek barranin huma esklużi, u disa' darbiet aktar mill-PDG meta jkunu inklużi, is-settur bankarju huwa kbir meta mqabbel mal-ekonomija. Barra minn hekk, huwa relattivament konċentrat, bis-suq iddominat minn tliet gruppi domestiċi li għandhom madwar 55 % tat-total tal-assi bankarji kkonsolidati, eskluż il-banek kooperattivi. Ir-riskji li għadhom preżenti fis-swieq finanzjarji internazzjonali jitolbu kontinwazzjoni fl-immaniġjar konservattiv tal-karta tal-bilanċ kif ukoll superviżjoni prudenti. Hemm żewġ superviżuri differenti: il-Bank Ċentrali ta' Ċipru għall-banek kummerċjali u l-Awtorità għas-Superviżjoni u l-Iżvilupp tas-Soċjetajiet Kooperattivi (CSSDA) għall-istituzzjonijiet ta' kreditu kooperattivi. Il-Gvern jippromwovi l-prattiki ta' armonizzazzjoni fiż-żewġ korpi Superviżorji. Sadattant, jeħtieġ li t-trasparenza tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kooperattivi tittejjeb bħala pass lejn l-unifikazzjoni tas-superviżjoni.

(11)

L-impatt baġitarju mbassar għal terminu twil li jħalli t-tixjiħ huwa ferm aktar għoli mill-medja tal-UE, l-aktar bħala riżultat ta' żieda relattivament qawwija fin-nefqa fuq il-pensjonijiet bħala sehem mill-PDG fid-deċennji li ġejjin. Skont il-valutazzjoni l-aktar riċenti tal-Kummissjoni, ir-riskji fir-rigward tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi publiċi jidhru għoljin. F'April 2009 ġiet introdotta riforma tal-pensjonijiet. Hija l-aktar immirata lejn id-dħul u tnaqqas xi ftit mir-ritmu taż-żieda fin-nefqa fuq il-pensjonijiet. Il-progress fir-riforma tas-saħħa, immirat lejn it-trażżin taż-żieda fin-nefqa mbassra permezz ta' twaqqif ta' sistema nazzjonali tas-saħħa u tat-trasformazzjoni tal-isptarijiet pubbliċi f'entitajiet awtonomi, kien limitat ħafna.

(12)

L-adattament tal-kumpens awtomatiku għall-għoli tal-ħajja (COLA) li jingħata darbtejn f'sena huwa marbut b'mod dirett mat-tibdil fil-perċentwal medju fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur (CPI) tal-aħħar sitt xhur meta mqabbel mas-sitt xhur ta' qabel. Dan għandu appoġġ qawwi mis-sħab soċjali u baqa' mhux negozjabbli waqt il-proċess ta' negozjar kollettiv. Madankollu, l-applikazzjoni uniformi tagħha ma tippermettix li l-pagi jirriflettu d-differenzi fil-produttività bejn is-setturi kollha. Id-defiċenzi tal-COLA huma, l-ewwel nett, li l-pagi huma relatati mal-prezzijiet tal-prodotti biss u mhux mal-gwadanji fil-produttività. It-tieni nett, dawk li qed jibbenefikaw l-iktar minn din is-sistema huma dawk li għandhom introjti ogħla. It-tielet nett, il-COLA għandha wkoll impatt sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi hekk kif, lil hinn mill-pagi u s-salarji, hija wkoll karatteristika integrali tal-pensjonijiet, benefiċċji u gratifiki oħrajn.

(13)

Filwaqt li l-parteċipazzjoni fix-xogħol f'Ċipru hija akbar mill-medja tal-UE, is-suq tax-xogħol fih żbilanċi kbar bejn is-sessi. Disparitajiet bejn is-sessi fl-impjiegi, il-kost u d-disponibilità tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, l-iskarsezza ta' forom flessibbli ta' impjiegi u d-disparità kbira u persistenti fil-paga bejn is-sessi huma ddikkjarati mill-Programm Nazzjonali ta' Riforma bħala li joħolqu xkiel serju li jtellef l-iżvilupp tal-impjiegi u t-tkabbir. F'dan ir-rigward, ġew ippreżentati miżuri relatati fil-Programm Nazzjonali ta' Riforma. Filwaqt illi huma bosta li jiksbu edukazzjoni fil-livell sekondarju u dak universitarju f'Ċipru, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) ma jidhirx bħala għażla li tiġbed lejha ħafna nies. Il-qgħad għoli fost iż-żgħażagħ ikkumbinat ma' proporzjon għoli ta' persuni li kisbu livell għoli ta' edukazzjoni fil-qgħad totali huwa sinjal li hemm diskrepanza sinifikanti ta' ħiliet fl-ekonomija ta' Ċipru. Barra dan, is-sehem fit-tagħlim tul il-ħajja huwa baxx meta wieħed iqis li dan huwa pajjiż li ġeneralment għandu livelli tajbin ta' edukazzjoni, b'mod partikolari għal ċerta gruppi (ħaddiema bi ftit kompetenzi professjonali, nies ta' età akbar u dawk qiegħda). Sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, il-Programm Nazzjonali ta' Riforma jipprevedi numru ta' miżuri inkluż it-twaqqif ta' serje ta' istituzzjonijiet ġodda postsekondarji għall-VET kif ukoll sistema ġdida ta' apprentistat mill-2012-2013 'il quddiem. B'mod ġenerali, l-objettiv strateġiku tal-pajjiż li minn impjiegi bi produttività baxxa jersaq għal dawk bi produttività għolja għandu jibbenefika ferm mill-orjentazzjoni mill-ġdid tas-sistema ta' edukazzjoni u taħriġ li ġġib magħha taħlita aħjar ta' ħiliet, skont id-domanda tas-suq tax-xogħol.

(14)

Ċipru adotta regola ġenerali għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi f'Lulju 2010. Xi leġislazzjoni speċifika għas-settur ġiet ukoll adottata u mibgħuta riċentement lill-Kummissjoni Ewropea permezz tan-notifika ta' miżura ta' eżekuzzjoni nazzjonali fil-bidu ta' Ġunju 2011. Madankollu, hemm tħassib dwar kemm it-traspożizzjoni hija kompluta hekk kif għad hemm xi ostakoli għat-twaqqif u l-provvediment ħieles tas-servizzi f'xi leġislazzjoni speċifika għas-settur, fejn għadhom ma saru l-ebda emendi. Dawn l-ostakoli jvarjaw minn dawk li huma ġeneralment applikabbli, bħall-awtorizzazzjonijiet meħtieġa mill-awtoritajiet lokali għat-twaqqif ta' kwalunkwe attività ta' negozju jew dewmien limitat ta' awtorizzazzjonijiet irrispettivament mis-settur tas-servizzi u r-riskji involuti, għal dawk speċifiċi ħafna bħal tariffi fissi applikabbli fis-servizzi tat-turiżmu, testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi fl-awtorizzazzjonijiet għal kiri ta' karozzi, trattament diskriminatorju tal-kumpaniji ta' kostruzzjoni minn Stati Membri oħrajn, arkitetti u inġiniera pprojbiti milli jwettqu l-professjoni tagħhom bħala persuni ġuridiċi.

(15)

B'mod ġenerali, limitazzjonijiet ambjentali u kwistjonijiet relatati mar-riżorsi u l-użu ta' enerġija jistgħu joħolqu xkiel għat-tkabbir. Dawn huwa relatati mas-sit ġeografiku speċifiku u mal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima f'forma ta' nixfa fit-tul. Għadu kif tlesta u ġie ppubblikat studju dwar il-kosteffiċjenza tal-iskemi ta' appoġġ għall-enerġija rinovabbli, li abbażi tiegħu ġew riveduti l-iskemi ta' appoġġ. Il-funzjonament tas-settur tal-enerġija jista' jkun imtejjeb b'mod sinifikanti, permezz tal-introduzzjoni tal-gass naturali u l-iffaċilitar tal-investimenti fl-infrastruttura għall-enerġija rinnovabbli.

(16)

Ċipru ħa numru ta' impenji skont il-Patt Euro Plus. Mil-lat fiskali, il-Patt jimpenja ruħu li jsaħħaħ is-sostenibilità fiskali billi jħejji qafas ta' liġi biex jingħelbu l-kriżijiet finanzjarji u jitwaqqaf Fond għal Stabilità Finanzjarja li jkun kompletament indipendenti. Barra dan, qed iseħħ djalogu dwar ir-ristrutturar tas-sistema ta' pensjonijiet tas-settur pubbliku u għandu jkun konkluż sal-aħħar tal-2011. Il-miżuri dwar l-impjieg jiffukaw fuq il-ġlieda kontra x-xogħol illegali u mhux iddikjarat, l-indirizzar tad-diskrepanza tal-ħiliet u ż-żieda fil-kompetittività tal-impriżi. Il-miżuri dwar il-kompetittività jkopru t-trażżin tal-pagi fis-settur pubbliku (tfassil mill-ġdid tal-mekkaniżmu ta' indiċizzar tal-pagi), it-tisħiħ tal-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-finalizzazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali Diġitali sal-2011, u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u s-sorsi enerġitiċi rinovabbli. Dawn l-impenji jirriflettu l-erba' oqsma tal-Patt. Jipprovdu għall-kontinwità tal-aġenda aktar wiesgħa ta' riforma deskritta fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u ta' Stabilità u jikkonfermaw pjanijiet diġà mħabbra li jkun hemm riformi li jindirizzaw id-dgħjufijiet strutturali tal-pajjiż, mingħajr ma jkun speċifikat qafas ta' żmien f'dan l-istadju, sabiex ikunu indirizzati kwistjonijiet bħall-pagi u sistema tal-pensjoni tas-settur pubbliku. Dawn l-impenji ġew ivvalutati u kkunsidrati fir-rakkomandazzjonijiet.

(17)

Il-Kummissjoni vvalutat il-Programm ta' Stabilità u l-Programm ta' Riforma Nazzjonali, inkluż l-impenji tal-Patt Euro Plus. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom għall-politika sostenibbli fiskali u soċjoekonomika f'Ċipru imma qieset ukoll kemm jikkonformaw mar-regoli u l-gwida tal-UE, fid-dawl tal-ħtieġa tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika kumplessiva tal-UE billi jiġi pprovdut kontribut fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tikkunsidra li jeħtieġu aktar sforzi biex jintlaħaq l-għan tad-defiċit baġitarju 2011 u li għandhom ikunu speċifikati miżuri ta' konsolidazzjoni addizzjonali għall-2012 u aktar 'il quddiem. Sabiex titjieb is-sostenibilità fuq terminu twil ta' żmien tal-finanzi pubbliċi, hemm il-ħtieġa ta' aktar azzjoni fir-rigward tas-sistema tal-pensjoni u l-kura tas-saħħa. Għandhom ukoll jittieħdu aktar passi sabiex jissaħħaħ il-qafas prudenzjali tas-superviżjoni bankarja, tkun aġġustata s-sistema ta' indiċizzazzjoni tal-pagi, u jittejbu l-edukazzjoni vokazzjonali, it-taħriġ u l-ħiliet, l-ambjent tan-negozju u l-effiċjenza enerġetika.

(18)

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, filwaqt li titqies ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2010 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill eżamina l-aġġornament tal-Programm ta' Stabilità ta' Ċipru għall-2011 u l-opinjoni tiegħu (3) hija riflessa b'mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet (1) u (3) tiegħu aktar 'l isfel. Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill eżamina l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma ta' Ċipru,

JIRRAKKOMANDA li Ċipru jieħu azzjoni fil-perjodu 2011-2012 biex:

1.

Jadotta l-miżuri meħtieġa ta' natura permanenti biex tinkiseb il-mira baġitarja fl-2011 u l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2012, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill taħt il-PDE. Jieħu miżuri biex iżomm kontroll strett fuq in-nefqa u jagħmel użu minn kwalunkwe żviluppi baġitarji li jkunu aħjar milli mistenni għal tnaqqis aktar malajr tad-defiċit u d-dejn. Jiżgura l-progress lejn objettiv ta' terminu medju b'mill-inqas 0,5 % tal-PDG annwali u jpoġġi l-proporzjon ta' dejn pubbliku fi triq 'l isfel. Jaċċellera d-dħul gradwali ta' qafas multiannwali li jista' jkun infurzat b'bażi statutorja vinkolanti u mekkaniżmi korrettivi, sa mill-preparazzjoni tal-Baġit 2012. Il-Baġitjar abbażi ta' Programmazzjoni u Prestazzjoni għandu jiġi implimentat mill-aktar fis possibbli.

2.

Isaħħaħ aktar il-qafas prudenzjali għas-superviżjoni ta' banek u soċjetajiet kooperattivi ta' kreditu biex jiżgura detezzjoni bikrija tar-riskji.

3.

Itejjeb is-sostenibilità fuq terminu twil ta' żmien tal-finanzi pubbliċi permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' riforma sabiex tkun ikkontrollata n-nefqa fuq il-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa biex b'hekk titrażżan iż-żieda mbassra fin-nefqa marbuta mal-età. Fir-rigward tal-pensjonijiet, jestendi s-snin ta' kontribuzzjoni, jorbot l-età tal-irtirar mal-istennija tal-għomor jew jadotta miżuri oħra b'effett baġitarju ekwivalenti, filwaqt li jieħu ħsieb jindirizza r-rata għolja ta' riskju ta' faqar għal dawk akbar fl-età. Fir-rigward tal-kura tas-saħħa, jieħu aktar passi sabiex jaċċellera l-implimentazzjoni tas-sistema ta' assigurazzjoni nazzjonali tas-saħħa.

4.

F'konsultazzjoni mas-sħab soċjali u f'konformità mal-prattiki nazzjonali, jieħu passi sabiex jirriforma s-sistema ta' negozjar tal-paga u indiċizzazzjoni tal-paga sabiex ikun żgurat li ż-żieda fil-paga tirrifletti aħjar l-iżviluppi tal-produttività u l-kompetittività tax-xogħol.

5.

Jieħu aktar passi, fir-riformi ppjanati għas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, biex jiġu allinjati aħjar l-eżiti tal-edukazzjoni mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inkluż billi jitwaqqfu istituti postsekondarji għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali. Jieħu miżuri sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tas-sistema ta' taħriġ vokazzjonali billi jiżdiedu l-inċentivi u jitjieb l-aċċess għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, speċjalment għall-ħaddiema b'ħiliet baxxi, dawk nisa u dawk akbar fl-età.

6.

Ineħħi għal kollox l-ostakoli li għad hemm għat-twaqqif u l-forniment ħieles tas-servizzi fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur sa Diċembru 2011 sabiex jinħolqu aktar opportunitajiet għal tkabbir u impjiegi fis-settur tas-servizzi.

7.

Jintroduċi miżuri li jżidu d-diversità tat-taħlita ta' enerġija u l-espansjoni tas-Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli. Jistabbilixxi, sal-2012, pjan għall-immaniġjar tal-ilma u skema għall-iffissar tal-prezzijiet li jirriflettu l-kwistjonijiet dwar il-kosteffiċjenza u l-ekwità u b'hekk ikun żgurat mmaniġjar aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

(2)  Miżmuma għall-2011 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/308/UE tad-19 ta’ Mejju 2011 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 56).

(3)  Previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97.


OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/16


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-15 ta’ Lulju 2011

dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari V-1 ta’ Bohunice, li jinsab fir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)

2011/C 210/05

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, u hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

Fil-21 ta’ Jannar 2011, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet, mingħand il-Gvern Slovakk, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari V-1 ta’ Bohunice.

Abbażi ta’ din id-dejta u ta’ tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Frar 2011 li l-awtoritajiet Slovakki pprovdew fit-8 u fid-29 ta’ April 2011, u wara li kkonsultat il-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

Id-distanza bejn l-impjant u l-eqreb punt fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ ir-Repubblika Ċeka, hija ta’ madwar 38 kilometru. Il-fruntieri mal-Awstrija u mal-Ungerija qegħdin f’distanzi ta’ 55 kilometru u 62 kilometru bogħod rispettivament.

(2)

Waqt ix-xogħol normali tal-għeluq tal-impjant, it-tnixxijiet ta’ effluwenti likwidi u fil-forma ta’ gass x’aktarx li mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.

(3)

L-iskart radjuattiv solidu ta’ livell baxx u intermedju se jinħażen b’mod temporanju fuq il-post qabel ma jiġi ttrasferit lejn il-Faċilità Nazzjonali tar-Rimi tal-Iskart awtorizzata li tinsab f’Mochovce. L-iskart radjuattiv ta’ livell għoli se jinħażen fuq il-post sakemm ikun disponibbli maħżen fond.

(4)

L-iskart solidu u l-materjali residwi mhux radjuattivi li huma konformi mal-livelli awtorizzati se jinħelsu mill-kontroll regolatorju biex jintremew bħala skart konvenzjonali jew biex jintużaw mill-ġdid jew jiġu rriċiklati. Dan għandu jsir skont il-kriterji stabbiliti fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva 96/29/Euratom).

(5)

F’każ ta’ tnixxijiet mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jirriżultaw minn xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jolqtu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor x’aktarx li mhux se jkunu tali li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, kemm fl-operat normali kif ukoll f’każ ta’ inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, ikun f’liema forma jkun, li jirriżulta mid-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari V-1 ta’ Bohunice, li jinsab fir-Repubblika Slovakka, ma tistax twassal għat-tniġġis radjuattiv tal-ilma, tal-ħamrija u tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/18


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Lulju 2011

dwar abbozz tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (tfassil mill-ġdid) (BĊE/2008/32)

2011/C 210/06

1.   Introduzzjoni

1.1.

Fid-19 ta' Mejju 2011 il-Kummissjoni rċeviet talba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal opinjoni dwar abbozz ta' Regolament tal-BĊE li jemenda r-Regolament (KE) Nru 25/2009 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (Riformulazzjoni) (BĊE/2008/32) minn hawn 'il quddiem “l-abbozz tar-Regolament”).

1.2.

Il-Kummissjoni tilqa' din it-talba u tagħraf, li l-BĊE qiegħda b'dan taġixxi b'konformità mal-obbligu tagħha li tikkonsulta lill-Kummissjoni dwar l-abbozz tar-Regolamenti tal-BĊE kull darba li jkun hemm rabta mar-rekwiżiti statistiċi tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-BĊE. Peress li r-rekwiżit għall-konsultazzjoni għandu l-għan li jiggarantixxi l-koerenza meħtieġa għall-produzzjoni ta' statistika li tissodisfa r-rekwiżiti ta' informazzjoni rispettivi tal-BĊE u tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tfakkar li kooperazzjoni tajba bejn il-BĊE u l-Kummissjoni tista' tkun biss ta' benefiċċju għal dawk l-istess żewġ istituzzjonijiet kif ukoll għall-utenti u r-rispondenti billi din tippermetti produzzjoni iktar effiċjenti tal-istatistika Ewropea.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.

Il-Kummissjoni tilqa' b'mod partikolari r-referenza għad-Direttiva 2009/110/KE li tikkonċerna l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi fl-abbozz tar-Regolament.

2.2.

Fl-Artikolu 1(1)(a) il-BĊE jopera b'erba' sottosetturi ta' istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), jiġifieri: “(a) il-banek ċentrali”, “(b) l-istituzzjonijiet ta' kreditu”, “(c) l-IFM l-oħrajn”, u “(d) il-fondi tas-suq tal-flus (FSF)”. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni din il-qasma f'erba' sottosetturi hija dettaljata wisq peress li bħala regola ġenerali u għall-fini ta' analiżi makroekonomika – bħal fis-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 95) u kif propost fis-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ESA 2010) – jintużaw biss żewġ sottosetturi ewlenin tal-IFM, jiġifieri l-banek ċentrali u l-IFM l-oħrajn. Għalhekk, it-tifsira differenti tal-“IFM l-oħrajn” fl-abbozz tar-Regolament toħloq konfużjoni. Jekk din id-distinzjoni bejn l-erba' sottosetturi tkun ikkunsidrata bħala essenzjali mill-BĊE għal finijiet speċjali, għandu jinstab isem ġdid għas-sottosettur “(c) l-IFM l-oħrajn” fl-abbozz tar-Regolament.

2.3.

Barra minn hekk fl-Artikolu 1(1)(a) il-Kummissjoni tissuġġerixxi għażla ta' kliem differenti kif ġej: “(1) istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li n-negozju tagħhom ikun (i) li jirċievu depożiti u/jew sostituti simili għal depożiti minn unitajiet istituzzjonali, u għalhekk mhux biss minn IFM; u (ii) f'isimhom stess, tal-inqas f'termini ekonomiċi, jagħtu krediti u/jew jagħmlu investimenti f'titoli; …”. Din l-għażla ta' kliem differenti hija ssuġġerita sabiex tindika li d-depożiti jiġu prinċipalment minn sorsi oħra barra l-IFM, imma jiġu mill-IFM ukoll.

2.4.

Fl-Artikolu 1a(4) il-Kummissjoni tosserva li (e), (f), (g) u (h) huma definizzjonijiet puri filwaqt li (a), (b), (c) u (d) huma spjegazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu interpretati jew użati dawk id-definizzjonijiet. Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li dawk iż-żewġ kategoriji jiġu separati u jiddaħħlu d-definizzjonijiet qabel l-ispjegazzjonijiet.

2.5.

Barra minn hekk jista' jkun utli jekk l-Artikolu 2, “Dispożizzjoni tranżitorja”, jiċċara jekk japplikax ukoll għad-definizzjoni l-ġdida tal-IFM.

2.6.

Peress li l-Kummissjoni hija meħtieġa tikkonsulta l-abbozz tar-regolament, għandha tiddaħħal ċitazzjoni dwar dan fl-abbozz tar-Regolament.

3.   Konklużjoni

3.1.

Il-Kummissjoni ġeneralment tappoġġja l-abbozz tar-Regolament safejn dan jikkontribwixxi għal kooperazzjoni effiċjenti bejn is-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u s-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fid-definizzjoni tal-aġenti li jirrapportaw u l-promozzjoni ta' statistika konsistenti u ta' kwalità għolja fil-livell Ewropew. Il-Kummissjoni, madankollu, hija tal-opinjoni li l-abbozz tar-Regolament jista' jkun iktar speċifiku dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.

3.2.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza l-importanza ta' proċess robust fil-prattika tal-klassifikazzjoni tal-unitajiet f'dan il-qasam, li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji statistiċi, u speċjalment fir-rigward tal-entitajiet stabbiliti fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja.

3.3.

Il-Kummissjoni se tkun qed tilqa' kwalunkwe konsultazzjonijiet fil-ġejjieni dwar abbozzi ta' Regolamenti rilevanti tal-BĊE.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/20


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 210/07

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.1.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 536/09

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Canarias

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimen de ayudas por daños en producciones e infraestructura en el sector agrario producidos por el incendio en la isla de La Palma iniciados el 1 de agosto de 2009.

Il-bażi legali

Decreto 116/2009, de 3 de agosto, de ayudas y medidas urgentes y de carácter excepcional para reparar los daños producidos por el incendio acaecido en La Palma. (B.O.C. no 150, del 4 de agosto de 2009).

Proyecto de Orden de la Consejería de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación por la que se regulan las ayudas por daños en producciones e infraestructuras en el sector agrario previstas en el Decreto 116/2009, de 3 de agosto.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 1,80 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 1,80 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.11.2009-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consejería de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentación

Edificio de Usos Múltiples II

C/ José Manuel Guimerá, planta 3a

38071 Santa Cruz de Tenerife

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 323/10

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Nederland

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Wijziging van N 577/06, Catalogus Groenblauwe diensten

Il-bażi legali

De kaderwet inzake subsidies van het ministerie van Landbouw, Natuur en voedselkwaliteit, de provinciewet, de gemeentewet, de waterschapswet en de Catalogus Groen-Blauwe diensten (N 577/06)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Appoġġ Tekniku (AGRI), Forestrija, Impenji agroambjentali, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Servizzi ssussidjati

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 840 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 120 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-1.1.2018

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Diverse Nederlandse overheden

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.6.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32244 (11/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Wales

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Glastir woodland creation scheme

Il-bażi legali

The Rural Development Programmes (Wales) Regulations 2006, Welsh Statutory Instrument 2006 No 3343 (W. 304), as amended

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: GBP 24 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: GBP 8 (f'miljuni)

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Forestry Commission Wales

National Office

Aberystwyth

SY23 3UR

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/23


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6247 – KKR/Versatel)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 210/08

Fis-7 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6247. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/23


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6277 – Access Industries/Warner Music Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 210/09

Fis-7 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6277. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/24


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Lulju 2011

2011/C 210/10

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4146

JPY

Yen Ġappuniż

111,97

DKK

Krona Daniża

7,4568

GBP

Lira Sterlina

0,87750

SEK

Krona Żvediża

9,2121

CHF

Frank Żvizzeru

1,1577

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8665

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,490

HUF

Forint Ungeriż

270,70

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

4,0348

RON

Leu Rumen

4,2633

TRY

Lira Turka

2,3344

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3264

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3549

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0241

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6815

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7237

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 497,69

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7576

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1426

HRK

Kuna Kroata

7,4315

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 082,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,2523

PHP

Peso Filippin

60,709

RUB

Rouble Russu

39,7535

THB

Baht Tajlandiż

42,551

BRL

Real Brażiljan

2,2283

MXN

Peso Messikan

16,5510

INR

Rupi Indjan

62,9710


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/25


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' marzu 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni li tirrigwarda il-Każ COMP/39.168 – PO/Haberdasheries-Fasteners

Rapporteur: Spanja

2011/C 210/11

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-fatt li ma jkunx jista’ jsir il-ħlas.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti finali tal-multa.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea iżda jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu inkonsiderazzjoni n-natura estremament kunfidenzjali tal-każ fid-deċiżjoni dwar iż-żmien u l-kontenut tal-pubblikazzjoni ta' din l-Opinjoni.


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/26


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta' Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni C(2007) 4257 finali tad-19 ta' Settembru 2007 li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

(Każ COMP/39.168 – PO/Hard Haberdashery: Fasteners)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2070)

(It-testi bil-Ġermaniż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

2011/C 210/12

Fil-31 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni C(2007) 4257 finali tad-19 ta' Settembru 2007 li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   DAĦLA

(1)

Permezz ta' deċiżjoni tad-19 ta' Settembru 2007, (2) fil-każ COMP/39.168 – PO/Hard Haberdashery: Fasteners rigward proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikolu 101 tat-TFUE) (minn issa 'l quddiem imsejħa "id-Deċiżjoni dwar il-Fasteners"), il-Kummissjoni imponiet multa li tammonta għal EUR 40 538 000 fuq William Prym GmbH & Co. KG, Prym Inovan GmbH & Co. KG (3) u Éclair Prym Group SA (4). (minn issa 'l quddiem “il-kumpanija”) minħabba prattiċi li nstabu li jiksru l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

2.   PROĊEDURA

(2)

Id-Deċiżjoni dwar il-Fasteners ġiet notifikata lill-kumpanija fis-27 ta’ Settembru 2007. Fis-7 ta' Diċembru 2007, il-kumpanija ssottomettiet applikazzjoni lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Qorti Ġenerali” għal annullament, jew, bħala alternattiva, tnaqqis tal-multa imposta fuq il-kumpanija bid-Deċiżjoni dwar il-Fasteners. F'Diċembru 2008, il-kumpanija introduċiet applikazzjoni għal miżuri interimi (il-Każ T-454/07 R) fejn talbet sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' parti mill-multa u rilaxx ta' parti mill-garanzija bankarja. Sussegwentement il-kumpanija rtirat l-applikazzjoni tagħha u l-proċedimenti ta' miżuri interimi tneħħew mir-reġistru b'ordni tal-President tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta' Marzu 2009.

(3)

Wara talba mill-kumpanija, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-multa imposta fid-Deċiżjoni dwar il-Fasteners fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija u l-inabbiltà allegata li tħallas b'analoġija tal-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-metodu li bih jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (5).

(4)

Din il-valutazzjoni kkonkludiet li huwa meħtieġ tnaqqis tal-multa b'EUR 25 miljun u tal-interessi korrispondenti fuq l-istess ammont li akkumulaw mis-27 ta' Diċembru 2007, jiġifieri EUR 4 544 260,27, (6) sabiex tiġi eliminata l-probabbiltà raġonevoli li l-kumpanija tfalli minħabba l-multa tal-Kummissjoni.

(5)

Id-deċiżjoni hija adottata mingħajr preġudizzju għall-validità tal-bqija tal-partijiet tad-Deċiżjoni dwar il-Fasteners.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ b’opinjoni favorevoli fit-22 ta’ Marzu 2011.

3.   DESTINATARJI

(7)

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil William Prym GmbH & Co. KG, William Prym Holding GmbH u EP Group SA.

4.   DEĊIŻJONI

(8)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2007) 4257 finali tad-19 ta' Settembru 2007, hija emendata kif ġej:

(a)

ir-raba' inċiż tal-Artikolu 2, paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

William Prym GmbH & Co. KG u William Prym Holding GmbH, għandhom ikunu responsabbli flimkien u separatment: EUR 9 549 021;

(b)

it-tielet inċiż tal-Artikolu 2, paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

William Prym GmbH & Co. KG u William Prym Holding GmbH, għandhom ikunu responsabbli flimkien u separatment: EUR 2 578 615, li minnhom EP Group SA. huwa responsabbli flimkien u separatment: EUR 2 242 274.

(ċ)

l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2, paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

William Prym GmbH & Co. KG u William Prym Holding GmbH, għandhom ikunu responsabbli flimkien u separatment: EUR 3 410 364;

(9)

Permezz ta' deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2007) 4257 finali tad-19 ta' Settembru 2007, l-ammont ta' interessi li akkumulaw fuq il-multa ta' EUR 25 000 000 mis-27 ta' Diċembru 2007, jiġifieri EUR 4 544 260,27 (7), huwa mnaqqas għal żero.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  C(2007) 4257 finali, sommarju ppubblikat fil-ĠU C 47, 26.2.2009, p. 8.

(3)  Issa “William Prym Holding GmbH”.

(4)  Issa “EP Group SA”.

(5)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2-5.

(6)  Mit-30 ta’ Marzu 2011

(7)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 6.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/28


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 210/13

Għajnuna Nru: SA.33085 (11/XA)

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Comunidad Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Prestación de servicios a los apicultores valencianos que sean pymes, en materia de calidad de la miel y sanidad apícola

Bażi legali: Resolución de … de … de 2011, de la Consellera de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se concede una subvención nominativa al Centro Integrado Apícola Valenciano.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,04 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-11 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (Art. 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006), Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Trobbija ta' annimali oħra

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Dir. Gral. Prod. Agraria

Conselleria Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.agricultura.gva.es/web/c/document_library/get_file?uuid=6cded651-7517-45ac-9f3d-500360e763cb&groupId=16

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33247 (11/XA)

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Comunidad Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas en materia de calidad avícola y alimentación animal

Bażi legali: Resolución de 2011, de la Consellera de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se concede una subvención en materia de calidad avícola y alimentación animal en la Comunidad Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

 

Ammont kumplessiv ta' għajnuna ad hoc konċessa lill-impriża: EUR 0,02 (f'miljuni)

 

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,02 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-11 ta’ Lulju 2011 sal-1 ta’ Novembru 2011

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.agricultura.gva.es/web/c/document_library/get_file?uuid=eda858bb-ae87-4ebd-a099-abf9e6faa6b4&groupId=16

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33290 (11/XA)

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Sachsen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen und sonstigen Leistungen durch die Sächsische Tierseuchenkasse

Bażi legali:

§ 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland

§§ 6, 7 und 18 Sächsisches Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz (SächsAGTierSG)

Leistungsatzung der Sächsischen Tierseuchenkasse

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 5,30 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006), Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Sächsische Tierseuchenkasse

Anstalt des öffentlichen Rechts

Löwenstraße 7

01099 Dresden

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet:

 

http://www.recht.sachsen.de/Details.do?sid=3743011664533

 

http://www.tsk-sachsen.de/joomdocs/LeisSatzung.pdf

 

http://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/viehseuchg/gesamt.pdf

Informazzjoni oħra: —


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/30


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14)

2011/C 210/14

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IS-SLOVENJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007

Is-Settur “Fruntieri fuq il-Baħar” huwa sostitwit b' dan li ġej:

Fruntieri tal-baħar:

(1)

Koper–Capodistria

(2)

Piran–Pirano


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6306 – 3i Group/Action Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 210/15

1.

Fil-11 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża 3i Group plc (ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Action Holding B.V. (il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża 3i: kumpanija ta’ ekwità privata u tal-immaniġġjar alternattiv tal-assi, b'investimenti f'setturi varji. 3i tiffoka fuq l-ekwità privata, l-immaniġġjar tad-dejn u l-investimenti tal-infrastruttura, u hi attiva l-aktar fl-Ewropa, l-Asja u l-Amerika,

għall-impriża Action Holding B.V.: attiva fis-suq tal-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mhux tal-ikel (sa ċertu punt) u prodotti tal-ikel permezz ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju u l-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6306 – 3i Group/Action Holding, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6298 – Schneider Electric/Telvent)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 210/16

1.

Fit-11 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Schneider Electric SA (“Schneider Electric”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Telvent GIT SA (“Telvent”, Spanja) permezz ta’ offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Schneider Electric: sjieda ta’ grupp internazzjonali ta’ kumpaniji li jfassal, jimmanifattura u jbigħ prodotti u sistemi fil-ġestjoni tal-enerġija,

għal Telvent: fornitura ta’ servizzi globali tal-IT u soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni integrati ta’ valur miżjud għoli, primarjament fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, tal-agrikoltura u tal-ambjent.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6298 – Schneider Electric/Telvent, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6322 – Carlyle/RAC)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 210/17

1.

Fid-6 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Stag Bidco Limited (ir-Renju Unit), vejikolu ta' akwiżizzjoni ffurmat u kkontrollat minn Carlyle Group (ir-Renju Unit), takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-impriża RAC Limited (ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Carlyle Group: maniġer tal-assi, li jiffinanzja fondi li jinvesti globalment f’medda ta’ industriji,

għal RAC Limited: attiva prinċipalment fis-servizzi ta’ tiswija fuq it-triq, kif ukoll servizzi ta’ brokers tal-assigurazzjoni u pretensjonijiet fuq il-vetturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6322 – Carlyle/RAC, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).