ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.193.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
2 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 193/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6252 – Total/SunPower) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 193/02

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 1,25 % fl-1 ta’ Lulju 2011 – Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 193/03

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Lulju 2011 dwar finanzjament għas-sena 2011 ta' attivitajiet fil-qasam veterinarju relatati mal-politika ta' informazzjoni, l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, in-notifika tal-mard u l-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji tal-Unjoni Ewropea

3

2011/C 193/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' April 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni li tirrigwarda l-Każ COMP/39.579 – Deterġenti għall-Konsumaturi – Rapporteur: L-Ungerija

11

2011/C 193/05

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.579 – Deterġenti għall-Konsumaturi

12

2011/C 193/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.579 – deterġenti għall-konsumaturi) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2528 finali)  ( 1 )

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 193/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 193/08

Sejħa għall-proposti – EACEA/16/11 – Taħt il-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLP) – Li Jippromwovi l-Integrazzjoni ta’ Roma fi u permezz tal-Edukazzjoni

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 193/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6275 – BNP Paribas/BNL Vita) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2011/C 193/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6233 – Fred. Olsen Energy Wind/DONG Energy Power Holding/Novasion/Aalborg Universitet/Universal Foundation) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 193/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6252 – Total/SunPower)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 193/01

Fit-28 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6252. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/2


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

1,25 % fl-1 ta’ Lulju 2011

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Lulju 2011

2011/C 193/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4488

JPY

Yen Ġappuniż

116,92

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,90500

SEK

Krona Żvediża

9,1280

CHF

Frank Żvizzeru

1,2267

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7900

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,310

HUF

Forint Ungeriż

264,93

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7091

PLN

Zloty Pollakk

3,9678

RON

Leu Rumen

4,2396

TRY

Lira Turka

2,3362

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3523

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3964

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2750

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7552

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7772

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 545,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8011

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3663

HRK

Kuna Kroata

7,3898

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 371,01

MYR

Ringgit Malażjan

4,3587

PHP

Peso Filippin

62,511

RUB

Rouble Russu

40,3909

THB

Baht Tajlandiż

44,638

BRL

Real Brażiljan

2,2617

MXN

Peso Messikan

16,9266

INR

Rupi Indjan

64,5950


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ Lulju 2011

dwar finanzjament għas-sena 2011 ta' attivitajiet fil-qasam veterinarju relatati mal-politika ta' informazzjoni, l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, in-notifika tal-mard u l-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji tal-Unjoni Ewropea

2011/C 193/03

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 20, 23, 35(2), 36(2) u 41 tagħha,

Billi:

(1)

B’konformità mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu qablu deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li hija adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew iddelegati mill-istituzzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, għandu jkun adottat programm ta' ħidma annwali għall-għotjiet.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit programm ta' ħidma għall-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam veterinarju relatati mal-politika ta' informazzjoni, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, in-notifika tal-mard u l-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji.

(4)

Peress li l-programm ta' ħidma fl-annessi huwa qafas dettaljat biżżejjed fis-sens tal-Artikolu 90(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-“Regoli ta' Implimentazzjoni”), id-deċiżjoni preżenti tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament għall-infiq previst fil-programm ta' ħidma għal għotjiet u akkwist.

(5)

L-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jiddikjara li l-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twaqqif ta’ politika ta’ informazzjoni fil-qasam tas-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-sikurezza fl-ikel fi prodotti li joriġinaw mill-annimali inkluż li jsiru studji neċessarji għat-tħejjija u l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benessri tal-annimali.

(6)

L-Artikolu 19 paragrafu (a)(i) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprevedi li l-Unjoni għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-ġbir u l-ħażna ta' kull informazzjoni relatata mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, il-benessri tagħhom u s-sigurtà fl-ikel fi prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(7)

Fis-snin ta’ qabel saru xi attivitajiet ta' komunikazzjoni biex jiġu promossi kwistjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-Annimali lill-partijiet interessati, l-organizzazzjonijiet u s-soċjetà kollha kemm hi. Huwa xieraq li dawn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni jkomplu fl-2011.

(8)

Għall-finijiet ta' definizzjoni tal-istrateġija ta' kommunikazzjoni li trid tiġi adottata mill-2012 'il quddiem huwa xieraq li ssir valutazzjoni komprensiva tal-promozzjoni tal-kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali u l-Istrateġija tas-Saħħa tal-Annimali mill-2008 sal-2010.

(9)

Skont l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, l-Unjoni tista' twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju.

(10)

Skont l-Artikolu 168(1)(c) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, jistgħu jingħataw għotjiet jew kontribuzzjonijiet mingħajr sejħa għal proposti fil-każ ta’ korpi b’monopolju de facto. Bħala entità li tfassal l-istandards skont il-Ftehim WTO/SPS, u bħala l-organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa u l-benessri tal-annimali madwar id-dinja permezz tal-implimentazzjoni tal-istandards tagħha, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha monopolju de facto f'dan is-settur u b'hekk mhix meħtieġa sejħa għal proposti għall-UE biex tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni tal-Konferenzi Dinjin u Seminars Reġjonali dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali.

(11)

L-Artikolu 35(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jippermetti l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-introduzzjoni ta' sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jkun notifikat il-mard.

(12)

Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ġestjoni u għat-titjib tas-Sistema ta' Notifika tal-Mard tal-Annimali (ADNS), ibbażata fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE tal-1 Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika tal-mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (3).

(13)

L-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal ċerti sistemi kompjuterizzati użati fil-kummerċ u l-importazzjonijiet ġewwa l-Unjoni.

(14)

Huwa meħtieġ li jibqgħu għaddejjin il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ospitar, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata TRACES (Trade Control and Expert System) introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata (4).

(15)

L-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE jistipula li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Kunsill u lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-infiq effettiv tal-implimentazzjoni ta’ programmi għall-kontroll ta’ qerda u monitoraġġ ta’ mard tal-annimali.

(16)

Din id-deċiżjoni ta’ finanzjament tista’ tkopri wkoll il-ħlas tal-imgħax dovut għal ħlas tard abbażi tal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju u 106(5) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni.

(17)

Għall-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, jixraq li jiġi definit it-terminu “bidla sostanzjali”, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

(18)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-programm ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 20, 23, 35(2), 36(2) u 41 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, kif stipulat fl-Anness I u II, huwa b'dan adottat.

Il-programm ta' ħidma jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjoni massima awtorizzata b’din id-Deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm ġiet iffissata għal EUR 5 370 000 li għandhom jiġu ffinanzjati mil-linji li ġejjin tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2011:

linja tal-baġit 17040201: EUR 5 370 000

Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll imgħax dovut għal ħlas tard.

Artikolu 3

L-implimentazzjoni baġitarja ta' kompiti relatati mal-azzjoni 1.2.1. fl-Anness tista' tiġi fdata f'idejn l-organizzazzjoni internazzjonali li ġejja: li tapplika standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati internazzjonalment fil-proċeduri ta' kontabilità, ta' verifika, ta' kontrolli interni u ta' akkwisti: L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

Artikolu 4

1.   L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jadotta kwalunke bidliet għal din id-Deċiżjoni li ma jitqisux sostanzjali fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità.

2.   Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet koperti mill-programm ta' ħidma li ma jaqbżux l-10 % tal-kontribuzzjoni massima prevista mill-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, sakemm dawn ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-programm ta' ħidma.

Artikolu 5

L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u għall-organizzazzjoni tal-ewwel Konferenza Internazzjonali dwar is-Sorveljanza tas-Saħħa tal-Annimali (ICAHS), skont il-kundizzjonijiet dettaljati fil-programm ta' ħidma anness.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.

(4)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44.


ANNESS I

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, u b’mod partikolari l-Artikoli 20, 23, 35(2), 36(2) u 41 tagħha – Programm ta' Ħidma għall-2011

1.1.   Introduzzjoni

Dan il-programm jinkludi 8 miżuri ta’ implimentazzjoni għas-sena 2011. Abbażi tal-għanijiet mogħtija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju, id-distribuzzjoni tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin huma dawn li ġejjin:

għall-għotjiet (implimentati b'ġestjoni konġunta) (1.2.1)

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-organizzazzjoni ta' Konferenzi Globali dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi, il-kontroll tal-idrofobija u l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u Seminars Reġjonali dwar sistemi ta' informazzjoni sanitarja, il-benessri tal-annimali u s-sigurtà fl-ikel bi produzzjoni mill-annimali, sa massimu ta' EUR 660 000.

għall-akkwisti (implimentati b'ġestjoni ċentralizzata diretta) (1.3):

L-użu ta’ kuntratti ta’ qafas għall-pubblikazzjoni u t-tixrid ta’ tagħrif biex jippromwovi kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija tas-Saħħa tal-Annimali b’massimu ta’ EUR 1 500 000 (1.3.1).

L-użu ta’ kuntratt ta’ qafas għal studji, pubblikazzjonijiet u tixrid ta’ tagħrif ta' appoġġ għall-istrateġija dwar il-benessri tal-annimali b’massimu ta’ EUR 575 000 (1.3.2).

L-użu ta’ sejħiet miftuħa għal studji, pubblikazzjonijiet u tixrid ta’ tagħrif ta' appoġġ għall-istrateġija dwar il-benessri tal-annimali b’massimu ta’ EUR 210 000 (1.3.3).

Użu ta' kuntratti ta' qafas għall-aġġornament tas-Sistema ta' Notifika għall-Mard tal-Annimali (ADNS) bit-titjib tekniku neċessarju sa massimu ta' EUR 350 000 (1.3.4).

Użu ta' kuntratti ta' qafas għall-ospitar, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata TRACES (Trade Control and Expert System) sa massimu ta' EUR 1 975 000 (1.3.5).

L-użu ta’ kuntratt ta’ qafas għat-twettiq ta’ studji biex isostnu rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-effettività fl-infiq tal-implimentazzjoni ta’ programmi għall-kontroll tal-qerda u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali b’massimu kumplessiv ta’ EUR 100 000 (1.3.6).

1.2.   Għotjiet

1.2.1.   Konferenzi Globali dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi, il-kontroll tal-idrofobija u l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u Seminars Reġjonali dwar sistemi ta' informazzjoni sanitarja, il-benessri tal-annimali u s-sigurtà fl-ikel bi produzzjoni mill-annimali

Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

ENTITÀ TA' IMPLIMENTAZZJONI

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) hija organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja. Sabiex jittejjeb l-istatus tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja u għaldaqstant jitbaxxa r-riskju ta' mard mill-annimali fl-UE, huwa importanti li l-approċċ tal-UE għas-saħħa u l-benessri tal-annimali jitqassam mal-pajjiżi membri kollha tal-OIE u li l-UE tappoġġja attivament Konferenzi u seminars ta' taħriġ organizzati mill-OIE sabiex tiġi promossa l-politika ta' saħħa u benessri tal-annimali tal-Unjoni fl-okkażjoni.

Skont l-Artikolu 168(1)(c) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, jistgħu jingħataw għotjiet jew kontribuzzjonijiet mingħajr sejħa għal proposti fil-każ ta’ korpi b’monopolju de facto. Bħala entità li tfassal l-istandards skont il-Ftehim WTO/SPS, u bħala l-organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa u l-benessri tal-annimali madwar id-dinja permezz tal-implimentazzjoni tal-istandards tagħha, l-OIE għandha monopolju de facto f'dan is-settur u b'hekk mhix meħtieġa sejħa għal proposti għall-UE biex tikkontribwixxi għall-organizzazzjoni tal-Konferenzi Dinjin u Seminars Reġjonali dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali.

Fis-7 ta' Ġunju 2010 l-Kummissjoni u l-OIE ffirmaw Ftehim Qafas li jistipula l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji għall-kooperazzjoni tagħhom (mehmuża hawnhekk), fejn il-“Ftehim ta' Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Organizzazzjoni Internazzjonali” (il-“Ftehim ta' Kontribuzzjoni Standard” jew “SCA”) japplika għal programmi globali, reġjonali jew nazzjonali u azzjonijiet amministrati mill-OIE u ffinanzjati jew ikkofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Il-Ftehim Qafas (FA) ġie ffirmat mid-DĠ AIDCO, f'isem il-Kummissjoni. Valutazzjoni kompleta u sħiħa tal-OIE kienet diġà saret preċedentement, permezz ta' “valutazzjoni fuq erba' pilastri” li stabbilixxiet li l-OIE applika, fil-proċeduri tal-kontijiet, tal-verifika, tal-kontroll u tal-akkwisti, standards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati internazzjonalment.

GĦANIJIET LI JRIDU JIĠU SODISFATTI U RIŻULTATI PREVISTI

Li l-approċċ tal-UE għas-saħħa u l-benessri tal-annimali jkun kondiviż mal-membri tal-OIE permezz tal-promozzjoni tal-politika tas-saħħa u l-benessri tal-annimali tal-Unjoni fl-okkażjoni ta' konferenzi u seminars ta' taħriġ organizzati mill-OIE. Eventwalment biex l-istatus tas-saħħa tal-annimali mad-dinja kollha jitjieb u għaldaqstant jitnaqqas ir-riskju ta' mard tal-annimali fl-UE.

DESKRIZZJONI U GĦANIJIET TAL-MIŻURA TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet differenti li jridu jiġu ffinanzjati taħt dan il-punt jinstabu fl-Anness II.

IMPLIMENTAZZJONI

Ġestjoni konġunta

KONĊESSJONI DIRETTA: ART. 168.1.C

AMMONT INDIKATTIV TAL-KONTRIBUZZJONI

EUR 660 000

RATA MASSIMA POSSIBBLI TA’ KOFINANZJAMENT

Mhux applikabbli

1.3.   Akkwist

L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti ta’ akkwisti fl-2011 jammonta għal EUR 4 710 000.

1.3.1.   Pubblikazzjonijiet u tixrid ta’ tagħrif biex jippromwovu kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali u l-prinċipji tal-Istrateġija tas-Saħħa tal-Annimali

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Konklużjoni ta' tal-inqas erba' kuntratti ta’ servizzi speċifiċi (l-użu ta’ kuntratti ta’ qafas eżistenti).

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

L-iżvilupp ta' kampanja ta' komunikazzjoni għall-Ġimgħa Veterinarja tal-UE 2011 sabiex tkun promossa l-Politika tal-Unjoni għas-Saħħa tal-Annimali, inklużi avvenimenti, loġistika u materjali promozzjonali.

Stima tal-impatt tal-kampanji ta' Komunikazzjoni 2008-2010 (inklużi, imma mhux esklussivament, il-Konferenza tal-Ġimgħa Veterinarja, il-One Health Roadshow, u l-attivitajiet tas-Sena Veterinarja Dinjija 2011).

Traduzzjoni u aġġornament ulterjuri tal-ktejjeb onlajn dwar il-prevenzjoni tal-idrofobija.

Xogħol preliminari bi tħejjija għall-Ġimgħa Veterinarja tal-UE 2012.

IMPLIMENTAZZJONI

Ċentralizzata diretta

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

L-ewwel nofs tal-2011

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 1 500 000

KUNTRATT SPEĊIFIKU (JEKK APPLIKABBLI)

Konklużjoni ta’ tal-inqas erba' kuntratti ta’ servizzi speċifiċi taħt ir-referenza ta’ kuntratt qafas SANCO/2009/A1/005

1.3.2.   Studju ta' appoġġ għall-politika attwali dwar il-benessri tal-annimali u l-manutenzjoni tal-għodod ta' komunikazzjoni eżistenti (kuntratti qafas)

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikoli 20 u 23 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Massimu ta’ sitt kuntratti ta’ servizz (bl-użu ta’ kuntratt qafas).

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

(a)

Studju dwar il-benessri tal-ħut ikkultivat;

(b)

L-organizzazzjoni jew il-koorganizzazzjoni ta' massimu ta' erba' avvenimenti għall-promozzjoni tal-istandards tal-benessri tal-annimali tal-UE għal implimentazzjoni aħjar fl-UE;

(c)

Manutenzjoni tal-websajts speċifiċi eżistenti dwar il-benessri tal-annimali Farmland u Animal Welfare Education;

(d)

Produzzjoni tal-pubblikazzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali.

IMPLIMENTAZZJONI

Ċentralizzata diretta

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

Lulju 2011

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 575 000

KUNTRATTI SPEĊIFIĊI

Konklużjoni ta' massimu ta' ħames kuntratti ta' servizzi speċifiċi bir-referenza tal-kuntratt qafas SANCO/2009/A1/005 Lottijiet 1 u 2, u konklużjoni ta' kuntratt ta' servizz speċifiku skont ir-referenza tal-kuntratt qafas SANCO/2008/01/055, Lott 3.

1.3.3.   Studju u avveniment li jappoġġjaw il-politika attwali dwar il-benessri tal-annimali (sejħiet miftuħa għall-offerti)

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikoli 20 u 23 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Massimu ta' żewġ kuntratti ta' servizz (sejħa miftuħa għall-offerti).

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

(a)

Studju li jappoġġja r-rapport dwar is-sistemi li jirrestrinġu lill-annimali bovini permezz ta' inversjoni jew kwalunkwe pożizzjoni mhux naturali mitlub mill-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla;

(b)

Koorganizzazzjoni ta' avveniment li jippromwovi fehim reċiproku tal-benessri tal-annimali barra l-UE.

IMPLIMENTAZZJONI

Ċentralizzata diretta

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

Lulju 2011

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 210 000

KUNTRATTI SPEĊIFIĊI

Konklużjoni ta' massimu ta' tliet sejħiet miftuħa għall-offerti.

1.3.4.   Is-Sistema ta’ Notifika dwar il-Mard tal-Annimali (ADNS)

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikolu 35(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Massimu ta’ tliet kuntratti ta’ servizz (l-użu ta’ kuntratti ta’ qafas eżistenti)

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

L-għan ta' dan il-kuntratt ta' akkwist huwa:

(a)

Il-ħidma li għaddejja bħalissa dwar is-sistema ADNS

(b)

Ikklassifikar: użu aħjar mill-għodod ta' kklassifikar

(c)

Liċenzji u appoġġ

IMPLIMENTAZZJONI

Ċentralizzata diretta

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

Diġà esegwit mid-DIGIT

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 350 000

KUNTRATT SPEĊIFIKU

Konklużjoni ta' massimu ta' tliet kuntratti ta' servizz speċifiku (matul l-2011) skont ir-referenza tal-kuntratt qafas DI 5710-5750

1.3.5.   L-ospitar, il-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata TRACES (Trade Control and Expert System)

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Bosta kuntratti ta' servizzi (l-użu tal-kuntratti qafas eżistenti)

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

(a)

EUR 1 925 000 għall-ospitar, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tas-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata TRACES (Trade Control and Expert System), għall-appoġġ loġistiku f'għajnuna lil min juża t-TRACES, kontribuzzjoni għal servizzi ċentrali, komunikazzjoni, websajt, sigurtà u xiri (manutenzjoni u appoġġ) ta' liċenzji ta' softwer

(b)

EUR 50 000 għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' pjattaforma informatika għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-bażijiet ta' dejta nazzjonali dwar il-bovini, flimkien maċ-ċertifikazzjoni permezz ta' TRACES

IMPLIMENTAZZJONI

Ċentralizzata diretta

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

Kuntratti Qafas Iffirmati għal kollox ħlief il-ftehim Amministrattiv mad-DIGIT għall-ospitar.

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 1 975 000 (il-parti ta' EUR 140 miljun ESP DESIS I u II (Servizzi ta' żvilupp tal-IT mid-DIGIT))

KUNTRATT SPEĊIFIKU

Konklużjoni ta’ bosta kuntratti ta’ servizzi speċifiċi (matul l-ewwel semestru tal-2011) taħt ir-referenzi ta’ kuntratt qafas DIGIT.

1.3.6.   It-twettiq ta’ studji biex isostnu rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-effettività fl-infiq tal-implimentazzjoni ta’ programmi għall-kontroll tal-qerda u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali.

BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE

LINJA BAĠITARJA

17 04 02 01

NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI

Żewġ kuntratti ta' servizzi (użu ta' kuntratt qafas eżistenti) ĠU L 313, 28.11.2009, p. 129.

SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)

It-tħejjija ta' studji bħala input għall-finalizzazzjoni tar-rapport kif imsemmi fl-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE.

IMPLIMENTAZZJONI

Ċentralizzata diretta

PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST

It-tieni semestru tal-2011.

AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI

EUR 100 000

KUNTRATT SPEĊIFIKU

Konklużjoni ta’ żewġ kuntratti ta’ servizzi speċifiċi (matul l-ewwel semestru tal-2011) taħt ir-referenza ta’ kuntratt qafas SANCO/2008/01/055.


ANNESS II

Taqsira tal-attivitajiet li jridu jiġu organizzati mill-OIE fl-2011, kif imsemmi fil-punt 1.2.1 tal-Anness I

Attività

Post

Dati (2011)

1.

Konferenzi Globali

1.1.

Programmi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi u l-benefiċċju għas-sigurtà globali fl-ikel

Il-Belt tal-Panama

(il-Panama)

27-29 ta’ Ġunju 2011

1.2.

Kontroll tal-Idrofobija

Seoul

(Ir-Repubblika tal-Korea)

7-9 ta' Settembru 2011

1.3.

It-tieni Konferenza Internazzjonali dwar il-Marda tal-Ilsien u d-Dwiefer: “It-triq lejn Kontroll Globali”

It-Tajlandja

L-ewwel semestru tal-2012

2.

Seminars u Laqgħat ta' Ħidma

2.1.

Seminar reġjonali tal-Ewropa (Ir-Reġjun tal-OIE) għall-Punti Fokali Nazzjonali tal-OIE għal sistemi ta' informazzjoni sanitarja (WAHIS/WAHID)

Vladimir

(Ir-Russja)

15-17 ta’ Ġunju 2011

2.2.

Seminar reġjonali tal-Ewropa (Ir-Reġjun tal-OIE) għall-Punti Fokali Nazzjonali għall-Benessri tal-Annimali tal-OIE marbuta mal-istrateġija għall-Benessri tal-Annimali għall-Ewropa

Kiev

(l-Ukraina)

id-data għad trid tiġi kkonfermata

2.3.

Seminar reġjonali tal-Ewropa (Ir-Reġjun tal-OIE) għall-Punti Fokali Nazzjonali tal-OIE għas-sigurtà fl-ikel bi produzzjoni mill-annimali

L-Italja

7-11 ta' Novembru 2011


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' April 2011 dwar abbozz ta' deċiżjoni li tirrigwarda l-Każ COMP/39.579 – Deterġenti għall-Konsumaturi

Rapporteur: L-Ungerija

2011/C 193/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-komportament antikompetittiv kopert mid-deċiżjoni abbozz jikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni dwar l-ambitu tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew tal-prattika miftiehma.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati tal-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur waħdieni u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kellhom il-ħila li jolqtu b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dewmien tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-deċiżjoni abbozz tal-Kummissjoni dwar id-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-deċiżjoni abbozz.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti jew ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Avviż dwar il-Klemenza tal-2006.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żieda speċifika fl-ammont bażiku tal-multi, għal wieħed mid-destinatarji tad-Deċiżjoni, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm effett ta’ deterrenza suffiċjenti.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti tal-multi u t-tnaqqis minnhom fuq il-bażi tal-Avviż tal-Kummissjoni tal-2006 dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi skont in-Notifika ta' Risolviment.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

17.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/12


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

COMP/39.579 – Deterġenti għall-Konsumaturi

2011/C 193/05

Din il-proċedura ta’ riżolviment tikkonċerna kartell bejn l-impriżi Henkel, Procter & Gamble (“P&G”) u Unilever li għandhom l-għan ta' stabbilizzazzjoni tal-pożizzjonijiet tas-suq u koordinazzjoni tal-prezz fis-suq ta' deterġenti heavy duty fil-forma ta' trab għall-ħwejjeġ intenzjonati għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u mibjugħa lill-konsumaturi. Il-ksur ġenerali tal-kartell kopra l-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi u dam mis-7 ta' Jannar 2002 sat-8 ta' Marzu 2005.

Sfond

Il-każ beda wara applikazzjoni għall-immunità li ġiet sottomessa minn Henkel f'Mejju 2008 li ngħatat immunità kondizzjonali mill-multi fit-12 ta’ Ġunju 2008. Sussegwentement, ġew organizzati spezzjonijiet f'Lulju 2008 fil-post ta' numru ta' manifatturi tad-deterġenti, inkluż P&G u Unilever. Aktar spezzjonijiet twettqu fil-post ta' Unilever f'April 2009. P&G u Unilever applikaw għall-klemenza f'Settembru 2008 u f'Ottubru 2009 rispettivament.

Il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) fil-21 ta' Diċembru 2009. Fit-23 ta’ Diċembru 2009, it-tliet partijiet ġew mistiedna formalment biex jindikaw bil-miktub jekk kinux lesti li jidħlu għal diskussjonijiet bl-iskop li jressqu sottomissjonijiet għal riżolviment (3). Il-partijiet kollha aċċettaw l-istedina u segwew diskussjonijiet għal riżolviment bilaterali mad-DĠ tal-Kompetizzjoni.

Il-Proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim

Id-diskussjonijiet għal riżolviment ġew organizzati fi tliet fażijiet ewlenin bejn Ġunju 2010 u Jannar 2011 u matul dan il-perjodu kien hemm tliet sensiliet ta’ laqgħat bilaterali formali bejn il-Kummissjoni u kull waħda mill-partijiet.

Matul dawn il-laqgħat, il-partijiet ġew infurmati bil-fomm bl-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi li tressaq kontrihom kif ukoll bil-provi li kienu jsostnu dawn l-oġġezzjonijiet. Wara l-ewwel laqgħa f'Ġunju 2010, il-partijiet ingħataw aċċess għall-provi u d-dikjarazzjonijiet orali rilevanti fil-binjiet tad-DĠ tal-Kompetizzjoni. Il-partijiet ingħataw ukoll aċċess għal-lista tad-dokumenti kollha fil-fajl tal-Kummissjoni u kopja tal-evidenza li kienet diġà ntweriet lilhom biex tippermetti l-pożizzjoni tagħhom dwar perjodu ta' żmien jew aspett ieħor tal-kartell. Henkel u Unilever talbu għal aċċess ulterjuri għall-fajl tal-Kummissjoni, liema aċċess tqies ġustifikat u ġie permess. Il-partijiet ġew provduti wkoll b'estimi tas-sensiela tal-multi li probabbilment kienu se jiġu imposti mill-Kummissjoni fi ħdan il-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim.

Fl-aħħar tat-tielet sensiela ta' laqgħat, il-partijiet issottomettew lill-Kummissjoni t-talba formali tagħhom ta' riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4). F'dawn is-sottomissjonijiet ta' riżolviment, Henkel, P&G u Unilever għarfu b'mod ċar u inekwivoku r-responsabbiltà rispettiva tagħhom għal ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, il-kumpaniji parenti tat-tliet partijiet Henkel, P&G u Unilever għarfu b'mod ċar u inekwivoku li huma responsabbli għall-komportament tas-sussidjarji tagħhom li kienu involuti fil-kartell. Fis-sottomissjonijiet għal riżolviment il-partijiet ikkonfermaw ukoll li (i) huma kienu ġew infurmati b’mod suffiċjenti dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi li tressaq kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwarhom, (ii) li ma kinux qed jipprevedu li jitolbu aċċess għall-fajl jew li jinstemgħu matul seduta orali, sakemm id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u d-Deċiżjoni finali tkun tirriffletti s-sottomissjonijiet għal riżolviment tagħhom u (iii) li kienu qablu li jirċievu d-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet (DO) u d-Deċiżjoni finali bl-Ingliż.

Fid-9 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni adottat id-DO li tirrifletti s-sottomissjonijiet għal riżolviment tal-partijiet, liema dikjarazzjoni ġiet notifikata lill-partijiet fil-binjiet tad-DĠ tal-Kompetizzjoni.

Fit-tweġiba tagħhom il-partijiet kollha kkonfermaw li d-DO kienet tikkorrispondi mal-kontenut tas-sottomissjonijiet għal riżolviment u li huma jibqgħu impenjati fil-proċedura ta’ riżolviment tat-tilwim. Il-Kummissjoni setgħat għalhekk tipproċedi għal deċiżjoni skont l-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

L-abbozz ta' Deċiżjoni

L-abbozz ta’ Deċiżjoni jikkonferma l-oġġezzjonijiet imsemmija fid-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u għaldaqstant jirrifletti wkoll is-sottomissjonijiet għal riżolviment rispettivi tal-partijiet. Għaldaqstant, l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrigwarda biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tagħhom.

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta' hawn fuq u tal-fatt li l-partijiet ma indirizzaw l-ebda kwistjoni dwar l-aċċess għall-fajl jew id-drittijiet tad-difiża tagħhom lili jew lill-membru tal-Uffiċċju għas-Seduti li attenda l-laqgħat għal riżolviment, jiena nqis li f’dan il-każ id-dritt tal-partijiet kollha fil-proċedimenti li jinstemgħu ġie rispettat.

Brussell, it-12 ta’ April 2011.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ riferenza ta’ Uffiċjali tas-Seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.06.2001, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 773/2004, fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3, u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli , ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/14


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ April 2011

li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/39.579 – deterġenti għall-konsumaturi)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2528 finali)

(It-test bil-ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 193/06

Fit-13 ta’ April 2011, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) l-Kummissjoni b'dan qiegħda tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kuntest ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tal-interessi kummerċjali tagħhom.

1.   DAĦLA

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil 5 kumpaniji u tirrelata ma' ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Dan il-każ kien ikkawżat minn applikazzjoni għall-immunità li tressqet fit-13 ta' Mejju 2008 mill-Henkel. F'Ġunju 2008 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda u l-P&G applikat għall-klemenza fit-8 ta' Settembru 2008. Fit-2 ta' Ottubru 2009 applikat għall-klemenza l-Unilever. L-ewwel talba għall-informazzjoni ntbagħtet fl-2008 u fi stadji aktar tard intbagħtu sensiela ta' talbiet għall-informazzjoni.

(3)

F'dan il-każ ġiet applikata l-proċedura għar-riżolviment (2). Id-diskussjonijiet għar-riżolviment seħħew minn Ġunju 2010 'l quddiem, wara li l-kumpaniji indikaw li kienu lesti jieħdu sehem f'tali diskussjonijiet. Imbagħad, f'Jannar 2011, ilkoll kemm huma introduċew sottomissjonijiet formali ta' riżolviment li fihom irrikonoxxew b'mod ċar u mingħajr dubju r-responsabbiltà rispettiva tagħhom għall-ksur. Sussegwentement, ġiet notifikata lilhom Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet li tirrifletti s-sottomissjonijiet tal-partijiet, u l-partijiet kollha kkonfermaw li l-kontenut tagħha kien rilevanti għas-sottomissjonijiet tagħhom u li kienu għadhom interessati fil-proċedura għar-riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-11 ta' April 2011 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-13 ta' April 2011.

2.2.   Sommarju tal-ksur

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-ksur wieħed u kontinwu, li fih ħadu sehem id-destinatarji ta' din id-Deċiżjoni, jirrigwarda deterġenti reżistenti f'forma ta' trab tal-ħasil tal-ħwejjeġ maħsubin għall-ħasil bil-magni u mibjugħin lill-konsumaturi (“trab tal-ħasil reżistenti li ma jirgħax ħafna”) u kien ikopri l-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Il-ksur kellu l-għan li jistabbilizza l-pożizzjonijiet fis-suq u li jikkordina l-prezzijiet u, għaldaqstant. Instab li kellu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni.

(5)

Il-ksur huwa marbut mat-twettiq ta' inizjattiva ambjentali li b'riżultat tagħha ġie implimentat tnaqqis tad-dożaġġ u tal-piż tat-trab tal-ħasil reżistenti li ma jirgħax ħafna u tal-materjal korrispondenti tal-ippakkjar (l-“inizjattiva AISE”). Għalkemm din l-inizjattiva la pprevediet diskussjonijiet dwar il-prezzijiet u lanqas kienet teħtieġhom, il-ftehimiet u d-diskussjonijiet fost l-industrija fl-okkażjoni tal-inizjattiva wasslu għal imġiba antikompetittiva fost il-Henkel, il-P&G u l-Unilever.

(6)

Il-Henkel, il-P&G u l-Unilever fittxew li jakkwistaw l-istabbilizzazzjoni tas-suq billi jiżguraw li l-ebda waħda minnhom ma tuża l-inizjattiva ambjentali biex tikseb vantaġġ kompetittiv fuq il-bqija u li l-pożizzjonijiet fis-suq jibqgħu fl-istess livell kif kienu qabel it-teħid ta' azzjonijiet bħala parti mill-inizjattiva ambjentali (b'mod partikulari l-kumpattezza tal-prodotti).

(7)

Rigward il-prezzijiet, il-Henkel, il-P&G u l-Unilever ħadu sehem fil-prattiki antikompetittivi li ġejjin:

L-ewwel nett, qablu dwar żidiet indiretti fil-prezzijiet. Fil-prattika, il-partijiet qablu li jżommu l-prezz mhux mibdul matul l-implimentazzjoni tal-fażijiet differenti tal-inizjattiva ambjentali. B'mod partikulari, il-partijiet qablu li ma jbaxxux il-prezzijiet meta l-prodotti saru «kompatti» (fi kliem ieħor, meta l-piż tal-prodotti tagħhom tnaqqas), meta l-kwantità tal-prodott ġiet irridimensjonata (fi kliem ieħor, meta l-volum tal-prodott tnaqqas) jew f'xi okkażjonijiet meta kollettivament naqqsu l-għadd ta' miżuri (fi kliem ieħor, ta' ħasliet ta' ħwejjeġ) li wieħed jista' joħroġ minn kull pakkett.

It-tieni nett, qablu li jirrestrinġu l-attività promozzjonali tagħhom, u dan ukoll huwa meqjus bħala forma ta' kollużjoni dwar il-prezzijiet. B'mod partikulari, il-partijiet qablu li jeskludu tipi speċifiċi ta' promozzjonijiet matul l-implimentazzjoni tal-fażijiet differenti tal-inizjattiva ambjentali.

It-tielet nett, il-partijiet qablu dwar żieda diretta fil-prezzijiet lejn tmiem l-2004, li kienet immirata lejn swieq speċifiċi, u li kellha tiġi implimentata skont l-ordni ta' kemm il-kumpaniji għandhom sehem fis-suq, jiġifieri l-kumpanija li tbiegħ l-aktar timplimenta l-ewwel u l-oħrajn isegwu.

Barra minn dan, il-partijiet skambjaw tagħrif sensittiv dwar il-prezzijiet u dwar il-kundizzjonijiet tal-kummerċ, u b'hekk iffaċilitaw id-diversi forom ta' kollużjoni dwar il-prezzijiet.

2.3.   Destinatarji u tul tal-ksur

(8)

L-impriżi li ġejjin huma miżmumin responsabbli għal ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE mis-7 ta' Jannar 2002 sat-8 ta' Marzu 2005.

(a)

Henkel AG & Co. KGaA (3),

(b)

The Procter & Gamble Company (4),

(c)

Procter & Gamble International Sàrl (5),

(d)

Unilever PLC (6) u

(e)

Unilever NV (7).

2.4.   Rimedji

(9)

Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni tirreferi għall-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tagħha tal-2006 dwar il-Multi (8). Tapplika wkoll id-dispożizzjonijiet tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006 (9) u tan-Notifika ta' Riżolviment (10).

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(10)

L-ammonti bażiċi tal-multa għal kull parti jirriżultaw mill-għadd flimkien ta' ammont varjabbli u ta' ammont addizzjonali. L-ammont varjabbli jirriżulta minn persentaġġ ta' sa 30 % tal-valur tal-bejgħ rilevanti tal-impriża, skont kemm ikun gravi l-ksur, immultiplikat bin-numru ta' snin kemm l-impriża tkun ipparteċipat fil-ksur. L-ammont addizzjonali jiġi kkalkulat bħala persentaġġ bejn 15 % u 25 % tal-valur tal-bejgħ rilevanti tal-impriża, irrispettivament minn kemm ikun it-tul ta' żmien.

(11)

L-ammont varjabbli tal-multa huwa ffissat għal 16 % tal-valur tal-bejgħ rilevanti tal-impriża. Il-valur rilevanti tal-bejgħ huwa l-bejgħ bl-imnut mill-impriża ta' trab tal-ħasil reżistenti li ma jirgħax ħafna ġġenerat fit-tmien Stati Membri koperti mill-ksur: Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi. Dan l-ammont huwa mmultiplikat bin-numru ta' snin kemm ikun dam sejjer il-ksur. Anki l-persentaġġ li għandu jiġi applikat għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont addizzjonali huwa ffissat bħala 16 %.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkostanzi aggravanti

(12)

M'hemm l-ebda ċirkustanzi aggravanti f'dan il-każ

2.4.2.2.   Ċirkustanzi li jimmitigaw

(13)

M'hemm l-ebda ċirkustanzi li jimmitigaw f'dan il-każ

2.4.2.3.   Żieda speċifika għal skop dissważiv

(14)

Skont il-punt 30 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi, tiġi applikata żieda speċifika tal-ammont bażiku tal-multi għal waħda mill-impriżi, fuq il-bażi tal-kobor tal-impriża kkonċernata.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(15)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistipula li l-multa imposta fuq kull impriża m'għandhiex tkun iktar minn 10 % tal-fatturat totali tagħha fuq is-sena preċedenti tad-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. F'dan il-każ mhux meħtieġ li jiġu aġġustati l-ammonti fid-dawl tal-fatturat tal-impriżi.

2.4.4.   Applikazzjoni għall-Avviż ta' Klemenza tal-2006

(16)

Il-Henkel ressqet applikazzjoni għall-immunità fit-13 ta' Mejju 2008 skont l-Avviż ta' Klemenza. Il-Henkel kienet l-ewwel impriża li għarrfet lill-Kummissjoni dwar il-kartell preżenti rigward it-trab tal-ħasil reżistenti li ma jirgħax ħafna, u ngħatat immunità bil-kundizzjonijiet mill-multi. Il-koperazzjoni tal-Henkel issodisfat ir-rekwiżiti li hemm fl-Avviż ta' Klemenza. Għaldaqstant, il-Henkel qed tingħata l-immunità mill-multi f'dan il-każ.

(17)

Meta wieħed iqis kemm il-kwalità tal-applikazzjoni tagħha għall-klemenza kif ukoll il-koperazzjoni f'waqtha tagħha sa mill-bidu tal-istħarriġ, il-P&G qed tingħata t-tnaqqis massimu previst għall-ewwel impriża li tipprovdi valur miżjud sinifikanti, jiġifieri tnaqqis ta' 50 %. Meta wieħed iqis il-kwalità tal-applikazzjoni tagħha u ż-żmien meta ntbagħtet, il-Unilever qed tingħata tnaqqis ta' 25 %.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(18)

Skont il-Punt 32 tan-Notifika ta’ Riżolviment, il-kumpens għar-riżolviment jirriżulta fi tnaqqis ta’ 10 % tal-ammont tal-multa imposta wara li jiġi applikat il-limitu ta’ 10 % skont il-Linji Gwida dwar il-multi. F'każi li fihom sar riżolviment ma' impriżi li jkunu talbu għall-klemenza, it-tnaqqis fil-multa li jkun ingħatalhom għar-riżolviment qed jiġi miżjud mal-kumpens mogħti skont il-punt 33 tan-Notifika ta’ Riżolviment. Konsegwentement, l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta huwa mnaqqas b'10 %.

3.   MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI

(19)

Għall-ksur wieħed u kontinwu li ġie trattat f'din id-Deċiżjoni, ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Fuq Henkel AG & Co. KGaA, EUR 0;

(b)

Fuq il-Procter & Gamble Company u l-Procter & Gamble International Sàrl, in solidum: EUR 211 200 000;

(c)

Fuq il-Unilever PLC u l-Unilever NV, in solidum: EUR 104 000 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 tat-30 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 773/2004, fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3) u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-imġiba tal-proċeduri għar-riżolviment fir-rigward tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f'każi ta' kartelli (Ġurnal Uffiċjali C 167, 2.7.2008, p. 1).

(3)  Henkel AG & Co. KGaA hija miżmuma responsabbli għall-imġiba tagħha nnifisha u għall-kondotta tas-sussidjarji rilevanti tagħha.

(4)  The Procter & Gamble Company u Procter & Gamble International Sàrl huma meqjusin responsabbli, in solidum, għall-kondotta tas-sussidjarju rilevanti tagħhom.

(5)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 4.

(6)  Unilever PLC u Unilever NV huma meqjusin responsabbli, in solidum, għall-imġiba tagħhom infushom u għall-kondotta tas-sussidjarji rilevanti tagħhom.

(7)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 6.

(8)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(9)  ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17.

(10)  Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/17


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 193/07

Stat Membru

Franza

Rotot ikkonċernati

Rennes–Mulhouse

Rennes–Toulouse

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Revoka

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif u/jew id-dokumenti kollha rilevanti marbutin mal-obbligi ta' servizz pubbliku

Arrêté du 6 juin 2011 relatif à l’abrogation des obligations de service public imposées sur les services aériens réguliers entre Rennes, d’une part, Mulhouse et Toulouse, d’autre part (Digriet tas-6 ta' Ġunju 2011 dwar ir-revoka tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Rennes u Mulhouse u bejn Rennes u Toulouse)

NOR: DEVA1115300A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Għal aktar informazzjoni:

Direction générale de l'aviation civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris Cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

Posta elettronika: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/18


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/16/11

Taħt il-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (LLP)

Li Jippromwovi l-Integrazzjoni ta’ Roma fi u permezz tal-Edukazzjoni

2011/C 193/08

1.   Objettivi

L-objettivi tas-sejħa għall-proposti huma:

Li tappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni trans-nazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri edukattivi magħqudin koerenti u komprensivi u miżuri ta’ politika oħrajn sabiex jogħlew il-parteċipazzjoni u l-livelli ta’ kisba tal-istudenti Roma fl-edukazzjoni ġenerali u fil-VET;

Li jappoġġaw attivitajiet ta’ netwerk sabiex titqajjem sensibilizzazzjoni tal-esperjenzi l-aktar ta’ suċċess, miżuri edukattivi magħqudin u miżuri ta’ politika oħrajn għall-integrazzjoni soċjali tat-tfal u tal-istudenti Roma.

Din is-sejħa hija bbażata fuq id-Deċiżjoni tal-LLP li tkopri l-perjodu 2007 sal-2013. L-objettivi speċifiċi tal-LLP huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni (1).

2.   Applikanti Eleġibbli

Il-benefiċjarji jistgħu jkunu NGOs li jaħdmu għall-integrazzjoni ta’ Roma, korpi pubbliċi oħrajn u organizzazzjonijiet ta’ dawk li għandhom interess, ministeri nazzjonali responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ, skejjel, korpi ta’ taħriġ oħrajn li joperaw fl-Istati Membri.

L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropa,

il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera,

pajjiżi kandidati: il-Kroazja, il-Turkija.

3.   Attivitajiet Eliġibbli u Tul

Taħriġ ta’ għalliema u ta’ medjaturi komunitarji;

Proġetti ta’ kooperazzjoni għall-bini tal-kapaċità;

Proġetti ta’ kooperazzjoni (eż. tagħlim konġunt u tal-pari, estensjoni, amplifikazzjoni jew ġeneralizzazzjoni tal-aqwa prattiki pedagoġiċi, rimedjali u ta’ tutela);

Azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u disseminazzjoni, li jistgħu jinkludu wkoll opportunitajiet indaqs u edukazzjoni sa karatteristiċi ta’ ċittadinanza;

Netwerking;

Il-tul massimu tal-proġett huwa ta’ 12-il xahar. L-attivitajiet iridu jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Marzu 2012.

4.   Kriterji għall-Għoti

Applikazzjonijiet eliġibbli ser jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji għall-għoti li ġejjin:

Rilevanza (valur ta’ 40 %);

Il-kwalità tal-pjan ta’ azzjonijiet (valur ta’ 10 %);

Il-metodoloġija (valur ta’ 10 %);

Konsorzju (valur ta’ 10 %);

Proporzjon Kost-Benefiċċju (valur ta’ 10 %);

Valur Miżjud ta’ Impatt u Ewropew (valur ta’ 10 %);

Kwalità tal-Pjan ta’ Valorizzazzjoni (Disseminazzjoni u Użu tar-Riżultati) (valur ta’ 10 %).

5.   Baġit

Il-baġit totali riżervat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 584 000 b’għotja massima ta’ EUR 150 000 għal kull proġett.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

Id-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija s-16 ta’ Settembru 2011 (it-timbru tal-posta jservi bħala prova tad-data tal-impustar).

7.   Dettalji Sħaħ

Linji gwida dettaljati għas-sejħa għall-proposti u l-pakkett tal-applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit elettroniku li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2011/call_roma_2011_en.php

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi bl-użu tal-formoli pprovduti u għandu jkollhom l-annessi u l-informazzjoni rilevanti kif meħtieġ fil-linji gwida ddettaljati.


(1)  Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja. Ara http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=ĠU:L:2006:327:0045:0068:MT:PDF


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6275 – BNP Paribas/BNL Vita)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 193/09

1.

Fit-23 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li biha l-impriża BNP Paribas SA (“BNPP”, Franza), permezz tas-sussidjarja kollha kemm hi tagħha Cardif Assicurazioni SpA (“Cardif Assicurazioni”, l-Italja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni tal-impriża BNL Vita SpA (“BNL Vita”, l-Italja) kollha kemm hi, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal BNPP: operazzjonijiet bankarji u assigurazzjoni,

għal BNL Vita: assigurazzjoni fuq il-ħajja fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6275 – BNP Paribas/BNL Vita, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6233 – Fred. Olsen Energy Wind/DONG Energy Power Holding/Novasion/Aalborg Universitet/Universal Foundation)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 193/10

1.

Fl-23 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi FOEW (parti mill-grupp Fred. Olsen Energy li l-kumpanija prinċipali ewlenija tagħha hija Bonheur ASA) (“Bonheur”, in-Norveġja), DONG Energy Power (sussidjarja li hija kollha proprjetà ta’ DONG Energy A/S) (“DONG”, id-Danimarka), Novasion (id-Danimarka), u Aalborg Universitet (id-Danimarka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' MIG Business Development A/S (li għandha tissemma mill-ġdid Universal Foundation, skont it-tranżazzjoni, id-Danimarka) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal MIG Business Development: bejgħ, żvilupp u disinn tal-pedamenti għal turbini tar-riħ 'il barra mix-xtut u arbli meteoroloġiċi,

għal Bonheur: tbaħħir u esplojtazzjoni taż-żejt u l-gass lil hinn mix-xtut,

għal DONG: esplorazzjoni, produzzjoni, ġenerazzjoni, kummerċ, bejgħ u distribuzzjoni tal-enerġija,

għal Novasion: kumpanija holding, li għandha sehem minoritarju f’MIG Business Development,

għal Aalborg Universitet: L-edukazzjoni u r-riċerka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6233 – Fred. Olsen Energy Wind/DONG Energy Power Holding/Novasion/Aalborg Universitet/Universal Foundation, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/22


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 193/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“BÉA DU ROUSSILLON”

Nru tal-KE: FR-PDO-0005-0548-30.03.2006

DPO ( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Servizz kompetenti tal-Istat Membru:

Isem:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz:

51 rue d’Anjou

75008 Paris

FRANCE

Tel.

+33 153898000

Fax

+33 142255797

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Assoċjazzjoni:

Isem:

Syndicat de défense de la pomme de terre primeur du Roussillon

Indirizz:

Marché de Gros

66200 Elne

FRANCE

Tel.

+33 468359768

Fax

+33 468228695

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

produtturi/manifatturi ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, fl-istat naturali jew ipproċessati

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Béa du Roussillon”

4.2.   Deskrizzjoni:

Il-“Béa du Roussillon” hija patata bikrija, jiġifieri patata li tinqala' qabel tkun immaturat għal kollox, mibjugħa friska.

Hija ġejja esklussivament mill-varjetà Béa.

Il-“Béa du Roussillon” għandha forma oblunga u tawwalija, hija ċatta u regolari. Il-qoxra tagħha lixxa u tleqq, ta' kulur isfar ċar, tant hija fina li l-patata tidher imqaxxra. Il-kulur tal-laħma tagħha huwa isfar ċar. Mill-perspettiva tat-togħma, għandha togħma qawwija ta' ħaxix bikri. Fil-ħalq hija kkaratterizzata minn togħma ftit ħelwa u minn aromi intensi ta' ħaxix bikri (qaqoċċ, piżelli, fażola). Il-laħam tal-patata huwa sukkulenti.

Il-“Béa du Roussillon” għandha daqs bejn 17-il millimetru u 65 millimetru u kontenut ta' materja xotta ta' inqas minn 20 % meta tkun ippakkjata.

Il-patata titpoġġa fis-suq bid-denominazzjoni tal-oriġini “Béa du Roussillon” mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju tas-sena li fiha tinqala'.

4.3.   Żona ġeografika:

Il-patata tinbet, tkun ikkultivata, maħsula, magħżula u ppakkjata fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni jiġifieri fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tal-pjanura ta' Roussillon (département des Pyrénées Orientales): Alénya, Argelès-sur-Mer, Baho, Bompas, Canet, Corneilla-la-Rivière, Elne, Latour-Bas-Elne, Le Soler, Ortaffa, Palau-del-Vidre, Perpignan, Pezilla-la-Rivière, Pia, Saint-Cyprien, Saint-Estève, Sainte-Marie, Saleilles, Théza, Torreilles, Villelongue-de-la-Salanque, Villeneuve-de-la-Rivière.

Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata prinċiparjament minn klima Mediterranja tipika, lokalizzazzjoni fuq it-terrazzi alluvjali riċenti tal-kwaternarju fuq art li tiskula u minn pajsaġġi partikolari magħmula mill-bniedem.

Il-patata tinqala' miż-żona ġeografika tal-produzzjoni, f'żona identifikata minn ġonta raba' jew parti minn ġonta raba', kif approvat mill-kumitat nazzjonali tal-prodotti agroalimentari ta' l’Institut National de l'Origine et de la Qualité, waqt is-seduta tad-19 ta' Mejju 2005.

Iż-żona tikkonsisti f'superfiċje ta' 5 500 ettaru fit-22 muniċipalità taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Béa du Roussillon”.

Iż-żona tal-ġonot tar-raba' kif identifikata hija mmarkata fuq il-mapep tar-reġistru tal-artijiet li jinsabu fil-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet ikkonċernati.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Il-patata “Béa du Roussillon” tiġi sorveljata u kkontrollata mill-għalqa sal-prodott finali

Huma identifikati l-operaturi kollha (produtturi u lokalitajiet tal-ħasil, l-għażla u l-ippakkjar), kif ukoll il-mezzi tal-produzzjoni tagħhom li jiffurmaw parti mill-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini. L-operaturi għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta' identifikazzjoni qabel l-1 ta' Novembru tal-ewwel sena tat-talba tad-denominazzjoni. It-traċċabbiltà tal-prodott hija żgurata permezz ta' reġistri (reġistri tal-ħażniet, reġistru tal-kultivazzjoni) u ta' dikjarazzjonijiet li jintraċċaw il-movimenti kollha tal-prodott u tal-operazzjonijiet imwettqa.

Kull operatur li ma jixtieqx jalloka l-mezzi ta' produzzjoni tiegħu jew parti minnhom għad-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata, għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta' intenzjoni li mhux se jalloka l-mezzi ta' produzzjoni inkwistjoni lill-assoċjazzjoni, qabel l-1 ta' Mejju tas-sena tat-tħawwil.

Kull produttur, kull sena wara li tinqala' l-patata, għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-ħsad lill-assoċjazzjoni qabel il-31 ta' Awwissu tas-sena tal-ħsad. L-operaturi li jaqilgħu, jagħżlu u jippakkjaw il-patata għandhom jagħmlu dikjarazzjoni rikapitulattiva tal-kummerċjalizzazzjoni indirizzata lill-grupp qabel il-31 ta' Awwissu tas-sena tal-ħsad.

Din il-proċedura kollha tkun kompluta b'eżami analitiku u organolettiku, li jsir permezz ta' stħarriġ, li jippermetti li tkun żgurata l-kwalità u t-tipiċità tal-prodott. Dan l-eżami jsir fuq lottijiet ta' patata bikrija ppakkjata jew lesta biex tiġi ppakkjata.

4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, tal-ħasil, l-għażla u l-ippakkjar għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata.

It-tekniki tal-kultivazzjoni kif ukoll il-fażijiet tal-ħasil, l-għażla u l-ippakkjar għandhom jikkonformaw mal-metodu tal-produzzjoni u l-konservazzjoni tan-natura bikrija tal-patata, jiġifieri dehra ta' patata mingħajr qoxra.

Il-pjanta ċċertifikata tal-varjetà Béa, qabel tinbet titpoġġa f'kaxex miftuħa, f'serer jew mini mdawlin u arjużi, bejn l-aħħar ta' Diċembru u l-bidu ta' Jannar għal perjodu bejn 4 u 12-il ġimgħa.

It-tħawwil isir fir-raddiet fil-ħamrija mikxufa jew fil-ħamrija mogħttija bit-tiben u għandu jsir bejn il-25 ta' Jannar u l-20 ta' April. Il-pjanti jitħawlu bl-idejn.

Id-densità tat-tħawwil tkun bejn 60 000 u 78 000 pjanta għal kull ettaru għall-pjanti ta' daqs bejn 28 mm u 35 mm. F'dan il-każ, l-ispazju bejn ir-raddiet għandu jkun bejn 70 u 80 ċm u l-ispazju fuq ir-radda għandu jkun bejn 17 u 20 ċm.

Id-densità tat-tħawwil tkun bejn 42 000 u 53 000 pjanta għal kull ettaru għall-pjanti ikbar minn 35 mm. F'dan il-każ, l-ispazju bejn ir-raddiet għandu jkun bejn 70 u 80 ċm u l-ispazju fuq ir-radda għandu jkun bejn 25 u 32 ċm.

It-tkabbir f'serer jew f'mini huwa pprojbit. Huma awtorizzati biss għotjien temporanji kontra l-ġlata u r-riħ.

L-irrigazzjoni permezz ta' kanali, bexx jew irrigazzjoni lokalizzata huma awtorizzati minn meta l-pjanta tkun kibret 100 % sat-tmien (8) ġurnata qabel tinqala'. Dakinhar jew lejliet li l-patata tinqala', jista' jsir bexx fuq ħamrija xotta.

Il-fertilizzazzjoni minerali jew organika permezz tal-bexx hija pprojbita.

Il-kontroll tal-ħaxix ħażin bil-kimika huwa awtorizzat (fil-ħamrija koperta bit-tiben għandha tintuża nofs doża).

Iċ-ċiklu tal-produzzjoni għandu jdum massimu ta' 100 ġurnata. Huwa pprojbit li l-patata titqalleb qabel tinqala'. Il-qtugħ tal-weraq tal-patata biss huwa awtorizzat li jsir fl-istess ġurnata meta tinqala' l-patata. Il-patata tibda tinqala' minn ġonta raba' meta 70 % tat-tuberi jkunu kibru bejn 28 u 55 mm. Il-patata tinqala' bl-idejn jew permezz ta' għodda biex tinqala' l-patata li tissodisfa kriterji definiti magħmula biex jippriservaw l-integrità tal-patata u speċjalment biex ikun evitat li l-patata tinqasam jew taqa'. Il-patata mill-idejn titpoġġa f'kaxex sa massimu ta' 30 kg u tkun ikkunsinnata fl-istess ġurnata li tinqala' fil-lokalitajiet tal-ġbir, ħasil, għażla u ppakkjar.

Ir-rendiment massimu awtorizzat huwa ta' 30 tunnellata netta għal kull ettaru.

Il-patata għandha tinħasel, tingħażel u tkun ippakkjata fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Béa du Roussillon” sabiex tkun ippreservata l-kwalità u l-karatteristiċi ta' din il-ħaxixa friska, fraġli u sensittiva speċjalment għax-xokkijiet u għad-dawl (tinħaraq bix-xemx u tiħdar malajr). Sabiex tkun ikkonservata d-dehra kważi mingħajr qoxra tal-patata “Béa du Roussillon”, din għandha tkun ippakkjata fi żmien 24 siegħa wara li tinqala'. Dan ifisser li l-fażijiet kollha meta l-patata tinħasel u tingħażel għandhom isiru wkoll f'perjodu ta' żmien ristrett. Huwa pprojbit li l-patata tinħasel fl-għalqa. Il-patata għandha tinħasel, tingħażel u tkun ippakkjata skont għarfien lokali u bl-użu ta' makkinarju adattat (għall-ħasil, l-għażla u l-ippakkjar) għal din il-produzzjoni; dawn għandhom l-għan li jevitaw li l-prodott jiġi sottomess għal kwalunkwe xokk. B'dan il-mod, matul il-proċess kollu, it-tuberi ma jaqgħux minn għoli ta' aktar minn 50 ċm. Għal kull waqgħa ogħla minn 30 ċm, it-tuberi jiġu protetti b'ilqugħ jew jaqgħu fuq tapit artab.

Wara l-fażi tal-għażla, it-tuberi “Béa du Roussillon” ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

ikunu sħaħ, jiġifieri mingħajr qsim jew daqqiet li ma jbiddlux id-dehra ta' integrità;

b'saħħithom;

fermi;

ma jkunux xpakkati, jiġifieri ma jkollhomx qsim minħabba l-kobor tagħhom;

nodfa, prattikament mingħajr materjali esterni viżibbli, speċjalment ħamrija mwaħħla;

mingħajr ħsara kkawżata minħabba sħana jew ġlata;

ma ħdarux;

mingħajr diffetti gravi minn ġewwa;

ħielsa minn umdità mhux tas-soltu fuq barra,

mingħajr ebda togħma u/jew riħa barranija.

Minbarra l-kontribuzzjoni għall-preservazzjoni tal-kwalità u tal-karatteristiċi tal-prodott, it-twettiq tal-fażijiet tal-ippakkjar fiż-żona ġeografika jsaħħu l-kontroll tat-traċċibbiltà tal-prodott.

L-ippakkjar: … Il-patata “Béa du Roussillon” għandha tkun ippakkjata f'imballaġġi ta' massimu ta' 15-il kilo. Is-sorveljanza tal-prodott hija ffaċilitata mit-tqegħid ta' dispożittiv fuq kull imballaġġ, li jitlef l-integrità tiegħu wara li jinbigħ lill-konsumatur aħħari. Il-patata tiġi ppakkjata skont id-daqs tagħha kif ġej:

minn 17 sa 28 mm, it-tuberi jistgħu jinbigħu bid-denominazzjoni “grenaille”;

minn 28 sa 65 mm.

Kummerċjalizzazzjoni: Il-patata bid-denominazzjoni tal-oriġini “Béa du Roussillon” titpoġġa fis-suq mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Lulju, iż-żewġ ġranet inklussivi, tas-sena tal-ħsad.

4.6.   Rabta:

Grazzi għas-sistema tal-irrigazzjoni introdotta mill-Viżigoti, u għat-tnixxif u r-reklamazzjoni tal-għadajjar mill-Mori, il-ġonna Hortas ġew ikkultivati kmieni ħafna f'Roussillon

Il-patata bdiet tinżera' fis-seklu XVIII, u fl-1855 kienet tkopri 500 ettaru ta' art.

F'territorju propizju għall-ħxejjex bikrija, grazzi għall-klima mediterranja tiegħu semi-arida, il-varjetà tal-patata Béa ġiet imposta minn meta ssemmiet fil-katalgu tal-1954. Illum, dan il-baċin huwa l-uniku (fi Franza, l-Italjna u Spanja flimkien) li jipproduċi din il-varjetà bikrija.

Il-ħamrija użata għall-kultivazzjoni tal-“Béa du Roussillon” hija identifikabbli faċilment. Hija ħamrija alluvjali li tinsab fuq terrazzi taż-żrar. Hija żviluppata ftit, profonda, permeabbli, bit-tajn jew r-ramel, ratba ħafna u jiskula l-ilma minnha. Din il-ħamrija ma fihix ġebel u żrar li jippermettu t-tkabbir mingħajr intoppi tat-tuberi.

Minbarra l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-ħamrija tagħti lil “Béa du Roussillon” il-karatteristiċi viżwali partikolari tagħha: tawwalija, ċatta, lixxa, safra ċara u tleqq. Kien stabbilit b'mod ċar li f'ħamrija bi strutturi differenti, il-karatteristiċi kienu differenti ħafna (ħarxa u iktar tonda).

Il-“Béa du Roussillon” tibbenefika minn klima strettament mediterranja, semi-arida bi staġun xott distint ħafna. It-temperatura medja tvarja bejn 15 u 16-il grad Ċelsju bi sjuf sħan ħafna u b'medja ta' madwar 2 530 siegħa xemx fis-sena. B'mod ġenerali ma tinżilx ħafna xita, minn 550 sa 650 mm fis-sena, u jvarjaw ħafna skont is-snin u ħafna drabi jkunu tempestużi.

B'ammont ta' sigħat ta' xemx uniku, xitwa mhux kiefra u sajf sħun iżda moderat minħabba li tinsab viċin tal-baħar, il-kundizzjonijiet naturali kollha jippermettu tkabbir armonjuż tal-pjanti u huma propizji għall-kultivazzjoni regolari tat-tuberi.

Ir-riħ mit-Tramuntana li jonfoħ kull ġurnata minn tlieta f'Roussillon ħafna drabi bis-saħħa, seta' kien ta' żvantaġġ, iżda għall-kuntrarju, għandu impatt benefiċjenti fuq il-kultivazzjoni filwaqt li jillimita bl-effett tiegħu, l-iżvilupp ta' mardiet kriptogamiċi li jagħmlu ħsara lill-forma u lin-natura regolari u uniformi tal-“Béa du Roussillon”. Barra minn hekk, l-għarfien tal-bniedem għen jillimita l-impatt tiegħu: sabiex ikunu miġġielda l-impatti diretti tiegħu (ikisser iz-zkuk), id-densitajiet jogħlew sabiex ikun introdott effett ta' massa u l-ġonta raba' tinqasam b'ħafna ċnut li jtaffu l-impatt tar-riħ. Fil-fatt, iż-żerriegħa hija fraġli ħafna fl-ewwel fażi tat-tkabbir, anke jekk din il-varjetà tirreżisti tajjeb ir-riħ minħabba li għandha zkuk ħoxnin u weraq reżistenti ħafna għall-buffuri tar-riħ, ladarba t-tħawwil isir kif suppost.

Il-pajsaġġ inkwistjoni huwa partikolari ħafna b'ġonot żgħar ta' ħamrija, ċnut għoljin u ċirkwit antik ta' kanali għall-irrigazzjoni u biex jiskula l-ilma. Dan il-pajsaġġ, għalkemm mhux statiku, ftit li xejn jinbidel u b'ħafna prekawzjonijiet. Ir-ristrutturar tiegħu iwassal għall-abbandun tal-kultivazzjoni tal-“Béa du Roussillon”.

Fil-livell tal-kultivazzjoni, il-fażi qabel jinbtu hija fażi essenzjali fil-preservazzjoni u l-iżvilupp ta' diversi żrieragħ, fejn it-tħawwil isir bl-idejn b'densità li tinvolvi ħafna żrieragħ. Id-densità togħla sabiex ikunu miġġielda l-effetti tar-riħ. L-irrigazzjoni li għadha ssir permezz tal-kanali hija sostitwita bil-bexx, mod kif ikun iffrankat l-ilma.

Barra minn hekk, l-għarfien tal-produtturi jidher ukoll fil-mod kif tinqala' l-patata. Fil-fatt, il-produtturi ivvintaw mod adattat għall-fraġilità tal-Béa, mod li jaqbad il-patata bil-ħamrija b'kollox għall-kuntrarju tal-metodu klassiku li l-għan tiegħu huwa li jelimina kemm jista' jkun ħamrija minn mal-patata mingħajr konsiderazzjoni tal-preservazzjoni tat-tuberi.

Dan il-mod jippermetti li jkunu evitati x-xokkijiet għal dawn it-tuberi fraġli minħabba li għandhom qoxra fina ħafna. Dawk li jaqilgħu l-patata jaħdmu bil-mod ħafna u b'attenzjoni kbira minħabba li kull patata titpoġġa fil-kaxxa bl-idejn.

Il-fażijiet l-oħra tal-ħasil, l-għażla u l-ippakkajr ukoll isiru bil-mod u b'attenzjoni kbira sabiex ikunu evitati ix-xokkijiet, protetti bi speċi ta' żurżieqa jew ilqugħ tal-plastik fejn jaqaw fihom minn għoli limitat, u jiġu ppakkjati mhux fi xkejjer jew f'xibka tradizzjonali, iżda f'imballaġġ sod li ma jistax ikun iktar minn 15-il kilo sabiex tkun ippreservata l-integrità tat-tuberi.

Il-karatteristiċi analitiċi, viżwali u gustativi tal-“Béa du Roussillon” huma marbuta maż-żona ta' produzzjoni u mal-għarfien espert tal-produtturi. B'dan il-mod, l-analiżi sensorjali mwettqa bejn l-1995 u l-2004 uriet b'mod ċar min-naħa li l-karatteristiċi partikolari tal-patata “Béa du Roussillon” matul is-snin baqgħu stabbli u min-naħa oħra li din il-varjetà ta' patata prodotta banda oħra ma jkollhiex l-istess karatteristiċi. Viżwalment il-patata hija ħoxna, iktar tonda, b'dehra ħarxa u jkollha kulur isfar iktar skur. Il-patata ma jkollhiex ir-riħa ta' ħaxix bikri u hija ħafna inqas intensa, u dan għal kuntrarju tat-togħma u tal-irwejjaħ ta' affumikazzjoni u ta' ħruq li jiddominaw.

L-ammont ta' materja xotta tal-“Béa du Roussillon” jista' jidher relattivament għoli meta mqabbel ma' dak ta' baċini ta' produzzjoni oħra, iżda dan huwa spjegat minn diversi fatturi: l-ewwel nett il-klima Mediterranja b'ammont baxx ta' xita, sigħat twal ta' xemx (speċjalment fir-rebbiegħa, il-perjodu meta jikbru t-tuberi u fis-sajf, il-perjodu ta' maturazzjoni), l-alternazzjoni tax-xita (okkażżjonijiet ta' xita tipiċi, ħafna drabi importanti fir-rebbiegħa) segwita minn xemx qawwija, temperaturi għoljin u t-tul ta' żmien taċ-ċiklu. Iktar ma javvanzaw l-istaġuni, kif ukoll fil-każ taċ-ċikli ta' kważi 100 ġurnata, l-ammont ta' materjal xott jiżdied biex jilħaq kważi 20 % mingħajr ma tinbidel il-kwalità tal-prodott.

Għall-kuntrarju, jekk jinqabeż dan il-perjodu, il-qoxra teħxien u l-patata titlef in-natura bikrija tagħha. Fil-fatt, l-analiżi sensorjali uriet li l-karatteristiċi tal-prodott “ Béa du Roussillon” kienu kkonservati u kostanti għall-ammont ta' materja xotta inqas minn 20 % (speċjalment bħala sukkulenza u aromi ta' ħxejjex bikrija

Dawn ir-rekwiżiti kollha jiġifieri, il-ħamrija, il-klima u l-ħila esperta tal-bniedem ikkontribwixxew għall-fama tal-“Béa du Roussillon” Din il-fama hija stabbilita kemm fil-livell professjonali kif ukoll fost il-konsumaturi. Il-“Béa du Roussillon” tkun mistennija fis-suq u meta tasal, tkun iktar popolari mill-varjetajiet oħrajn proposti lokalment bħala patata bikrija.

Dan huwa għaliex sa minn nofs is-snin ħamsin (1950's) u saħansitra sal-lum, għadd ta' artikoli fil-gazetti lokali, reġjonali u nazzjonali jagħmlu referenza għal dan il-prodott tipiku marbut mill-qrib maż-żona ta' produzzjoni tiegħu.

4.7.   Korp ta' spezzjoni:

Isem:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz:

51 rue d’Anjou

75008 Paris

FRANCE

Tel.

+33 153898000

Fax

+33 142255797

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

Isem:

DGCCRF

Indirizz:

59 boulevard Vincent Auriol

75703 Paris Cedex 13

FRANCE

Tel.

+33 144871717

Fax

+33 144973037

Posta elettronika:

4.8.   Tikkettar:

Barra l-informazzjoni obbligatorja prevista mir-Regolament dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar tal-patata bikrija li tibbenifika mid-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Béa du Roussillon” jinkludi t-tagħrif li ġej fuq kull imballaġġ individwali:

l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini “Béa du Roussillon”, miktub b’ittri li jkunu tal-inqas daqs l-ikbar ittri li jkun hemm fuq it-tikketta;

wara r-reġistrazzjoni tal-UE, ir-referenza “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “DPO”

wara r-reġistrazzjoni tal-UE, il-logo DPO tal-UE.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.