ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.191.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
1 ta' Lulju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 191/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel ( 1 )

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 191/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6241 – CIE Management II/Gruppo Coin) ( 1 )

7

2011/C 191/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6162 – Pfizer/Ferrosan Consumer Healthcare Business) ( 1 )

7

2011/C 191/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6160 – Apollo/PlayPower) ( 1 )

8

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 191/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2011 li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

9

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 191/06

Rata tal-kambju tal-euro

10

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 191/07

Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2011 Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS ): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha

11

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 191/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 191/09

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-proposti – EACEA/19/11 – Appoġġ għad-diġitizzazzjoni tat-teatri taċ-ċinema Ewropej

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 191/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6288 – Blackstone/Stargazer) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 191/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

20

2011/C 191/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 2011

dwar linji politiċi sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 191/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

It-terminu tluq bikri mill-iskejjel jintuża b'konnessjoni ma' dawk li jitilqu l-edukazzjoni u t-taħriġ biss b'livell baxx ta' edukazzjoni sekondarja jew inqas, u li m'għadhomx jirċievu edukazzjoni u taħriġ

(2)

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel huwa essenzjali għall-kisba ta' għadd ta' objettivi ewlenin fl-istrateġija Ewropa 2020. It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel jindirizza kemm l-għan ta' “tkabbir intelliġenti” billi jtejjeb il-livelli tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u ta' “tkabbir inklussiv” billi jindirizza wieħed mill-fatturi li jikkawżaw ir-riskju ta' qgħad, faqar u esklużjoni soċjali. L-istrateġija Ewropa 2020 għalhekk tinkludi l-għan ewlieni li tnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel sa inqas minn 10 % sal-2020, minn 14,4 % fl-2009. L-Istati Membri impenjaw ruħhom biex jistabbilixxu miri nazzjonali, filwaqt li jieħdu kont tal-pożizzjonijiet relattivi tagħhom fil-bidu u ċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom.

(3)

Il-Linji Gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi, stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2010/707/UE) (1), għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 jitolbu li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskejjel.

(4)

L-inizjattiva ewlenija Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali tistabbilixxi qafas ta' ħidma biex tiżgura l-koeżjoni soċjali u territorjali, bil-mira speċifika li tikser iċ-ċiklu ta' żvantaġġ u tintensifika l-azzjoni preventiva. Din tindirizza l-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 biex toħroġ mill-inqas 20 miljun persuna mill-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-għaxar snin li ġejjin.

(5)

Żgħażagħ Mobbli, inizjattiva ewlenija fi ħdan l-istrateġija Ewropa 2020, għandha l-għan li “tittejjeb il-prestazzjoni u l-effett ta' ġibda tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fl-Ewropa u tittejjeb il-kwalità ġenerali tal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE, li jibdew ilaqqgħu l-eċċellenza u l-ekwità, billi ssir promozzjoni tal-mobbiltà tal-istudenti u ta' min jitħarreġ, u tittejjeb is-sitwazzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ”.

(6)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5-6 ta' Mejju 2003 dwar il-livelli ta' riferiment ta' prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u fit-taħriġ (punti ta' riferiment) stqarrew li l-proporzjon ta' studenti li jitilqu mill-iskola kmieni għandu jkun inqas minn 10 % sal-2010, li jiddefinixxu l-istudenti li jitilqu mill-iskola kmieni bħala persuni bejn it-18 u l-24 sena li jkollhom biss livell baxx tal-edukazzjoni sekondarja jew inqas u li mhumiex involuti aktar fl-edukazzjoni jew it-taħriġ. Il-punt ta' riferiment ma ntlaħaqx. Attwalment, wieħed minn kull seba' studenti jitilqu mill-iskola u t-taħriġ qabel ma jkunu spiċċaw l-edukazzjoni sekondarja għolja.

(7)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda (2) enfasizzat il-ħtieġa li jittejbu l-livelli ta' ħiliet ġenerali u li tingħata prijorità lill-edukazzjoni u t-taħriġ ta' dawk li qegħdin f'riskju ta' esklużjoni ekonomika u soċjali, speċjalment dawk li jitilqu mill-iskola kmieni. Huma enfasizzaw il-ħtieġa għall-provvediment ta' gwida vokazzjonali u ta' pjanijiet ta' taħriġ personali lil min ikun qed ifittex l-impjieg u l-ħtieġa li tiġi żviluppata l-validazzjoni tar-riżultati tat-tagħlim li jkun inkiseb b'mod formali, informali u mhux formali.

(8)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti jirrikonoxxu r-rwol tat-tagħlim tal-adulti biex jindirizza t-tluq bikri mill-iskejjel billi joffri opportunità oħra lil min jasal fl-istat ta' adult mingħajr ma jkun kiseb kwalifiki, waqt li jiffokaw b'mod partikolari fuq il-ħiliet bażiċi, il-ħiliet tal-IT u t-tagħlim tal-lingwi.

(9)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”) il-Kunsill qabel li, sal-2020, is-sehem ta' dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni għandu jkun inqas minn 10 %.

(10)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-edukazzjoni ta' tfal bi sfond ta' migrazzjoni innotaw li filwaqt li bosta tfal li jkunu ġejjin minn sfond ta' migrazzjoni jirnexxu fl-edukazzjoni, l-istudenti bi sfond ta' migrazzjoni ġeneralment għandhom iżjed ċans li jitilqu mill-iskola kmieni. Għall-migranti, ir-rata medja tat-tluq bikri mill-iskejjel fl-Unjoni hija d-doppju ta' dik tal-istudenti tal-pajjiż. L-evidenza disponibbli tindika li t-tluq bikri mill-iskejjel huwa saħansitra ogħla fost il-popolazzjoni tar-Rom.

(11)

F'Mejju 2010, il-Kunsill qabel fil-Konkluzjonijiet tiegħu dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni u t-taħriġ li biex il-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskejjel tkun ta' suċċess, din tirrikjedi l-iżvilupp tat-tagħrif dwar il-gruppi li jkunu fir-riskju li jitilqu mill-iskola kmieni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali u sistemi ta' identifikazzjoni bikrija tal-individwi li jkunu f'dan ir-riskju, u kkonkluda li għandhom jiġu implimentati strateġiji komprensivi u transettorjali, li jipprovdu medda ta' linji politiċi sistemiċi u mxerrda mal-iskejjel kollha li jimmiraw lejn il-fatturi differenti li jwasslu għat-tluq bikri mill-iskejjel.

(12)

Ir-raġunijiet tat-tluq bikri mill-iskejjel ivarjaw ħafna minn pajjiż għal ieħor u anki fir-reġjuni. Il-linji politiċi biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel jeħtieġ li jkunu addattati għas-sitwazzjoni speċifika f'żona lokali, reġjun jew pajjiż; m'hemm l-ebda soluzzjoni unika għall-Istati Membri kollha.

(13)

Minkejja d-differenzi fost il-pajjiżi u r-reġjuni, hemm xhieda qawwija fl-Istati Membri kollha li l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli huma l-aktar affettwati. Barra minn hekk, hemm rappreżentazzjoni sovrarappreżentanza ta' żgħażagħ bi bżonnijiet edukattivi speċjali fost dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ. It-tluq bikri mill-iskejjel huwa kemm riżultat tal-iżvantaġġi soċjali, kif ukoll jipperpetwa r-riskju tal-esklużjoni soċjali.

(14)

Filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, qafas Ewropew għal linji politiċi komprensivi dwar it-tluq bikri mill-iskejjel jista' jgħin lill-Istati Membri biex jirrevedu l-linji politiċi eżistenti, biex jiżviluppaw il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tagħhom skont l-istrateġija Ewropa 2020, u biex jimplimentaw strateġiji b'impatt kbir u relazzjoni tajba bejn l-ispejjeż u l-benefiċċju. Jista' jipprovdi wkoll bażi għall-kollaborazzjoni permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni u fokus għall-użu tal-istrumenti ta' finanzjament tal-UE,

(15)

Ir-riformi fl-edukazzjoni jridu ż-żmien biex iħallu effett. Biex jinkiseb tnaqqis tar-rati tat-tluq bikri mill-iskejjel fl-għaxar snin li ġejjin u tinkiseb il-mira ta' Ewropa 2020, għandhom jiġu implimentati mill-aktar fis strateġiji komprensivi u transettorjali dwar it-tluq bikri mill-iskejjel,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

Jużaw il-qafas stabbilit fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni, skont ċirkostanzi nazzjonali biex:

(1)

Jidentifikaw il-fatturi ewlenin li jwasslu għat-tluq bikri mill-iskejjel u jissorveljaw il-karatteristiċi tal-fenomenu f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bħala bażi għal linji politiċi b'mira u effettivi msejsa fuq l-evidenza.

(2)

Jiżguraw li jkun hemm strateġiji komprensivi dwar it-tluq kmieni mill-iskejjel sa tmiem l-2012, u li dawn ikunu implimentati f'konformità ma' prijoritajiet nazzjonali u l-objettivi tal-Ewropa 2020. L-istrateġiji komprensivi jitqiesu li jinkludu miżuri ta' prevenzjoni, miżuri ta' intervent u miżuri ta' kumpens, b'dawn tal-aħħar immirati lejn id-dħul mill-ġdid ta' persuni li telqu mill-iskejjel.

(3)

Jiżguraw li dawk l-istrateġiji jinkludu l-miżuri xierqa għall-gruppi li għandhom l-iżjed riskju ta' tluq bikri mill-iskejjel fl-Istat Membru, pereżempju tfal minn sfond soċjoekonomikament żvantaġġat, ta' migrazzjoni jew tar-Rom, jew dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċjali.

(4)

Jiżguraw li dawk l-istrateġiji jindirizzaw kemm l-edukazzjoni ġenerali kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali b'mod koerenti u l-isfidi speċifiċi tagħhom.

(5)

Jintegraw miżuri li jappoġġaw it-tnaqqis ta' rati ta' studenti li jitilqu mill-iskola kmieni f’linji politiċi rilevanti mmirati lejn tfal u żgħażagħ, u jikkoordinaw attivitajiet fost setturi differenti ta' politika.

(6)

Filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol ewlieni li għandhom l-għalliema, il-mexxejja tal-iskejjel u persunal edukattiv ieħor, jiżguraw l-involviment f'dawk il-miżuri u l-attivitajiet tal-partijiet interessati kollha rilevanti biex jgħinu lill-persuni li qegħdin f'riskju ta' tluq bikri mill-iskejjel, inkluż dawk li diġà telqu.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI:

(1)

Fi ħdan l-ET 2020, biex tikkontribwixxi għall-isforzi li saru mill-Istati Membri billi jiġu ssorveljati l-iżviluppi f'livelli ta' edukazzjoni differenti fost l-Istati Membri biex jiġu identifikati t-tendenzi.

(2)

Tappoġġa l-istrateġiji tal-Istati Membri permezz tal-iskambju ta' esperjenza u prattika tajba, u tiffaċilita t-tagħlim effettiv mill-pari, in-netwerking u l-esperimentazzjoni b'approċċi innovattivi fost l-Istati Membri dwar miżuri biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel u biex jittejbu r-riżultati edukattivi ta' tfal minn gruppi f'riskju ta' tluq bikri mill-iskejjel.

(3)

Tintegra l-miżuri li jappoġġaw it-tnaqqis tar-rati tat-tluq bikri mill-iskejjel fl-azzjonijiet rilevanti kollha tal-Unjoni mmirati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ.

(4)

Tappoġġa l-iżvilupp ta' linji politiċi effettivi kontra t-tluq bikri mill-iskejjel billi tniedi studji u riċerka komparattivi, u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam.

(5)

Tiżgura li, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, u mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-qafas finanzjarju futur, il-programmi fl-oqsma tat-tagħlim tul il-ħajja tal-Unjoni, iż-żgħażagħ u r-riċerka, kif ukoll il-Fondi Stutturali Ewropej, tappoġġa u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Istati Membri dwar it-tluq bikri mill-iskejjel.

(6)

Tirrapporta b'mod perjodiku dwar il-progress lejn il-mira tal-Ewropa 2020 u dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Istati Membri dwar tluq bikri mill-iskejjel permezz tal-Istħarriġ tat-Tkabbir Annnwali u fi ħdan l-arranġamenti tar-rappurtar taħt l-ET 2020.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(2)  ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.


ANNESS

QAFAS GĦAL LINJI POLITIĊI KOMPRENSIVI BIEX JITNAQQAS IT-TLUQ BIKRI MILL-ISKEJJEL

L-istrateġiji dwar it-tluq bikri mill-iskejjel għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-kondizzjonijiet li jwasslu għall-fenomenu, minħabba li r-rati medji ħafna drabi jaħbu differenzi kbar bejn reġjuni jew pajjiżi differenti. Il-grupp ta' nies li jitilqu mill-iskola kmieni huwa wieħed eteroġenu u l-motivazzjonijiet għal dan it-tluq kmieni ivarjaw ħafna. L-isfond familjari u l-kondizzjonijiet soċjoekonomiċi usa', bħall-ġibda tas-suq tax-xogħol huma fatturi importanti. L-impatt tagħhom jiddependi fuq l-istruttura tas-sistema edukattiva u ta' taħriġ, fuq l-opportunitajiet ta' tagħlim disponibbli, u fuq l-ambjent tat-tagħlim. Il-koordinazzjoni ta' linji politiċi li jindirizzaw il-benesseri tat-tfal u taż-żgħażagħ, is-sigurtà soċjali, l-impjieg taż-żgħażagħ u l-perspettivi tal-karrieri tal-futur għandha rwol importanti fit-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel.

1.   L-identifikazzjoni tal-fatturi ewlenin u s-sorveljanza

Il-proċessi tat-tluq bikri mill-iskejjel huma kkawżati minn fatturi kumplessivi u diversi, iżda ħafna drabi huma marbutin ma' żvantaġġi soċjoekonomiċi, ma' sfondi ta' livell edukattiv baxx, mat-tbegħid mill-edukazzjoni u t-taħriġ jew nuqqas ta' riżultati tajbin, mal-ġibda tas-suq tax-xogħol, u/jew ma' taħlita ta' problemi soċjali, emozzjonali u edukattivi li jpoġġu lill-individwi fir-riskju li jitilqu kmieni.

Għandu jittieħed kont tat-tip ta' edukazzjoni li jkunu qegħdin isegwu l-istudenti. F'xi Stati Membri, l-istudenti li jsibu d-diffikultajiet fl-edukazzjoni ġenerali, ħafna drabi jidħlu għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (“ETV”). F'tali każijiet, l-iskejjel vokazzjonali jerfgħu responsabbiltà u jiffaċċjaw sfida partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel. Il-linji politiċi bbażati fuq l-esperjenza jitolbu li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prestazzjoni skont is-settur tal-edukazzjoni jew tat-taħriġ.

L-iżvilupp ta' linji politiċi kost-effettivi u dawk bbażati fuq l-evidenza biex jikkumbattu t-tluq bikri mill-iskejjel jitlob il-ġbir u ż-żamma tad-dejta dwar dan il-fenomenu. Din għandha tippermetti l-analiżi f'livelli lokali, reġjonali u nazzjonali. Jista' jkun fiha tagħrif dwar ir-rati tat-tluq bikri mill-iskejjel, dwar it-transizzjonijiet bejn il-livelli edukattivi, ir-rati ta' studenti li jirreġistraw u r-rati ta' studenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja għolja, kif ukoll dwar l-assenza mill-iskejjel u dwar imġibiet ta' skartar mill-iskola.

Il-ġbir tal-informazzjoni għandu jħalli lok għall-analiżi tar-raġunijiet ewlenin għat-tluq bikri mill-iskejjel għal gruppi differenti ta' studenti, skejjel, tipi ta' istituzzjoni ta' edukazzjoni u taħriġ, muniċipalitajiet jew reġjuni.

It-tqegħid tad-data dwar it-tluq bikri mill-iskejjel u d-data kuntestwali bħall-informazzjoni soċjoekonomika tista' tgħin biex il-miżuri u l-linji politiċi jitfasslu b'miri ċari. Il-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni dwar il-motivazzjoni għat-tluq bikri mill-iskejjel, il-perspettivi tagħhom ta' impjiegi u karrieri jistgħu wkoll jgħinu biex il-miri tal-miżuri u tal-linji politiċi jkunu ċari.

Il-valutazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri politiċi attwali li l-għan tagħhom hu t-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel hija bażi importanti għat-titjib tal-istrateġiji u l-programmi li jżidu l-probabbiltà li l-istudenti jirnexxu fl-iskola.

2.   Qafas ta' linji politiċi

L-istrateġiji komprensivi dwar it-tluq bikri mill-iskejjel huma magħmula minn taħlita ta' linji politiċi, koordinazzjoni fost setturi politiċi differenti u l-integrazzjoni ta' miżuri li jappoġġaw it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel fil-linji politiċi rilevanti kollha li huma mmirati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ. Barra mil-linji politiċi dwar l-edukazzjoni li jippromwovu sistemi ta' skejjel ta' kwalità għolja, prinċipalment dawn huma l-politika soċjali u s-servizzi ta' appoġġ, il-linji politiċi dwar l-impjiegi, iż-żgħażagħ, il-familja u l-integrazzjoni. Il-koordinazzjoni orizzontali bejn atturi differenti u l-koordinazzjoni vertikali mal-livelli differenti tal-gvern huma ta' importanza ndaqs. L-istrateġiji dwar it-tluq bikri mill-iskejjel għandhom ikunu magħmula minn elementi ta' prevenzjoni, ta' intervent u ta' kumpens. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-elementi dettaljati tal-istrateġiji tagħhom skont iċ-ċirkostanzi u l-kuntesti individwali tagħhom.

2.1.

IL-LINJI POLITIĊI DWAR IL-PREVENZJONI jimmiraw li jnaqqsu r-riskju ta' tluq bikri qabel ma jibdew il-problemi. Tali miżuri jtejbu l-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jappoġġaw l-aħjar riżultati tat-tagħlim u biex iwarrbu t-tfixkil għas-suċċess edukattiv.

Jimmiraw li jibnu bażi soda li tgħin lit-tfal jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u biex jintegraw rwieħhom fl-iskejjel. Il-linji politiċi dwar il-prevenzjoni jistgħu jinkludu:

(1)

Il-provvediment ta' edukazzjoni u indukrar ta' kwalità fit-tfulija bikrija huwa ta' benefiċċju għat-tfal kollha, u partikolarment rilevanti għal dawk li ġejjin minn sfond żvantaġġat, inklużi l-migranti u r-Rom. Dan itejjeb il-benesseri fiżiku, l-iżvilupp soċjali u emozzjonali, il-ħiliet lingwistiċi u dawk konjittivi bażiċi. Il-provvediment għandu jkun ta' kwalità għolja, li jista' jintlaħaq finanzjarjament, b'persunal adatt u aċċessibbli għall-familji bi sfond żvantaġġat.

Dawn jindirizzaw l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi u ta' taħriġ, ir-riżorsi disponibbli għall-iskejjel, id-disponibbiltà, il-permeabbiltà u l-flessibbiltà ta' mogħdijiet edukattivi. Jindirizzaw ukoll id-differenzi bejn is-sessi, is-sostenn għat-tfal minn sfond żvantaġġat jew li għandhom lingwa materna differenti. Il-linji politiċi dwar il-prevenzjoni jistgħu jinkludu wkoll:

(2)

Iż-żieda fl-offerta tal-edukazzjoni billi jiġu provduti l-opportunitajiet edukattivi u ta' taħriġ wara l-età tal-edukazzjoni obbligatorja tista' tinfluwenza l-imġiba taż-żgħażagħ u l-familji tagħhom u twassal għal rati ogħla ta' dawk li ġabu l-kwalifiki tas-sekondarja ogħla.

(3)

Il-promozzjoni ta' linji politiċi attivi kontra s-segregazzjoni u l-provvediment ta' appoġġ addizzjonali għall-iskejjel li huma f'żoni żvantaġġati, jew li numru kbir ta' studenti minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati jgħinuhom biex jiddiversifikaw il-kompożizzjoni soċjali u jtejbu l-offerta edukattiva tagħhom. Dan itejjeb il-kwalifiki tal-istudenti minn sfond soċjoekonomiku żvantaġġat u tnaqqas ir-riskju tagħhom ta' tluq bikri mill-iskejjel.

(4)

L-enfasi fuq il-valur tad-diversità lingwistika u l-appoġġ tat-tfal b'lingwa materna differenti biex itejbu l-profiċjenza tagħhom tal-lingwa tat-tagħlim u, fejn adatt, fil-lingwa materna, kif ukoll l-appoġġ tal-għalliema biex ikunu jistgħu jgħallmu tfal b'ħiliet lingwistiċi ta' livelli differenti, jista' jtejjeb il-kwalifiki ta' tfal bi sfond ta' migrazzjoni u jnaqqas ir-riskju tagħhom ta' tluq bikri mill-iskejjel.

(5)

Iż-żieda fl-involviment tal-ġenituri li jirrinforza l-kooperazzjoni tagħhom mal-iskola u l-ħolqien ta' sħubiji bejn l-iskejjel u l-ġenituri jistgħu jħeġġu l-motivazzjoni għat-tagħlim fost l-istudenti.

(6)

Iż-żieda fil-flessibbiltà u l-permeabbiltà tal-mogħdijiet edukattivi (pereżempju billi l-korsijiet jinqasmu f'moduli jew billi ssir alternazzjoni bejn l-iskola u x-xogħol), tappoġġa partikolarment lill-istudenti bi prestazzjoni akkademika baxxa, u tista' timmotivahom li jkomplu f'edukazzjoni u f'taħriġ li jkun iktar adattat għall-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tagħhom. Din tgħin ukoll biex jiġu indirizzati raġunijiet speċifiċi skont is-sess għat-tluq kmieni mill-iskejjel, biex pereżempju persuna tibda taħdem jew meta tfajla tkun ħarġet tqila. Barra minn hekk, il-limitazzjoni tar-repetizzjoni fis-snin skolastiċi u s-sostituzzjoni ta' din ma' appoġġ individwali flessibbli ġie assoċjat ma' tluq bikri mill-iskejjel baxx.

(7)

It-tisħiħ tal-mogħdijiet vokazzjonali ta' kwalità għolja u ż-żieda fl-attrazzjoni u l-flessibbiltà tagħhom jagħtu alternattivi kredibbli għat-tluq bikri lill-istudenti f'riskju. L-għoti ta' ETV li huma integrati sew fis-sistemi ġenerali ta' edukazzjoni u taħriġ, jagħti lok għal mogħdijiet alternattivi lejn l-edukazzjoni sekondarja għolja u terzjarja.

(8)

It-tisħiħ tar-rabta bejn is-sistemi edukattivi u ta' taħriġ u s-settur tal-impjiegi, biex jiġu enfasizzati l-benefiċċji li wieħed itemm l-edukazzjoni għall-impjegabbiltà futura. Dan jista' jkun fil-forma ta' esperjenza f'postijiet tax-xogħol jew involviment akbar minn min iħaddem fi skejjel u kulleġġi.

2.2.

IL-LINJI POLITIĊI TA' INTERVENT għandhom l-għan li jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskejjel billi titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell tal-istituzzjonijiet edukattivi, li jkun hemm reazzjoni għas-sinjali bikrija ta' twissija u li jiġi pprovdut appoġġ immirat lejn l-istudenti jew il-gruppi ta' studenti li qegħdin fir-riskju ta' tluq bikri mill-iskejjel. Dawn jindirizzaw il-livelli kollha edukattivi, li jibdew bl-edukazzjoni tal-bidu tat-tfulija u jkomplu sal-edukazzjoni sekondarja għolja.

Fil-livell tal-iskola jew tal-istituzzjoni ta' taħriġ l-istrateġiji kontra t-tluq bikri jagħmlu parti minn politika ġenerali tal-iżvilupp tal-iskola. L-għan tagħhom hu li joħolqu ambjent pożittiv għat-tagħlim filwaqt li jirrinfurzaw il-kwalità u l-innovazzjoni tal-pedagoġija, itejbu l-ħiliet tal-għalliema biex jiffaċċjaw id-diversità soċjali u kulturali, u jiżviluppaw approċċi li jaħdmu kontra l-vjolenza u kontra l-bullying. Il-linji politiċi ta' intervent fil-livell tal-iskola jew tal-istituzzjoni ta' taħriġ jistgħu jinkludu:

(1)

L-iżvilupp tal-iskejjel f'komunitajiet ta' tagħlim, ibbażat fuq viżjoni komuni għall-iżvilupp tal-iskejjel kondiviż mill-partijiet kollha interessati, bl-użu tal-esperjenza u l-għarfien ta' kulħadd u l-provvediment ta' ambjent miftuħ għall-ideat, ta' ispirazzjoni u fejn l-istudenti jħossuhom komdi jitgħallmu, biex iż-żgħażagħ jitħeġġu li jkomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ.

(2)

L-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija bikrija għall-istudenti li jkunu fir-riskju, li jista' jgħin biex jittieħdu miżuri effettivi qabel ma jitilqu l-problemi fil-beraħ, qabel ma l-istudenti jibdew jitbiegħdu mill-iskola, jiskartaw jew jitilqu mill-iskola.

(3)

In-netwerking ma' ġenituri u atturi oħra minn barra l-iskola, bħas-servizzi komunitarji lokali, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw migranti jew minoritajiet, assoċjazzjonijiet sportivi u kulturali, jew organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tas-soċjetà ċivili, li jippermetti soluzzjonijiet olistiċi għall-għajnuna lill-istudenti fir-riskju u jiffaċilita l-aċċess għall-appoġġ estern mingħand nies bħal psikoloġisti, ħaddiema soċjali u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, servizzi kulturali u komunitarji. Dan jista' jiġi ffaċilitat minn medjaturi mill-komunità lokali li jkunu jistgħu jappoġġaw il-komunikazzjoni u jżidu l-fiduċja.

(4)

L-appoġġ lejn l-għalliema u l-għotja tas-setgħa lilhom f'xogħolhom mal-istudenti fir-riskju, li huwa prerekwiżiti għas-suċċess tal-miżuri fil-livell skolastiku. L-edukazzjoni tal-bidu tal-għalliema u l-iżvilupp professjonali kontinwu għall-għalliema u l-kapijiet tal-iskola jgħinuhom jindirizzaw id-diversità fil-klassi, biex jappoġġaw lill-istudenti minn sfond soċjoekonomikament żvantaġġat u jsolvu sitwazzjonijiet ta' diffikultà fit-tagħlim.

(5)

L-attivitajiet ekstrakurrikulari wara u barra mill-iskola u attivitajiet artistiċi, kulturali u sportivi, li jistgħu jgħollu l-awtostima tal-istudenti fir-riskju u jżidu r-reżiljenza tagħhom kontra d-diffikultajiet fit-tagħlim.

Il-linji politiċi ta' intervent fil-livell individwali jimmiraw li jipprovdu ġabra ta' mekkaniżmi ta' appoġġ għall-istudenti individwali fir-riskju li jitilqu mill-iskola kmieni li jistgħu jiġu mfassla għall-bżonnijiet tagħhom. Dawn jiffukaw kemm fuq l-iżvilupp personali sabiex tinbena r-reżiljenza għall-istudenti fir-riskju, kif ukoll fuq l-indirizzar tad-diffikultajiet konkreti li jistgħu jkunu ta' natura soċjali, konjittiva jew emozzjonali. Il-linji politiċi ta' intervent fil-livell individwali jistgħu jinkludu:

(1)

Il-gwida mill-qrib (mentoring) tgħin lill-istudenti individwali biex jegħlbu d-diffikultajiet akkademiċi, soċjali jew personali speċifiċi. Sew jekk f'approċċ individwali (mentoring) jew fi gruppi żgħar (tutoring), l-istudenti jingħataw għajnuna mmirata, ħafna drabi pprovduta mill-persunal tal-edukazzjoni minn membri tal-komunità jew mill-pari tagħhom.

(2)

It-tfassil tat-tagħlim għall-ħtiġijiet tal-istudenti, it-tisħiħ ta' approċċi ta' tagħlim individwalizzati u l-provvediment ta' appoġġ għall-istudenti fir-riskju jgħinhom jadattaw għat-talbiet ta' edukazzjoni formali u jegħlbu l-ostakli maħluqa mis-sistema edukattiva u ta' taħriġ, u b'hekk jistgħu jikkontribwixxu għal-limitazzjoni fir-repetizzjoni tas-snin skolastiċi.

(3)

It-tisħiħ tal-iggwidar u l-għoti ta' pariri (counselling) jappoġġa l-għażliet tal-karriera tal-istudenti, it-tranżizzjonijiet fl-edukazzjoni jew mill-edukazzjoni għall-impjiegi. Dan inaqqas it-teħid ta' deċiżjonijiet ħżiena bbażati fuq stennijiet foloz jew nuqqas ta' informazzjoni. Dan jgħin liż-żgħażagħ jagħmlu deċiżjonijiet li jaqblu mal-ambizzjonijiet, l-interessi personali u t-talenti tagħhom.

(4)

L-iżgurar tal-fatt li ż-żgħażagħ li ċ-ċirkostanzi ekonomiċi tagħhom jistgħu jirriżultaw fit-tluq tagħhom mill-edukazzjoni jingħataw aċċess għall-appoġġ finanzjarju adatt. Fejn jitqies adatt, dan l-appoġġ jista' jkun soġġett għal kondizzjonijiet jew jista' jintrabat ma' benefiċċji soċjali.

2.3.

IL-LINJI POLITIĊI TA' KUMPENS għandhom l-għan li jgħinu lil dawk li telqu mill-iskola qabel iż-żmien biex jerġgħu jidħlu fis-sistema edukattiva, joffri rotot għad-dħul mill-ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ u biex jiksbu l-kwalifiki li tilfu. Il-linji politiċi ta' kumpens jistgħu jinkludu:

(1)

Programmi edukattivi ta' suċċess li joffru opportunità oħra, li joffru ambjenti ta' tagħlim li jaqdu l-bżonnijiet speċifiċi ta' studenti li telqu mill-iskola kmieni, jirrikonoxxu t-tagħlim preċedenti tagħhom u jappoġġaw il-benesseri tagħhom. Dawn huma differenti mill-iskejjel kemm fl-aspetti organizzattivi kif ukoll dawk pedagoċiċi u ħafna drabi jkunu karatterizzati minn gruppi ta' tagħlim żgħar, minn tagħlim personalizzat, adatt għall-età u innovattiv u minn mogħdijiet edukattivi flessibbli. Kemm jista' jkun, dawn għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas.

(2)

Rotot diversi għal min jixtieq jirritorna fl-edukazzjoni u t-taħriġ regolari, li fir-rigward tagħhom huwa importanti li jiġu pprovduti. Il-klassijiet tat-transizzjoni b'enfasi qawwija fuq il-gwida jistgħu jgħinu biex jingħalaq id-distakk bejn fallimenti preċedenti fl-iskola u d-dħul mill-ġdid fl-edukazzjoni regolari.

(3)

L-għarfien u l-ivvalidar tat-tagħlim preċedenti, inklużi l-ħiliet miksuba fit-tagħlim formali u informali, li jżidu l-kunfidenza u l-awtostima taż-żgħażagħ u jiffaċilitaw id-dħul mill-ġdid tagħhom fis-sistema edukattiva. Dan jista' jimmotivahom biex ikomplu l-edukazzjoni u t-taħriġ, jgħinhom jidentifikaw it-talenti tagħhom u jagħmlu għażliet aħjar għall-karriera.

(4)

L-appoġġ individwali mmirat, li jintegra l-appoġġ soċjali, finanzjarjau, edukattiv u psikoloġiku għaż-żgħażagħ fid-diffikultà. Huwa partikolarment importanti għaż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet ta' inkwiet soċjali jew emozzjonali serju li jfixkilhom milli jkomplu l-edukazzjoni jew it-taħriġ.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6241 – CIE Management II/Gruppo Coin)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 191/02

Fil-21 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6241. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6162 – Pfizer/Ferrosan Consumer Healthcare Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 191/03

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6162. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6160 – Apollo/PlayPower)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 191/04

Fit-23 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6160. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Ġunju 2011

li taħtar u tissostwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali

(000/2011/)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1) ,

Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2009 sas-17 ta' Settembru 2012.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti ta' Min iħaddem sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Andrew MAMO.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2012:

RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM:

MALTA

Is-Sinjura Jeanelle CATANIA

Politika Eżekuttiva u Żvilupp tan-Negozju

Il-Kamra tal-Kummerċ ta' Malta Intrapriża u Industrija

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FAZEKAS S.


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Ġunju 2011

2011/C 191/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4453

JPY

Yen Ġappuniż

116,25

DKK

Krona Daniża

7,4587

GBP

Lira Sterlina

0,90255

SEK

Krona Żvediża

9,1739

CHF

Frank Żvizzeru

1,2071

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7875

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,345

HUF

Forint Ungeriż

266,11

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9903

RON

Leu Rumen

4,2435

TRY

Lira Turka

2,3500

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3485

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3951

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2475

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7468

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7761

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 543,19

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8569

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3416

HRK

Kuna Kroata

7,4018

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 397,41

MYR

Ringgit Malażjan

4,3626

PHP

Peso Filippin

62,619

RUB

Rouble Russu

40,4000

THB

Baht Tajlandiż

44,380

BRL

Real Brażiljan

2,2601

MXN

Peso Messikan

16,9765

INR

Rupi Indjan

64,5620


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/11


Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2011 “Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS ): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha”

2011/C 191/07

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 5/2011 “Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità tal-Komunikazzjoni u Rapporti

12, rue Alcide De Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 191/08

Għajnuna Nru: SA.32518 (11/XA)

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Schleswig-Holstein

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen im Rahmen der Bekämpfung

Leukose und Brucellose bei Rindern, Schafen und Ziegen

Bażi legali: Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen im Rahmen der Bekämpfung Leukose und Brucellose bei Rindern, Schafen und Ziegen (Leukose-Brucellose-Beihilfe-Richtlinien)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,15 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-17 ta’ Frar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerium für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume Schleswig-Holstein

Mercatorstraße 3

24106 Kiel

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.schleswig-holstein.de/cae/servlet/contentblob/872674/publicationFile/Beihilfe_RiLi_Leukose.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33004 (11/XA)

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Basilicata

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Interventi compensativi relativi a mancati redditi, a favore delle aziende agricole interessate da provvedimenti di abbattimenti totali conseguenti ad infezioni di tubercolosi bovina, brucellosi, leucosi bovina enzootica e scrapie o colpite dalle avversità atmosferiche. Periodo 2010 e 2011.

Bażi legali:

 

Brucellosi bovina, bufalina, ovina e caprina:

 

D.P.R. n. 320/1954,

 

L. n. 615/1964,

 

D.M. n. 453/1992,

 

D.M. n. 651/1994.

 

Tubercolosi bovina e bufalina:

 

D.P.R. n. 320/1954,

 

L. n. 615/1964,

 

D.M. n. 592/1995.

 

Leucosi bovina enzootica:

 

D.P.R. n. 320/1954,

 

D.M. n. 358/1996.

 

Encefalopatie Spongiformi Trasmissibili:

 

D.M. 8.4.1999,

 

regolamento (CE) n. 999/2001 del 22 maggio 2001.

 

Avversità atmosferiche:

 

D.P.C.M. n. 66/2011,

 

D.G.R. n. 518/2011.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,20 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-24 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Avvenimenti klimatiċi avversi (Art. 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006), Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Trobbija ta' frat tal-ħalib, Trobbija ta' nagħaġ u mogħoż, Trobbija ta' frat oħra u bufli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Basilicata

Dipartimento Agricoltura Sviluppo Rurale Economia Montana

Via Vincenzo Verrastro 10

85100 Potenza PZ

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.basilicata.it/giunta/site/giunta/department.jsp?dep=100049

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33005 (11/XA)

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Basilicata

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: L. 2 dicembre 1998 n. 423 — articolo 1 comma 2 — Interventi urgenti nel settore zootecnico per il ripristino funzionale delle strutture aziendali delle aree riconosciute dal D.P.C.M. n. 66/2011.

Bażi legali:

 

L. 2.12.1998 n. 423.

 

D.P.C.M. 22.3.2011 n. 66 «Dichiarazione dello stato di emergenza in relazione alle eccezionali avversità atmosferiche che hanno colpito il territorio della Regione Basilicata nel periodo dal 18 febbraio al 1o marzo 2011».

 

D.G.R. n. 641 del 4 maggio 2011«L. 2 dicembre 1998 n. 423 — articolo 1 comma 2 — Interventi urgenti nel settore zootecnico per il ripristino funzionale delle strutture aziendali delle aree riconosciute dal D.P.C.M. n. 66/2011».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,32 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-24 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Avvenimenti klimatiċi avversi (Art. 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Trobbija ta' frat tal-ħalib, Trobbija ta' frat oħra u bufli, Trobbija ta' nagħaġ u mogħoż

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Basilicata

Dipartimento Agricoltura Sviluppo Rurale Economia Montana

Via Vincenzo Verrastro 10

85100 Potenza PZ

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.basilicata.it/giunta/site/giunta/department.jsp?dep=100049

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33156 (11/XA)

Stati Membri: Il-Bulgarija

Reġjun: Bulgaria

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Помощ за участие в изложения по овцевъдство — Регионално изложение по овцевъдство гр. Костинброд, Общинско изложение по овцевъдство гр. Елин Пелин, Общинско изложение по овцевъдство гр. Годеч и Общинско изложение по овцевъдство гр. Брезник“

Bażi legali: Чл. 10, ал. 1, т. 10 от Закона за подпомагане на земеделските производители; Указания, приети с Решение на Управителния съвет на Държавен фонд „Земеделие“ за схема на държавна помощ за участие в изложения и панаири

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 0,03 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-27 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Държавен фонд „Земеделие“

бул. „Цар Борис III“ № 136

1618 София/Sоfiа

БЪЛГАРИЯ/ВULGАRIА

Indirizz tal-Internet: http://www.dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/shemi_durjavni_pomoshti_reglament_1857_2006/

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33219 (11/XA)

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Thüringen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Satzung zur Änderung der Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse 612-40306-TH/0002

Bażi legali: § 7 Absatz 2 und § 20 Thüringer Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz (Thüringer Tierseuchengesetz — ThürTierSG —) in der Fassung vom 30. März 2010 (GVBl. S. 89) in Verbindung mit der Satzung über Beihilfen der Thüringer Tierseuchenkasse (Beihilfesatzung in der Fassung der 4. Änderungssatzung)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 3,15 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-24 ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Thüringer Tierseuchenkasse

Victor-Goerttler-Straße 4

07745 Jena

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet:

 

http://www.thueringertierseuchenkasse.de/Download/Beihilfesatzung2011.pdf

 

http://www.thueringertierseuchenkasse.de/Download/thuertiersg.pdf

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/15


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti – EACEA/19/11

Appoġġ għad-diġitizzazzjoni tat-teatri taċ-ċinema Ewropej

2011/C 191/09

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

L-objettivi globali tal-programm huma li:

(a)

jippreservaw u jtejbu d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u l-wirt ċinematografiku u awdjoviżiv tagħha, jiggarantixxu l-aċċessibiltà tagħha għall-pubbliku u jippromwovu djalogu interkulturali;

(b)

iżidu ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u n-numru ta’ persuni li jarawhom ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni akbar bejn l-atturi;

(ċ)

isaħħu l-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew fil-qafas ta’ suq kompettitiv u miftuħ li jiffavorixxi l-impjieg, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ konnessjonijiet bejn professjonisti awdjoviżivi.

L-għan tal-iskema għad-“diġitizzazzjoni taċ-ċinema” huwa li jinkoraġġixxi t-teatri taċ-ċinema biex juru perċentwal sinifikanti ta’ xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali biex jisfruttaw il-possibiltajiet offruti mid-diġitali.

Din is-Sejħa għall-Proposti għandha l-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni diġitali tat-teatri taċ-ċinemas li juru films Ewropej billi tappoġġa l-ispejjeż sekondarji marbuta max-xiri ta’ proġekter diġitali.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa maħsub għall-operaturi tat-teatri taċ-ċinema indipendenti Ewropej li l-attività prinċipali tagħhom hija l-wiri ta’ films.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Isvizzera u l-Kroazja

L-organizzazzjonijiet applikanti għandhom:

ikunu teatri taċ-ċinema tal-ewwel wirja (li jipprogrammaw films Ewropej fl-ewwel wirja tagħhom, fi żmien perjodu massimu ta’ tnax-il xahar wara r-rilaxx nazzjonali)

ikunu ilhom miftuħin għall-pubbliku tul minimu ta’ 3 snin

ikollhom sistema ta’ biljetti u ta’ dikjarazzjoni tad-dħul

ikollhom mill-inqas skrin wieħed u 70 sit

ikunu ppreżentaw wiri ta’ 520 projezzjoni kull sena għaċ-ċinema permanenti (jiġifieri teatri taċ-ċinema li joperaw għal perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur fis-sena), wiri ta’ 300 projezzjoni kull sena għat-teatri taċ-ċinema bi skrin wieħed (wiri ta’ 30 projezzjoni kull xahar) u mill-inqas wiri ta’ 30 projezzjoni kull xahar għaċ-ċinema tas-sajf/fil-miftuħ (teatri taċ-ċinema li jaħdmu mill-inqas 6 xhur fis-sena)

kellhom mill-inqas 20 000 spettatur fl-aħħar tnax-il xahar jew 20 000 ammissjoni fit-teatri taċ-ċinema fejn fil-fatt tħallas prezz normali għal biljett.

L-applikanti li rċevew jew sejrin jirċievu proġekter minn integratur ta’ parti terza wara ffirmar ta’ ftehim VPF ma jkunux eliġibbli għall-appoġġ.

Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, it-teatri taċ-ċinema għandhom ikunu wrew minimu ta’ 50 % ta’ films Ewropej fl-2010 li minnhom mill-inqas 30 % jkunu Ewropej mhux nazzjonali.

Film ikun meqjus Ewropew jekk ikun jikkonforma mad-definizzjoni tal-programm MEDIA ta’ tali films taħt l-iskemi ta’ appoġġ għaċ-Ċinema Selettiva u ċ-Ċinema Awtomatika.

Films li diġà ġew ikklassifikati huma elenkati fid-Database tal-Films Ewropej:

http://ec.europa.eu/culture/media/programme/distrib/filmbase/index_en.htm

Biex jitqies Ewropew, il-film għandu jikkonforma mad-definizzjoni li ġejja:

Kull xogħol riċenti ta’ finzjoni (inkluż il-films animati) jew dokumentarju, b’dewma minima ta’ siegħa, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ix-xogħol kien fil-biċċa l-kbira tiegħu prodott minn produttur jew produtturi stabbilit(i) fil-pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA. Biex jiġu kkunsidrati bħala l-produtturi reali, il-kumpaniji ta’ produzzjoni għandhom ikunu akkreditati bħala tali. Elementi oħrajn bħall-kontroll kreattiv, il-pussess ta’ drittijiet ta’ użu u s-sehem mill-profitti jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll biex jiġi stabbilit min hu l-produttur reali;

u

Ix-xogħol għandu jkun prodott bil-parteċipazzjoni sinifikanti ta’ professjonisti li jkunu ċittadini/residenti ta’ pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA. “Parteċipazzjoni sinifikanti” hija definita bħala li jkollhom aktar minn 50 % tal-punti fuq bażi tat-tabella hawn taħt, (eż. ikollhom 10 punti jew aktar fil-każ ta’ xogħol ta’ finzjoni jew l-akbar sehem ta’ punti jekk it-total huwa ta’ inqas minn 19 kif normalment huwa l-każ għal dokumentarji jew films animati fejn ġeneralment mhux il-kategoriji kollha jiġu inklużi fil-krediti):

Funzjonijiet

Punti

Direttur

3

Kittieb ta’ skript

3

Kompożitur

1

Attur 1

2

Attur 2

2

Attur 3

2

Direttur Artistiku/Disinn tal-Produzzjoni

1

Direttur tal-Fotografija

1

Editur

1

Sound

1

Post li fih inġibed

1

Laboratorju

1

Total

19

Films li jikkonsistu minn reklamar, materjal pornografiku jew razzist jew li jitkellmu favur il-vjolenza mhumiex ikkunsidrati bħala films eliġibbli.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Appoġġ għall-ispejjeż sekondarji marbuta max-xiri ta’ proġekters diġitali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-kontenut għall-konformità mal-Inizjattiva taċ-Ċinema Diġitali (DCI – Digital Cinema Initiative) biex ikunu installati f’teatru taċ-ċinema li jikkonforma mal-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà.

L-appoġġ għandu jintalab biss għal proġekter 1 kull skrin u għal massimu ta’ 3 skrins kull teatru taċ-ċinema.

Il-proġekter għandu jinxtara bejn id-data ta’ sottomissjoni u t-30 ta’ Ġunju 2013.

4.   Kriterji għall-għoti

L-applikazzjonijiet/azzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Kriterji

Punti

Dimensjoni Ewropea

65

 

 

Numru ta’ proġekters mitluba:

 

proġekter 1

7

2 proġektors

13

3 proġekters

25

Eżistenza ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ nazzjonali

 

Le

10

Iva

0

5.   Baġit

Huwa stmat li l-baġit annwali allokat għall-finanzjament konġunt ta’ proġetti huwa EUR 2 000 000.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija hija sussidju u tieħu l-forma ta’ somma f’daqqa, ta’ massimu ta’ EUR 20 000 kull skrin.

Dan is-sussidju jkopri kull spiża relatata mat-tranżizzjoni diġitali tat-teatri taċ-ċinema Ewropej, bl-esklużjoni tal-ispiża tal-proġekter u s-server diġitali.

L-Aġenzija żżomm id-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet

Il-proposti għandhom jintbagħtu (data tat-timbru tal-posta) sal-15 ta’ Settembru 2011

Il-proposti għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA)

Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/66

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Sejrin jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola oriġinali ta’ applikazzjoni, iffirmata mill-persuna intitolata li tidħol f’impenji legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni applikanta. L-enveloppi għandu jkollhom miktub fuqhom b’mod ċar:

MEDIA programme — Distribution EACEA/19/11 — Digitisation of cinema

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew b’email ma jiġux aċċettati.

7.   Tagħrif sħiħ

Il-linji gwida flimkien mal-forom tal-applikazzjoni jinstabu fl-indirizz elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/culture/media/programme/distrib/schemes/auto/index_en.htm

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti u għandu jkun fihom l-informazzjoni u l-annessi kollha mitluba.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6288 – Blackstone/Stargazer)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 191/10

1.

Fil-21 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha The Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll totali tal-kumpanija Stargazer GmbH, kollha kemm hi, u tas-sussidjarji (“Stargazer”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Blackstone: ġestur globali ta’ assi alternattivi u jipprovdi ta’ konsulenza finanzjarja,

għal Stargazer: żviluppatur u kummerċjant, permezz tas-sussidjarja operattiva tiegħu Jack Wolfskin, ta' ilbies, xedd tas-saqajn u apparat maħsub li jkun jixraq għal attivitajiet ta' barra bħal ma hu l-ikkampjar u l-mixi għat-tul fl-imwarrab.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6288 – Blackstone/Stargazer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 191/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SCHWÄBISCHE SPÄTZLE/SCHWÄBISCHE KNÖPFLE”

Nru KE: DE-PGI-0005-0738-02.02.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip ta’ prodott:

Il-kategorija 2.7

Għaġin

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

Il-prodott “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huwa tip ta’ għaġin ibbażat fuq il-bajd magħmul mill-bajd frisk b'karatteristiċi ta' prodott magħmul id-dar. Il-prodott għandu forma irregolari u għandu wiċċ aħrax u poruż. L-għaġina titpoġġa direttament fl-ilma jagħli jew fil-fwar. Fil-lingwaġġ ta’ kuljum, iż-żewġ ismijiet jirreferu għall-istess prodott magħmul mill-istess għaġina u jistgħu jintużaw wieħed flok l-ieħor. Il-forma tal-għaġin ibbażat fuq il-bajd tvarja minn ħoxna għal irqiqa u minn qasira għal twila. Bil-kemm tista’ ssir distinzjoni bejn iż-żewġ ismijiet, id-differenzi bejniethom mhumiex ċari u l-interpretazzjoni tagħhom tvarja minn reġjun għall-ieħor.

Il-karatteristiċi ewlenin

Il-kulur/id-dehra: Naturali, minn isfar lewn id-deheb għal isfar ċar.

L-għamla: prodott tal-għaġin b'forma irregolari; wiċċ aħrax u poruż; prodott tat-tip magħmul id-dar; il-forma tvarja minn ħoxna għal irqiqa u minn qasira għal twila.

Il-konsistenza: soda meta l-prodott jingidem, tajba għat-tisjir u ma twaħħalx, b'wiċċ aħrax.

Il-kwalità tal-bajd: bajd frisk, skont dak li jintuża normalment għall-għaġin.

Il-kontenut tal-bajd għal kull kilo ta' dqiq oħxon/dqiq: għall-għaġin niexef tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: mill-inqas żewġ bajdiet għal kull kilo ta' dqiq oħxon, imma normalment jiżdiedu 4 sa 6 bajdiet ma' kull kilo ta' dqiq oħxon;

għall-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”: mill-inqas 8 bajdiet għal kull kilo ta' dqiq oħxon u dqiq.

Il-kwalità tad-dqiq oħxon: dqiq oħxon tal-qamħ durum jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta.

Il-kwalità tad-dqiq oħxon għall-għaġin frisk tat-tip “Spätzle”: dqiq oħxon tal-qamħ jew dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta.

Il-kwalità tal-ilma: ilma tax-xorb frisk.

Melħ: fakultattiv, massimu ta’ 1 %.

Ħwawar, ħxejjex aromatiċi, spinaċi: fakultattivi.

Aċidu ċitriku: fakultattiv fil-każ tal-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

L-ingredjenti użati biex isir l-għaġin (niexef) tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huma d-dqiq oħxon, il-bajd frisk u l-ilma tax-xorb. Magħhom jistgħu jiżdiedu wkoll il-melħ (sa massimu ta' 1 %), il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi u l-ispinaċi. Għall-għaġin frisk tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jista' jiżdied l-aċidu ċitriku u flok id-dqiq oħxon kollu jew parti minnu jista' jintuża d-dqiq.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Biex tiġi garantita l-awtentiċità ta' dan il-prodott tradizzjonali li huwa tipiku tar-reġjun tiegħu, u biex tkun żgurata kwalità li tkun dejjem tajba, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” għandu jiġi prodott fiż-żona ġeografika identifikata. L-istadji tal-produzzjoni tal-għaġin frisk u niexef huma l-istess sal-punti tat-tkessiħ u t-tnixxif. Tradizzjonalment, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jsir bl-idejn. Kien biss fil-bidu tas-seklu 20 li beda jiġi prodott bil-magni. L-ingredjenti jitħalltu flimkien u l-għaġina tibqa' tingħaġen sa ma tikseb il-konsistenza li suppost ikollha. Minn meta ġew introdotti l-impastatriċijiet, dan il-proċess sar mekkanizzat ħafna. L-għaġina tingħata l-forma u titpoġġa fl-ilma jagħli jew fil-fwar. Il-konsistenza tal-għaġina u t-temperatura u l-ħin tajbin tat-tisjir jeħtieġu għerf u esperjenza li mhux faċli jiġu standardizzati. Is-snajja' tal-produtturi u l-għarfien espert reġjonali dwar l-ipproċessar għandhom rwol importanti f’dan il-proċess. Fil-każ tal-għaġin niexef, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” li jiġi prodott jitnixxef minn qabel u mbagħad jitnixxef fl-aħħar. Fil-każ tal-għaġin frisk, il-prodott jitkessaħ jekk ikun meħtieġ, jiġi ppasturizzat u mbagħad jerġa' jitkessaħ għal 2 sa 7 °C.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika ta’ Schwaben tinkludi r-reġjun kollu ta' Baden-Württemberg kif ukoll id-distrett amministrattiv kollu ta’ Schwaben fir-reġjun tal-Bavarja.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

L-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” ilu sekli sħaħ jiġi prodott fiż-żona ġeografika u għandu rwol importanti ħafna fit-tisjir tipiku ta' Schwaben. Is-snajja' tal-produtturi u l-għarfien espert reġjonali dwar l-ipproċessar għandhom rwol importanti f’dan il-proċess. Tradizzjonalment, l-għaġina tal-għaġin tat-tip “Spätzle” tinqata' bl-idejn u, sal-lum il-ġurnata, il-qtugħ bl-idejn tal-għaġina fuq mejda huwa kkunsidrat bħala simbolu speċjali tal-kwalità. Minħabba raġunijiet ekonomiċi, il-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” b'karatteristiċi ta' prodott magħmul id-dar, jiġifieri daqslikieku l-għaġina tinqata’ bl-idejn, bdiet issir bil-magni mill-bidu tas-seklu 20. L-ewwel privattivi bbażati fuq il-prattika ġew irreġistrati biex iżommu l-awtentiċità tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” u l-karattru tiegħu ta' prodott magħmul id-dar (ara, pereżempju, id-“Deutsches Reichpatent” 471046). Diversi wirjiet juru l-għarfien tradizzjonali dwar il-produzzjoni li kien jeżisti fir-reġjun ta' Schwaben sa minn żmien imbiegħed u li għadu jeżisti sal-ġurnata tal-lum (ara l-wirja msejħa “Spätzle und Knöpfle — Geschichte(n) rund um das Leibgericht der Schwaben”, b'mod speċjali l-parti msejħa “Alte Zeiten, Ofterdingen”; u dik imsejħa “Spätzle — Schaben, pressen, hobeln” li tinsab fil-“Freilichtmuseum” (mużew li jinsab barra) f’Beuren). Għadd kbir ta' kompetizzjonijiet tat-tisjir u diversi rekords dinjin fit-tqattigħ tal-għaġina tal-għaġin tat-tip “Spätzle” juru l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika b’rabta mal-fatturi umani. L-għarfien espert tan-nies ta’ din iż-żona dwar kif issir l-għaġina ntiret minn ġenerazzjoni għall-oħra u għandu rwol importanti għall-karatteristiċi sussegwenti tal-prodott. It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Spätzle” fi Schwaben tmur lura sas-seklu 18. Fl-1725, Rosino Lentilio, kunsillier u tabib minn Württemberg, ikkonkluda li l-kliem “Knöpflein” u “Spazen” kienu jirreferu għal “kull ħaġa li ssir mid-dqiq”. Dak iż-żmien, il-qamħ tat-tip Triticum spelta kien jitkabbar ħafna fiż-żona ta' Schwaben alemanna. Dawn iċ-ċereali jikbru f'ħamrija fqira u kienu popolari ħafna f’dan ir-reġjun, fejn kien hemm ħafna ażjendi agrikoli żgħar u n-nies kienu foqra ħafna. Minħabba li d-dqiq oħxon tal-qamħ tat-tip Triticum spelta fih livelli għoljin ta' glutina, fi żminijiet ta' faqar kbir l-għaġina setgħet issir mingħajr ma jiżdied magħha l-bajd u, għalhekk, għall-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” kien jintuża primarjament il-qamħ tat-tip Triticum spelta. Dan il-prodott kiseb il-fama fiż-żona ta' Münsinger Alb. Meta bdiet l-industrijalizzazzjoni u żdiedet il-prosperità, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” nbidel minn ikel ordinarju ta' kuljum għal speċjalità kulinarja li tittiekel fil-jiem ta' festi. F’deskrizzjoni ta' raħal tal-bdiewa fi Schwaben li nkitbet fl-1937 l-għaġin tat-tip “Spätzle” ġie deskritt bħala ikel tal-festi. Sena qabel, il-poeta lokali Sebastian Blau kien sejjaħ lill-għaġin tat-tip “Spätzle” s-simbolu tal-identità reġjonali ta' Schwaben: “… l-għaġin tat-tip ‘Spätzle’ huwa l-bażi tal-kċina tagħna, l-fama ta' pajjiżna, … l-alfa u l-omega tal-menu ta' Schwaben, …”. F'postijiet fiż-żona ġeografika li fihom in-natura ma toffrix daqshekk vantaġġi, il-metodu tradizzjonali, reġjonali tal-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Spätzle”, flimkien mal-ħiliet tas-sengħa li huma żviluppati ħafna, ippermettew li dan isir prodott ta' valur għoli. Illum il-ġurnata, fi Schwaben l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jiġi prodott mill-produtturi kważi kollha tal-prodotti tal-għaġin u jintuża mir-ristoranti kważi kollha, u dan il-prodott ilu mis-snin tmenin jiġi esportat b'suċċess. Għan-nies li jgħixu fiż-żona ġeografika, il-prodott sar simbolu tal-identità tagħhom. Ir-rwol importanti li l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” għandu fit-tisjir tipiku ta' Schwaben tidher, fost l-oħrajn, min-novella li ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1827 bl-isem “Die Geschichte von den Sieben Schwaben” (“L-istorja tas-seba’ ‘Schwaben’ ”). Skont din in-novella, it-tradizzjoni fir-reġjun ta’ Schwaben hija “li tiekol ħames darbiet kuljum, ħames darbiet soppa u darbtejn ‘Knöpfle’ jew ‘Spätzle’ ”. Fl-1892, Elise Henle kitbet li huwa xieraq li mara fi Schwaben tkun taf issajjar l-għaġin tat-tip “Spätzle”. Hija kitbet: “Mara ma tkunx mara vera minn Schwaben jekk ma tkunx taf issajjar l-għaġin tat-tip ‘Spätzle’ ”. Dan l-aħħar, fil-ktieb tiegħu tat-tisjir imsejjaħ “Schwäbische Spätzleküche” (“Il-kċina tal-għaġin tat-tip ‘Spätzle’ tar-reġjun ta’ Schwaben”), l-awtur minn Schwaben Siegfried Ruoss elenka iktar minn 50 riċetta differenti mir-reġjun ta’ Schwaben li fihom jintuża l-għaġin tat-tip “Spätzle”.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Għall-kuntrarju ta’ tipi oħra ta’ għaġin, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huwa tip ta’ għaġin ibbażat fuq il-bajd magħmul mill-bajd frisk b'karatteristiċi ta' prodott magħmul id-dar. Il-prodott għandu forma irregolari u għandu wiċċ aħrax u poruż. L-għaġina titpoġġa direttament fl-ilma jagħli jew fil-fwar. Il-forma tiegħu tista' tkun irqiqa jew ħoxna u tawwalija jew qasira. Dan huwa l-uniku tip ta’ għaġin li jitgħalla għall-ewwel darba waqt li jkun qed jiġi prodott. L-għaġina niedja jew tingħadda minn ġo pjanċi mtaqqbin jew titħalla toqtor minn ġo fihom għal ġo reċipjent bl-ilma sħun. Jekk ikun xieraq, l-għaġina tinqata' matul dan il-proċess.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-rabta każwali bejn il-karatteristiċi speċjali tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” u l-oriġini ġeografika tiegħu ġejja mill-istima li għandu l-prodott fid-dawl tal-oriġini tiegħu. Il-prodott huwa speċjalità tal-għaġin li għandu tradizzjoni twila ħafna u li huwa tipiku ta’ dan ir-reġjun ta’ Schwaben, li huwa magħruf sew u għandu stima tajba b'mod partikolari fir-reġjun, iżda wkoll lil hinn minnu. Dan huwa kkonfermat mill-maġġoranza tal-kummenti li waslu għand l-awtorità nazzjonali u minn stħarriġ tal-konsumaturi li sar fl-2002.

Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' referenzi fil-letteratura, fl-artikli tal-istampa u f'kotba reġjonali tat-tisjir li lkoll jikkonfermaw ir-rwol fundamentali tal-għaġin tat-tip “Spätzle”/“Knöpfle” fit-tisjir tipiku ta' Schwaben u l-istima għolja li tingħata lil dan il-prodott bħala l-“platt nazzjonali ta' Schwaben”.

Illum il-ġurnata, fi Schwaben l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” jiġi prodott mill-produtturi kważi kollha tal-prodotti tal-għaġin u jintuża mir-ristoranti kważi kollha, u dan il-prodott ilu mis-snin tmenin tas-seklu li għadda jiġi esportat b'suċċess. Il-fama li jgawdi minnha l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” ġejja l-aktar mill-metodu tradizzjonali, reġjonali tal-produzzjoni tal-għaġin tat-tip “Spätzle”, flimkien mal-ħiliet tas-sengħa marbutin ma’ din il-produzzjoni, li huma żviluppati ħafna f’dan ir-reġjun, u l-għaġin tat-tip “Spätzle” maqtugħ bl-idejn igawdi minn stima tassew għolja. Il-produzzjoni bil-magni wkoll teħtieġ għerf u esperjenza, u b'hekk is-snajja u l-għarfien espert reġjonali tal-produtturi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ukoll għandhom rwol importanti. Għalhekk, wieħed jista’ jissoponi li l-fama tal-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” hija assoċjata mill-qrib mar-reġjun tal-produzzjoni.

L-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” huwa magħruf ħafna mal-konsumaturi u, minħabba l-oriġini reġjonali tiegħu, għandu fama tajba bbażata fuq it-tradizzjoni twila tiegħu bħala speċjalità tar-reġjun ta' Schwaben u fuq il-ħiliet tas-sengħa li ġew żviluppati hemmhekk marbutin mal-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ għaġin, u l-għaġin tat-tip “Spätzle” maqtugħ bl-idejn jitqies bħala għaġin ta’ kwalità tassew tajba. Sa mill-1965, meta kien sar stħarriġ fuq skala nazzjonali mill-koperattiva tal-konsumaturi ta’ Stuttgart imsejħa “Konsumgenossenschaft Stuttgart e.G.” għar-reġjuni ta' Stuttgart u Reutlingen, intwera li l-għaġin tat-tip “Spätzle” jgawdi minn stima tajba ħafna. Il-letteratura ta' Schwaben hija rikka wkoll bil-poeżiji dwar l-ikel favorit ta' Schwaben, bħall-poeżija ppubblikata fl-1838 fil-gazzetta “Schwarzwälder Boten” bl-isem ta’ “Das Lob der Schwabenknöpfle”, il-poeżija “Schwäbische Leibspeisa” jew dik imsejħa “Spätzles-Lied”. Barra minn hekk, insibu għadd ta' festi u drawwiet li fihom jissemma l-għaġin tat-tip “Schwäbiche Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle”. Il-prodott jiġi kkummerċjalizzat ukoll fl-industrija tat-turiżmu permezz ta’ ġimgħat iddedikati lill-ispeċjalitajiet tal-ikel, korsijiet, seminars u kompetizzjonijiet dwar kif għandu jinqata' l-għaġin tat-tip “Spätzle”. Dan l-aħħar, l-għaġin tat-tip “Schwäbische Spätzle”/“Schwäbische Knöpfle” ingħata r-rwol ta' ambaxxatur kulinari fir-reġjun ta' Schwaben.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)

Fit-taqsima 7a-aa tal-volum 21 tal-“Markenblatt” tat-23 ta’ Mejju 2008, p. 33858

(http://www.register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/127)


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


1.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/24


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 191/12

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΚΟΥΦEΤΑ ΑΜΥΓΔAΛΟΥ ΓΕΡΟΣΚΗΠΟΥ” (KOUFETA AMYGDALOU GEROSKIPOU)

Nru KE: CY-PGI-0005-0800-02.03.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Κουφέτα Αμυγδάλου Γεροσκήπου” (Koufeta Amygdalou Geroskipou)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

Ċipru

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 2.4.

Ħobż, għaġina, kejkijiet, prodotti tal-ħelu, gallettini, u oġġetti oħra tal-furnar

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Il-Koufeta Amygdalou Geroskipou huma lewż inkaljat u biz-zokkor.

Il-prodott finali għandu l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:

 

Karatteristiċi fiżiċi

 

Għamla: ovali/f’għamla ta’ lewża

 

Kulur: abjad

 

Karatteristiċi kimiċi

Kontenut ta’ umdità: 2-4 %

 

Karatteristiċi organolettiċi

 

Wiċċ/tessut: Is-saff ta’ barra tal-ġulepp taz-zokkor għandu wiċċ aħrax li, meta jintmagħad, jinħass aktar artab minn prodotti simili u jħalli warajh sensazzjoni pjaċevoli (faċilment idub fil-ħalq). Il-ħxuna tal-kisja taz-zokkor tvarja bejn żewġ millimetri u erba' millimetri.

 

Togħma: ħlewwa li ġejja miz-zokkor u togħma karatteristika ta' lewż inkaljat.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Il-prodotti li ġejjin jintużaw biex jiġi prodott il-Koufeta Amygdalou Geroskipou: (a) lewż u (b) zokkor tal-kannammiela mfarrak.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita:

Il-produzzjoni u l-ippakkjar tal-Koufeta Amygdalou Geroskipou għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita (fil-Muniċipalità ta’ Geroskipou) (kemm iz-zokkor u kemm il-lewż jistgħu joriġinaw minn barra ż-żona ġeografika definita).

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Il-Koufeta Amygdalou Geroskipou ma għandhomx jiġu ppakkjati f’temperaturi li jkunu ogħla minn 45 °C minħabba l-kondensazzjoni li tikkawza l-umdità fil-pakketti. Malli t-temperatura tinżel taħt il-45 °C, ikun jista jibda l-proċess tal-ippakkjar, li jsir fit-temperatura tal-kamra. Jekk il-Koufeta ma jkunux ippakkjati f’dak il-ħin, tintilef ħafna umdità u ma jkunux rotob meta jintmogħdu (jiġifieri jinbidlu l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tagħhom). Fi kliem ieħor, il-ħin li fih jiġu ppakkjati l-Koufeta Amygdalou Geroskipou huwa kruċjali, peress li l-preżervazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi finali tagħhom jiddependi minn dan. Għaldaqstant huwa imperattiv li l-Koufeta Amygdalou Geroskipou għandhom jiġu ppakkjati fiż-żona ġeografika definita. Dan jiggarantixxi wkoll li l-prodott ikun awtentiku u li jkun jista’ jiġi traċċat.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

It-tikkettar tal-Koufeta Amygdalou Geroskipou jinkludi data ta’ konservazzjoni li tkun xahar mid-data tal-produzzjoni.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Il-konfini amministrattivi tal-muniċipalità ta’ Geroskipou

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-Koufeta Amygdalou Geroskipou huma magħmula minn riċetta tradizzjonali tal-familja u sal-lum il-persuni kollha involuti fil-produzzjoni tagħhom fil-muniċipalità ta' Geroskipou kienu dixxendenti ta’ Sophocles Athanasios, li fl-1895 beda jagħmilhom f’Geroskipou. Il-prodott baqa’ jsir bl-istess metodu għal aktar minn seklu mid-dixxendenti ta’ Sophocles Athanasios fl-istess żona ġeografika (il-Muniċipalità ta’ Geroskipou). Konsegwentement, l-esperjenzi u l-ħiliet meħtieġa biex jiġu prodotti l-Koufeta Amygdalou Geroskipou ilhom jeżistu fiż-żona ġeografika definita sa mill-1895 u għadhom jintirtu sal-lum. It-taħriġ lill-ġenerazzjoni aktar żgħażugħa dwar kif jiġu prodotti l-Koufeta Amygdalou Geroskipou kien u għadu jingħata minn produtturi ta’ esperjenza. Fi kliem ieħor dan jiġi trażmess minn ġenerazzjoni għal oħra.

Il-ktieb bit-titlu 'Geroskipou – L-antik u l-Modern' (Aristidou u Vakis, 1992) fih referenza għall-preparazzjoni tal-lewż biz-zokkor f’Geroskipou wara l-1930, li jinbiegħu l-aktar waqt avvenimenti festivi. Teżisti wkoll referenza għall-prodott fil-ktieb bit-titlu 'Geroskipou – Studju Storiku u Folkloristiku' (Hatzikyriakos, 2000), li jsemmi li l-lewż biz-zokkor hu magħmul minn ġulepp, zokkor u lewż li jissajjar f’borma żgħira. L-għoti ta’ premju waqt fiera li kienet organizzata fi Stroumbi fl-1937 kien mument deċiżiv għall-Koufeta Amygdalou Geroskipou

Il-Koufeta Amygdalou Geroskipou jissemmew ukoll fil-ktieb tal-Muniċipalità ta’ Geroskipouli li jġib l-isem ta’ 'Geroskipou Minn żminijiet qodma sal-lum' (2008). Ir-rivista ta’ kull xahar 'O Tahidromos tis Paphou' (ta’ Awwissu 2010) kienet tinkludi intervista ma’ produttur veteran li għadu jagħmel il-Koufeta sal-lum, u ssemmi li l-prodott huwa wieħed mill-prodotti tradizzjonali l-aktar stabbiliti f’Geroskipou.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-Koufeta Amygdalou Geroskipou tinqasam fi tnejn:

(a)

ir-reputazzjoni tal-prodott minħabba l-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni li ilu jintuża fil-Muniċipalità ta’ Geroskipou minn tard fis-seklu 19 sal-lum, u

(b)

ċerti karatteristiċi organolettiċi li jiddistingwuh minn prodotti simili, speċjalment il-wiċċ aħrax u t-tessut tiegħu magħmul mis-saff ta’ barra tal-ġulepp taz-zokkor li, meta jintmogħod jinħass aktar artab minn prodotti simili u faċilment idub fil-ħalq, u jħalli sensazzjoni pjaċevoli. Il-Koufeta Amygdalou Geroskipou għandhom ukoll ħlewwa karatteristika li tiġi miz-zokkor. Il-wiċċ aħrax, it-tessut u l-ħlewwa huma uniċi għall-prodott u ma jinstabux f’lewż biz-zokkor ieħor. B’mod partikolari, il-Koufeta Amygdalou Geroskipou jsiru mingħajr ma tintuża l-ebda xama’ biex tipproteġi jew tiżola l-lewża (prassi segwita fil-produzzjoni ta’ lewż biz-zokkor ieħor biex il-lewż iżomm il-kontenut taz-zokkor tiegħu). Barra minn hekk, il-proċess ma jinvolvi ebda materja prima ħlief il-lewż u ż-żokkor, jew kwalunkwe proċess ieħor biex il-lewż biz-zokkor jiġi llustrat (billi jiksuhom bix-xama’ jew jillostrawhom b’mod mekkaniku bħala kontinwazzjoni tal-ipproċessar mill-magna li tagħmel il-lewż biz-zokkor), bħal ma huwa l-każ għal lewż biz-zokkor ieħor. Għaldaqstant, il-pori fil-wiċċ tal-prodott jibqgħu miftuħin, u jħallu wiċċ aħrax meta jitqabbel ma’ lewż biz-zokkor ieħor. Barra minn hekk, matul iż-żmien li l-prodott ikun tajjeb għall-bejgħ, il-Koufeta Amygdalou Geroskipou jkunu aktar rotob u aktar ħelwin minn lewż biz-zokkor ieħor peress li ma tintuża l-ebda materja prima oħra, filwaqt li lewż biz-zokkor ieħor jiġi miżjud b’materja prima oħra biex iżżid il-ħlewwa tal-prodott.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-Koufeta Amygdalou Geroskipou huma magħrufa ma’ Ċipru kollu. Kif ingħad aktar ’il fuq il-Koufeta Amygdalou Geroskipou ilhom isiru għal snin twal u l-ħiliet involuti fil-preparazzjoni tagħhom intirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra sal-ġurnata tal-lum. l-ispeċjalità tal-Koufeta Amygdalou Geroskipou u l-karattesitiċi speċifiċi tagħhom huma dovuti għall-għarfien u l-esperjenzi tal-manifatturi tagħhom speċjalment fir-rigward tal-metodu tal-produzzjoni. It-tessut partikolari li hu l-karatteristika tal-Koufeta Amygdalou Geroskipou huwa dovut l-aktar għall-mod li bih jiġi ppreparat il-prodott, u b'mod partikolari għat-tul tal-proċess tal-kisi tal-lewż inkaljat bil-ġulepp taz-zokkor, il-moviment ritmiku tal-magna li tagħmel il-lewż biz-zokkor matul il-proċess u r-riċetta li tintuża biex jiġi ppreparat il-prodott. L-element kruċjali fil-proċess tal-produzzjoni, li jikkostitwixxi l-ħiliet fundamentali, huwa li l-produttur irid joqgħod maġemb il-magna (il-magna li tagħmel il-lewż biz-zokkor) il-ħin kollu biex jissorvelja l-proċess kollu tal-kisi sabiex jekk ikun meħtieġ ikun jista’ jintervjeni immedjatament biex jaġġusta t-temperatura u l-ħxuna u l-kwantità tal-ġulepp. Il-kombinazzjoni tal-ħin li jittieħed biex jinksew il-lewż inkaljat mal-ġulepp taz-zokkor u l-moviment ritmiku tal-magna li tagħmel il-lewż biz-zokkor matul il-proċess tal-kisi huma importanti ħafna. Jekk il-lewż jiġi miksi aktar kmieni milli jkun maħsub u/jew jekk il-moviment ritmiku tal-magna li tagħmel il-lewż biz-zokkor ma jkunx perfett, allura l-lewż biz-zokkor jibdew jeħlu ma’ xulxin. Bl-istess mod, jekk il-lewż jiġi miksi aktar tard milli jkun maħsub u/jew jekk il-moviment ritmiku tal-magna li tagħmel il-lewż biz-zokkor ma jkunx perfett, allura l-lewż biz-zokkor jinxef u l-ammont preċiż ta’ zokkor ma jiġix assorbit. Dan kollu li hu msemmi hawn fuq jagħmel parti mit-tradizzjoni, il-metodi lokali awtentiċi tal-produzzjoni u l-għarfien lokali u l-esperjenza tal-produtturi tal-Geroskipou. Is-suċċess tar-riċetta deskritta fl-ispeċifikazzjoni huwa dovut għall-fatt li jintużaw biss żewġ materji prima, li huma z-zokkor u l-lewż u xejn aktar (għall-kuntrarju tal-produzzjoni ta’ lewż biz-zokkor ieħor, fejn tiġi użata materja prima oħra).

Referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

 

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

 

http://www.moa.gov.cy/moa/da/da.nsf/All/BAB8773EB6D4C5BD422576CD00354E95/$file/EvnoikiApofasiYpourgou4406Jan10.pdf?OpenElement


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.