ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.183.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
24 ta' Ġunju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 183/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 183/02

Avviż għall-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Abu Nidal ANO – (magħrufa wkoll bħala Kunsill Revoluzzjonarju Fatah, magħrufa wkoll bħala Brigati Revoluzzjonarji Għarab, magħrufa wkoll bħala Settembru l-Iswed, magħrufa wkoll bħala Organizzazzjoni Revoluzzjonarja ta' Musulmani Soċjalisti inkluża fuq il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011 tal-31 ta' Jannar 2011)

9

2011/C 183/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

11

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 183/04

Rata tal-kambju tal-euro

12

2011/C 183/05

Ir-regoli ta' proċedura għall-kumitat tal-appell (Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011) – Adottat mill-kumitat tal-appell fid-29 ta’ Marzu 2011

13

2011/C 183/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea tal-Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru)(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)  ( 1 )

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 183/07

Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking

18

2011/C 183/08

Sejħa għall-proposti – EAC/01/11 – Netwerk tal-Politika Ewropea dwar l-edukazzjoni ta' tfal u żgħażagħ minn familji migranti

19

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 183/09

Komunikazzjoni mill-Gvern tal-Wallonja dwar id-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

20

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali – id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (l-Anness V)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 183/01

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-libertà ta’ moviment (tal-moviment liberu) ta’ persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, b’mod partikulari l-Artikolu 21(7) tagħha, tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi li jadottaw f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħruġ ta’ provi tal-kwalifiki formali fl-oqsma koperti mill-Kapitolu III tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni xierqa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li fiha tindika t-titli adottati mill-Istati Membri għall-provi tal-kwalifiki formali u, fejn ikun xieraq, il-korp li joħroġ il-prova tal-kwalifiki formali kkonċernati, iċ-ċertifikat li jakkumpanjahom u, fejn ikun xieraq, it-titlu professjonali korrispondenti msemmi fil-punti 5.1.1, 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4, 5.2.2, 5.3.2, 5.3.3, 5.4.2, 5.5.2, 5.6.2 u 5.7.1 tal-Anness V rispettivament, u d-data ta’ referenza jew is-sena akkademika ta’ referenza applikabbli (1).

Ġaladarba diversi Stati Membri nnotifikaw titli ġodda jew bdil f’dawk imniżżlin diġà, il-Kummissjoni qed tippubblika din il-komunikazzjoni skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2005/36/KE (2).

1.   Speċjalizzazzjonijiet mediċi

(1)

Il-Bulgarija nnotifikat il-bidla li ġejja f’titlu fil-mediċina speċjalizzata li kien diġà mniżżel (il-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)   Taħt it-titlu “Pedjatrija”: Педиатрия

(b)   Taħt it-titlu “Kirurġija plastika”: Пластично-възстановителна и естетична хирургия

(c)   Taħt it-titlu “Gastroenteroloġija”: Гастроентерология (sal-14 ta' Settembru 2010)

(2)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja f’titlu fil-mediċina speċjalizzata li kien diġà mniżżel (il-punt 5.1.3 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

(a)   Taħt it-titlu “Anestesija”: Anesteziologie a intenzivní medicína

(b)   Taħt it-titlu “Mediċina respiratorja”:: Pneumologie a ftizeologie

(c)   Taħt it-titlu “Anatomija patoloġika”: Patologie

(d)   Taħt it-titlu “Kirurġija toraċika”: Hrudní chirurgie

(e)   Taħt it-titlu “Endokrinoloġija”: Diabelotologie a endokrinologie

2.   Tobba ġeneralisti

(1)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titlu ta’ tabib ġeneralista li kien diġà mniżżel (il-punt 5.1.4 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Titlu professjonali

Data ta’ referenza

Česká republika

Diplom o specializaci všeobecné praktické lékařství

Všeobecný praktický lékař

1.5.2004

3.   Periti

(1)

Il-Bulgarija nnotifikat it-titli addizzjonali li ġejjin għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

България

Магистър-Специалност aрхитектура

Университет по архитектура, строителство и геодезия — София, Архитектурен факултет

Свидетелство, издадено от компетентната Камара на архитектите, удостоверяващо изпълнението на предпоставките, необходими за регистрация като архитект с пълна проектантска правоспособност в регистъра на архитектите

2010/2011

Магистър-Специалност архитектура

Варненски свободен университет „Черноризец Храбър“, Варна, Архитектурен факултет

(2)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat it-titli addizzjonali li ġejjin għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Česká republika

Inženýr architekt (Ing. Arch.)

Technická univerzita v Liberci, Fakulta umění a architektury

Osvědčení o splnění kvalifikačních požadavků pro samostatný výkon profese architekta vydané Českou komorou architektů

2007/2008

Architektura a urbanismus

Vysoké učení technické v Brně, Fakulta architektury

Magistr umění v oboru architektura (MgA.)

Vysoká škola uměleckoprůmyslová v Praze

(3)

Il-Ġermanja nnotifikat it-titlu addizzjonali li ġej għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Deutschland

Master of Arts — M.A.

Fachhochschule Münster

(University of Applied Sciences) — Muenster School of Architecture

Bescheinigung einer zuständigen Architektenkammer über die Erfüllung der Qualifikationsvoraussetzungen im Hinblick auf eine Eintragung in die Architektenliste

2000/2001

(4)

L-Awstrija nnotifikat it-titli addizzjonali li ġejjin għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Österreich

7.

Diplom-Ingenieur FH, Dipl.-Ing. FH

7.

Fachhochschule Technikum Kärnten

Bescheinigung des Bundesministers für Wirtschaft, Jugend und Familie über die Erfüllung der Voraussetzung für die Eintragung in die Architektenkammer/Bescheinigung einer Bezirksverwaltungsbehörde über die Ausbildung oder Befähigung, die zur Ausübung des Baumeistergewerbes (Berechtigung für Hochbauplanung) berechtigt

2004/2005

8.

Diplom-Ingenieur, Dipl.-Ing.

8.

Universität Innsbruck (Leopold-Franzens- Universität Innsbruck)

2008/2009

9.

Diplom-Ingenieur, Dipl.-Ing.

9.

Technische Universität Graz (Erzherzog-Johann-Universität Graz)

2008/2009

10.

Diplom-Ingenieur, Dipl.-Ing.

10.

Technische Universität Wien

2006/2007

(5)

Il-Portugall innotifika t-titlu addizzjonali li ġej għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Portugal

Mestrado Integrado em Arquitectura

Universidade Técnica de Lisboa (Instituto Superior Técnica)

Certificado de cumprimento dos pré-requisitos de qualificação para inscrição na Ordem dos Arquitectos, emitido pela competente Ordem dos Arquitectos

2001/2002

(6)

L-Isvezja nnotifikat it-titlu addizzjonali li ġej għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Sverige

Arkitektexamen

Umeå universitet

 

2009/2010

(7)

Ir-Renju Unit innotifika t-titli addizzjonali li ġejjin għall-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

United Kingdom

Master of Architecture

University of Kent

An Architects Registration Board Part 3 Certificate of Architectural Education

2006/2007

University of Ulster

2008/2009

University of Edinburgh/Edinburgh School of Architecture and Landscape Architecture

2009/2010

Professional Diploma in Architecture

Northumbria University

2008/2009

Postgraduate Diploma in Architecture

Sheffield Hallam University

2009/2010

MPhil in Environmental Design in Architecture (Option B)

University of Cambridge

2009/2010

Professional Diploma in Architecture: Advanced Environmental and Energy Studies

University of East London/Centre for Alternative Technology

2008/2009

(8)

Ir-Repubblika Ċeka nnotifikat il-bidla li ġejja fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Česká republika

Architektura a urbanismus

Fakulta architektury, České vysoké učení technické (ČVUT) v Praze

Osvědčení o splnění kvalifikačních požadavků pro samostatný výkon profese architekta vydané Českou komorou architektů

2007/2008

(9)

Il-Ġermanja nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Deutschland

Diplom-Ingenieur, Diplom-Ingenieur Univ.

Universitäten (Architektur/Hochbau)

Technische Hochschulen (Architektur/Hochbau)

Technische Universitäten (Architektur/Hochbau)

Universitäten-Gesamthochschulen (Architektur/Hochbau)

Hochschulen für bildende Künste

Hochschulen für Künste

Bescheinigung einer zuständigen Architektenkammer über die Erfüllung der Qualifikationsvoraussetzungen im Hinblick auf eine Eintragung in die Architektenliste

1988/1989

Diplom-Ingenieur, Diplom-Ingenieur FH

Fachhochschulen (Architektur/Hochbau) (3)

Universitäten-Gesamthochschulen (Architektur/Hochbau) bei

(10)

L-Irlanda nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Ireland

1.

Degree of Bachelor of Architecture (B.Arch.NUI)

1.

National University of Ireland to architecture graduates of University College Dublin

Certificate of fulfilment of qualifications requirements for professional recognition as an architect in Ireland issued by the Royal Institute of Architects of Ireland (RIAI)

1988/1989

2.

Degree of Bachelor of Architecture (B.Arch)

(Previously, until 2002 — Degree standard diploma in architecture (Dip.Arch))

2.

Dublin Institute of Technology, Bolton Street, Dublin

(College of Technology, Bolton Street, Dublin)

3.

Certificate of associateship (ARIAI)

3.

Royal Institute of Architects of Ireland

4.

Certificate of membership (MRIAI)

4.

Royal Institute of Architects of Ireland

(11)

L-Italja nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Italia

Laurea Specialistica in Architettura

Università degli Studi di Camerino

Diploma di abilitazione all’esercizio indipendente della professione che viene rilasciato dal Ministero dell’istruzione, dell’università e della ricerca dopo che il candidato ha sostenuto con esito positivo l’esame di Stato davanti ad una commissione competente

2004/2005

Laurea Magistrale in Architettura

Università degli Studi di Camerino

2006/2007

(12)

L-Awstrija nnotifikat il-bidliet li ġejjin fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Österreich

1.

Diplom-Ingenieur, Dipl.-Ing.

1.

Technische Universität Graz (Erzherzog-Johann-Universität Graz)

Bescheinigung des Bundesministers für Wirtschaft, Jugend und Familie über die Erfüllung der Voraussetzung für die Eintragung in die Architektenkammer/Bescheinigung einer Bezirksverwaltungsbehörde über die Ausbildung oder Befähigung, die zur Ausübung des Baumeistergewerbes (Berechtigung für Hochbauplanung) berechtigt

1998/1999

2.

Diplom-Ingenieur, Dipl.-Ing.

2.

Technische Universität Wien

3.

Diplom-Ingenieur, Dipl.-Ing.

3.

Universität Innsbruck (Leopold-Franzens-Universität Innsbruck)

4.

Magister der Architektur, Magister architecturae, Mag. Arch.

4.

Hochschule für Angewandte Kunst in Wien

5.

Magister der Architektur, Magister architecturae, Mag. Arch.

5.

Akademie der Bildenden Künste in Wien

6.

Magister der Architektur, Magister architecturae, Mag. Arch.

6.

Hochschule für künstlerische und industrielle Gestaltung in Linz

(13)

Il-Portugall innotifika l-bidliet li ġejjin fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

Portugal

Carta de curso de licenciatura em Arquitectura

Faculdade de Arquitectura da Universidade técnica de Lisboa

Faculdade de Arquitectura da Universidade do Porto

Escola Superior Artística do Porto

Certificado de cumprimento dos pré-requisitos de qualificação para inscrição na Ordem dos Arquitectos, emitido pela competente Ordem dos Arquitectos

1988/1989

Para os cursos iniciados a partir do ano académico de 1991/1992

Faculdade de Arquitectura e Artes da Universidade Lusíada do Porto

1991/1992

Carta de curso de licenciatura em Arquitectura

Faculdade de Arquitectura e Artes da Universidade Lusíada de Vila Nova de Famalicão

1993/1994

Universidade Lusófona de Humanidades e Tecnologia

1998/1999

Faculdade de Ciências e Tecnologia da Universidade de Coimbra

1988/1989

Instituto Superior Manuel Teixeira Gomes

1997/1998

Universidade do Minho

1997/1998

Carta de Curso de Licenciatura em Arquitectura e Urbanismo

Escola Superior Gallaecia

2002/2003

Carta de Curso de Licenciatura em Arquitectura

Universidade Lusíada de Lisboa

1991/1992

Carta de Curso de Licenciatura em Arquitectura e Urbanismo

Instituto Superior Técnico da Universidade Técnica de Lisboa

1998/1999

Mestrado integrado em Arquitectura

Universidade Autónoma de Lisboa

2001/2002

(14)

Ir-Renju Unit innotifika l-bidliet li ġejjin fit-titli tal-periti (il-punt 5.7.1 tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE):

Pajjiż

Prova tal-kwalifiki formali

Il-korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-prova tal-kwalifiki

Is-sena akkademika ta’ referenza

United Kingdom

1.

Diplomas in architecture

1.

Universities

An Architects Registration Board Part 3 Certificate of Architectural Education

1988/1989

Colleges of Art

 

Schools of Art

 

Cardiff University

2006/2007

University College for the Creative Arts

2008/2009

Birmingham City University

 

2.

Degrees in architecture

2.

Universities

1988/1989

3.

Final examination

3.

Architectural Association

 

4.

Examination in architecture

4.

Royal College of Art

 

5.

Examination Part II

5.

Royal Institute of British Architects

 

6.

Master of Architecture

6.

University of Liverpool

2006/2007

Cardiff University

2006/2007

University of Plymouth

2007/2008

Queens University, Belfast

2009/2010

Northumbria University

2009/2010

University of Brighton

2010/2011

Birmingham City University

2010/2011

Leeds Metropolitan University

2011/2012

7.

Graduate Diploma in Architecture

7.

University College London

2006/2007

8.

Professional Diploma in Architecture

8.

University of East London

2007/2008

9.

Graduate Diploma in Architecture/MArch Architecture

9.

University College London

2008/2009

10.

Postgraduate Diploma in Architecture

10.

Leeds Metropolitan University

2007/2008


(1)  Is-sena akkademika ta’ referenza tapplika għat-titli ta’ perit. L-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2005/36/KE jgħid: “Provi ta’ kwalifiki formali bħala perit imsemmija fl-Anness V, punt 5.7.1, li huma soġġetti għar-rikonoxximent awtomatiku (...), huma provi ta’ kors ta’ taħriġ kompletat li beda mhux qabel matul is-sena akkademika ta’ referenza msemmija f’dak l-Anness”. Għat-titli professjonali l-oħrajn kollha mniżżlin fl-Anness V, id-data ta’ referenza hija d-data li minnha r-rekwiżiti minimi tat-taħriġ iddefiniti fid-Direttiva għall-professjoni speċifika għandhom jiġu applikati fl-Istat Membru kkonċernat.

(2)  Verżjoni kkonsolidata tal-Anness V għad-Direttiva 2005/36/KE tinsab fis-sit: http://ec.europa.eu/internal_market/qualifications/

(3)  Diese Diplome sind je nach Dauer der durch sie abgeschlossenen Ausbildung gemäß Artikel 47 Absatz 1 anzuerkennen.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/9


Avviż għall-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Abu Nidal “ANO” – (magħrufa wkoll bħala “Kunsill Revoluzzjonarju Fatah”, magħrufa wkoll bħala “Brigati Revoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala “Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala “Organizzazzjoni Revoluzzjonarja ta' Musulmani Soċjalisti” inkluża fuq il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011 tal-31 ta' Jannar 2011)

2011/C 183/02

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-Organizzazzjoni Abu Nidal “ANO” – (magħrufa wkoll bħala “Kunsill Revoluzzjonarju Fatah”, magħrufa wkoll bħala “Brigati Revoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala “Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala “Organizzazzjoni Revoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti” elenkata fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 83/2011 tal-31 ta' Jannar (1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-grupp ikkonċernat u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Il-Kunsill ġie pprovdut b'informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-grupp imsemmi hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-grupp ikkonċernat jista' jippreżenta talba biex jikseb id-dikjarazzjoni ta' raġunijiet aġġornata tal-Kunsill għaliex ġie miżmum fuq il-lista msemmija hawn fuq fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tali talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien ġimagħatejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Il-grupp ikkonċernat jista' fi kwalunkwe ħin jippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni li tinkludih u żżommu fuq il-lista, fl-indirizz ta' hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jiġu rċevuti. F'dan ir-rigward, il-Kunsill jiġbed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-fatt li l-lista tiġi eżaminata minnu regolarment skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fl-eżami li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika tad-dikjarazzjoni.

Tinġibed l-attenzjoni tal-grupp ikkonċernat għall-possibbiltà li jibgħat applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament sabiex jikseb awtorizzazzjoni biex juża l-fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 14.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/11


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

2011/C 183/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni segwenti tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 611/2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. Ir-raġunijiet għan-nominazzjonijiet ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Koordinazzjoni TEFS

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 164, 24.6.2011.

(2)  ĠU L 164, 24.6.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Ġunju 2011

2011/C 183/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4212

JPY

Yen Ġappuniż

114,58

DKK

Krona Daniża

7,4582

GBP

Lira Sterlina

0,88960

SEK

Krona Żvediża

9,1650

CHF

Frank Żvizzeru

1,1963

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8030

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,350

HUF

Forint Ungeriż

269,36

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9991

RON

Leu Rumen

4,2260

TRY

Lira Turka

2,3215

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3524

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3845

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0723

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7507

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7578

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 530,46

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7437

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1920

HRK

Kuna Kroata

7,3795

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 226,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,3091

PHP

Peso Filippin

61,794

RUB

Rouble Russu

39,9900

THB

Baht Tajlandiż

43,446

BRL

Real Brażiljan

2,2610

MXN

Peso Messikan

16,8394

INR

Rupi Indjan

63,8880


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/13


Ir-regoli ta' proċedura għall-kumitat tal-appell (Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011)

Adottat mill-kumitat tal-appell fid-29 ta’ Marzu 2011

2011/C 183/05

IL-KUMITAT TAL-APPELL,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 3(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

ADOTTA R-REGOLI TA' PROĊEDURA LI ĠEJJIN:

Artikolu 1

Regoli ġenerali biex tissejjaħ laqgħa

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 2, fejn il-president ta' kumitat jiddeċiedi, skont l-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, li jirreferi każ lill-kumitat tal-appell, il-president għandu jgħarraf minnufih lill-membri tal-kumitat u lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri (minn hawn 'il quddiem: “ir-Rappreżentanzi Permanenti”) b'dik id-deċiżjoni. Id-data ta' dik il-komunikazzjoni għandha titqies bħala d-data tar-rinviju. Il-komunikazzjoni dwar ir-rinviju għandha tkun akkumpanjata mill-abbozz finali tal-att ta’ implimentazzjoni kif imressaq għall-votazzjoni tal-kumitat.

2.   Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-president tal-kumitat għandu jissottometti minnufih l-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell. Id-data ta' dik is-sottomissjoni għandha titqies bħala d-data tar-rinviju.

3.   Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-kumitat tal-appell għandu jiltaqa' mhux qabel 14-il jum kalendarju u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-data tar-rinviju.

4.   Il-president għandu jsejjaħ laqgħa mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta jkun ġie sottomess l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u l-abbozz tal-aġenda, ħlief f'każijiet iġġustifikati kif imiss.

5.   Skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni għandha tiffissa d-data tal-laqgħa tal-kumitat tal-appell b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex dawn flimkien mal-Kummissjoni jkunu f'pożizzjoni li jiżguraw livell xieraq ta' rappreżentanza.

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri dwar diversi alternattivi għad-data tal-laqgħa. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu suġġerimenti f'dan ir-rigward u jindikaw il-livell ta' rappreżentazzjoni li huma jqisu li jkun xieraq, li għandu jkun ta' natura għolja u orizzontali biżżejjed, inkluż fil-livell Ministerjali. Bħala regola ġenerali, ir-rappreżentazzjoni m'għandhiex tkun 'l isfel mil-livell tal-membri tal-kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-gvernijiet tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ suġġerimenti bħal dawn.

Artikolu 2

Sejħa għal laqgħa f'każijiet ta' abbozzi ta' miżuri definittivi kontra d-dumping jew kumpensatorji

1.   Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni għandha tibda konsultazzjonijiet mal-Istati Membri minnufih wara l-vot.

2.   Il-president għandu jgħarraf lill-membri tal-kumitat u lir-Rappreżentanti Permanenti bir-riżultati tal-konsultazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 u, fuq dik il-bażi, għandu jissottometti lill-kumitat tal-appell jew:

(a)

il-verżjoni tal-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni li fuqha jkun ivvota l-kumitat; jew

(b)

verżjoni emendata tal-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni.

Id-data tas-sottomissjoni skont l-ewwel subparagrafu għandha titqies bħala d-data tar-rinviju. Din għandha tkun mhux qabel 14-il jum kalendarju u mhux aktar tard minn xahar wara l-laqgħa tal-kumitat.

3.   Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-kumitat tal-appell għandu jiltaqa' mhux qabel 14-il jum kalendarju u mhux aktar tard minn xahar wara d-data tar-rinviju.

4.   Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-limiti taż-żmien imsemmijin f'dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-iskadenzi stabbiliti fl-atti bażiċi relevanti.

Artikolu 3

Dokumentazzjoni li għandha titressaq quddiem il-kumitat tal-appell

1.   Il-president tal-kumitat tal-appell għandu jfassal l-aġenda u jippreżentaha lill-kumitat tal-appell.

2.   Il-president tal-kumitat tal-appell għandu jressaq l-istedina, l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni u dokumenti oħrajn għal-laqgħa lill-membri tal-kumitat tal-appell bil-quddiem sew qabel il-laqgħa, b'mod li jagħti kas tal-urġenza u tal-kumplessità tal-materja, u mhux aktar tard minn 14-il jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa skont l-Artikolu 1(4). Id-dokumenti għandhom jitressqu skont l-Artikolu 11(2).

Artikolu 4

L-opinjoni tal-kumitat tal-appell

1.   Il-kumitat tal-appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni jew fil-każijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fuq l-att ta’ implimentazzjoni, fil-limitu ta' żmien preskritt mill-president ta' dak il-kumitat skont l-Artikolu 3(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-president għandu jipprova jsib soluzzjonijiet li jiksbu l-ikbar appoġġ possibbli fil-kumitat tal-appell. Qabel il-vot, il-president għandu jinforma lill-kumitat tal-appell dwar il-mod kif ikunu ġew ikkunsidrati d-diskussjonijiet u s-suġġerimenti għal emendi, b'mod partikulari fir-rigward ta' dawk is-suġġerimenti li jkunu ngħataw appoġġ kbir fil-kumitat tal-appell.

3.   Il-kumitat tal-appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu b'maġġoranza kkwalifikata, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, sal-1 ta’ Settembru 2012, skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-kumitat tal-appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar abbozzi ta’ miżuri definittivi kontra d-dumping jew kumpensatorji b'maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tiegħu.

4.   Dment li l-ebda membru tal-kumitat tal-appell ma joġġezzjona, il-president jista', mingħajr ma jgħaddi għal vot formali, jistabbilixxi li l-kumitat tal-appell ikun ta opinjoni pożittiva, b'kunsens, dwar l-abbozz ta' att ta’ implimentazzjoni.

5.   Il-president, b'konsultazzjoni mal-membri tal-kumitat tal-appell, jista', b'inizjattiva tiegħu jew b'talba ta’ xi wieħed mill-membri tal-kumitat tal-appell, jipposponi l-vot għal tmiem il-laqgħa jew għal laqgħa oħra aktar tard.

6.   Fejn ma tingħata l-ebda opinjoni mill-kumitat tal-appell, il-president għandu, mill-aktar fis possibbli, jgħarraf lill-membri ta' dak il-kumitat jekk il-Kummissjoni jkollhiex il-ħsieb li tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 5

Ir-rappreżentanza u l-kworum

1.   Kull Stat Membru għandu jitqies bħala membru wieħed tal-kumitat tal-appell. Kull membru tal-kumitat tal-appell għandu jiddeċiedi dwar l-għamla tad-delegazzjoni tiegħu u jinforma lill-president u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-ħsieb li jkun hemm livell ta' rappreżentazzjoni kemm jista' jkun omoġenea fil-laqgħa tal-kumitat tal-appell. Tagħrif dwar kif tkun magħmula kull delegazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-president tal-kumitat tal-appell fi żmien raġonevoli u mhux aktar tard minn ħamest (5) ijiem kalendarji qabel id-data tal-laqgħa tal-kumitat tal-appell.

2.   Ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Kummissjoni għandu jkun limitat għal persuna waħda għal kull Stat Membru.

3.   Id-delegazzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirrappreżenta mhux aktar minn Stat Membru ieħor wieħed. L-Istat Membru li jkun qed jiġi rrappreżentat għandu jgħarraf lill-president b'dan qabel il-laqgħa jew, l-aktar tard, qabel il-vot.

4.   Hi meħtieġa l-preżenza tal-maġġoranza tal-Istati Membri biex il-kumitat tal-appell ikun f'pożizzjoni li jivvota. Din ir-regola tapplika wkoll meta l-kumitat tal-appell jagħti opinjoni b'kunsens. Madankollu, meta l-limitu ta' żmien għall-kumitat tal-appell biex jagħti opinjoni jkun skada bl-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3) jew (7) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, għandu jkun ikkunsidrat, għall-finijiet tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament, li l-kumitat tal-appell ma tax opinjoni.

Artikolu 6

Partijiet terzi u esperti

1.   Ir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet li huma intitolati permezz ta' att legali vinkolanti jkunu preżenti għal-laqgħa tal-kumitat għandhom jiġu mistednin jattendu l-laqgħat tal-kumitat tal-appell.

2.   Rappreżentanti ta' pajjiżi aderenti għandhom jiġu mistednin jattendu għal-laqgħat tal-kumitat tal-appell mid-data tal-firma tat-Trattat tal-adeżjoni 'l quddiem.

3.   Jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat tal-appell jappoġġjaw talba għall-preżenza tar-rappreżentanti tal-korpi jew l-uffiċċji tal-Unjoni, kif ukoll aġenziji tal-Unjoni li lilhom l-att bażiku jagħti rwol fl-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, huma għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħa. Il-president jista' jiddeċiedi wkoll li jistieden tali rappreżentanti fuq inizjattiva tiegħu. Madankollu, maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri tista' topponi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħa.

4.   Rappreżentanti ta' pajjiżi terzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1, 2 u 3 la għandhom ikunu preżenti u lanqas għandhom jipparteċipaw waqt il-votazzjonijiet tal-kumitat tal-appell.

5.   L-ebda parti terza jew espert ieħor li mhumiex parti minn delegazzjoni ta' Stat Membru m'għandhom jattendu għal-laqgħat tal-kumitat tal-appell.

Artikolu 7

Proċedura bil-miktub

1.   Il-president jista' jikseb l-opinjoni tal-kumitat tal-appell permezz tal-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. B'mod partikolari, il-president jista' juża l-proċedura bil-miktub biex jikseb l-opinjoni tal-kumitat tal-appell fil-każijiet fejn l-abbozz ta' att ta’ implimentazzjoni jkun diġà ġie diskuss waqt laqgħa tal-kumitat tal-appell.

2.   Il-president għandu jgħarraf lill-membri tal-kumitat tal-appell dwar l-eżitu ta' proċedura bil-miktub minnufih, u mhux aktar tard minn 14-il jum kalendarju wara li jiskadi l-limitu ta' żmien.

Artikolu 8

Appoġġ segretarjali

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ segretarjali lill-kumitat tal-appell.

Artikolu 9

Minuti u rekord imqassar tal-laqgħat

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-minuti ta' kull laqgħa għandhom jitħejjew taħt ir-responsabbiltà tal-president. Il-membri tal-kumitat tal-appell għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li l-pożizzjoni tagħhom tkun irreġistrata fil-minuti. Il-president għandu jibgħat il-minuti lill-membri tal-kumitat tal-appell mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn xahar wara l-laqgħa.

Il-membri tal-kumitat tal-appell għandhom jibagħtu lill-president bil-miktub kwalunkwe kummenti li jista' jkollhom dwar l-abbozz tal-minuti. Jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil, il-kwistjoni għandha tiġi diskussa mill-kumitat tal-appell. Jekk in-nuqqas ta’ qbil jippersisti, il-kummenti relevanti għandhom jiġu annessi mal-minuti aħħarin.

2.   Għall-fini tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-president għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta' rekord fil-qosor li jagħti deskrizzjoni fuq fuq ta' kull punt fuq l-aġenda u tar-riżultati tal-vot fuq kwalunkwe abbozz ta' att ta’ implimentazzjoni mressaq quddiem il-kumitat tal-appell. Dan ir-rekord fil-qosor m'għandux isemmi l-pożizzjoni individwali tal-membri waqt id-diskussjonijiet tal-kumitat tal-appell.

Artikolu 10

Il-lista tal-attendenza

F'kull laqgħa, il-president għandu jagħmel lista ta' attendenza li tispeċifika l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet li jkunu jappartienu għalihom dawk magħżulin mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom.

Artikolu 11

Korrispondenza

1.   Il-korrispondenza li tirrigwarda lill-kumitat tal-appell għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, għall-attenzjoni tal-president tal-kumitat tal-appell.

2.   Il-korrispondenza għall-membri tal-kumitat tal-appell għandha tiġi sottomessa lir-Rappreżentanzi Permanenti. Barra minn hekk, il-korrispondenza tista' tgħaddi mill-ewwel għand il-persuni magħżulin mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom fil-kumitat tal-appell.

3.   Ir-Rappreżentanzi Permanenti u l-Kummmissjoni jistgħu jindikaw indirizz elettroniku ċentrali speċifiku għall-korrispondenza.

Artikolu 12

Aċċess għad-dokumenti u kunfidenzjalità

1.   Talbiet għal aċċess għal dokumenti tal-kumitat tal-appell għandhom jiġu ttrattati skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni dwar talbiet għal aċċess għal dawk id-dokumenti skont ir-Regoli ta' Proċedura tagħha kif emendati bid-Deċiżjoni 2001/937/KE, KEFA, Euratom (3). Jekk it-talba tkun indirizzata lil Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2.   Id-diskussjonijiet tal-kumitat tal-appell għandhom jinżammu kunfidenzjali.

3.   Dokumenti mgħoddija lil membri tal-kumitat tal-appell u lil rappreżentanti ta' partijiet terzi għandhom ikunu kunfidenzjali, dment li ma jingħatax aċċess għal dawk id-dokumenti skont il-paragrafu 1 jew li ma jsirux pubbliċi b'mod ieħor mill-Kummissjoni.

4.   Il-membri tal-kumitat tal-appell, kif ukoll ir-rappreżentanti ta' partijiet terzi, għandhom ikunu mitlubin jirrispettaw l-obbligi tal-kunfidenzjalità preskritti f'dan l-Artikolu. Il-president għandu jiżgura li r-rappreżentanti ta' partijiet terzi jkunu jafu bir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità imposti fuqhom.

Artikolu 13

Protezzjoni tad-dejta personali

L-ipproċessar tad-dejta personali mill-kumitat tal-appell għandu jkun skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), taħt ir-responsabbiltà tal-president, li jaġixxi bħala l-kontrollur, skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 14

Analiżi

Sa April tal-2014, il-Kummissjoni għandha tevalwa kif ir-Regoli preżenti kienu jaħdmu fil-prattika u tista' tippreżenta proposta għar-reviżjoni tagħhom.


(1)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(2)  ĠU L 145, 31.5.2001 p. 43.

(3)  ĠU L 345, 29.12.2001, p. 94.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001 p. 1.


24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/17


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea tal-Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru) (1)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)

2011/C 183/06

Organizzazzjoni

Referenza

Numru tal-edizzjoni

Titlu tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Komunità

Data tal-edizzjoni

ETSI (2)

EN 303 214

V1.1.1

Sistema ta' Servizzi ta’ Kollegament tad-Dejta (DLS); Speċifikazzjoni tal-Komunità għall-applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 dwar l-Interoperabilità tal-Ajru Uniku Ewropew; Rekwiżiti għall-kostitwenti tal-art u l-ittestjar tas-sistemi

Marzu 2011


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis Cedex, France, tel. +33 492944200, fax +33 493654716, http://www.etsi.org


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/18


Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking

2011/C 183/07

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking.

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja: ENIAC-2011-2.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:

http://www.eniac.eu/web/calls/eniacju_call5_2011.php


24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/19


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EAC/01/11

Netwerk tal-Politika Ewropea dwar l-edukazzjoni ta' tfal u żgħażagħ minn familji migranti

2011/C 183/08

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

L-għan ta' din is-sejħa huwa li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni Ewropea bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet f'livell għoli, l-akkademiċi u l-professjonisti, biex jogħla l-livell ta' kisba fl-edukazzjoni ta' tfal u żgħażagħ minn familji migranti. Is-sejħa timmira li tappoġġja t-twaqqif ta' netwerk Ewropew li janalizza, jiżviluppa u jiskambja l-politika u l-prattika fiż-żona.

Għandha tindirizza l-kwistjonijiet li tqanqlu mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2009 dwar l-edukazzjoni ta' tfal minn familji migranti u tqanqal livell għoli ta' kooperazzjoni bejn dawk li jfasslu l-politika fl-Istati Membri responsabbli mill-inklużjoni soċjali permezz tal-edukazzjoni, li tinkludi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pajjiżi ta' oriġini u l-pajjiżi li jospitaw. In-netwerk għandu jistimola attivament il-kooperazzjoni transnazzjonali primarjament fuq il-livell tal-gvern, iżda ukoll fuq il-livell ta' esperti u professjonisti.

2.   L-applikanti eliġibbli

Din is-sejħa hija miftuħa għal:

Ministeri tal-edukazzjoni;

Entitajiet oħra pubbliċi;

Ċentri tar-riċerka u Universitajiet;

Fondazzjonijiet;

Assoċjazzjonijiet.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi minn persuna legali. L-applikanti għandhom jissottomettu kopja tal-artikoli tal-assoċjazzjoni tal-organizzazzjoni u taċ-ċertifikat uffiċjali tar-reġistrazzjoni legali.

Applikazzjonijiet minn entitajiet legali li huma stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin huma eliġibbli:

L-Istati Membri tal-UE;

Il-pajjiżi tal-EFTA: – L-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera;

Il-pajjiżi kandidati: – It-Turkija, il-Kroazja:

3.   Il-baġit u t-tul ta' żmien

Il-Ftehim ta' Qafas għandu jservi mill-2012 sal-2014.

Il-baġit totali ddestinat għall-kofinanzjar ta' dan in-netwerk jilħaq is-somma ta’ EUR 500 000 għall-2012. L-għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 36 xahar.

4.   L-iskadenza

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2011.

5.   Aktar informazzjoni

It-test sħiħ tas-Sejħa għall-Proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fil-websajt li ġejja:

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/calls/index_en.html

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u għandhom jiġu sottomessi fil-formola tal-applikazzjoni pprovduta.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/20


Komunikazzjoni mill-Gvern tal-Wallonja dwar id-Direttiva Nru 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2011/C 183/09

AVVIŻ MILL-GVERN TAL-WALLONJA DWAR PERMESS ESKLUSSIV GĦAR-RIĊERKA TA' IDROKARBURI TAL-GASS, MAGĦRUF BĦALA “PERMIS DE PERONNES ET ANDERLUES”

Wara t-talbiet tal-15 ta' Novembru 2008 u tal-24 ta' Diċembru 2009, il-kumpanija Ewropea Gas Benélux li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab f'Boulevard de France 7, 1420, Braine-l’Alleud, Belgium talbet permess esklużiv għar-riċerka u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass kombustibbli fir-Reġjun tal-Wallonja (il-Belġju) għal perjodu ta' 25 sena.

Din it-talba tinkludi ż-żona mogħtija fir-reġjun ta' Charleroi lill-kumpanija Distrigaz għall-esplorazzjoni ta' bjar b'ħażna ta' gass, li jinkorpora ż-żewġ siti ħdejn xulxin ta' Anderlues (Digriet Irjali tat-22 ta' Lulju 1976 u ta' Péronnes (Digriet Irjali tal-11 ta' Mejju 1979), jiġifieri l-konċessjonijiet 410, 420 u 430 li l-erja totali tagħhom hija 39,50 km2. Hija tikkonċerna l-gass tal-mini li jinstab fl-ispazji residwi ta' mini li kienu jintużaw qabel u l-ipprospettar ta' gass fil-partijiet tad-depożiti mhux esplorati.

Il-perimetru taż-żona huwa definit hawn taħt permezz tas-sistema ta' koordinati Lambert 72:

Punti

X

Y

A'

140 185

125 649

B'

138 326

125 720

Z

137 500

125 968

P

134 795

125 984

O

134 012

125 759

O'

133 943

125 875

N'

132 292

124 843

N

132 385

124 743

Q

133 184

123 425

R

134 713

123 582

S

135 183

122 738

T

135 791

122 693

J

135 881

122 372

D

140 053

121 870

1(A)

140 457

121 676

2(B)

144 006

120 817

3

143 975

121 692

4

143 865

122 895

5

143 759

124 071

6

142 876

124 162

7

142 368

124 145

8

142 168

125 068

9(W)

140 215

125 074

Ir-riċerka u l-esplorazzjoni tal-gass huma regolamentati permezz tad-Digriet Irjali Nru 83 tat-28 ta' Novembru 1939 dwar ir-riċerka u l-esplorazzjoni tal-blat tal-bitum, taż-żejt u l-gassijiet kombustibbli.

Il-Ministru għall-Ambjent, il-Ġestjoni tat-Territorju u l-Mobbiltà jistieden lill-persuni interessati f'din ir-riċerka u l-esplorazzjoni sabiex jippreżentaw applikazzjoni għall-permess, fi żmien disgħin jum li jibdew jgħoddu mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin.

Il-kundizzjonijiet għat-tressiq tal-applikazzjonijiet huma speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Digriet tal-Gvern tal-Wallonja tad-19 ta' Marzu 2009 li jiddetermina l-forma u l-modalitajiet dwar kif se jitwettqu l-applikazzjonijiet għal permess esklużiv għar-riċerka u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass kombustibbli u li jemenda d-Digriet tal-Gvern tal-Wallonja tal-4 ta' Lulju 2002 li jistabbilixxi l-lista ta' proġetti mressqa għal studju dwar l-inċidenza u tal-installazzjonijiet ikklassifikati. L-applikazzjonijiet kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn programm ta' riċerka jew esplorazzjoni.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-drittijiet

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u dawk li jressqu applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jiġġustifikaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, definiti fl-Artikoli 6(2) u (3) tad-Digriet tad-19 ta' Marzu 2009 msemmija.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' ittra rreġistrata lill-Ministeru tal-Ambjent, il-Ġestjoni tat-Territorju u l-Mobbiltà fl-indirizz li ġej: rue des Brigades d'Irlande 4, 5100 Jambes, Belgium.

Il-Gvern tal-Wallonja se jieħu d-deċiżjoni tiegħu abbażi tal-kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li ġejjin:

(a)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikanti;

(b)

il-mod li bih jipproponu li jipprospettaw, jesploraw jew jipproduċu fiż-żona ġeografika inkwistjoni;

(c)

meta jkunu ppreżentati diversi applikazzjonijiet b'merti ekwivalenti kemm fir-rigward tal-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-programm ta' riċerka u ta' esplorazzjoni:

il-kwalità tal-istudji mwettqa minn qabel sabiex ikun definit il-programm ta' ħidma;

l-effiċjenza u l-kompetenza li jiġġustifikaw l-applikanti fl-okkażjoni ta' awtorizzazzjonijiet eventwali oħra, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ħarsien tal-ambjent;

il-prossimità eventwali ta' żona li diġà ġiet esplorata u sfruttata mill-applikanti;

ir-riperkussjonijiet pożittivi maħsuba għall-iżvilupp tar-Reġjun tal-Wallonja u tal-attivitajiet teknoloġiċi fuq it-territorju tagħhom.

Speċifikazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet standard li fihom il-kundizzjonijiet u l-esiġenzi minimi relatati mal-eżerċitar u l-kontroll tal-attivitajiet ikkonċernati jinsabu fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura, ir-Riżorsi naturali u l-Ambjent fl-indirizz li ġej: http://environnement.wallonie.be

Kull tagħrif kumplimentari ieħor jista' jinkiseb mis-Service public de Wallonie, Direction générale de l’agriculture, ressources naturelles et environnement – Avenue Prince de Liège 15, 5100 Jambes, Belgium mingħand is-Sur Marc Pirlet (Tel. +32 81336030, Posta elettronika: marc.pirlet@spw.wallonie.be).