ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.174.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 174

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
15 ta' Ġunju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 174/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 174/02

Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

3

2011/C 174/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6104 – Safran/SNPE Matériaux Energétiques/Regulus) ( 1 )

5

 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 174/04

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2011/7)

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 174/05

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 174/06

Sejħa għal proposti – EACEA/18/11 – Programm Jean Monnet – Attività Ewlenija 1 – Attivitajiet ta’ Informazzjoni u ta’ Riċerka għal It-Tagħlim dwar l-UE fl-Iskola

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 174/07

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

11

2011/C 174/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6229 – PAG/Mitsui/AMT JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 174/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.4.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31730 (11/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Fonds national d'amorçage — Régime cadre d'intervention publique en capital investissement auprès des jeunes entreprises innovantes

Il-bażi legali

Article 8 de la Loi de finance rectificative pour 2010 Convention État Caisse des dépôts FNA (Loi 2010-237 du 9 mars 2010).

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kapital ta' riskju

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: EUR 400 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-2030

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.3.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32551 (11/N)

Stat Membru

Ir-Rumanija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ajutor de stat destinat facilitării accesului la finanțare în actuala perioadă de criză economică și financiară, constând în garanții de stat acordate IMM-urilor și întreprinderilor mari, în anul 2011.

Il-bażi legali

Proiect de Normă privind schema de ajutor de stat destinată facilitării accesului la finanțare în actuala perioadă de criză economică și financiară, constând în garanții de stat acordate IMM-urilor și întreprinderilor mari, în anul 2011.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: RON 200 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Banca de Export-Import a României EXIMBANK SA

Splaiul Independenței nr. 15, sector 5

București

ROMÂNIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/3


Komunikazzjoni skont l-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, dwar l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri dwar il-klassifkazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura doganali

2011/C 174/02

Informazzjoni Tariffarja Obbligatorja ma tibqax valida minn dan il-jum jekk issir inkompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

 

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1553 – rapport tas-45 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-45 SESSJONI TAL-HSC – MARZU 2010)

DOK. NC1553

Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

9021.10/1

O/20

 

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata u l-Kompendju ta' Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni, approvati mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (dok CCC NC1604 – rapport tas-46 Sessjoni tal-Kumitat HS):

EMENDI TAN-NOTI TA' SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI HS U L-OPINJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-46 SESSJONI TAL-HSC – SETTEMBRU 2010)

DOK. NC1604

Emendi tan-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS

56.08

N/3

61.10

N/14

61.14

N/14

Taqsima XVI, Noti Ġenerali

N/11

85.04

N/4

85.07

N/11

87.16

N/12

90.21

N/12

95.03

N/13

95.06

N/14

Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

1901.10/1-2

N/7

2710.19/2

N/8

3809.91/5

N/9

7308.90/7

N/10

Informazzjoni dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri tista' tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Brussell, Belgium) jew tista' titniżżel mis-sit tal-internet tad-Direttorat-Ġenerali:

http://ec.europa.eu/comm/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/harmonised_system/index_en.htm


15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6104 – Safran/SNPE Matériaux Energétiques/Regulus)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 174/03

Fit-30 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6104. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/6


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Ġunju 2011

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank

(BĊE/2011/7)

2011/C 174/04

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont Artikolu 37(1) tal-Liġi Federali dwar l-Oesterreichische Nationalbank, ta’ kull sena l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi żewġ awdituri esterni u żewġ awdituri esterni alternattivi. L-awdituri esterni alternattivi jingħataw il-mandat biss f’każ li l-awdituri esterni ma jkunux jistgħu jwettqu l-verifika.

(3)

Il-mandat kemm tal-awdituri esterni kif ukoll tal-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2011.

(4)

L-Oesterreichische Nationalbank għażel għas-sena finanzjarja 2011 lil TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. bħala l-awdituri esterni konġunti ġodda tiegħu, kif ukoll lil KPMG Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft u Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH bħala l-awdituri esterni konġunti alternattivi ġodda tiegħu.

(5)

Il-mandat tal-awdituri esterni jista’ jiġġedded fuq bażi annwali, li ma jeċċedix terminu totali ta’ ħames snin u l-mandat tal-awdituri esterni alternattivi jista’ jiġġedded darba biss.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Huwa rrakkomandat illi TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2011.

2.

Huwa rrakkomandat illi TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2011.

3.

Il-mandat tal-awdituri esterni jista’ jiġġedded fuq bażi annwali, li ma jeċċedix terminu totali ta’ ħames snin, u li jintemm sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2015. Il-mandat tal-awdituri esterni alternattivi jista’ jiġġedded darba biss u jintemm bis-sena finanzjarja 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Ġunju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Ġunju 2011

2011/C 174/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4448

JPY

Yen Ġappuniż

115,91

DKK

Krona Daniża

7,4590

GBP

Lira Sterlina

0,88100

SEK

Krona Żvediża

9,1183

CHF

Frank Żvizzeru

1,2116

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7965

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,118

HUF

Forint Ungeriż

264,51

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7086

PLN

Zloty Pollakk

3,9302

RON

Leu Rumen

4,1725

TRY

Lira Turka

2,2820

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3573

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4074

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2456

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7663

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7804

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 564,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7540

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3609

HRK

Kuna Kroata

7,3995

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 333,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,3792

PHP

Peso Filippin

62,499

RUB

Rouble Russu

40,2888

THB

Baht Tajlandiż

44,009

BRL

Real Brażiljan

2,2871

MXN

Peso Messikan

17,1014

INR

Rupi Indjan

64,6370


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/8


SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA/18/11

Programm Jean Monnet – Attività Ewlenija 1

Attivitajiet ta’ Informazzjoni u ta’ Riċerka għal “It-Tagħlim dwar l-UE fl-Iskola”

2011/C 174/06

1.   Daħla/Sfond

Il-livell ġenerali ta’ għarfien dwar l-Unjoni Ewropea, il-politiki u l-istituzzjonijiet tagħha huwa pjuttost baxx, b’parti kbira mill-popolazzjoni għandha ftit jew xejn għarfien jew tagħrif dwar l-Unjoni. Dan japplika b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u huwa rifless fir-rata baxxa ta’ rispons fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2009.

L-inizjattiva “It-tagħlim dwar l-UE fl-Iskola” hija t-tweġiba speċifika tal-Kummissjoni Ewropea għat-talba tal-Parlament Ewropew, li tistipula li l-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja “għandu jinkludi miżuri li jippromwovu l-edukazzjoni ċivika (it-tagħlim) dwar iċ-Ċittadinanza Demokratika Ewropea, inklużi l-istudju dwar l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea fl-iskejjel sekondarji tal-Istati Membri Ewropej” (1).

Il-“Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja” (2) u b’mod aktar speċifiku il-Programm tiegħu Jean Monnet (Attività Ewlenija 1) jikkostitwixxu l-bażi legali.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (“l-Aġenzija”), li qiegħda taġixxi taħt is-setgħat iddelegati mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), hija responsabbli mill-ġestjoni ta’ din is-sejħa għal proposti.

2.   Għan(ijiet) u prijorità(jiet)

2.1.   Għan(ijiet):

L-għan ġenerali huwa li jitwasslu lill-istudenti l-fatti dwar l-Unjoni Ewropea u l-għarfien dwar l-istituzzjonijiet tagħha u l-mod kif taħdem.

L-għan speċifiku ta’ din is-sejħa għal proposti huwa li jingħata appoġġ lil proġetti unilaterali taħt “Attivitajiet ta’ Informazzjoni u Riċerka” tal-Programm Jean Monnet, sabiex:

jogħla l-livell ta’ għarfien ġenerali dwar l-Unjoni Ewropea, il-politiki u l-istituzzjonijiet tagħha, sabiex jonqos id-distakk dejjem jikber bejn il-popolazzjoni u l-istituzzjonijiet Ewropej.

jiġi żviluppat kontenut għall-għalliema tal-UE fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

2.2.   Prijorità(jiet):

Għandha tingħata prijorità lill-proġetti li jinvolvu istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri, istituzzjonijiet u/jew assoċjazzjonijiet kif indikat fil-punt 3 li juru esperjenza ċara fit-tagħlim, ir-riċerka u l-attivitajiet edukattivi dwar il-kwistjonijiet ta’ integrazzjoni Ewropea.

3.   Applikanti eliġibbli

Din is-sejħa għal proposti hija miftuħa għal applikazzjonijiet minn:

Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri

Istituzzjonijiet u/jew Assoċjazzjonijiet:

ta’ professuri u riċerkaturi li jispeċjalizzaw fl-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea;

ta’ għalliema;

li jiżguraw l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi tal-għalliema;

ta’ istituzzjonijiet u/jew skejjel ta’ edukazzjoni superjuri.

Il-proġetti taħt din is-sejħa għal proposti huma unilaterali.

4.   Attivitajiet eliġibbli

Fil-kuntest ta’ din is-sejħa, l-attivitajiet eliġibbli għandu jkollhom wieħed jew aktar mill-għanijiet li ġejjin:

L-iżvilupp u t-twassil ta’ kontenut ta’ tagħlim xieraq u materjal didattiku ġdid/adattat għat-tagħlim dwar l-integrazzjoni Ewropea fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

L-implimentazzjoni ta’ taħriġ għall-għalliema u l-edukazzjoni kontinwa tal-għalliema billi jingħatalhom l-għarfien u l-ħiliet xierqa sabiex jgħallmu l-integrazzjoni Ewropea fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

L-għoti ta’ Seminars jew Workshops imfassla b’mod speċifiku dwar l-integrazzjoni Ewropea lill-istudenti fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Dawn il-proġetti għandhom jiġu ppreżentati minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni superjuri li jkollha esperjenza ċara fit-tagħlim u r-riċerka dwar il-kwistjonijiet ta’ integrazzjoni Ewropea. Il-proġetti għandhom jinkludu lista tal-iskejjel li jkunu qablu li jieħdu sehem fl-attivitajiet.

L-attivitajiet tal-proġetti għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Diċembru 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012. It-tul massimu tal-proġetti huwa ta’ 12-il xahar.

L-ispejjeż imġarrba qabel il-bidu tal-perjodu ta’ eliġibbiltà ma jiġux ikkunsidrati (3).

5.   Kriterji ta’ aġġudikazzjoni

L-applikazzjonijiet/il-proġetti eliġibbli jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin meqjusa indaqs:

Il-kwalità tal-applikant(i)

Il-kwalità (l-eċċellenza) tal-organizzazzjonijiet u tal-koordinaturi tal-proġett li japplikaw (CVs) fil-qasam speċifiku tal-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea u/jew tal-pedagoġija u t-taħriġ tal-għalliema;

Il-kwalità tal-metodoloġija u tal-programm ta’ ħidma

Il-kwalità u d-dettalji tal-attivitajiet ippjanati. L-istrateġija għall-kisba tar-riżultati mixtieqa. Il-metodoloġija u l-ġestjoni tal-programm ta’ ħidma;

L-impatt u r-rilevanza tar-riżultati

L-impatt mistenni tal-attivitajiet fuq l-istimolu tat-tagħlim dwar l-integrazzjoni Ewropea fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. It-tixrid u l-użu tar-riżultati;

Il-Karattru Innovattiv

Il-livell ta’ innovazzjoni tal-proġett.

6.   Baġit

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa EUR 2 000 000.

L-għotja massima tkun EUR 60 000 (4).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Aġenzija ma tistax taqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali tal-proġett.

Taħt din is-sejħa, l-għotjiet jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ sistema ta’ finanzjament b’rata fissa kkalkulata skont l-għadd ta’ parteċipanti apparagun mal-organizzazzjoni tal-avveniment edukattiv fil-livell tal-iskejjel primarji u sekondarji u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

7.   Is-sottomissjoni tal-proposti u d-data tal-għeluq

Id-data ta’ għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija:

il-15 ta’ Settembru 2011, data tat-timbru postali.

L-applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola uffiċjali, mimlija kif jixraq, datati, sottomessi fi tliet kopji (waħda oriġinali identifikata b’mod ċar bħala tali, flimkien ma’ żewġ fotokopji), u ffirmati mill-persuna awtorizzata li tidħol f’impenni legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li tkun applikat biss jiġu aċċettati.

L-applikazzjonijiet li ma jkunux jinkludu d-dokumenti stipulati kollha fil-lingwi mitluba u li ma jiġux ippreżentati sad-data tal-għeluq ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta fl-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

Unit P2 — Lifelong Learning: Erasmus, Jean Monnet

Call for proposals — EACEA/18/11 — ‘Learning EU at School’

Office: BOU2 3/57

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika biss ma jiġux aċċettati.

8.   Dettalji sħaħ

Il-linji gwida għall-applikanti u l-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn dan l-indirizz:

http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2011/call_jean_monnet_action_ka1_2011school_en.php


(1)  Ara l-Abbozz tal-Baġit Ġenerali 2011 – Dikjarazzjoni tad-dħul u tal-infiq (COM(2010) 750 finali), p. 401.

http://eur-lex.europa.eu/budget/data/P2011/MT/SEC03.pdf

(2)  Ara d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1720/2006/KE tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45).

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:327:0045:0068:MT:PDF

(3)  L-għotjiet ma jistgħux jiġu aġġudikati retrospettivament għal azzjonijiet li jkunu diġà tlestew. Artikolu 112(1) FR.

(4)  L-Artikoli 113 FR; 167, 172 IR.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/11


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2011/C 174/07

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala De Kempen.

Iż-żona tinsab fil-provinċji ta' North Brabant u Zeeland u hija deliminata kif ġej:

(a)

Mil-linji dritti bejn il-ponot pari 1-2, 2-3, 3-4, 4-5 u 5-6;

(b)

imbagħad mil-linja dritta mill-ponta 6 li tgħaddi mill-ponta 7 għall-ponta fejn din tinterċetta mal-fruntiera nazzjonali;

(c)

imbagħad mill-fruntiera nazzjonali mill-punt ta’ interċessjoni speċifikat f’(b) sal-punt fejn dan jinterċetta ma’ linja dritta mill-ponta 9 li tgħaddi mill-ponta 8;

(d)

imbagħad mil-linja dritta mill-punt tal-interċessjoni f’(c) li tgħaddi mill-ponta 8 sal-ponta 9;

(e)

imbagħad mil-linji dritti bejn il-ponot pari 9-10, 10-11, 11-12, 12-13, 13-14 u 14-1.

Iż-żona deskritta hawn fuq ma tinkludix iż-żoni Belġjani fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-koordinati tal-ponot li huma msemmija hawn fuq huma kif ġej:

Ponta

X

Y

1

84910,00

407960,00

2

115338,00

394385,00

3

115338,00

390264,00

4

130074,00

390264,00

5

151430,00

375600,00

6

161200,00

368960,00

7

161687,62

367888,20

8

88243,54

386478,77

9

71645,00

402275,00

10

67600,00

403630,00

11

65910,00

406575,00

12

67295,00

407795,00

13

74125,00

405795,00

14

77895,00

405370,00

Il-ponot imsemmija hawn fuq huma definiti permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema Nazzjonli ta' Trijangulazzjoni (RD, Rijks Driehoeksmeting).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni taż-żona, l-erja tas-superfiċje hija 1 042 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar tal-idrokarburi fiż-żona deliminata bil-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Att dwar ix-Xogħol tal-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

ALP A/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar mit-tmiem ta' dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb billi ċċempel lis-Sur E. J. Hoppel fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797762.


15.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6229 – PAG/Mitsui/AMT JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 174/08

1.

Fl-1 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mitsui & Co., Ltd. (“Mitsui”, il-Ġappun) u Penske Automotive Group, Inc. (“PAG”, l-Istati Uniti tal-Amerika, attwalment fil-kontroll konġunt ta’ Mitsui and Penske Corporation of USA) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Company Alliance Motor Tyumen (“AMT”, ir-Russja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Mitsui: il-bejgħ, id-distribuzzjoni, ix-xiri, it-tqegħid fis-suq u l-forniment ta’ prodotti f’żoni ta’ negozju bħal: ħadid u azzar; metalli li ma fihomx ħadid; makkinarju; elettronika; kimiċi; komoditajiet relatati mal-enerġija; u servizzi relatati mal-ikel, il-bejgħ bl-imnut, l-istil tal-ħajja u l-konsumaturi, kif ukoll il-bejgħ ta’ vetturi b’magna u muturi, parts u aċċessorji ta’ vetturi b’magna u muturi, globalment,

għal PAG: negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-karozzi, il-bejgħ ta’ vetturi ġodda u użati, servizzi ta’ manutenzjoni u tiswijja, u l-bejgħ u t-tqegħid ta’ prodotti b’marġni għoli, bħal prodotti finanzjarji u ta’ assigurazzjoni terzjarja, kuntratti ta’ servizzi estiżi tal-parti terza u l-bdil u s-suq ta’ wara l-bejgħ ta’ prodotti tal-karozzi,

għal Penske Corporation: kumpanija ta’ servizzi ta’ trasport li topera f’diversi segmenti, inkluż il-bejgħ bl-imnut tal-karozzi, il-kiri ta’ trakkijiet, il-loġistika tat-trasport, il-manifattura ta’ komponenti tat-trasport u motorsports professjonali,

għal AMT: bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta' vetturi bil-magna Lexus.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6229 – PAG/Mitsui/AMT JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).