ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.173.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
11 ta' Ġunju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 173/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 160, 28.5.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 173/02

Kawżi magħquda C-201/09 P u C-216/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — ArcelorMittal Luxembourg SA, preċedentement Arcelor Luxembourg SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, ArcelorMittal Belval & Differdange, preċedentement Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International, preċedentement Arcelor International SA (C-201/09 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs ArcelorMittal Luxembourg SA, preċedentement Arcelor Luxembourg SA, ArcelorMittal Belval & Differdange SA, preċedentement Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International SA (C-216/09 P) (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Komunitarju tat-travi tal-azzar — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament Nru 1/2003 — Kompetenza tal-Kummissjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Awtorità ta’ res judicata — Drittijiet tad-difiża — Preskrizzjoni — Kunċett ta’ sospensjoni tal-preskrizzjoni — Effetti erga omnes jew inter partes — Nuqqas ta’ motivazzjoni)

2

2011/C 173/03

Kawża C-321/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — FAEGG — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt Komunitarju — Infiq magħmul mir-Repubblika Ellenika)

2

2011/C 173/04

Kawża C-432/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Aboulkacem Chihabi et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Inammissibbiltà manifesta)

3

2011/C 173/05

Kawża C-90/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2011 — Alfred Strigl vs Deutsches Patent- und Markenamt

3

2011/C 173/06

Kawża C-91/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2011 — Securvita — Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH vs Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH; parti oħra fil-kawża: Deutsches Patent- und Markenamt

4

2011/C 173/07

Kawża C-99/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Marzu 2011 — Ir-Repubblika tal-Ġermanja vs Z

4

2011/C 173/08

Kawża C-112/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (Il-Ġermanja) fl-4 ta’ Marzu 2011 — ebookers.com Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

5

2011/C 173/09

Kawża C-136/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission Wien (l-Awstrija) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Westbahn Management GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG

5

2011/C 173/10

Kawża C-154/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2011 — Ahmed Mahamdia vs Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

6

2011/C 173/11

Kawża C-157/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fil-31 ta’ Marzu 2011 — Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola

6

2011/C 173/12

Kawża C-159/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-1 ta’ April 2011 — Azienda Sanitaria Locale di Lecce vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et — Università del Salento

6

2011/C 173/13

Kawża C-161/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fl-1 ta’ April 2011 — Cosimo Damiano Vino vs Poste Italiane SpA

7

2011/C 173/14

Kawża C-166/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja) fil-5 ta’ April 2011 — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E

7

2011/C 173/15

Kawża C-167/11 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 minn Cantiere navale De Poli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni

7

2011/C 173/16

Kawża C-169/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fis-7 ta’ April 2011 — Proċeduri kriminali kontra Patrick Conteh

8

2011/C 173/17

Kawżi magħquda C-18/10 u C-37/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2011 — (talbiet għal domandi preliminari ta’ Landgericht Berlin — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Münchehofe e.G. (C-18/10), Landwirtschaftliches Unternehmen e.G. Sondershausen (C-37/10) vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

8

2011/C 173/18

Kawża C-154/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Frar 2011 — Nokia Oyj vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Medion AG

9

2011/C 173/19

Kawża C-312/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Köln — il-Ġermanja) — Land Nordrhein- Westfalen vs Melanie Klinz

9

2011/C 173/20

Kawża C-407/10: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

9

2011/C 173/21

Kawża C-470/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

9

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 173/22

Kawża T-395/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni impliċita adottata wara l-introduzzjoni tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

10

2011/C 173/23

Kawża T-478/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

10

2011/C 173/24

Kawża T-479/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

10

2011/C 173/25

Kawża T-480/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

11

2011/C 173/26

Kawża T-481/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

11

2011/C 173/27

Kawża T-482/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

12

2011/C 173/28

Kawża T-502/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

12

2011/C 173/29

Kawża T-90/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 — ONP et vs Il-Kummissjoni

13

2011/C 173/30

Kawża T-195/11: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

14

2011/C 173/31

Kawża T-146/97: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2011 — Bakkers vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

15

2011/C 173/32

Kawża T-31/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' April 2011 — Quantum vs UASI — Quantum (Q Quantum CORPORATION)

15

2011/C 173/33

Kawża T-371/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011 — Amor vs UASI — Jablonex Group (AMORIKE)

15

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 173/34

Kawża F-28/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill

16

2011/C 173/35

Kawża F-29/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

16

2011/C 173/36

Kawża F-37/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

16

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/1


2011/C 173/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 160, 28.5.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 152, 21.5.2011

ĠU C 145, 14.5.2011

ĠU C 139, 7.5.2011

ĠU C 130, 30.4.2011

ĠU C 120, 16.4.2011

ĠU C 113, 9.4.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — ArcelorMittal Luxembourg SA, preċedentement Arcelor Luxembourg SA vs Il-Kummissjoni Ewropea, ArcelorMittal Belval & Differdange, preċedentement Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International, preċedentement Arcelor International SA (C-201/09 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs ArcelorMittal Luxembourg SA, preċedentement Arcelor Luxembourg SA, ArcelorMittal Belval & Differdange SA, preċedentement Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International SA (C-216/09 P)

(Kawżi magħquda C-201/09 P u C-216/09 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Komunitarju tat-travi tal-azzar - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament Nru 1/2003 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Awtorità ta’ res judicata - Drittijiet tad-difiża - Preskrizzjoni - Kunċett ta’ ‘sospensjoni’ tal-preskrizzjoni - Effetti erga omnes jew inter partes - Nuqqas ta’ motivazzjoni)

2011/C 173/02

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

(C-201/09 P)

Appellanti: ArcelorMittal Luxembourg SA, preċedentement Arcelor Luxembourg SA (rappreżentanti: A. Vandencasteele u C. Falmagne, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti) ArcelorMittal Belval & Differdange, preċedentement Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International, preċedentement Arcelor International SA

(C-216/09 P)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Luxembourg SA, preċedentement Arcelor Luxembourg SA, ArcelorMittal Belval & Differdange, preċedentement Arcelor Profil Luxembourg SA, ArcelorMittal International, preċedentement Arcelor International SA (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

Suġġett

Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Komunitarju tat-travi tal-azzar — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament Nru 1/2003 — Kompetenza tal-Kummissjoni — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Prinċipji tal-individiwalità tal-pieni u tal-awtorità ta’ res judicata — Regoli applikabbli fil-qasam tal-preskrizzjoni tal-azzjonijiet — Kunċett ta’ ‘sospensjoni’ tal-preskrizzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

ArcelorMittal Luxembourg SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, relatati mal-appell fil-Kawża C-201/09 P.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea, ArcelorMittal Belval & Differdange SA u ArcelorMittal International SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-appell fil-Kawża C-216/09 P.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-321/09 P) (1)

(Appell - FAEGG - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt Komunitarju - Infiq magħmul mir-Repubblika Ellenika)

2011/C 173/03

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: I. Chalkias, aġent)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-33/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima Garanzija, [notifikata bin-Nru C(2006) 5993] — Settur taż-żejt taż-żebbuġa, tal-qoton, tal-passolina u tal-frott taċ-ċitru.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundanata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra Aboulkacem Chihabi et

(Kawża C-432/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Inammissibbiltà manifesta)

2011/C 173/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-proċeduri kriminali tal-kawża prinċipali

Aboulkacem Chihabi, Mustapha Chihabi, Trans Atlantic International, Dani Danieli, Roland Prosper Julia Jozef Peeters, Jacobus Robert Maria Wick, Shlomo Ben-David, David Ben-David, Yehuda Cohen, Johannes Josephus Maria van Aert, Mirella Cohen, Roland Prosper Julia Jozef Peeters, Brigitte Frieda Guido Briels, Monty Lambert Pieters, Jemmy Jozef Juliette Pieters, Peter Edouard Martha Kilian, Yehuda Cohen, Herman Jozef Albert Van Landeghem, Van Landeghem BVBA, Roland Prosper Julia Jozef Peeters, Herman Jozef Albert Van Landeghem, Van Landeghem BVBA, Brigitte Frieda Guido Briels, Monty Lambert Pieters, Jemmy Jozef Juliette Pieters, Mediterranean Shipping Company Belgium NV, Mirella Cohen, Roland Prosper Julia Jozef Peeters, Brigitte Frieda Guido Briels, Monty Lambert Pieters, Jemmy Jozef Juliette Pieters, Peter Edouard Martha Kilian, Yehuda Cohen, Yves Claude Robert Van De Merckt, CMA CGM Belgium NV, CMA CGM Logistics NV, Herman Jozef Albert Van Landeghem, Van Landeghem BVBA, Rudi François Albertine Avaert, Ronny Bruno Van Wesenbeeck, Wally Louis Alice De Vooght, Christian Gustave Alain Bekkers, Avraham Dror, Yehuda Cohen, Yehuda Cohen, Frank Jozef Hilda Decock, Rubi Danieli, Dani Danieli, Jean Marie Dom, Roland Prosper Julia Jozef Peeters, Peter Edouard Martha Kilian, Simeon Beniurishvili, Ludo Maria Jan Gijsen, Van Landeghem BVBA, Anex BVBA, Pasha Tech Ltd, Louis Simon Catherina De Vos, Aboulkacem Chihabi, Herman Jozef Albert Van Landeghem, Deba BVBA, Universal Shipping NV, DFDS Transport NV, ACR Logistics Belgium NV, Forwarding & Shipping Group NV, Mister-Trans BVBA, Firma De Vos NV, Yehuda Cohen, Avraham Dror, Aboulkacem Chihabi, Peter Edouard Martha Kilian, Louis Simon Catherina De Vos, Roland Prosper Julia Jozef Peeters, Jemmy Jozef Juliette Pieters, Yves Claude Robert Van De Merckt, Dani Danieli, Rubi Danieli, Dov Horny, Albert Tizov, Gocha Tizov, Herman Jozef Albert Van Landeghem, Christiaan Marcel Hélène Hendrickx

fil-preżenza ta’: Geert Vandendriessche

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 38 sa 41, 43, tat-tieni inċiż tal-Artikolu 177, tal-Artikoli 202(1) u (3) u 221(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u tal-Artikolu 199(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Notifika lid-debitur — Tnissil ta’ dejn doganali wara l-introduzzjoni illegali ta’ merkanzija

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen, permezz tad-deċiżjoni tal-31 ta’ Mejju 2007, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2011 — Alfred Strigl vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-90/11)

2011/C 173/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfred Strigl.

Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt.

Domanda preliminari

Ir-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-Direttiva 2008/95/CE (1) għandha tapplika wkoll għal trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv flimkien ma’ sekwenza ta’ ittri li ma hijiex deskrittiva fiha nfisha, meta din is-sekwenza, minħabba li tirriproduċi l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem, tinftiehem mill-pubbliku bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem, u li t-trade mark, ikkunsidrata fl-intier tagħha, tista’ għalhekk tinftiehem bħala li hija għaqda ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li jispjegaw reċiprokament lil xulxin?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 299, p. 25.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Frar 2011 — Securvita — Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH vs Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH; parti oħra fil-kawża: Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-91/11)

2011/C 173/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Securvita — Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH.

Konvenuta: Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH.

Parti oħra fil-kawża: Deutsches Patent- und Markenamt.

Domanda preliminari

Ir-raġuni għal rifjut prevista fl-Artikolu 3(1)(b) u/jew (c) tad-Direttiva 2008/95/CE (1) għandha tapplika wkoll għal trade mark verbali komposta minn għaqda ta’ kliem deskrittiv flimkien ma’ sekwenza ta’ ittri li ma hijiex deskrittiva fiha nfisha, meta din is-sekwenza, minħabba li tirriproduċi l-ewwel ittra ta’ kull kelma tal-għaqda ta’ kliem, tinftiehem mill-pubbliku bħala taqsira tal-għaqda ta’ kliem, u li t-trade mark, ikkunsidrata fl-intier tagħha, tista’ għalhekk tinftiehem bħala li hija għaqda ta’ indikazzjonijiet jew ta’ taqsiriet deskrittivi li jispjegaw reċiprokament lil xulxin?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 299, p. 25.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Marzu 2011 — Ir-Repubblika tal-Ġermanja vs Z

(Kawża C-99/11)

2011/C 173/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Ġermanja

Konvenut: Z

Partijiet oħra: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht; Der Bundesbeauftragte für Asylangelegenheiten beim Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li mhux kull interferenza għal-libertà tar-reliġjon li tikser l-Artikolu 9 tal-KEDB tikkostitwixxi neċessarjament att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE, iżda li, ikun hemm ksur serju tal-libertà tar-reliġjon, bħala dritt fundamentali tal-bniedem, biss jekk dan jikkonċerna l-qalba ta’ din il-libertà tar-reliġjon?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(a)

Il-qalba tal-libertà tar-reliġjon tinkludi biss id-dikjarazzjoni u l-espressjoni tat-twemmin fiż-żoni tad-dar u l-viċinanzi, jew jista’ jkun hemm att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE anki fil-każijiet fejn, fil-pajjiż tal-oriġini, l-espressjoni tat-twemmin fil-pubbliku tagħti lok għal perikolu għall-ħajja, għall-integrità tal-persuna jew għal-libertà fiżika u l-applikant jirrinunzja minn tali espressjoni għal dawn ir-raġunijiet?

(b)

Fil-każ li l-qalba tal-libertà tar-reliġjon tista’ wkoll tinkludi ċerti prattiki reliġjużi fil-pubbliku:

huwa għalhekk suffiċjenti, sabiex ikun hemm ksur serju għal-libertà tar-reliġjon, li l-applikant jikkunsidra li tali espressjoni tat-twemmin tiegħu hija neċessarja għall-finijiet tal-identità reliġjuża tiegħu?

jew huwa wkoll neċessarju li l-komunità reliġjuża li jassoċja ruħu magħha l-applikant tqis din l-espressjoni reliġjuża bħala element ċentrali tad-dottrina reliġjuża tagħha?

jew huwa possibbli li jkun hemm restrizzjonijiet addizzjonali li jirriżultaw minn ċirkustanzi oħra, bħas-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiż tal-oriġini?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Hemm biża fondata ta’ persekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2004/83/KE, jekk jiġi stabbilit li l-applikant ser iwettaq ċerti atti reliġjużi — barra dawk li ma jagħmlux parti mill-qalba — wara li jkun irritorna fil-pajjjiż tal-oriġini, minkejja li dawn tal-aħħar jagħtu lok għal perikolu għall-ħajja tiegħu, għall-integrità tal-persuna tiegħu u għal-libertà fiżika tiegħu, jew l-applikant huwa raġonevolment mistenni li jonqos milli jwettaq tali atti fil-futur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (Il-Ġermanja) fl-4 ta’ Marzu 2011 — ebookers.com Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-112/11)

2011/C 173/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ebookers.com Deutschland GmbH

Konvenuti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Domanda preliminari

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (1) li jipprovdi li, prezzijiet supplementari fakultattivi għandhom jiġu nnotifikati b’mod ċar, trasparenti u inekwivoku fil-bidu ta’ kull proċedura ta’ riżerva u li għandhom jiġu aċċettati mill-klijenti fuq bażi ta’ “opt-in”, jinkludi wkoll il-prezzijiet, marbuta mal-vjaġġ, ta’ servizzi ta’ terzi (f’dan il-każ: il-fornitur ta’ assigurazzjoni għal kanċellament ta’ vvjaġġar), li l-bejjiegħ tal-vjaġġ bl-ajru jiffattura lill-passiġġier flimkien mal-prezz tat-titjira, bħala prezz globali?


(1)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU L 293, p. 3).


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schienen-Control Kommission Wien (l-Awstrija) fit-18 ta’ Marzu 2011 — Westbahn Management GmbH vs ÖBB Infrastruktur AG

(Kawża C-136/11)

2011/C 173/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schienen-Control Kommission Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Westbahn Management GmbH

Konvenuta: ÖBB Infrastruktur AG

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 8(2) u tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni dwar il-konnessjonijiet prinċipali għandha tindika wkoll, minbarra l-ħinijiet tat-tluq normali, l-ittardjar jew il-kanċellazzjonijiet ta’ dawn il-konnessjonijiet?

(2)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 8(2) u tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament Nru 1371/2007, id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 5 u tal-Anness II tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-amministratur tal-infrastruttura tal-ferroviji huwa marbut li jipprovdi b’mod nondiskriminatorju lill-impriżi tal-ferroviji l-informazzjoni dak il-ħin stess dwar il-ferroviji ta’ impriżi ta’ ferroviji oħra, meta dawn il-ferroviji jikkostitwixxu l-konnessjonijiet prinċipali fis-sens tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament Nru 1371/2007?


(1)  ĠU L 315, p. 14.

(2)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2011 — Ahmed Mahamdia vs Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

(Kawża C-154/11)

2011/C 173/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ahmed Mahamdia.

Konvenuta: Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

Domandi preliminari

(1)

L-ambaxxata, li tinsab fi Stat Membru, ta’ Stat li jinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 44/2001”) (1) hija fergħa, aġenzija jew xi stabbiliment ieħor, fis-sens tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 44/2001?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għall-ewwel domanda: klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni, li tkun saret wara li tkun qamet il-kwistjoni, tista’ tkun il-bażi ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti li tinsab barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 meta din il-klawżola li tagħti l-ġurisdizzjoni telimina l-ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 44/2001?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fil-31 ta’ Marzu 2011 — Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola

(Kawża C-157/11)

2011/C 173/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giuseppe Sibilio

Konvenut: Comune di Afragola

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 1999/70/KE (1) hija applikabbli għall-ħaddiema soċjalment utli, fi kliem ieħor, l-imsemmija ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati, fis-sens tal-klawżola 3(1), bħala persuni li r-relazzjoni tal-impjieg tagħhom hija ddefinita direttament bejn min iħaddem u l-ħaddiem u li t-terminu tagħha huwa ddeterminat minn kundizzjonijiet oġġettivi bħall-ilħuq ta’ data speċifika, li fil-kawża prinċipali kienet id-data tat-tmiem tal-proġett;

(2)

il-klawżola 4 tipprekludi li ħaddiem LSU/LPU jirċievi remunerazzjoni inqas minn dik ta’ ħaddiem għal żmien indeterminat li jaqdi l-istess funzjonijiet u li għandu l-istess anzjanità fis-servizz, biss minħabba li r-“relazzjoni” ta’ impjieg tiegħu kienet bdiet bil-mod deskritt preċedentement, fi kliem ieħor, jekk dan jikkostitwixxix raġuni oġġettiva li tista’ tiġġustifika remunerazzjoni inqas favorevoli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-1 ta’ April 2011 — Azienda Sanitaria Locale di Lecce vs Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce et — Università del Salento

(Kawża C-159/11)

2011/C 173/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Azienda Sanitaria Locale di Lecce

Konvenuti: Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Ingegneri, Associazione delle Organizzazioni di Ingegneri, di Architettura e di Consultazione Tecnico-Economica (Oice), Etacons srl, Ing. Vito Prato Engineering srl, Barletti — Del Grosso e Associati srl, Ordine degli Architetti della Provincia di Lecce, Consiglio Nazionale degli Architetti, Pianificatori, Paesaggisti e Conservatori (Cnappc)

Intervenjenti ad adiuvendum/parti oħra kkonċernata: Università del Salento

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2)(a) u (d), l-Artikoli 2 u 28 u l-Anness II, kategoriji 8 u 12 tagħha, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġu stipulati ftehim bil-miktub bejn żewġ awtoritajiet kontraenti għall-istudju u l-evalwazzjoni tal-vulnerabbiltà siżmika tal-istrutturi tal-isptarijiet li għandhom isiru fid-dawl tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta’ sigurtà tal-istrutturi u, b’mod partikolari, bini msejjaħ “strateġiku”, għal ħlas li ma għandux ikun ogħla mill-ispejjeż sostnuti għall-eżekuzzjoni tal-prestazzjoni, u filwaqt li l-amministrazzjoni responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-missjoni tkun tista’ tadotta l-kwalità ta’ operatur ekonomiku?


(1)  ĠU L 134, p. 114.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fl-1 ta’ April 2011 — Cosimo Damiano Vino vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-161/11)

2011/C 173/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cosimo Damiano Vino

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Domandi preliminari

(a)

Il-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni u trattament ugwali stabbilit fid-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħalma hija dik li tinsab fl-Artikolu 2(1a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001) li introduċiet fl-ordinament ġuridiku nazzjonali sitwazzjoni “mingħajr kawżali” li tippreġudika lill-impjegati ta’ Poste Italiane SpA, kif ukoll, fir-rigward ta’ din il-kumpannija, impriżi oħra fl-istess settur jew f’settur ieħor?

(b)

Jekk għad-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv, il-qorti nazzjonali hija marbuta li tinjora (jew li ma tapplikax) ir-regoli nazzjonali li jmorru kontra d-dritt Komunitarju?


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja) fil-5 ta’ April 2011 — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E

(Kawża C-166/11)

2011/C 173/14

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso.

Konvenuta: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros S.A.E.

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, għandu jiġi interpretati b’mod restrittiv u konsegwentement bħala li ma japplikax għal kuntratt innegozjat barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni?


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 minn Cantiere navale De Poli SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-167/11 P)

2011/C 173/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Cantiere navale De Poli SpA kumpannija fi stralċ u fi ftehim mal-kredituri (rappreżentanti: A. Abate u A. Franchi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tilqa’ l-appell intiż għall-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 u tad-deċiżjoni relatata tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Ottubru 2008 u, sa fejn ikun neċessarju u possibbli, tiddeċiedi direttament dwar il-mertu tar-rikors prinċipali;

sussidjarjament, tannulla u tirrinvija lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011, fil-Kawża T-584/08, Cantiere navale De Poli vs Il-Kummissjoni, b’mod partikolari minħabba dawn ir-raġunijiet:

(a)

Difetti proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni minħabba:

l-interpretazzjoni teleoloġika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2002, tas-27 ta’ Ġunju 2002, li jikkonċerna mekkaniżmu difensiv temporanju għall-bini ta’ bastimenti (iktar ’il quddiem “ir-Regolament MDT”) (1) sabiex jiġu identifikati l-għanijiet intiżi mill-Kunsill għall-protezzjoni tal-interessi tat-tarznari Komunitarji ppreġudikati bil-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni żleali pprattikati fit-tarznari Koreani;

ir-relazjoni (ġerarkija tas-sorsi) bejn ir-Regolament tal-Kunsill MDT u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (2);

ir-rikors għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà sabiex jiġu ddeterminati r-regoli li jirregolaw iż-żminijiet għan-notifika tal-għajnuna lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

(b)

Ksur tad-dritt Komunitarju minħabba:

l-eżerċizzju, matul iż-żmien, tas-setgħa tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna lill-Kummissjoni fil-kuntest tar-Regolament MDT;

l-ambitu tal-kompetenza tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-“kompatibbiltà mas-suq komuni” tal-għajnuna msemmija fir-Regolament;

ir-regolament tar-rapporti legali li ħarġu skont ir-Regolament wara li kien skada t-terminu ta’ effettività tiegħu (31 ta’ Marzu 2005);

l-applikazzjoni tal-prinċipji tat-trattament ugwali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 485

(2)  ĠU L 140, p. 1.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fis-7 ta’ April 2011 — Proċeduri kriminali kontra Patrick Conteh

(Kawża C-169/11)

2011/C 173/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Frosinone

Parti fil-kawża prinċipali

Patrick Conteh

Domandi preliminari

L-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ma jistax jipprovdi li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-proċedura amministrattiva ta’ ripatrijazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fil-pajjiż illegalment iwassal għall-impożizzjoni ta’ miżuri li jillimitaw il-libertà personali, fuq il-bażi ta’ strumenti stabbiliti fid-dritt nazzjonali differenti minn detenzjoni u fl-assenza tar-rekwiżiti u tal-garanziji stabbiliti fl-imsemmija Artikoli 15 u 16, u dan meta ċ-ċittadin inkwistjoni ma josservawx ordni ta’ tneħħija maħruġa mill-awtorità amministrattiva kompetenti skont l-Aritkolu 8(3) tad-Direttiva?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98)


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/8


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2011 — (talbiet għal domandi preliminari ta’ Landgericht Berlin — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Münchehofe e.G. (C-18/10), Landwirtschaftliches Unternehmen e.G. Sondershausen (C-37/10) vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

(Kawżi magħquda C-18/10 u C-37/10) (1)

2011/C 173/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.

ĠU C 100, 17.04.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Frar 2011 — Nokia Oyj vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Medion AG

(Kawża C-154/10) (1)

2011/C 173/18

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesarbeitsgericht Köln — il-Ġermanja) — Land Nordrhein- Westfalen vs Melanie Klinz

(Kawża C-312/10) (1)

2011/C 173/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-407/10) (1)

2011/C 173/20

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/9


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-470/10) (1)

2011/C 173/21

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


Il-Qorti Ġenerali

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-395/10) (1)

(Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni impliċita adottata wara l-introduzzjoni tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 173/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indja.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/419/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-issoktar tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu fi, jew huma prodotti minn qamħirrum li huwa ġenetikament modifikat Bt11 (SYN-BTØ11-1), li tawtorizza ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom jew jikkonsistu f’qamħirrum imnixxef fuq il-post Bt11 (SYN-BTØ11-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/657/KE (ĠU L 197, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/420/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034xNK603 (MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, p. 15).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/426/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, p. 36).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/429/UE, tat- 28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 88017 x MON 810 (MON-88Ø17-3 x MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, p.46).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/432/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament 1507x59122 (DAS-Ø15Ø7-1xDAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, p. 11).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-502/10) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 173/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/428/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jiġu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament 59122x1507xNK603 (DAS-59122-7xDAS-Ø15Ø7xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, p. 41).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/13


Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2011 — ONP et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/11)

2011/C 173/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ordre national des pharmaciens (ONP) (Pariġi, Franza), Conseil national de l’Ordre des pharmaciens (CNOP) (Pariġi), Conseil central de la section G de l’Ordre national des pharmaciens (CCG) (Pariġi) (rappreżentanti: O. Saumon, L. Defalque u T. Bontinck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 8952 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, notifikata fl-10 ta’ Diċembru 2010 lir-rikorrenti, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Każ 39510 — LABCO/ONP);

sussidjarjament, fil-każ li jiġu stabbiliti ċerti lmenti, tnaqqas il-multa ta’ EUR 5 000 000 imposta fuq ir-rikorrenti mill-Kummissjoni Ewropea għal ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti eżistenti u tal-karatteristiċi tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi inkwistjoni;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha b’mod konformi mal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li l-eċċezzjoni stabbilita mis-sentenza Wouters (1) ma tapplikax għall-kawża preżenti.

Għal dak li jirrigwarda r-restrizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ gruppi ta’ laboratorji fis-suq Franċiż tal-analiżi ta’ bijoloġija medika:

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi minħabba żball fl-evalwazzjoni tal-portata tal-leġiżlazzjoni Franċiża fir-rigward tar-rwoli rispettivi tal-prefett u tal-Conseil central de la section G de l’Ordre des pharmaciens fit-tibdiliet li seħħew matul il-ħajja soċjali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata li teżerċita professjoni libera.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ komunikazzjoni, hekk kif jirriżulta mill-Artikoli L 4221-19, L 6221-4 u L 6221-5 tal-kodiċi tas-saħħa pubblika kif ukoll ta’ ċirkulari tat-22 ta’ Settembru 1998, peress li l-Kummissjoni ma osservatx ir-rwol tal-Conseil central de la section G de l’Ordre des pharmaciens fil-kuntest tal-verifika tagħha a posteriori tad-dokumenti soċjali li jirrigwardaw il-kumpanniji b’responsabbiltà limitata li jeżerċitaw professjoni libera ta’ laboratorji ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika u tal-obbligu tagħha ta’ komunikazzjoni ta’ osservazzjonijiet lill-prefett.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tar-rwol tal-Conseil central de la section G de l’Ordre des pharmaciens bħala garanti tal-indipendenza professjonali tas-soċju li jipparteċipa, sa fejn il-Kummissjoni kienet sostniet il-partiċipazzjoni minima tas-soċju li jipparteċipa fil-kapital tal-kumpanniji b’responsabbiltà limitata li jeżerċitaw professjoni libera li twassal għat-telf tal-indipendenza ekonomika u ta’ governanza tiegħu.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-intenzjoni tal-leġiżlatur fir-rigward tad-diviżjoni tal-ishma iktar minn limitu ta’ 25 % u tal-ksur tal-kuntest ġuridiku applikabbli għad-diviżjoni tal-ishma ta’ kumpanniji b’responsabbiltà limitata li jeżerċitaw professjoni libera.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE billi ħadet inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, is-sanzjonijiet dixxiplinari deċiżi peress li huma jirrinforzaw l-effetti potenzjali jew reali tad-deċiżjonijiet inkriminati.

Għal dak li jirrigwarda l-impożizzjoni tal-prezzijiet minimi fis-suq Franċiż tal-analiżi ta’ bijoloġija medika:

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet qabżet il-limiti tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni (2) billi ġabret dokumenti li jirrigwardaw il-“prezz”, li jkollu bħala konsegwenza li l-provi miġbura fuq din il-bażi jkunu nġabru illegalment u, konsegwentement, l-ilment dwar il-prezzijiet minimi għandu jiġi kkunsidrat bħala mhux stabbilit.

Jekk, quod non, il-provi li jirrigwardaw il-prezzijiet minimi setgħu validament jiġu miġbura mill-Kummissjoni fl-ispezzjoni tagħha:

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-portata tal-Artikolu L 6211-6 antik tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika u tal-volontà tal-leġiżlatur fir-rigward tad-definizzjoni u tal-prassi tar-rifużjonijiet.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-fatti li wassal għal żball ta’ liġi, il-Kummissjoni kkunsidrat, minn naħa, li l-aġir tal-ONP dwar ir-rifużjonijiet ma jaqax fil-kamp tal-missjonijiet legali tagħha iżda jirrefletti l-għanijiet antikompetittivi tagħha u, min-naħa l-oħra, li l-ONP kienet sistematikament, bil-għan li tipproteġi l-interessi tal-laboratorji żgħar, ipprovat timponi prezz minimu fis-suq tas-servizzi ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2002, Wouters et, C-309/99, Ġabra p. I-1577.

(2)  Deċiżjoni ta’ Spezzjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6494, tad-29 ta’ Ottubru 2008, li tordna lir-rikorrenti li jissuġġettaw ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, hija s-suġġett tar-rikors T-23/09, CNOP u CCG vs Il-Kummissjoni (ĠU 2009, C 55 p. 49).


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/14


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2011 — Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/11)

2011/C 173/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Marie Cahier (Montchaude, Franza), Robert Aubineau (Cierzac, Franza), Laurent Bigot (Saint Palais sur Mer, Franza), Pascal Bourdeau (Saintes Lheurine, Franza), Jacques Brard-Blanchard (Boutiers Saint Trojan, Franza), Olivier Charruaud (St Martial de Mirambeau, Franza), Daniel Chauvet (Saint Georges Antignac, Franza), Régis Chauvet (Marignac, Franza), Fabrice Compagnon (Avy, Franza), Francis Crepeau (Jarnac Champagne, Franza), Bernard Deborde (Arthenac, Franza), Chantal Goulard (Arthenac), Jean Pierre Gourdet (Moings, Franza), Bernard Goursaud (Brie sous Matha, Franza), Jean Gravouil (Saint Hilaire de Villefranche, Franza), Guy Herbelot (Echebrune, Franza), Rodrigue Herbelot (Echebrune), Sophie Landrit (Ozillac, Franza), Michel Mallet (Vanzac, Franza), Alain Marchadier (Villars en Pons, Franza), Michel Merlet (Jarnac Champagne), René Phelipon (Cierzac), Claude Potut (Avy), Philippe Pruleau (Saint Bonnet sur Gironde, Franza), Béatrice Rousseau (Gensac La Pallue, Franza), Jean-Christophe Rousseau (Segonzac, Franza), Françoise Rousseau (Burie, Franza), Pascale Rulleaud-Beaufour (Arthenac) u Alain Phelipon (Saintes, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkumpensa d-dannu kollu subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’:

EUR 53 600 għal dak li jikkonċerna lil Jean-Marie Cahier;

EUR 105 100 għal dak li jikkonċerna lil Robert Aubineau;

EUR 240 500 għal dak li jikkonċerna lil Laurent Bigot;

EUR 111 100 għal dak li jikkonċerna lil Pascal Bourdeau;

EUR 12 800 għal dak li jikkonċerna lil Jacques Brard-Blanchard;

EUR 37 600 għal dak li jikkonċerna lil Olivier Charruaud;

EUR 122 100 għal dak li jikkonċerna lil Daniel Chauvet;

EUR 40 500 għal dak li jikkonċerna lil Régis Chauvet;

EUR 97 100 għal dak li jikkonċerna lil Fabrice Compagnon;

EUR 105 600 għal dak li jikkonċerna lil Francis Crepeau;

EUR 1 081 500 għal dak li jikkonċerna lil Bernard Deborde;

EUR 64 800 għal dak li jikkonċerna lil Chantal Goulard;

EUR 94 400 għal dak li jikkonċerna lil Jean Pierre Gourdet;

EUR 43 000 għal dak li jikkonċerna lil Bernard Goursaud;

EUR 82 100 għal dak li jikkonċerna lil Jean Gravouil;

EUR 20 500 għal dak li jikkonċerna lil Guy Herbelot;

EUR 65 100 għal dak li jikkonċerna lil Rodrigue Herbelot;

EUR 53 000 għal dak li jikkonċerna lil Sophie Landrit;

EUR 39 500 għal dak li jikkonċerna lil Michel Mallet;

EUR 332 500 għal dak li jikkonċerna lil Alain Marchadier;

EUR 458 500 għal dak li jikkonċerna lil Michel Merlet;

EUR 23 000 għal dak li jikkonċerna lil René Phelipon;

EUR 85 100 għal dak li jikkonċerna lil Claude Potut;

EUR 3 500 għal dak li jikkonċerna lil Philippe Pruleau;

EUR 34 500 għal dak li jikkonċerna lil Béatrice Rousseau;

EUR 38 070 għal dak li jikkonċerna lil Jean-Christophe Rousseau;

EUR 24 300 għal dak li jikkonċerna lil Françoise Rousseau;

EUR 486 500 għal dak li jikkonċerna lil Pascale Rulleaud-Beaufour;

EUR 10 500 għal dak li jikkonċerna lil Alain Phelipon;

tistabbilixxi fil-forma ta’ somma f’daqqa l-ammont tad-dannu morali għas-somma ta’ EUR 100 000 għal kull wieħed mid-29 rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u għall-ħlasijiet kollha:

li jikkonċernaw il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea

li jikkonċernaw ukoll il-proċeduri kollha mibdija quddiem il-qrati nazzjonali kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jsostnu li teżisti responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba ksur serju tal-Artikolu 40(2) TFUE, sa fejn l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), kif implementat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) u miżmum bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo479/2008 (3), jinkludi projbizzjoni għall-produtturi tal-inbid miksub minn varjetajiet ta’ dwieli bi skop doppju li jagħmlu d-distillazzjoni fi spirti, huma stess, ta’ kwantitajiet ta’ inbid b’denominazzjoni tal-oriġini prodotti li jeċċedu l-kwantità normalment prodotta.

L-awtoritajiet nazzjonali sistematikament ħadu passi kontra u kkundannaw lir-rikorrenti peress li naqsu milli jagħmlu kunsinna, għall-finijiet ta’ distillazzjoni obbligatorja f’alkoħol tal-Istat minn distillaturi awtorizzati, il-kwantitajiet prodotti li jeċċedu l-kwantitajiet li normalment jiġu prodotti u li ma ġewx esportati bħala inbid lejn pajjiżi terzi.

Ir-rikorrenti jsostnu, fost oħrajn, li dan jirrigwarda ksur ta’ atti perfettament ċari u inekwivoki li l-organi tal-Unjoni ma kellhomx setgħa diskrezzjonali fil-konfront tagħhom. Huma jinvokaw ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità, ta’ Estoppel, tal-preżunzjoni ta’ innoċenza minn frodi, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ premura u tad-dritt għal proprjetà, kif ukoll interferenza ħażin fuq il-libertà ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott industrijali u l-estensjoni abbużiva tal-applikazzjoni ta’ regolament bl-għan li jiġi stabbilizzat is-suq u jiġi ggarantit ċertu dħul għal produtturi, għal każijiet fejn ma jeżistux talbiet għal finanzjament min-naħa ta’ dawn il-produtturi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 25.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 182).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo479/2008, tad-29 ta’ April 2008, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 148, p. 1).


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2011 — Bakkers vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/97) (1)

2011/C 173/31

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 199, 28.06.1997.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' April 2011 — Quantum vs UASI — Quantum (Q Quantum CORPORATION)

(Kawża T-31/08) (1)

2011/C 173/32

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2011 — Amor vs UASI — Jablonex Group (AMORIKE)

(Kawża T-371/10) (1)

2011/C 173/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/16


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-28/11)

2011/C 173/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill irrifjutat li tippromovih fil-grad ta’ AD 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010, kif stabbilit fin-Nota tal-Persunal 80/10 tas-26 ta’ April 2010.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:

jitlob lill-Kunsill jipprovdi r-rapporti dwar l-eks uffiċjali A li ġew promossi għall-grad AD 12 li ġew ikkunsidrati taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2010, kif ukoll l-istatistiki dwar il-medja tal-evalwazzjoni analitika tal-uffiċjali li jirrapportaw l-ewwel li ntbagħtet lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Promozzjoni AD “Amministraturi”

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/16


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/11)

2011/C 173/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li ma aċċettatx lir-rikorrenti għall-eżami orali tal-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tal-EPSO tal-10 ta’ Diċembru 2010 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/147/09-RO li tattribwixxi lir-rikorrenti marka eliminatorja ta’ 6/10 għall-eżami bil-miktub C tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


11.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/16


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/11)

2011/C 173/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AD/177/10.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta’ Lulju 2010, li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AD/177/10;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-5 ta’ Jannar 2011, li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

sussidjarjament, jaqta’ u jiddeċiedi li r-rikorrent ma għandux jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni.