|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.153.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 153/01 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2011/C 153/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6208 – Aeroports de Paris/JCDecaux Airport France/JV) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 153/03 |
||
|
2011/C 153/04 |
||
|
2011/C 153/05 |
||
|
2011/C 153/06 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 153/07 |
||
|
2011/C 153/08 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 153/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6205 – Eli Lilly/Janssen Pharmaceutica Animal Health Business Assets) ( 1 ) |
|
|
2011/C 153/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6194 – Osram/Siteco Lighting) ( 1 ) |
|
|
2011/C 153/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6226 – Media-Saturn/Redcoon) ( 1 ) |
|
|
2011/C 153/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6239 – ONEX/JELD-WEN) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2011/C 153/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6183 – Mahle/Behr) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/1 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/01
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
9.2.2011 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 556/10 |
||||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
||||||
|
Reġjun |
Northern Ireland |
||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Amendment to the Renewables Obligation — Northern Ireland |
||||||
|
Il-bażi legali |
Energy (Northern Ireland) Order 2003, Renewables Obligation Order (Northern Ireland) 2009, amended by Renewables Obligation Order (Northern Ireland) 2010, to be amended by Renewables Obligation Order (Northern Ireland) 2011 |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||
|
L-għan |
Il-ħarsien tal-ambjent |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Tranżazzjonijiet mhux fuq termini tas-suq |
||||||
|
L-estimi |
Baġit annwali: GBP 412 miljun |
||||||
|
L-intensità |
— |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.4.2011-31.3.2021 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-enerġija |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
22.3.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31204 (11/N) |
||||
|
Stat Membru |
Il-Finlandja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Toimintatuki puupolttoainetta käyttäville pienille sähkön ja lämmön yhteistuotantolaitoksille ja metsähakevoimaloille/Driftstöd till små träbränsleeldade kraftvärmeanläggningar och till fliseldade kraftverk |
||||
|
Il-bażi legali |
Laki uusiutuvilla energialähteillä tuotetun sähkön tuotantotuesta (1396/2010)/Lagen om stöd till produktion av el från förnybara energikällor (1396/2010) |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Il-ħarsien tal-ambjent |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 466,8 miljun |
||||
|
L-intensità |
— |
||||
|
It-tul ta' żmien |
Sal-1.2.2021 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-enerġija |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
8.4.2011 |
|||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.31348 (11/N) & SA.32614 (11/N) |
|||||
|
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
|||||
|
Reġjun |
— |
|||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Exemption from Climate Change Levy for electrified rail |
|||||
|
Il-bażi legali |
Finance Act 2000 |
|||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|||||
|
L-għan |
Żvilupp settorjali, Il-ħarsien tal-ambjent |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Tnaqqis tar-rata tat-taxxa |
|||||
|
L-estimi |
Baġit globali: GBP 10 miljun |
|||||
|
L-intensità |
— |
|||||
|
It-tul ta' żmien |
1.4.2011-31.3.2021 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-ferroviji |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
|||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.4.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32119 (11/N) |
||||
|
Stat Membru |
Spanja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ayudas a la difusión del teatro y del circo y a la comunicación teatral y circense |
||||
|
Il-bażi legali |
Resolución de … de … de 2011, del Instituto Nacional de las Artes Escénicas y de la Música, por la que se convocan ayudas a la difusión del Teatro y del Circo y a la comunicación Teatral y Circense |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Kultura |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
L-estimi |
|
||||
|
L-intensità |
65 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
1.4.2011-31.12.2013 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.4.2011 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32144 (11/N) |
||||
|
Stat Membru |
Spanja |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Ayudas a la danza, la lírica y la música |
||||
|
Il-bażi legali |
Resolución del Instituto Nacional de las Artes Escénicas y de la Música, por la que se convocan ayudas a la Danza, la Lírica y la Música correspondientes al periodo 2011-2013. |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Kultura |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
L-estimi |
|
||||
|
L-intensità |
65 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
22.3.2011-31.12.2013 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
4.4.2011 |
||||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32585 (11/N) |
||||||
|
Stat Membru |
Spanja |
||||||
|
Reġjun |
Pais Vasco |
||||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Régimen de ayudas a la creación, desarrollo y producción audiovisual en el País Vasco |
||||||
|
Il-bażi legali |
Orden de 2011, de la Consejera de Cultura de País Vasco, por la que se convoca la concesión de ayudas a la creación, desarrollo y producción audiovisual. |
||||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||
|
L-għan |
Kultura, Żvilupp settorjali |
||||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
|
L-estimi |
|
||||||
|
L-intensità |
50 % |
||||||
|
It-tul ta' żmien |
1.4.2011-31.3.2012 |
||||||
|
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
||||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6208 – Aeroports de Paris/JCDecaux Airport France/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/02
Fis-16 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6208. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
2011/C 153/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II u l-Anness IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni Implimentattiva tal-Kunsill 2011/301/PESK (2), u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 204/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 502/2011 (4), dwar il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru/Stati Membri rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU L 136, 24.5.2011, p. 87.
(4) ĠU L 136, 24.5.2011, p. 24.
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/8 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
2011/C 153/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni Implimentattiva tal-Kunsill 2011/303/PESK (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011 (4), dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 442/2011.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 442/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz segwenti:
|
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
(2) ĠU L 136, 24.5.2011, p. 95.
(3) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.
(4) ĠU L 136, 24.5.2011, p. 45.
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/9 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
2011/C 153/05
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 (2).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom ikunu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness V għar-Regolament (UE) Nru 961/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 19 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, sal-31 ta' Lulju 2011, fl-indirizz segwenti:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1.
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja
2011/C 153/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK (2), u fl-Anness IA għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 505/2011 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/639/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 765/2006.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti tal-Internet fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.
(2) ĠU L 136, 24.5.2011, p. 91.
(3) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.
(4) ĠU L 136, 24.5.2011, p. 48.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/11 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta’ Mejju 2011
2011/C 153/07
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,4020 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
114,68 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4561 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86975 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,9155 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2380 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8475 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,530 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
270,16 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7093 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9485 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,1205 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,2534 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3332 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3725 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,9028 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7761 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7501 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 539,99 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8533 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,1186 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4242 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 043,97 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2887 |
|
PHP |
Peso Filippin |
61,008 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,9250 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,607 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,2908 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,4377 |
|
INR |
Rupi Indjan |
63,4230 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Mejju 2011
dwar il-finanzjament tal-programm ta' ħidma 2011 għat-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti fil-qafas tal-Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel
2011/C 153/08
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 75,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn 'il quddiem ir-“Regoli ta' Implimentazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (4) dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità u b’mod partikolari l-Artikolu 2 (1)(i) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 66(1)(b) u (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli maħsuba sabiex, b'mod partikolari, jipprevienu, jeliminaw jew inaqqsu għal livelli aċċettabbli, ir-riskji għall-bnedmin u għall-annimali u jiggarantixxu prassi ġusta fil-kummerċ tal-għalf u l-ikel, u jħarsu l-interessi tal-konsumatur. L-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-Kummissjoni tista’ torganizza korsijiet ta' taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-kontrolli uffiċjali msemmija f'dak ir-Regolament, liema korsijiet jistgħu jinfetħu għal parteċipanti minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Dawn il-korsijiet jistgħu jinkludu b'mod partikolari, taħriġ fil-liġi Komunitarja tal-għalf u tal-ikel u fir-regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità, jipprovdi l-istrument legali għall-organizzazzjoni ta' korsijiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti. |
|
(3) |
Il-“Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel” ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni biex jintlaħqu l-miri stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006) 519 finali (6) tistudja l-possibiltajiet għall-organizzazzjoni ta' taħriġ fil-ġejjieni. |
|
(4) |
Għaldaqstant il-programm ta' ħidma 2011 għall-implimentazzjoni ta' “Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel” għandu jiġi adottat. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2008) 4943 tad-9 ta’ Settembru 2008 ddelegat ċerti ħidmiet ta’ ġestjoni u implimentazzjoni tal-programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri ta’ taħriġ għas-sikurezza tal-ikel imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, lill-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika” mwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (7). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE (8) tal-20 ta’ Ġunju 2008 bidlet “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika” fl-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur” (“l-Aġenzija”). Għaldaqstant għandu jingħata sussidju operattiv lill-Aġenzija għas-sena 2011 biex tiffinanzja attivitajiet marbuta mal-Programm “Taħriġ Aħjar għal Ikel Iktar Sikur”. |
|
(6) |
B’konformità mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu qablu deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li hija adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li l-poteri tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni. |
|
(7) |
Billi l-programm ta’ ħidma 2011 huwa qafas dettaljat biżżejjed, id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 90(2) u (3) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni. |
|
(8) |
Għall-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, huwa xieraq li jiġi mfisser it-terminu “bidla sostanzjali”, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju, il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa għandhom isiru fil-limiti ta' żmien stabbiliti fir-regoli ta' implimentazzjoni. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw ukoll iċ-ċirkostanzi li fihom il-kredituri li jitħallsu b’lura jkunu intitolati li jirċievu l-imgħax fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament impost fuq il-linja li minnha tħallset is-somma ewlenija. |
|
(10) |
Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi r-regoli dwar il-pagament tal-imgħax minħabba pagamenti b'lura marbuta ma’ azzjonijiet inklużi fil-programm ta' ħidma 2011, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel fl-2011 kif stipulat fl-Anness huwa adottat hawnhekk. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 2
1. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma għandu jkun ta' EUR 16 100 000, li għandu jiġi ffinanzjat mil-linji baġitarji li ġejjin tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2011:
|
(a) |
linja baġitarja Nru 17.04.07.01: EUR 13 650 000; |
|
(b) |
linja baġitarja Nru 17.04.04.01: EUR 1 000 000; |
|
(c) |
linja baġitarja Nru 17.01.04.05: EUR 350 000; |
|
(d) |
linja baġitarja Nru 17.01.04.31: EUR 1 100 000. |
2. L-ammont stipulat fil-paragrafu 1(d) għandu jitħallas lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi u għandu jikkostitwixxi sussidju operattiv.
3. Imgħax meta ma jsirx ħlas minħabba pagamenti b'lura wkoll jista' jitħallas mil-linji baġitarji ’imsemmija fil-punti 1(a) u (b) skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 3
Bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet għall-azzjonijiet speċifiċi koperti mill-programm ta' ħidma li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima prevista fl-Artikolu 2(1) ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali fit-tifsira tal-Artikolu 90(4) tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni, sakemm dawn ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-programm ta' ħidma.
L-uffiċjal awtorizzanti jista' jadotta tali bidliet skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda u dawk ta' proporzjonalità.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(4) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(5) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(6) SEC(2006) 1163 u SEC(2006) 1164, 20.9.2006.
(7) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
(8) ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.
ANNESS
Il-programm ta' ħidma 2011 għat-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti fil-qafas tal-Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel
1.1. Introduzzjoni
Dan il-programm ta’ ħidma fih tliet miżuri ta' implimentazzjoni għall-2011. Id-distribuzzjoni tal-baġit u l-azzjonijiet ewlenin skont l-għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Deċiżjoni 2000/29/KE, huma kif ġej:
|
|||
|
EUR 14 650 000 |
||
|
EUR 350 000 |
||
|
EUR 1 100 000 |
||
|
TOTAL |
EUR 16 100 000 |
||
1.2. Akkwist
L-ammont baġitarju globali riżervat għall-kuntratti tal-akkwist fl-2011 jammonta għal EUR 15 000 000.
1.2.1. Taħriġ: Kuntratt estern għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 u l-Artikolu 66(1)(b)
Direttiva 2000/29/KE, Artikolu 2(1)
LINJA BAĠITARJA
Il-linji tal-baġit: 17.04.07.01 u 17.04.04.01
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt, se jiġi ffirmat kuntratt ta’ servizz speċifiku wieħed jew aktar. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 17-il kuntratt ta’ servizz. Il-kuntratturi esterni huma involuti l-aktar fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ.
SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Għall-2011, l-azzjoni ta’ taħriġ se tkun dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
Attivitajiet |
Ammont f’EUR |
|
Proċeduri ta’ kontroll għall-ikel u l-għalf imsejsa fuq prinċipji tal-HACCP (Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi); metodi ta’ verifika biex tkun ivverifikata l-implimentazzjoni tas-sistemi HACCP fl-istabbilimenti tal-ikel u l-għalf |
2 000 000 |
|
L-Iġjene u l-Kontroll tal-Ikel: Is-setturi tal-laħam, sajd, ħalib u ikel tat-trabi |
2 550 000 |
|
Prevenzjoni u kontrolli tas-Saħħa tal-Annimali; |
1 300 000 |
|
Materjali ta’ Kuntatt mal-Ikel |
600 000 |
|
L-użu u l-kontrolli ta' addittivi |
975 000 |
|
L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji u kontrolli |
975 000 |
|
Valutazzjoni tar-riskju |
700 000 |
|
Ippjanar ta' kontinġenza u kontroll tal-mard |
400 000 |
|
Ittestjar tal-ikel |
1 500 000 |
|
Il-liġi tal-għalf (b'attenzjoni speċjali fuq l-iġjene tal-għalf) |
700 000 |
|
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
900 000 |
|
Kwistjonijiet oħra dwar il-benessri u saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u s-sikurezza tal-ikel, kooperazzjoni ma' Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħra għat-taħriġ dwar is-sikurezza tal-ikel fi Stati Membri u studji. |
1 050 000 |
|
Subtotal A |
13 650 000 |
|
Kontrolli tas-saħħa tal-pjanti; |
1 000 000 |
|
Subtotal B |
1 000 000 |
|
TOTAL A + B |
14 650 000 |
IMPLIMENTAZZJONI
EUR 14 400 000 (finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) se jitmexxew u jiġu implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE). Il-EUR 250 000 li jifdal se jintużaw mill-Kummissjoni biex tkopri l-istudji.
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor minn April sa Ġunju biex il-kuntratti jiġu ffirmati fl-2011.
AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 14 650 000.
1.2.2. Taħriġ: Tagħmir tal-IT, għodod u appoġġ, materjal promozzjonali, tagħrif u appoġġ fil-komunikazzjoni u konferenzi
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66(1)(c)
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17.01.04.05
NUMRU INDIKATTIV U TIPI TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 3 kuntratti ta’ servizz.
SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
L-azzjonijiet li se jkunu ffinanzjati minn dan il-baġit huma maħsuba għall–organizzazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ, għall-IT u t-tagħmir tal-e-learning, għall-għodod u l-appoġġ, għall-materjal promozzjonali, għat-tagħrif u l-appoġġ fil-komunikazzjoni kif ukoll għall-konferenzi.
IMPLIMENTAZZJONI
Din l-azzjoni se tkun implimentata direttament mid-DĠ SANCO
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor minn April sa Ottubru.
AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 350 000.
1.3. Azzjonijiet oħra: Sussidju operattiv għall-Aġenzija Eżekuttiva dwar is-Saħħa Pubblika u l-Konsumaturi
BAŻI LEGALI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu
LINJA BAĠITARJA
Linja tal-baġit: 17.01.04.31
AMMONT
EUR 1 100 000
ID-DESKRIZZJONI U L-GĦAN TAL-MIŻURA TA’ IMPLIMENTAZZJONI
Dan il-baġit jiffinanzja s-sussidju operattiv tal-Aġenzija għas-sena 2011 li għandu x'jaqsam mal-programmi skont l-“FP Intestatura 2”. Il-linja tal-Baġit 17.01.04.31 tiffinanzja s-sussidju operattiv tal-Aġenzija għall-2011 għall-parti li għandha x'taqsam mal-Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Aktar Sikurezza fl-Ikel. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, is-sussidju operattiv għandu jittieħed mill-allokazzjoni finanzjarja għall-programmi tal-Unjoni mmexxija mill-Aġenzija. Fil-baġit 2011 inħolqu żewġ linji ta’ baġit separati għas-sussidju li jrid jitħallas lill-Aġenzija; wieħed għal programmi skont l-Intestatura 2 u l-ieħor għal programmi skont l-Intestatura 3b tal-Perspettivi Finanzjarji.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/17 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6205 – Eli Lilly/Janssen Pharmaceutica Animal Health Business Assets)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/09
|
1. |
Fit-13 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Eli Lilly and Company (“Eli Lilly”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll Janssen Animal Health Business Assets (JAH) ta' Janssen Pharmaceutica NV (“Janssen”, il-Belġju) permezz ta' xiri ta' assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6205 – Eli Lilly/Janssen Pharmaceutica Animal Health Business Assets, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/18 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6194 – Osram/Siteco Lighting)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/10
|
1. |
Fit-13 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Osram GmbH (“Osram”, il-Ġermanja) kontrollata minn Siemens AG (“Siemens”, il-Ġermanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Siteco Lighting GmbH (“Siteco”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6194 – Osram/Siteco Lighting, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/19 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6226 – Media-Saturn/Redcoon)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/11
|
1. |
Fis-17 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Permezz ta’ dan: L-impriża Media-Saturn-Holdin GmbH (“Media-Saturn”, il-Ġermanja), li hija kkontrollata minn Metro AG (il-Ġermanja), takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll kollu tal-impriża Redcoon GmbH (“Redcoon”, il-Ġermanja) permezz tal-akkwist ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6226 – Media-Saturn/Redcoon, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/20 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6239 – ONEX/JELD-WEN)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/12
|
1. |
Fl-10 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Onex Corporation (“ONEX”, il-Kanada) u Nancy Wendt, Roderic C. Wendt u Mark Wendt (familja WENDT), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża JELD-WEN Holding, inc. (“JELD-WEN”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' titoli. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6239 – ONEX/JELD-WEN, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
|
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/21 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6183 – Mahle/Behr)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 153/13
|
1. |
Fis-17 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mahle GmbH (“Mahle”, il-Ġermanja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Behr GmbH & Co. KG (“Behr”, il-Ġermanja). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6183 – Mahle/Behr, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).