ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.141.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Mejju 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 141/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 141/02

Proċeduri ta' stralċ – Deċiżjoni biex jitnedew proċeduri ta' stralċ fir-rigward ta' Evropaiki Pronia A.E.G.A. (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2

2011/C 141/03

Proċeduri ta' stralċ – Deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' stralċ fir-rigward ta’ Novit Assicurazioni SpA u Sequoia Partecipazioni SpA (Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

3

2011/C 141/04

Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

4

2011/C 141/05

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

5

2011/C 141/06

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat f'Il-ĠU C 141, 12.5.2011 ( 1 )

6

2011/C 141/07

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat f'Il-ĠU C 141, 12.5.2011 ( 1 )

7

2011/C 141/08

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat f'Il-ĠU C 141, 12.5.2011 ( 1 )

8

2011/C 141/09

Proċeduri ta' Stralċ – Deċiżjoni biex jibdew il-proċeduri ta' stralċ fir-rigward tal-kumpanija Western International Insurance Company (Europe) Limited (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2011/C 141/10

Sentenza tal-Qorti tat-18 ta' Ottubru 2010 fil-Kawża E-3/10 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Repubblika tal-Islanda (In-nuqqas ta' Parti Kontraenti li timplimenta l-obbligi tagħha – id-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju)

10

2011/C 141/11

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża E-2/10 – Þór Kolbeinsson v L-Istat Islandiż (Saħħa u sigurtà tal-ħaddiema – id-Direttivi 89/391/KEE u 92/57/KEE – l-Artikolu 3 taż-ŻEE – Responsabbiltà ta' min iħaddem u tal-impjegati fil-każ ta' inċidenti fuq ix-xogħol – Responsabbiltà tal-Istat)

11

2011/C 141/12

Ordni tal-Qorti tal-31 ta’ Jannar 2011 fil-Kawża E-13/10 – Aleris Ungplan AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Ċaħda min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tibda’ proċedimenti dwar allegat nuqqas minn Stat taż-ŻEE li jwettaq l-obbligi tiegħu fil-qasam tal-kuntratti tal-appalt – Miżuri azzjonabbli – Ammissabbiltà)

12

2011/C 141/13

Sentenza tal-Qorti tal-10 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża E-1/10 – Periscopus AS v Oslo Børs ASA u Erik Must AS (Id-Direttiva 2004/25/KE – Akkwist ta’ kontroll – Offerta mandatorja – Aġġustament tal-prezz tal-offerta – Ċirkostanzi u kriterji ddeterminati b’mod ċar – Referenza għall-prezz tas-suq)

13

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 141/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6195 – Holcim/Basalt/H + B Grondstoffen JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

14

2011/C 141/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6162 – Pfizer/Ferrosan Consumer Healthcare Business) ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 141/16

Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għal Pisco

16

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Mejju 2011

2011/C 141/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4357

JPY

Yen Ġappuniż

116,47

DKK

Krona Daniża

7,4559

GBP

Lira Sterlina

0,87075

SEK

Krona Żvediża

8,9460

CHF

Frank Żvizzeru

1,2661

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7890

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,258

HUF

Forint Ungeriż

263,67

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9013

RON

Leu Rumen

4,0918

TRY

Lira Turka

2,2644

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3255

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3701

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1580

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8074

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7666

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 543,42

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7368

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3220

HRK

Kuna Kroata

7,3780

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 236,29

MYR

Ringgit Malażjan

4,2777

PHP

Peso Filippin

61,557

RUB

Rouble Russu

39,7180

THB

Baht Tajlandiż

43,186

BRL

Real Brażiljan

2,3102

MXN

Peso Messikan

16,5996

INR

Rupi Indjan

64,1690


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/2


Proċeduri ta' stralċ

Deċiżjoni biex jitnedew proċeduri ta' stralċ fir-rigward ta' Evropaiki Pronia A.E.G.A.

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2011/C 141/02

Impriża tal-assigurazzjoni

Evropaiki Pronia A.E.G.A., uffiċċju reġistrat f'Ateni

L. Dimokratias 8

151 27 Melissia

GREECE

Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni

Deċiżjoni Nru 7 tad-29 ta' Marzu 2011 tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet ta' Kreditu u ta' Assigurazzjoni biex tiġi rtirata b'mod permanenti l-liċenzja tal-operat tal-kumpanija u għall-istralċ tagħha.

Dħul fis-seħħ: id-29 ta' Marzu 2011

Awtorità kompetenti

Il-Bank tal-Greċja, Diviżjoni Superviżorja għall-Assigurazzjoni Privata

Eleftheriou Venizelou 21

102 50 Athens

GREECE

Awtorità superviżorja

Il-Bank tal-Greċja, Diviżjoni Superviżorja għall-Assigurazzjoni Privata

Eleftheriou Venizelou 21

102 50 Athens

GREECE

Likwidatur maħtur

Prodromos V. Sikiaridis (Superviżur tal-istralċ)

Ravine 2

115 21 Athens

GREECE

Liġi applikabbli

Il-Liġi Griega L-Artikoli 3(3), 7 sa 9 u 17(a) sa 17(c) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 400/1970.


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/3


Proċeduri ta' stralċ

Deċiżjoni dwar il-proċeduri ta' stralċ fir-rigward ta’ Novit Assicurazioni SpA u Sequoia Partecipazioni SpA

(Avviż ippubblikat skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2011/C 141/03

Impriża tal-assigurazzjoni

Novit Assicurazioni SpA

Via Pisa 29

10152 Torino TO

ITALIA

Kumpanija prinċipali li tħaddan grupp ta’ kumpaniji li magħha tifforma parti l-impriża tal-assigurazzjoni

Sequoia Partecipazioni SpA

Piazza Maria Teresa 3

10152 Torino TO

ITALIA

Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni

Miżura dwar l-ISVAP Nru 2877 tad-9 ta’ Frar 2011: Ħatra ta’ Amministratur għall-ġestjoni proviżorja skont it-tifsira tal-Artikoli 230(1) u 275(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209/2005.

Awtoritajiet kompetenti

ISVAP

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Awtorità superviżorja

ISVAP

Via del Quirinale 21

00187 Roma RM

ITALIA

Amministratur maħtur

Dott. Luciano Becchio

Via Pisa 29

10152 Torino TO

ITALIA

Liġi applikabbli

Il-Liġi Taljana

L-Artikoli 230(1) u 275(1) tad-Digriet leġiżlattiv Nru 209/2005.

Il-miżura tal-ISVAP Nru 2877 tad-9 ta' Frar 2011 tipprovdi għall-ħatra ta' Dr Luciano Becchio, skont it-tifsira tal-Artikolu 230 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 209 tas-7 ta' Settembru 2005, bħala Amministratur tal-ġestjoni proviżorja tal-kumpanija Novit Assicurazioni SpA, li għandha l-uffiċju prinċipali tagħha f'Via Pisa 29, Turin, Italia, u tal-kumpanija Sequoia Partecipazioni SpA, li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Piazza Maria Teresa 3, Turin, Italia, għal perjodu massimu ta' xahrejn mid-data tal-adozzjoni tal-miżura preżenti, Konsegwentament, il-poteri tal-korpi amministrattivi u superviżorji tal-kumpaniji huma sospiżi.


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/4


Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

2011/C 141/04

Il-High Court of Ireland (Il-Qorti Għolja tal-Irlanda)

RIGWARD IL-KWISTJONI TAL-ALLIED IRISH BANKS P.L.C.U RIGWARD IL-KWISJTONI TAL-ATT DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU (STABILIZZAZZJONI) (CREDIT INSTITUTIONS (STABILISATION) ACT), 2010 (“L-ATT”)

Fl-14-il jum ta’ April 2011 il-High Court of Ireland għamlet ordinanza dwar il-passiv subordinat skont it-Taqsima 29 tal-Att li emenda inter alia ċerti termini u/jew kundizzjonijiet tal-passiv subordinat tal-Allied Irish Banks p.l.c. (“AIB”) bil-Kodiċijiet ISIN li ġejjin:

XS0498532117; XS0498531069; XS0498530178; XS0435957682; XS0435953186; XS0368068937; XS0232498393; XS0214107053; XS0208845924; XS0197993875; XS0180778507; XS0100325983; XS0227409629; XS0120950158; XS0208105055; XS0257734037; XS0257571066; IE0000189625

U l-Qorti ddikkjarat li l-ordinanza dwar il-passiv subordinat tikkostitwixxi miżura ta' riorganizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001.

Skont it-Taqsima 31 tal-Att u abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fiha tista’ ssir applikazzjoni mal-High Court of Ireland, li tinsab f'Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, l-Irlanda, permezz ta' avviż ta' mozzjoni bbażat fuq affidavit, mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li ssir l-ordinanza dwar il-passiv subordinat, biex tiġi annullata l-ordinanza dwar il-passiv subordinat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha. Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att ma jista’ jsir l-ebda appell mill-ordinanza dwar il-passiv subordinat quddiem il-Qorti Suprema mingħajr il-kunsens tal-High Court. Il-kopji sħaħ tal-ordinanza huma disponibbli mill-Uffiċċju Ċentrali tal-High Court permezz tal-posta elettronika lil: listroomhighcourt@courts.ie


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/5


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 141/05

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Reggio Calabria–Milano Malpensa u viċiversa, Reggio Calabria–Pisa San Giusto u viċiversa, Reggio Calabria–Torino Caselle u viċiversa.

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

is-27 ta’ Ġunju 2011

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas l-informazzjoni u/jew id-dokumentazzjoni relevanti marbuta mal-obbligi ta' servizz pubbliku

ENAC (Ente nazionale per l’aviazione civile)

Direzione sviluppo trasporto aereo

Viale del Castro Pretorio 118

00185 Roma RM

ITALIA

http://www.enac.gov.it

Posta elettronika: osp@enac.gov.it


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/6


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat f'Il-ĠU C 141, 12.5.2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 141/06

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Reggio Calabria–Torino Caselle u viċi versa

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Sentejn, li jibdew mis-27 ta' Ġunju 2011

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

ENAC (Ente nazionale per l’aviazione civile)

Direzione sviluppo trasporto aereo

Viale del Castro Pretorio 118

00185 Roma RM

ITALIA

http://www.enac.gov.it

Posta elettronika: osp@enac.gov.it


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/7


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat f'Il-ĠU C 141, 12.5.2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 141/07

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Reggio Calabria–Pisa San Giusto u viċi versa

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Sentejn, li jibdew mis-27 ta' Ġunju 2011

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

ENAC (Ente nazionale per l’aviazione civile)

Direzione sviluppo trasporto aereo

Viale del Castro Pretorio 118

00185 Roma RM

ITALIA

http://www.enac.gov.it

Posta elettronika: osp@enac.gov.it


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/8


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku skont l-avviż ippubblikat f'Il-ĠU C 141, 12.5.2011

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 141/08

Stat Membru

L-Italja

Rotta kkonċernata

Reggio Calabria–Milano Malpensa u viċi versa

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

Sentejn, li jibdew mis-27 ta' Ġunju 2011

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz sħiħ minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

ENAC (Ente nazionale per l’aviazione civile)

Direzione sviluppo trasporto aereo

Viale del Castro Pretorio 118

00185 Roma RM

ITALIA

http://www.enac.gov.it

Posta elettronika: osp@enac.gov.it


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/9


Proċeduri ta' Stralċ

Deċiżjoni biex jibdew il-proċeduri ta' stralċ fir-rigward tal-kumpanija Western International Insurance Company (Europe) Limited

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2011/C 141/09

Impriża tal-Assigurazzjoni

Western International Insurance Company (Europe) Limited

c/o McStay Luby Chartered Accountants

Dargan House

21-23 Fenian Street

Dublin 2

IRELAND

Data, dħul fis-seħħ u tip ta' deċiżjoni

Id-data tal-bidu tal-likwidazzjoni hi l-5 ta’ Ottubru 2006.

Il-likwidatur inħatar wara riżoluzzjoni li għaddiet fil-5 ta’ Ottubru 2006 waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-membri tal-Kumpanija.

Awtoritjiet kompetenti

Din hi Likwidazzjoni Volontarja tal-Membri. Il-kredituri kollha li ġew aċċettati jew tħallsu jew ser jitħallsu l-ammont kollu.

Ma hemm l-ebda Awtorità Kompetenti kif definita mit-Taqsima 2(1) tal-S.I. tar-Regolamenti tal-Komunitajiet Ewropej tal-2003 Nru 168/2003 (Riorganizzazzjoni u Stralċ tal-Impriża tal-Assigurazzjoni)

Awtorità superviżorja

The Minister for Enterprise, Trade and Innovation

23 Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Likwidatur maħtur

Tom Rogers, Likwidatur

McStay Luby Chartered Accountants

Dargan House

21-23 Fenian Street

Dublin 2

IRELAND

Liġi applikabbli

L-Atti dwar il-Kumpaniji 1963-2001


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


SENTENZA TAL-QORTI

tat-18 ta' Ottubru 2010

fil-Kawża E-3/10

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Repubblika tal-Islanda

(In-nuqqas ta' Parti Kontraenti li timplimenta l-obbligi tagħha – id-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju)

2011/C 141/10

Fil-Kawża E-3/10, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Repubblika tal-Islanda – RIKORS għal dikjarazzjoni li, billi naqset li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Att imsemmi fil-punt 31ea tal-Anness IX tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif adattati għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, jew li tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza bihom, fiż-żmien preskritt, ir-Repubblika tal-Islanda naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 32 ta’ dak l-Att u l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull (Imħallef-Rapporteur), Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fit-18 ta’ Ottubru 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

(1)

Tiddikajara li, billi naqset, fi ħdan iż-żmien stabbilit, li tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att imsemmi f'punt 31ea tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattati għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, ir-Repubblika tal-Islanda naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 32 tal-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Tordna lir-Repubblika tal-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Diċembru 2010

fil-Kawża E-2/10

Þór Kolbeinsson v L-Istat Islandiż

(Saħħa u sigurtà tal-ħaddiema – id-Direttivi 89/391/KEE u 92/57/KEE – l-Artikolu 3 taż-ŻEE – Responsabbiltà ta' min iħaddem u tal-impjegati fil-każ ta' inċidenti fuq ix-xogħol – Responsabbiltà tal-Istat)

2011/C 141/11

Fil-Kawża E-2/10 bejn Þór Kolbeinsson u l-Istat Islandiż – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati taż-ŻEE dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta' Reykjavík), l-Islanda, dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, il-President, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull (Imħallef-Rapporteur), Imħallfin, tat is-sentenza tagħha fl-10 ta’ Diċembru 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

(1)

Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, mhux kumpatibbli mad-Diretiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f'postijiet ta' kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), interpretata fid-dawl tal-Artikolu 3 taż-ŻEE, li ħaddiem jinżamm responsabbli, skont il-liġi nazzjonali dwar it-tort, għad-danni kollha, jew għall-biċċa l-kbira minnhom, imġarrba bħala riżultat ta' inċident fuq ix-xogħol minħabba n-negliġenza kontributorja tiegħu meta jkun ġie stabbilit li min iħaddem ma jkunx, fuq inizjattiva tiegħu, żamm mar-regoli dwar is-sigurtà u mal-kundizzonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Jista’ jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali meta l-impjegat ikun ikkawża l-inċident xjentement jew billi jkun aġixxa b'negliġenza qawwija, iżda anki f’każijiet bħal dawn ma tkunx ħaġa proporzjonata li jkun hemm ċaħda totali ta’ kumpens, u ma tkunx lanqas f’konformità mad-Direttivi ħlief f’każijiet estremi fejn l-impjegat ikollu sostanzjalment aktar ħtija għall-inċident milli jkollu min iħaddem.

(2)

Stat taż-ŻEE jista’ jinżamm responsabbli għal ksur tar-regola dwar in-negliġenza kontributorja inerenti fid-Direttivi 89/391/KEE u 92/57/KEE interpretati fid-dawl tal-Artikolu 3 taż-ŻEE sakemm il-ksur ikun suffiċjentement serju. Sta għall-qorti nazzjonali li tiddeċiedi skont il-każistika stabbilita dwar ir-responsabbiltà tal-Istat għal ksur ta’ liġi taż-ŻEE jekk din il-kundizzjoni tkunx issodisfata fil-każ li jkollha quddiemha.


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/12


ORDNI TAL-QORTI

tal-31 ta’ Jannar 2011

fil-Kawża E-13/10

Aleris Ungplan AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Ċaħda min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tibda’ proċedimenti dwar allegat nuqqas minn Stat taż-ŻEE li jwettaq l-obbligi tiegħu fil-qasam tal-kuntratti tal-appalt – Miżuri azzjonabbli – Ammissabbiltà)

2011/C 141/12

Fil-Kawża E-13/10: Aleris Ungplan AS v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – RIKORS skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbilment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza Nru 248/10/COL tal-21 ta’ Ġunju 2010 dwar il-kuntratti tal-appalt għal servizzi tal-kura taż-żgħażagħ fin-Norveġja, il-Qorti, komposta minn: Carl Baudenbacher, il-President, Thorgeir Örlygsson (Imħallef-Rapporteur) u Per Christiansen, Imħallfin, ħarġet ordni fl-31 ta’ Jannar 2011, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

(1)

Ir-rikors ġie miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ir-rikorrent għandu jeħel l-ispejjeż tal-proċedimenti.


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/13


SENTENZA TAL-QORTI

tal-10 ta’ Diċembru 2010

fil-Kawża E-1/10

Periscopus AS v Oslo Børs ASA u Erik Must AS

(Id-Direttiva 2004/25/KE – Akkwist ta’ kontroll – Offerta mandatorja – Aġġustament tal-prezz tal-offerta – Ċirkostanzi u kriterji ddeterminati b’mod ċar – Referenza għall-prezz tas-suq)

2011/C 141/13

Fil-Kawża E-1/10 bejn Periscopus AS u Oslo Børs AS u Erik Must AS – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja minn Oslo tingrett (il-Qorti Distrettwali ta' Oslo), in-Norveġja, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(4) tad-Diretiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President u Imħallef-Rapporteur, Thorgeir Örlygsson u Henrik Bull, Imħallfin, taw is-sentenza tagħhom fl-10 ta’ Diċembru 2010, li l-parti operattiva tagħha hi kif ġej:

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar offerti ta' xiri jeskludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula li l-prezz li għandu jiġi offrut f’offerta mandatorja għandu jiġi aġġustat biex ikun mill-anqas għoli daqs il-“prezz tas-suq” f’sitwazzjonijiet fejn ikun ċar li l-“prezz tas-suq” ikun ogħla mill-prezz ikkalkulat skont ir-regola ewlenija stipulata skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(4), mingħajr aktar kjarifika tat-terminu “prezz tas-suq”. B’mod partikolari, hija meħtieġa aktar kjarifika dwar il-perjodu ta' żmien relevanti biex wieħed ikun jista' jiddetermina il-“prezz tas-suq”, jekk il-“prezz tas-suq” għandux jew le jiġi kkalkolat abbażi ta’ medja bbażata fuq il-volum, u jekk il-kummerċ attwali hux neċessarju jew inkella ikunux biżżejjed ordnijiet ta’ bejgħ jew xiri sabiex jiġi stabbilit il-“prezz tas-suq”.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6195 – Holcim/Basalt/H + B Grondstoffen JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 141/14

1.

Fit-3 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Holcim Grondstoffen B.V. (“Holcim”, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata minn Holcim Group (l-Isvizzera), u Basalt Union GmbH (“Basalt”, il-Ġermanja), li tappartjeni lill-grupp Werhahn, jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża H + B Grondstoffen C.V. (“il-JV”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Holcim: il-kummerċ ta’ aggregati fil-Pajjiżi l-Baxxi. Holcim Group hi attiva fil-manifattura u d-distribuzzjoni tas-siment, il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ aggregati, konkos imħallat lest, prodotti tal-konkos prekast u l-asfalt,

għal Basalt: il-kummerċ ta’ aggregati fil-Pajjiżi l-Baxxi. Il-grupp Werhahn hu attiv f’diversi setturi inkluż il-produzzjoni ta’ aggregati, asfalt u materjal tal-kostruzzjoni, l-estrazzjoni u l-bejgħ tal-lavanja, prodotti tal-ħami, oġġetti tal-kċina u segmenti tas-sbuħija, negozju tal-propjetà u l-finanzi,

għall-JV: il-kummerċ ta’ aggregati fil-Pajjiżi l-Baxxi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6195 – Holcim/Basalt/H + B Grondstoffen JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6162 – Pfizer/Ferrosan Consumer Healthcare Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 141/15

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Pfizer Inc. (“Pfizer”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tan-negozju tal-Kura tas-Saħħa tal-Konsumatur ta’ Ferrosan Holding A/S (“Ferrosan”, id-Danimarka) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Pfizer: kumpanija bijomedika u farmaċewtika globali kkwotata fil-borża bbażata fuq ir-riċerka u attiva fl-iskoperta, l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ mediċini innovattivi għall-bnedmin u għall-annimali,

għal Ferrosan: in-negozju tal-Kura tas-Saħħa tal-Konsumatur ta’ Ferrosan Holding A/S. In-negozju tal-Apparat għal Użu Mediku tal-impriża Ferrosan mhuwiex suġġett għall-akkwist propost.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6162 – Pfizer/Ferrosan Consumer Healthcare Business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/16


SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦAL PISCO

2011/C 141/16

INTRODUZZJONI

Fis-27 ta' Lulju 2009 r-Repubblika tal-Peru applikat għar-reġistrazzjoni tal-“Pisco” bħala indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89;

Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien 12-il xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-applikazzjoni hijiex konformi ma' dan ir-Regolament.

Din il-verifika twettqet u skont l-Artikolu 17(6), is-servizzi tal-Kummissjoni ħabbru fil-101 laqgħa tal-Kumitat tax-Xorb Spirituż tas-17 ta' Novembru 2010 li l-applikazzjoni tikkonforma mar-Regolament.

Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-Serje C.

Skont l-Artikolu 17(7), kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu tista' toġġezzjona għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III għar-raġunijiet li l-kundizzjonijiet ipprovduti f'dan ir-Regolament ma jkunux ġew issodisfati, fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku. L-oġġezzjoni, li għandha tkun debitament sostanzjata, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ikollha magħha traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.

SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦAL PISCO

1.   Isem: Pisco

2.   Kategorija ta’ xarba spirituża: Spirtu tal-frott

3.   Deskrizzjoni: Spirtu prodott mill-fermentazzjoni tal-frotta tal-vinja (Vitis vitifera).

Hemm tliet tipi ta' Pisco rikonoxxuti skont it-tip ta' għenba pisco (aromatika jew mhux aromatika) użata fil-produzzjoni, u skont il-livell ta' fermentazzjoni li għadda minnu l-most.

—   Pisco Puro: Dan huwa magħmul minn varjetà waħda ta' għenba pisco; jista' jissejjaħ ukoll bħala Pisco Puro magħmul minn għeneb aromatiku jew Pisco Puro magħmul minn għeneb li mhux aromatiku.

—   Pisco Acholado: Dan huwa magħmul minn taħlita ta' diversi varjetajiet ta' għeneb pisco, qabel il-fermentazzjoni jew wara d-distillazzjoni.

—   Pisco Mosto Verde: Dan huwa magħmul mid-distillazzjoni ta' most frisk ta' għeneb pisco li jkun għadda minn fermentazzjoni interotta.

4.   Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

 

Qawwa alkoħolika skont il-volum f'20/20 °C (%): minimu ta' 38,0, massimu ta' 48,0

 

Materja niexfa f'100 °C (g/l): 0,6

 

Komponenti volatili u tal-istess għamla (mg/100 ml A.A):

Esteri, bħala esteri totali: minimu ta' 10, massimu ta' 330

Format tal-etil: 0

Aċetat tal-etil: minimu ta' 10, massimu ta' 280

Aċetat tal-isoamil: 0

 

Furfural: massimu ta' 5

 

Aldeidi, bħall-aldeid aċetiku: minimu ta' 3, massimu ta' 60

 

Alkoħols ogħla, bħala total ta' alkoħols b'perċentwal ogħla: minimu ta' 60, massimu ta' 350

 

Aċidità volatili, espressa bħala aċidu aċetiku: massimu ta' 200

 

Alkoħol metil

Pisco Puro u Mosto Verde magħmulin minn għeneb mhux aromatiċi: minimu ta' 4, massimu ta' 100

Pisco Puro u Pisco Mosto Verde magħmulin minn għeneb aromatiċi u Pisco Acholado: minimu ta' 4, massimu ta' 150

5.   Żona ġeografika: L-istadji kollha tal-ipproċessar tal-Pisco, mit-tkabbir tal-vinja, l-ipproċessar tal-għenba u l-ibbottiljar tal-prodott finali, jitwettqu fiż-żona fejn isir il-Pisco, li tinsab fid-dipartimenti u l-provinċji tar-Repubblika tal-Peru li ġejjin:

6.   Metodu tal-produzzjoni:

 

Il-ħsad tal-għeneb. Il-ħsad isir bejn Marzu u April u jsir kollu kemm hu bl-idejn.

 

Is-sħiq u t-tneħħija taz-zkuk. L-għeneb magħżul biex jintuża fil-produzzjoni tal-prodott finali jinstaħaq u jitneħħewlu z-zkuk. Dan il-proċess jikkonsisti fit-tkissir tal-għenba biex joħroġ il-meraq bla ma titkisser iż-żerriegħa, u t-tneħħija taz-zkuk li jkun għad fadal fuq l-għenieqed u l-qatat. It-tneħħija taz-zkuk huwa pass importanti fil-kisba tal-most iffermentat li minnu tiġi prodotta din ix-xarba protetta skont l-IĠP.

 

Tqegħid fit-tankijiet u maċerazzjoni. Dan jinvolvi t-tqegħid tal-most fit-tankijiet tal-fermentazzjoni. Hekk kif ikunu fit-tankijiet, il-qxur tal-għenba jiġi mmaċerat mal-most tal-għenba sabiex tinkiseb aroma qawwija fl-inbid bażi, u l-ammont ta' ħin tal-maċerazzjoni jiddependi mill-karatteristiċi tal-varjetà.

 

Għasir. Meta l-maċerazzjoni titlesta, ir-residwu mill-għasra tal-għenba jiġi ppressat.

 

Fermentazzjoni. Din issir fil-kontenituri li jistgħu jkunu bittiji tal-fermentazzjoni, illum il-ġurnata magħmula mis-siment fiċ-ċentri l-kbar tal-produzzjoni, jew ġarri tal-fuħħar kbar jew buqari tal-fuħħar tradizzjonali fiċ-ċentri ż-żgħar tal-produzzjoni.

Din tista' ssir mingħajr maċerazzjoni jew bil-maċerazzjoni kompluta jew parzjali tar-residwu mill-għasra tal-għenba, skont it-tip ta' Pisco li għandu jiġi prodott minn kull lott. Wara l-proċess ta' maċerazzjoni tiġi l-fażi li hija tradizzjonalment magħrufa bħala t-tneħħija mill-bittija, li tikkonsisti fis-separazzjoni tal-parti solida tal-most, li hija r-residwu mill-għasra tal-għenba (qoxra u żerriegħa) mil-likwidu (ġus tal-għenba ffermentata), u b'hekk il-fermentazzjoni tista' titlesta.

 

Distillazzjoni. Pisco huwa karatterizzat mill-fatt li jinkiseb mid-distillazzjoni diretta u intermittenti, fejn jinqatgħu it-“truf” sabiex tintgħażel biss il-parti ċentrali tal-prodott magħrufa bħala l-“qalba”. Il-most jissaħħan fil-lampiki, lampiki żgħar jew lampiki sħan, magħmula mir-ram jew mil-landa.

 

Maturizzazzjoni jew “Żamma”. L-ispirtu għandu jinżamm f'kontenituri adattati għal minimu ta' tliet xhur qabel ma jiġi bbottiljat. Qabel mal-prodott jiġi bbottiljat, isir il-proċess tal-filtrazzjoni sabiex jiġu eliminati l-partiċelli sospiżi, permezz tal-filtri tal-polixx.

7.   Rabta: Il-kosta tan-Nofsinhar tal-Peru, fejn tinsab iż-żona fejn isir il-Pisco, hija niexfa minħabba l-kurrenti tal-baħar, u l-unika umdità naturali tirriżulta mill-ftit xita u ċpar li jkun hemm matul ix-Xitwa. L-umdità baxxa u n-nuqqas ta' xita matul is-sena jipprovdu l-aħjar kundizzjonijiet għall-għenba, li la darba tinħasad tkun ta' kwalità għolja u adatta għall-produzzjoni tax-xarba.

Il-medja fuq bosta snin tat-temperatura massima taż-żona ġeografika fejn isir il-Pisco tvarja bejn it-30,8 °C u l-24,4 °C. Il-medja tat-temperatura minima tvarja bejn is-16,7 °C u l-11,6 °C, filwaqt li l-medja tat-temperatura annwali tilħaq valuri bejn it-22,4 °C u t-18,5 °C. Dan il-gradjent termali kemxejn stramb jippermetti lill-vinja biex tilħaq maturita fiżjoloġika u tekonoloġika massima, li tippermetti l-fermentazzjoni korretta tal-most. L-għeneb jilħaq il-konċentrazzjoni xierqa taz-zokkor li tagħti l-lok għal produzzjoni ogħla ta' alkoħol mill-ħmejjer u għalhekk kontenut alkoħoliku estremament rikk matul id-distillazzjoni tal-prodott.

Iż-żona fejn isir il-Pisco hija kkaratterizzata bħala waħda li għandha diversi tipi ta' ħamrija (il-preżenza ta' ħamrija taflija, imrammla u bil-ġir fi proporzjonijiet ekwivalenti) u ħamrija imrammla ħafna, fejn l-ilma użat għall-irrigazzjoni jiġi minn ilma li jfur mix-xmara, peress li dawn iż-żoni jinsabu fil-qiegħ tal-muntanji Andes. B'dan il-mod il-vinji jiġu misqija b'ilma frisk li jgħin biex tirriżulta produzzjoni aħjar u kwalità ogħla ta' għeneb.

Għandhom jiżdiedu ma' dawn l-elementi l-prattiki ta’ tkabbir użati mill-produtturi fil-vinji tagħhom u l-metodu tradizzjonali użat fil-produzzjoni tal-prodott li huwa daqshekk uniku grazzi għat-taħlita ta' art, użanzi u esperjenza valida.

8.   Rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pisco huwa protett fil-Peru bħala denominazzjoni tal-oriġini permezz tar-Resolución Directoral no 072087-DIPI maħruġa mill-INDECOPI fit-12 ta' Diċembru 1990.

Il-proċedura amministrattiva li produttur għandu jsegwi qabel l-INDECOPI sabiex jikseb awtorizzazzjoni għall-użu tinkludi r-rekwiżit li jagħti prova li l-prodott tiegħu huwa konformi mal-Istandard Tekniku Peruvjan 211.001:2006.

9.   Applikant: Instituto nacional de defensa de la competencia y de la protección de la propiedad intelectual «INDECOPI», calle De la Prosa, 138 — San Borja, Lima, Perú.

10.   Awtorità superviżorja: Comisión nacional del Pisco «CONAPISCO», Calle Uno Oeste 060. Urb. Corpac — San Isidro, Lima, Perú.

11.   Tikkettar: It-tikketta trid tirrispetta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fis-seħħ skont l-istandards NTP 210.027/2004, NTP 209.038/2003 u NMP 001/1995 qabel ma l-prodott ikun jista' jinbiegħ lokalment jew barra mill-pajjiż.

It-tikketta trid tindika l-varjetà tal-għenba Pisco u l-indirizz tal-fabbrika tal-inbid li tipproduċieh. Il-post tal-produzzjoni jista' jiġi indikat ukoll taħt l-intestatura “Zona de Producción”, iżda dan jista’ jsir biss meta l-Pisco jiġi magħmul u bbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni tal-oriġini tal-għeneb Pisco użati fil-produzzjoni tiegħu.