ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.129.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 129

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
30 ta' April 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 129/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6144 – Giesecke & Devrient/Wincor Nixdorf International/BEB Industrie-Elektronik) ( 1 )

1

2011/C 129/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6202 – Samsung LED/Sumitomo Chemical/JV) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 129/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 129/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6113 – DSM/Sinochem/JV) ( 1 )

3

2011/C 129/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6087 – Orkla/REC) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

4

2011/C 129/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6123 – ArcelorMittal Bremen/Kokerei Prosper/Arsol Aromatics) ( 1 )

5

2011/C 129/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6163 – AXA/Permira/Opodo/GO Voyages/eDreams) ( 1 )

6

2011/C 129/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6148 – BMW/SIXT/DriveNow JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 129/09

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

8

2011/C 129/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

15

2011/C 129/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

19

2011/C 129/12

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

23

 

Rettifika

2011/C 129/13

Rettifika għall-Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU C 78, 11.3.2011)

26

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6144 – Giesecke & Devrient/Wincor Nixdorf International/BEB Industrie-Elektronik)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/01

Fid-19 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6144. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6202 – Samsung LED/Sumitomo Chemical/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/02

Fit-13 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6202. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ April 2011

2011/C 129/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4860

JPY

Yen Ġappuniż

120,67

DKK

Krona Daniża

7,4576

GBP

Lira Sterlina

0,89170

SEK

Krona Żvediża

8,9140

CHF

Frank Żvizzeru

1,2867

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7820

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,223

HUF

Forint Ungeriż

264,50

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9356

RON

Leu Rumen

4,0780

TRY

Lira Turka

2,2580

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3560

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4102

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,5427

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8414

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8205

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 588,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7994

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,6456

HRK

Kuna Kroata

7,3615

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 728,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,4015

PHP

Peso Filippin

63,475

RUB

Rouble Russu

40,6463

THB

Baht Tajlandiż

44,387

BRL

Real Brażiljan

2,3464

MXN

Peso Messikan

17,1186

INR

Rupi Indjan

65,7030


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6113 – DSM/Sinochem/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/04

1.

Fit-8 ta’ April 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Koninklijke DSM NV (il-Pajjiżi l-Baxxi) u Sinochem Group (iċ-Ċina) joħolqu impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet permezz tax-xiri ta’ ishma fin-negozju eżistenti ta’ Koninklijke DSM NV (“DAI”) fil-qasam tal-prodotti kontra l-infezzjonijiet.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Koninklijke DSM NV: in-nutrizzjoni tal-bniedem u tal-annimali, il-kożmetika, il-farmaċewtiċi, il-vetturi u t-trasport, il-prodotti għall-kisi, id-djar u l-prodotti elettriċi u elettroniċi,

għal Sinochem Group: l-agrikoltura, l-enerġija, il-kimika, il-proprjetà immobbli u l-finanzi,

għal DAI: il-produzzjoni ta’ antibijotiċi beta-lactam, ta’ prodotti farmaċewtiċi ġeneriċi, ta’ prodotti oħra kontra l-infezzjonijiet maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati u mibjugħa bħala ingredjenti farmaċewtiċi attivi jew bħala prodotti kompluti f’doża.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6113 – DSM/Sinochem/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6087 – Orkla/REC)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/05

1.

Fil-15 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Orkla ASA (“Orkla”, in-Norveġja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Renewable Energy Corporation ASA (“REC”, in-Norveġja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Orkla: prodotti tad-ditta għall-konsumatur, soluzzjonijiet bl-aluminju, enerġija li tiġġedded, materjali speċjalizzati u investiment finanzjarju,

REC soluzzjonijiet bl-enerġija solari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6087 – Orkla/REC, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6123 – ArcelorMittal Bremen/Kokerei Prosper/Arsol Aromatics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/06

1.

Fit-18 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ArcelorMittal Bremen GmbH (“ArcelorMittal Bremen”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn ArcellorMittal SA (“ArcelorMittal”, il-Lussemburgu) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Kokerei Prosper (“Kokerei Prosper”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Fl-istess waqt, ArcelorMittal Bremen għandha l-intenzjoni li takkwista 27,95 % tal-ishma ta’ Arsol Aromatics GmbH&Co.KG (“Arsol”, il-Ġermanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ArcelorMittal: il-produzzjoni u l-bejgħ/distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar u xogħol fil-minjieri,

għal Kokerei Prosper: il-produzzjoni u l-bejgħ tal-kokk u prodotti relatati mal-proċess ta’ produzzjoni tal-kokk.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6123 – ArcelorMittal Bremen/Kokerei Prosper/Arsol Aromatics, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6163 – AXA/Permira/Opodo/GO Voyages/eDreams)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/07

1.

Fid-19 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi AXA Investment Managers Private Equity Europe (“AXA PE”, Franza) li tappartjenti għall-grupp Franċiż AXA u Permira Holdings Limited (“Permira”, Guernsey), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Opodo Limited (“Opodo”, ir-Renju Unit), il-grupp GO Voyages (“GO Voyages”, Franza) u l-grupp eDreams (“eDreams”, Spanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Permira hija ditta ta’ ekwità privata li tikkontrolla fost oħrajn eDreams,

AXA PE hija ditta ta’ ekwità privata li tikkontrolla fost oħrajn GO Voyages,

Opodo, GO Voyages u eDreams huma attivi fin-negozju tal-aġenziji tal-ivvjaġġarg.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6163 – AXA/Permira/Opodo/GO Voyages/eDreams, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6148 – BMW/SIXT/DriveNow JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 129/08

1.

Fit-18 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bayerische Motorenwerke Aktiengesellschaft, (“BMW”, il-Ġermannja) and SIXT Aktiengesellschaft (“SIXT”, il-Ġermanja) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża DriveNow GmbH & Co. KG (“DriveNow”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BMW: il-manifattura globali tal-karozzi, ġestjoni tal-flotta tal-karozzi għan-negozji,

SIXT: kiri ta’ karozzi għal perjodu qasir u dak twil, kiri ta’ kowċijiet,

DriveNow: car-sharing (kiri ta’ karozzi għal perjodu qasir).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6148 – BMW/SIXT/DriveNow JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/8


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 129/09

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

TALBA GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“NEUFCHÂTEL”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0126-16.03.2006

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta’ produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta’ emenda/i:

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Image

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Deskrizzjoni:

Dan il-punt reġa’ nkiteb mill-ġdid kollu kemm hu għal aktar kjarezza u preċiżjoni.

Żdiedu t-termini “lattiku, artab, mingħajr it-tendenza li jikkollassa, b’konsistenza soda iżda mhux wisq, ma jwaħħalx, mhux fluwidu u mingħajr frak” biex jiddeskrivu b'mod iktar ċar it-taħlita tal-ġobon ta’ ġewwa.

Minflok “Skont l-użi, jista' jkun ippreżentat fil-forom li ġejjin … għoli ta' 2,4 ċm” għandu jiġi “In-‘Neufchâtel’ huwa ppreżentat fil-forma ta': pakkett f'forma ċilindrika jew kaxxa, briquette, pakkett doppju, f'forma ta' qalb jew qalb kbira li d-daqs tagħha tirriżulta mill-forom u d-daqsijiet tal-forom deskritti fil-Kapitolu 5”.

Tiżdied is-sentenza li ġejja: “Wara l-iskadenza tal-perjodu minimu tal-maturazzjoni msemmi fil-Kapitolu 5 dwar il-metodu tal-produzzjoni”

L-obbligu ta' perjodu minimu ta' maturazzjoni msemmi fil-Kapitolu 5. Il-metodu tal-produzzjoni qed jerġa’ jkun ittrattat filwaqt li jippreċiża li l-piżijiet u l-kontenut minimu ta' xaħam jew ta' materjal xott japplikaw għall-prodott aħħari fl-aħħar ta' dan il-perjodu.

3.2.   Prova tal-oriġini:

Din l-ispeċifikazzjoni tippreċiża l-identifikazzjoni tal-operaturi kollha u ż-żamma tar-reġistri u d-dikjarazzjonijiet li jippermettu r-reġistrazzjoni tal-prattiki tagħhom u/jew tal-kontabbiltà tal-istokkijiet tal-prodotti.

3.3.   Metodu ta’ produzzjoni:

Dan il-punt reġa’ nkiteb mill-ġdid kollu kemm hu għal aktar kjarezza u preċiżjoni. Intalbu l-emendi li ġejjin.

Jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin “Għall-iskop ta' din l-ispeċifikazzjoni, merħla tfisser il-merħla tal-ħalib kollha ta' azjenda komposta minn baqar li jipproduċu l-ħalib u baqar xotti. Mill-inqas 60 % tal-merħla ta' produttur tal-ħalib maħsuba għall-produzzjoni tan-‘Neufchâtel’ għandha tikkonsisti f'annimali tar-razza Normande” u “Il-ħalib li ġej minn merħliet definiti qabel biss jista' jkun introdott fil-lokalitajiet użati għall-produzzjoni tan-‘Neufchâtel’, mill-kunsinna tal-ħalib sal-maturazzjoni tal-ġobnijiet”.

Żdiedu kundizzjonijiet ġodda tal-produzzjoni tal-ħalib. L-iskop tagħhom huwa li jiżguraw li l-maġġoranza tal-baqar fil-merħliet tal-produtturi huma baqar ta' razez lokali, ir-razza Normande. Fil-fatt, fiż-żmien meta n-“Neufchâtel” kien rikonoxxut bħala denominazzjoni tal-oriġini (1969), l-esperti ma qisux neċessarju li jinkludu fid-digriet tagħhom referenza għall-użu tar-razza Normande u l-alimentazzjoni tagħha li fil-parti l-kbira tagħha hija bbażata fuq il-ħaxix, minħabba li dawn il-prattiki kienu komuni fost ir-raħħala u ma kinux f'riskju li jiġu sostitwiti b'oħrajn. Biż-żmien kienu introdotti u żviluppati prattiki ġodda, bħall-użu ta' għalf magħmul mill-qamħirrun u l-użu tar-razza Prim’Holstein, filwaqt li l-produtturi bdew isiru iktar konxji tal-importanza tar-razza Normande u tal-ħaxix fuq il-karatteristiċi tipiċi u l-immaġni tan-“Neufchâtel”. Sabiex titwaqqaf din it-tendenza, jerġgħu jkunu stabbiliti l-kundizzjonijiet li eżistew meta l-prodott kiseb ir-reputazzjoni tiegħu u b’hekk tissaħħaħ ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika tiegħu, il-grupp ried jispeċifika l-metodu tal-produzzjoni tal-ħalib billi jistabbilixxi rekwiżit minimu għall-proporzjon ta' baqar tar-razza Normande u ż-żona miżrugħa b'ħaxix fejn jirgħu l-annimali. Dawn id-dispożizzjonijiet ġodda jgħinu lid-denominazzjoni “Neufchâtel” issaħħaħ ir-rabta tagħha mal-oriġini tal-prodott, b'kunsiderazzjoni għar-relazzjoni preċedenti bejn ir-raħħala tar-reġjun u l-bhejjem, il-mod li bih ir-razza lokali adattat ruħha għall-akkwati tagħha u l-karatteristiċi speċjali tal-ħalib ta' din ir-razza li jagħmluh adattat għall-produzzjoni tal-ġobon.

Tiżdied is-sentenza li ġejja “Il-merħla tirgħa għal mill-inqas sitt xhur fis-sena. Matul dan il-perjodu, ir-ragħa jirrappreżenta iktar minn 50 % tal-proporzjon bażiku abbażi ta' materja xotta. (…). F’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jkunu riżultat partikolarment ta’ kundizzjonijiet tal-klima imprevedibbli, jistgħu jingħataw xi derogi temporanji sabiex ikun żgurat l-għalf tal-merħla”.

Dawn id-dispożizzjonijiet jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tal-ikel tal-baqar tal-ħalib anke bl-għan li tissaħħaħ ir-rabta bejn il-ġobon u l-oriġini tiegħu. Huwa speċifikat li 80 % tar-razzjon bażiku tal-merħla, abbażi ta' materja xotta, jiġi mill-azjenda. Huma speċifikati wkoll il-kundizzjonijiet tar-ragħa tal-baqar tal-ħalib kif ukoll ir-regoli tat-tagħbija f'kull azjenda (erja minima ta' mergħat tar-ragħa għal kull baqra tal-ħalib, erja massima użata għall-produzzjoni tal-qamħirrun għall-għalf, il-ġestjoni tar-ragħa). Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan ukoll li jippreservaw u jsaħħu l-porzjon tal-ħaxix fid-dieta tal-baqar tal-ħalib.

Tiżdied is-sentenza li ġejja “Fil-produzzjoni tal-ħalib, il-ħalib ma jistax jinħażen fl-azjenda qabel jinġabar għal iktar minn 48 siegħa wara li jinħaleb. (…) Il-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni hija pprojbita.”

Il-kundizzjonijiet kollha għall-produzzjoni tal-ġobon kienu speċifikati sabiex ikunu ppreservati aħjar il-karatteristiċi tal-prodott: japplikaw regoli stretti fuq l-azjenda kemm għall-ħżin tal-ħalib qabel l-użu tiegħu kif ukoll għat-tbaqqit, it-tqattir u l-għasir tal-baqta. It-tneħħija mill-forom u l-ipproċessar tat-taħlita, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni kienu speċifikati b'mod preċiż.

Barra minn hekk, l-użu tat-trattamenti jew addittivi għall-ġobnijiet kien is-suġġett ta’ regolament ġenerali. Issa qed jiġi osservat li xi tekniki ġodda li minnhom ċertu numru jikkonċerna xi trattamenti jew addittivi, bħalma huma l-mikrofiltrazzjoni, il-konċentrazzjoni parzjali tal-ħalibijiet jew l-enzimi ta’ maturazzjoni, jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-ġobnijiet tad-denominazzjonijiet tal-oriġini. Ċerti addittivi enżimatiċi partikolarment jidhru inkompatibbli maż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tal-produzzjonijiet taħt id-DPO. Għalhekk deher neċessarju li jkun ippreċiżat fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kull denominazzjoni tal-oriġini, il-prattiki attwali li jikkonċernaw l-użu tat-trattamenti u l-addittivi fuq il-ħalibijiet u fil-produzzjoni tal-ġobnijiet, sabiex jiġi evitat li xi prattiki futuri li mhumiex ristretti ma jdgħajfux il-karatteristiċi tal-ġobnijiet tad-denominazzjonijiet tal-oriġini.

Fl-aħħar nett, il-formati tal-forom kienu diġà ġew ippreċiżati f'dan il-paragrafu. Din l-emenda saret wara inkjesta tal-grupp dwar id-dimensjonijiet tal-forom użati u tipproponi li dawn id-dimensjonijiet jiġu sostitwiti b'dimensjonijiet iktar preċiżi minn dawk reġistrati qabel fl-ispeċifikazzjoni fir-rigward tal-prodott aħħari.

3.4.   Rabta mal-ambjent ġeografiku:

Dan il-punt kien ikkjarifikat u riorganizzat fi tliet (3) punti. Huwa jiddiskuti ż-żamma tal-ispeċifikazzjoni tat-tip “Neufchâtel” miksuba permezz ta' prattiki awtorizzati diversifikati. L-istorja u l-importanza tar-razza Normande fuq l-ispeċifiċità tan-“Neufchâtel” huma espliċiti (razza storika tal-Pays de Bray li l-ħalib tagħha huwa eċċezzjonalment adattat għall-produzzjoni tal-ġobon minħabba li huwa rikk fil-kaseina u fil-kontenut tax-xaħam).

3.5.   Tikkettar:

Il-partikolaritajiet li għandhom jidhru b'mod obbligatorju fuq it-tikketta huma speċifikati. L-obbligu tal-użu tal-logo INAO tħassar.

Żdied l-obbligu tal-użu tal-logo tal-Komunità.

3.6.   Rekwiżiti nazzjonali:

Tabella li tippreżenta l-punti prinċipali ta' kontroll, il-valuri ta' referenza tagħhom u l-metodi ta' evalwazzjoni tagħhom hija miżjuda.

4.   Sommarju aġġornat (jekk ikun neċessarju)

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

https://www.inao.gouv.fr/fichier/Cahier-des-Charges-Neufchatel.pdf

SOMMARJU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“NEUFCHÂTEL”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0126-16.03.2006

DPO ( X ) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment kompetenti tal-Istat Membru:

Isem:

Institut national de l’origine et de la qualité

Indirizz:

51 rue d’Anjou

75008 Paris

FRANCE

Tel.

+33 153898000

Fax

+33 153898060

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat de défense et de la qualité du fromage Neufchâtel

Indirizz:

Mairie — BP 88

76270 Neufchâtel

FRANCE

Tel.

+33 232975301

Fax

+33 232975306

Posta elettronika:

syndicatdufromage@neufchatel-aoc.org

Kompożizzjoni:

produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.3. —

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni:

(sommarju tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Neufchâtel”

4.2.   Deskrizzjoni:

In-“Neufchâtel” huwa ġobon magħmul esklużivament mill-ħalib tal-baqar imbaqqat, f'taħlita lattika ftit mielħa, mingħajr toqob, ratba, li ma tikkollassax, b'konsistenza soda iżda mhux wisq, sukkulenti u lixxa, li ma twaħħalx, mhux fluwida u mingħajr frak. Il-qoxra ta' barra tagħha hija bajda mingħajr kavitajiet.

In-“Neufchâtel” għandu l-forom li ġejjin: pakkett f’forma ċilindrika jew kaxxa, briquette, pakkett doppju, qalb jew qalb kbira.

Wara l-perjodu ta' maturazzjoni, in-“Neufchâtel” fil-pakkett f’forma ċilindrika, f’kaxxa jew fi briquette għandu jiżen mill-inqas 100 g fil-qalb u f’pakkett doppju għandu jiżen 200 g filwaqt li f’qalb kbira għandu jiżen 600 g.

Il-ġobon jikkonsisti f'minimu ta' 45 gramma ta' xaħam għal kull 100 gramma ġobon meta jkun kompletament niexef u f'40 gramma ta' materjal xott għal kull 100 gramma ta' ġobon.

4.3.   Żona ġeografika:

Il-pays de Bray, ikopru parti mid-départements ta' l'Oise u tas-Seine-Maritime. Huma jikkonsistu fid-département ta' l’Oise (60), il-muniċipalità ta' Quincampoix-Fleuzy; fid-département tas-Seine-Maritime (76), il-muniċipalitajiet ta' Argueil, Aubéguimont, Aubermesnil-aux-Érables, Aumale, Auvilliers, Avesnes-en-Bray, Bailleul-Neuville, Baillolet, Beaubec-la-Rosière, Beaussault, Beauvoir-en-Lyons, La Bellière, Bois-Guilbert, Bois-Héroult, Bosc-Bordel, Bosc-Édeline, Bosc-Mesnil, Bosc-Roger-sur-Buchy, Bouelles, Bradiancourt, Brémontier-Merval, Buchy, Bully, Bures-en-Bray, Callengeville, Le Caule-Sainte-Beuve, La Chapelle-Saint-Ouen, Clais, Compainville, Conteville, Criquiers, Croixdalle, Cuy-Saint-Fiacre, Dampierre-en-Bray, Dancourt, Doudeauville, Elbeuf-en-Bray, Ernemont-sur-Buchy, Esclavelles, Fallencourt, Ferrières-en-Bray, La Ferté-Saint-Samson, Fesques, La Feuillie, Flamets-Frétils, Fontaine-en-Bray, Forges-les-Eaux, Le Fossé, Foucarmont, Fréauville, Fresles, Fresnoy-Folny, Freulleville, Fry, Gaillefontaine, Gancourt-Saint-Etienne, Gournay-en-Bray, Grandcourt, Graval, Grumesnil, La Hallotière, Haucourt, Haudricourt, Haussez, Héronchelles, Hodeng-Hodenger, Illois, Landes-Vieilles-et-Neuves, Londinières, Longmesnil, Lucy, Marques, Massy, Mathonville, Maucomble, Mauquenchy, Ménerval, Ménonval, Mésangueville, Mesnières-en-Bray, Mesnil-Follemprise, Le Mesnil-Lieubray, Mesnil-Mauger, Meulers, Molagnies, Montérolier, Mortemer, Nesle-Hodeng, Neufbosc, Neufchâtel-en-Bray, Neuville-Ferrières, Nolléval, Notre-Dame-d’Aliermont, Nullemont, Osmoy-Saint-Valery, Pommereux, Pommeréval, Preuseville, Puisenval, Quièvrecourt, Réalcamp, Rétonval, Ricarville-du-Val, Richemont, Roncherolles-en-Bray, Ronchois, Rouvray-Catillon, Sainte-Agathe-d’Aliermont, Sainte-Beuve-en-Rivière, Sainte-Croix-sur-Buchy, Sainte-Geneviève, Saint-Germain-sur-Eaulne, Saint-Jacques-d’Aliermont, Saint-Léger-aux-Bois, Saint-Martin-au-Bosc, Saint-Martin-l’Hortier, Saint-Martin-Osmonville, Saint-Michel-d’Halescourt, Saint-Pierre-des-Jonquières, Saint-Riquier-en-Rivière, Saint-Saëns, Saint-Saire, Saint-Vaast-d’Équiqueville, Saumont-la-Poterie, Serqueux, Sigy-en-Bray, Smermesnil, Sommery, Le Thil-Riberpré, Vatierville, Ventes-Saint-Rémy, Villers-sous-Foucarmont, Wanchy-Capval

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull produttur tal-ħalib, kull azjenda ta' produzzjoni u kull azjenda ta' maturazzjoni għandhom jimlew dikjarazzjoni ta' identifikazzjoni li tkun irreġistrata mill-grupp u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika lill-operaturi kollha. Dawn tal-aħħar għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, ir-reġistri kif ukoll id-dokumenti neċessarji kollha għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-ħalib u l-ġobon.

Bħala parti mill-kontroll imwettaq fuq il-karatteristiċi tal-prodott li tirreferi għalih id-denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jiżgura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

L-azjendi agrikoli produtturi għandhom iżommu reġistru li juri l-ammonti ta' kuljum tal-ħalib imbaqqat jew il-piż tal-baqta miksuba, l-għadd u t-tip ta' ġobon prodott, l-għadd ta' ġobon mibjugħ taħt id-denominazzjoni “Neufchâtel”, u minbarra l-bejgħ dirett lill-konsumaturi, id-destinazzjoni tagħhom iġġustifikata mill-fatturi.

Il-produtturi tal-ħalib għandhom iżommu reġistru li juri l-ammonti ta' kuljum tal-kwantitajiet tal-ħalib jew tat-taħlita mixtrija għal kull produttur, il-kwantitajiet tal-ħalib jew taħlita pproċessata u l-għadd ta' ġobniet prodotti, kif ukoll l-għadd ta' ġobniet mibjugħa taħt id-denominazzjoni “Neufchâtel” u d-destinazzjoni tagħhom iġġustifikata mill-fatturi.

Ix-xerrejja tal-ħalib jew tat-taħlita għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' kontroll, il-lista tal-fornituri tagħhom tal-ħalib kif ukoll kwalunkwe tibdiliet.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

In-“Neufchâtel” huwa magħmul minn ħalib sħiħ ultrafrisk tal-baqar mill-merħliet prinċipalment magħmula minn baqar tar-razza Normande li l-alimentazzjoni tagħhom hija bbażata l-aktar fuq il-ħaxix u li hija żgurata mill-obbligu tar-ragħa għal mill-inqas sitt (6) xhur fis-sena, mill-preżenza ta' mill-inqas ettaru ta' mergħat għal kull erba’ (4) baqriet tal-ħalib viċin il-kmamar fejn jinħelbu l-baqar u billi jkun limitat l-ammont ta' għalf ikkonċentrat għal 1 800 kg kull baqra kull sena. 80 % tar-razzjon bażiku tal-merħla, abbażi ta' materja xotta, jiġi mill-azjenda.

Dan il-ħalib imlaqqam u ftit imbaqqat, jikkoagula għal bejn 18 u 36 siegħa. Il-baqta tal-ħalib titpoġġa fi xkejjer minn fejn tkun tista' tqattar jew f'biċċiet tad-drapp, u wara tkun ippressata, imħawda, impoġġija fil-forom u mmellħa fil-wiċċ jew fit-taħlita kollha, mimsuħa mill-ġdid jekk ikun hemm bżonn u wara mmaturata. Il-ġobon jitpoġġa fil-kantini jew fi kmamar apposta għall-maturazzjoni tal-ġobon f'temperatura bejn 10 u 14 °C-għal mill-inqas għaxart (10) ijiem li jibdew jgħoddu mid-data meta t-taħlita titpoġġa fil-forma, perjodu li matulu l-ġobon jinkesa b'moffa bajda tipika.

4.6.   Rabta:

L-oriġini tal-ġobon “Neufchâtel” imur lura għas-seklu 10. Skont Ghislain Gaudefroy, in-“Neufchâtel” huwa fost l-iktar ġobon antik tan-Normandija u jappartjeni għall-ġobnijiet prodotti fil-Pays de Bray li jissemmew għall-ewwel darba, f''digriet tal-1037, iżda kien fl-1543-1544 li għall-ewwel darba, il-ġobon “Neufchâtel” huwa msemmi b'mod partikolari fl-arkivji tal-kunvent ta' Saint-Amand à Rouen – “hija ġobna kbira minn Neufchâtel”.

Skont Figuier l-awtur ta' “Merveilles de l'industrie” (1876), in-“Neufchâtel”, kien diġà magħruf fis-seklu 16. L-Abbati Decorde (1843) iddikjara li fl-1700, f'Neufchâtel kien jarma suq 3 darbiet fil-ġimgħa fejn il-kummerċ tal-ġobon kien attiv ħafna.

Fl-1802 Napuljun I irċieva qoffa bil-ġobon ta' Neufchâtel bħala rikonoxximent. Il-Kungress ta' Neufchâtel tal-1845 innota li l-prezz ta' dan il-ġobon kien għoli ħafna u kien erba' darbiet ogħla mill-prezz tal-butir.

Is-seklu XIX kien l-aħjar epoka għal dan il-ġobon peress li d-domanda għalih splodiet minħabba l-iżvilupp tat-trasport u b'mod partikolari minħabba l-ħolqien tal-ferroviji. Għalhekk, dan il-ġobon kien jinstab fis-swieq ta' Pariġi (Husson, fl-1856, indika konsum annwali f'Pariġi ta' kważi tliet miljun ġobna) iżda wkoll fil-Belġju, fir-Renju Unit u saħansitra fil-kolonji. Fl-1865, in-“Neufchâtel” rebaħ midalja tad-deheb waqt kompetizzjoni f'Pariġi.

Sabiex ikun evitat l-iffalsifikar, in-“Neufchâtel” kien definit permezz ta' Digriet tal-20 ta' Ottubru 1936. Fl-1957, l-azjendi agrikoli produtturi u l-produtturi tal-ħalib tan-“Neufchâtel” ħolqu assoċjazzjoni.

Ir-rabta mat-territorju ta' “Neufchâtel” hija relatata mal-kapaċità taż-żona li tippermetti l-produzzjoni tal-ħalib fil-mergħat minn merħliet komposti prinċipalment minn baqar tar-razza tan-Normandija li l-ħalib tagħhom huwa proċessat permezz ta' teknoloġija sempliċi li hija adattata ferm għall-produzzjoni fl-azjendi. Il-kapaċità tal-mergħat hija bbażata prinċiparjament fuq l-eżistenza ta' ħamrija tat-tafal umda fornuta regolarment bix-xita li tinżel ta' spiss. Din it-tip ta' ħamrija, ta' spiss assoċjata ma' reġjuni bl-għoljiet, fl-istess ħin tiffaċilita l-preżenza u t-tkabbir tal-ħaxix u tipprojbixxi li l-art tinħadem. Barra minn hekk, in-netwerk dens ħafna ta' passaġġi tal-ilma u l-preżenza ta' diversi għadajjar dejjem ipprovdew postijiet bl-ilma minn fejn jistgħu jixorbu l-merħliet li jkunu qed jirgħu. Minħabba li x-xtiewi huma twal u diffiċli, il-perjodu li matulu l-merħliet jinżammu fl-istalel huwa twil u r-raħħala lokali għandhom jaħżnu kwantitajiet kbar ta' ħuxlief u ħaxix, li huwa possibbli minħabba l-mergħat estensivi importanti. Barra minn hekk, il-preżenza ta' ħamrija żviluppata fuq it-terrazzi tal-ġebel tal-ġir ta' Cénomanien u ta' Portlandien, flimkien mal-mergħat jippermettu li l-art tinħadem u jippromwovu l-awtosuffiċjenza tal-azjendi agrikoli produtturi tal-ħalib fl-għalf mhux ipproċessat minbarra l-ħaxix. Dan ikkontribwixxa għall-iżvilupp ta' ħila importanti marbuta mat-tkabbir ta' baqar tal-ħalib.

Ir-razza Normande hija r-riżultat tat-tgħammir selettiv li jagħmlu l-bdiewa fin-Normandija. L-annimal jiġi adattat għas-sistema ta' produzzjoni użata fil-Pays de Bray (ħaxix u mergħat) u jipproduċi ħalib li għandu kontenut għoli ta' xaħam u kontenut ta' proteina u li huwa eċċezzjonalment adattat għall-produzzjoni ta' ġobon artab. Dawk li jrabbu l-annimali fil-lokal żviluppaw u żammew teknoloġija sempliċi għall-produzzjoni tal-ġobon, simili għall-metodi użati biex isir il-ġobon frisk, li hija adattata għall-volumi tal-ħalib u l-materjali disponibbli fl-azjendi agrikoli kif ukoll għar-ritmu tax-xogħol tagħhom. Il-ħila għall-produzzjoni tal-ġobon tal-Pays de Bray, b'mod partikolari l-fażijiet qosra suċċessivi (minbarra t-tqegħid fil-forom) separati minn xulxin b'perjodi ta' minn 6 sa 24 siegħa u t-tqattir u l-ippressar tal-baqta qabel titpoġġa fil-forom, tiddetermina l-karatteristiċi speċifiċi tan-“Neufchâtel”, u l-post uniku tiegħu fost il-ġobnijiet rotob li jkollhom qoxra bil-moffa. L-iżvilupp ta' din il-ħila flimkien mar-rapidità tal-proċess tal-maturazzjoni huma fil-biċċa l-kbira marbuta mal-pożizzjoni ġeografika tal-Pays de Bray li hija favorevoli ħafna għall-iskambji kummerċjali regolari u mgħaġġla. Barra minn hekk, dan il-metodu ta' produzzjoni huwa perfettament kompatibbli mal-produzzjoni ta' diversi azjendi agrikoli żgħar, speċifiċità ta' “Neufchâtel”, li l-operaturi tagħhom isibu l-ħin neċessarju għal attivitajiet oħra minbarra t-trobbija.

4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

Isem:

Institut national de l’origine et de la qualité

Indirizz:

51 rue d’Anjou

75008 Paris

FRANCE

Tel.

+33 153898000

Fax

+33 153898060

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

L-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) huwa entità pubblika ta’ natura amministrattiva, b’personalità legali, u jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.

L-INAO huwa wieħed mill-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare (benesseri) tal-animali.

Il-missjoni tiegħu, b'mod partikolari, hija li jiżgura l-kontroll tal-ispeċifikazzjonijiet rispettivi u fejn ikun il-każ, li jieħu miżuri li jissanzjonaw in-nuqqas ta' osservazzjoni tagħhom.

Isem:

Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF)

Indirizz:

59 Boulevard Vincent Auriol

75703 Paris Cedex 13

FRANCE

Tel.

+33 144871717

Fax

+33 144973037

Id-DGCCRF huwa direttorat tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Industrija u tal-Impjiegi.

4.8.   Tikkettar:

Irrispettivament mit-termini regolatorji applikabbli għall-ġobniet kollha, kull lġobon li għandu d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Neufchâtel” għandu jinbiegħ b'tikketta individwali li għandha tinkludi l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata stampat f’ittri ta’ daqsijiet li tal-inqas ikunu ugwali għal żewġ terzi ta’ dawk tal-akbar ittri li jinsabu fuq it-tikketta.

Ir-referenza għad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini kif ukoll il-logo DPO tal-UE huma obbligatorji fuq it-tikketta tal-ġobnijiet li jgawdu d-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Neufchâtel”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/15


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 129/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“DAUNO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-1517-31.07.2003

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Denominazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta' emenda/i:

Emenda tad-dokument uniku jew tal-Iskeda tas-Sinteżi

Image

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sinteżi.

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Prova tal-oriġini:

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif ukoll is-sinteżi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 1898/2006, filwaqt li fihom il-proċedura li għandha titwettaq mill-operaturi sabiex jistabbilixxu l-prova/i tal-oriġini.

3.2.   Metodu ta' produzzjoni:

L-introduzzjoni ta' metodi innovattivi għall-ġbir taż-żebbuġ, intenzjonat għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa extraverġni DPO, dejjem dirett mis-siġra bl-għajnuna ta' makkinarju permezz ta' azzjoni newtrali hekk kif jimmatura l-frott, li għandha l-istess riżultat tal-qtugħ bl-idejn mis-siġra. Fil-fatt, ħlief fi ftit eċċezzjonijiet, l-iktar għall-użu familjari, l-ebda bidwi li jkabbar iż-żebbuġ ma jaqtgħu bl-idejn, dan jinqata' dirett mis-siġra b'magni li jassiguraw l-istess kwalità standard b'inqas spejjeż.

Ġie eliminat l-obbligu li l-ippressar jitwettaq fiż-żoni sekondarji diversi, waqt li baqgħet titħares il-kundizzjoni tat-territorju definit tal-ispeċifikazzjoni għall-produzzjoni. Ir-regoli ġodda li daħlu fis-seħħ li jispeċifikaw l-attivitajiet tal-ipproċessar u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi wasslu għal tnaqqis fl-għadd ta' mtieħen u għall-ħtieġa li titneħħa r-restrizzjoni li teżiġi li l-ippressar isir fi ħdan iż-żoni sekondarji differenti. Għalhekk, ġiet estiża l-possibbiltà li ż-żebbuġ intenzjonat għall-produzzjoni tad-DPO “Dauno” jiġi ppressat fit-territorju kollu tal-provinċja ta' Foggia.

3.3.   Tikkettar:

It-tikketta għandha turi kemm is-sena tal-produzzjoni taż-żebbuġ kif ukoll il-lott tal-imballaġġ. L-isem tal-azjenda, fejn inħażen, il-farm u l-lokalità tagħhom fit-territorju jistgħu jiġu indikati biss jekk il-prodott ikun ġie esklussivament minn żebbuġ maqtugħ mill-imsaġar taż-żebbuġ li jagħmlu parti mill-azjenda. L-emendi mitluba ġejjin mill-ħtieġa li l-konsumatur jingħata informazzjoni aħjar.

3.4.   Rekwiżiti nazzjonali:

L-obbligi previsti fil-Liġi Nru 169 tal-15 ta' Frar 1992, dwar l-“Ispeċifikazzjoni għar-rikonoxxenza tad-denominazzjoni tal-prodott tal-oriġini taż-żejt taż-żebbuġa verġni u extraverġni”, u fid-Digriet Ministerjali Nru 573/93 ġew eliminati.

SINTEŻI

IL-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“DAUNO”

Nru tal-KE: IT-PDO-0117-1517-31.07.2003

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat membru:

Isem:

Ministero delle Politiche Agricole Alimentari e Forestali

Indirizz:

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Tel.

+39 0646655104

Fax

+39 0646655306

Posta elettronika:

saco7@politicheagricole.gov.it

2.   Grupp:

Isem:

«Daunia Verde» — Consorzio di tutela della denominazione di origine protetta olio extravergine di oliva «Dauno»

Indirizz:

Via Dante 27

71100 Foggia FG

ITALIA

Tel.

+39 0881707742

Fax

+39 0881707742

Posta elettronika:

dauniaverde@tin.it

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.5.

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem:

“Dauno”

4.2.   Deskrizzjoni:

Iż-żejt taż-żebbuġa extraverġni “Dauno” fil-waqt li jitqiegħed għall-konsum, għandu jkollu dawn il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi li ġejjin:

aċidità massima ta' 0,6 %;

indiċi tal-perossidi ≤ 12 Meq O2/Kg;

polifenoli totali ≥ 100 ppm;

kulur aħdar fl-isfar;

riħa ta' frott;

togħma ta' frott b'sensazzjoni ħafifa pikkanti u morra.

Dawn il-valuri jistgħu jvarjaw, iżda dejjem fil-limiti l-iktar ristrettivi, għal kull indikazzjoni ġeografika aċċettata.

Il-karatteristiċi l-oħra kimiċi/fiżiċi huma konformi mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE.

4.3.   Żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni taż-żejt “Dauno” tinsab fil-provinċja ta' Foggia.

4.4.   Prova tal-oriġini:

Kull operatur fil-katina (kultivatur taż-żebbuġ, operatur tal-mitħna taż-żejt u dak li jippakkja), skont il-fażi tal-proċess tal-produzzjoni li fiha hu involut, jagħmel serje ta' kontrolli finali biex jivverifika t-traċċabbiltà tal-prodott. B’mod speċifiku: Il-kultivatur taż-żebbug, meta jikkonsenja ż-żebbuġ lill-operatur tal-mitħna, għandu jassigura li jkun irrispetta r-rekwiżiti stabbiliti tal-ispeċifikazzjoni, il-ħsad u d-data tal-qtugħ, li ttrasporta ż-żebbuġ lejn il-mitħna rreġistrata bid-DPO, waqt li juri dokumenti tat-trasport jew dokument ekwivalenti. L-operatur tal-mitħna, meta jirċievi l-konsenja, għandu jivverifika l-oriġini tal-prodott, l-identifikazzjoni korretta taż-żebbuġ, id-data tal-qtugħ, l-adegwatezza, it-tkomplija u r-relevanza tad-dati mdaħħla fid-dokument tat-trasport jew id-dokument simili u għandu jipprovdi għall-ħżin tal-prodott f'żoni identifikati fiż-żona sekondarja definita. Waqt il-proċess tal-ippressar, għandhom jiġu rreġistrati d-dettalji relatati mal-ippressar, li juru t-traċċabbiltà tal-lott taż-żejt u l-lott taż-żebbuġ li minnu ġie prodott. Iż-żejt hekk miksub jiġi identifikat skont iż-żona sekondarja u l-varjetà tal-ispeċifikazzjoni. Finalment, iż-żejt għandu jinħażen f'tankijiet apposta identifikat bil-kliem: “olio dop dauno- varietà delle olive, menzione geografica” (żejt DPO “Dauno” varjetà taż-żebbuġ, indikazzjoni ġeografika). Id-dettalji kollha tal-ippressar, il-varjetà taż-żebbuġ, l-indikazzjoni ġeografika, iż-żejt prodott, eċċ, għandhom jiġu rreġistrati mill-operatur tal-mitħna fuq dokument speċifiku li jitħares b'attenzjoni. Dak li jippakkja għandu jivverifka li ż-żejt li se jiġi prodott f'DPO “Dauno” ġie ppressat minn żebbuġ kkultivat għad-DPO f'mitħna awtorizzata għad-DPO, u kellu d-dokumentazzjoni relatata mat-traċċabbiltà (dokumentazzjoni tat-trasport u reġistrazzjoni xierqa tal-attività tal-ħżin u l-moviment taż-żejt) u jipprovdi r-reġistrazzjoni tad-dettalji relatati mal-ippakkjar li jiċċertifikaw it-traċċabbiltà tal-lott taż-żejt.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Iż-żejt taż-żebbuġa extravergni “Dauno” huwa prodott minn żebbuġ f'saħħtu, maqtugħ qabel it-30 ta' Jannar. Il-produzzjoni taż-żejt għal kull ettaru ma tistax taqbeż l-10 000 Kg/għal kull ettaru tal-imsaġar taż-żebbuġ speċjalizzati li minnu jiġi ppressat massimu ta' 25 % żejt. Sabiex jiġi estratt iż-żejt, huma permessi biss proċessi mekkaniċi jew atti fiżiċi biex ikunu prodotti żjut li jżommu l-karatteristiċi partikolari oriġinali tal-frotta bl-iktar mod fidil possibbli.

4.6.   Rabta:

Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ fil-provinċja ta' Foggia ċertament ilha ssir żmien twil. Bħala testimonjanza ta' dan jeżistu fdalijiet, simili għal trapetum tal-epoka Rumana, ikkonservati fil-monasteru ta' Santa Maria di Pulsano f'Monte S. Angelo (Gargano), f'wied li jibqa' sejjer sal-golf ta' Manfredonia, imsemmi fid-dokumenti bħala “Valle del Campanile”. Fis-seklu XVIII daħlet liġi għar-reġistrazzjoni tar-riservi u t-trasport taż-żejt minn bull papali abozzat f'Monte S. Angelo. Matul is-sekli, is-siġar taż-żebbuġ infirxu f'din iż-żona u żviluppaw sakemm kisbu importanza fundamentali għall-ekonomija taż-żona.

Daunia huwa l-isem ġeografiku antik użat għat-territorju tal-provinċja ta' Foggia. Id-Dauni fil-fatt kienu l-abitanti antiki ta' din iż-żona. Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ tirrappreżenta parti produttiva ewlenija taż-żona. Il-kultivazzjoni taż-żebbuġ inbdiet f'Gargano u bil-mod infirxet fil-bqija tat-territorju tal-provinċja. Il-maġġoranza tat-tkabbir saret fis-seklu XVII, meta jidher li diġà kien hemm ħafna ettari, kollha b'kultivazzjoni speċjalizzata. Il-kummerċ taż-żejt kien intensiv ħafna, speċjalment bil-baħar. Lejn tmiem is-seklu XVIII u fis-seklu XIX kollu, il-kultivazzjoni taż-żejt infirxet b'mod rapidu f'żoni diversi tad-Daunia. Il-mod li bih infirex it-tkabbir tal-prodott fil-provinċja ta' Foggia, b'kunsiderazzjoni tal-formazzjoni tal-art, irriżulta fi prodotti ġeografiċi speċifiċi, li għandhom karatteristiċi distinti f'termini tar-reputazzjoni tagħhom ta' kwalità, minkejja li għandhom l-istess sistema ta' produzzjoni. Dawn il-karatteristiċi jirriżultaw kemm mill-kompożizzjoni perċentwali differenti tal-varjetajiet użati biex jipproduċu ż-żejt “Dauno”, kif ukoll mill-formazzjoni topografika speċifika tal-erba' żoni ta' produzzjoni li jikkorrispondu għal erba' referenzi ġeografiċi addizzjonali fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Dawn huma: “Dauno Alto Tavoliere”, “Dauno Basso Tavoliere”, “Dauno Gargano”, “Dauno Sub-Appennino”. Ir-referenza għal dawn l-ismijiet fid-denominazzjoni prinċipali ssir l-aktar biex l-oriġini tal-produzzjoni taż-żejt “Dauno” tkun iktar preċiża u ppreservata ġeografikament skont it-territorji produttivi differenti tal-provinċja ta' Foggia, li matul iż-żmien, akkwistat valur b'pajsaġġ famuż għat-turiżmu.

4.7.   Entità ta' spezzjoni:

Isem:

Camera di Commercio Industria, Agricoltura e Artigianato di Foggia

Indirizz:

Via Dante 27

71100 Foggia FG

ITALIA

Tel.

+39 0881797279

Fax

+39 0881726046

Posta elettronika:

eufrasia.spagnoli@fg.camcom.it

4.8.   Tikkettar:

Kull referenza ġeografika trid tiġi stampata fuq it-tikketta b'ittri li ma jkunux akbar minn dawk li bihom qed tiġi indikata d-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Dauno” flimkien ma' wieħed mill-ismijiet ġeografiċi li ġejjin: “Alto Tavoliere”, “Basso Tavoliere”, “Gargano”, “Sub Appennino”.

Huwa permess l-użu tal-ismijiet ta' azjendi, entitajiet tal-ħżin, farms u l-lokalità ġeografika tagħhom flimkien mar-referenza għall-ippakkjar fl-azjenda fejn jitkabbru s-siġar taż-żebbuġ sakemm il-prodott ikun ġej esklussivament minn żebbuġ miġbur fl-imsaġar taż-żebbuġ li jagħmlu parti mill-azjenda, u jrid jintwera b'ittri li ma jkunux ikbar minn nofs l-ittri użati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/19


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 129/11

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“FASOLA WRZAWSKA”

Nru tal-KE: PL-PDO-0005-0645-24.09.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Fasola wrzawska”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Iż-żrieragħ imnixxfa biss tal-fażola ta' Spanja li tixxeblek (Phaseolus multiflorus) jistgħu jinbiegħu taħt l-isem “fasola wrzawska”.

Karatteristiċi fiżiċi:

 

il-piż ta' 1 000 żerriegħa jvarja minn 2 100 sa 2 900 g, li jkun jiddependi mit-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet tat-temp fl-istaġun tat-tkabbir.

 

il-fażola tiġi ċċattjata b'mod laterali u f'forma ta' kliewi, tkun sħiħa, misjura, iffurmata tajjeb, b'umdità li ma taqbiżx it-18 %, ma tkunx imkemmxa, tkun mingħajr toqob li jiġu kkawżati mill-insetti u ma jkun fiha l-ebda sinjal ta' taħsir jew tkabbir minħabba t-temperatura. Il-fażola tkun karatterizzata minn tegument tar-raħs leqqien ta' kulur abjad uniformi.

Ir-rekwiżiti minimi applikabbli għall-fażola qabel l-ippakkjar:

fażola maqsuma (nofsijiet ta' fażola sħiħa): sa 0,1 %,

fażola mkemmxa: sa 0,3 %,

materjal estranju: sa 0,05 % (massimu ta' ħamrija 0,02 %),

fażola mħassra jew immuffata: mhux aktar minn 0,2 %,

fażola li ma tkunx ta' kulur uniformi: mhux aktar minn 0,6 %; madankollu, il-kwantità totali tal-fażola li ma tilħaqx dawn ir-rekwiżiti ma tistax taqbeż il-1,25 % fil-piż.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti proċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Kull stadju tal-produzzjoni tal-“fasola wrzawska” għandu jseħħ fiż-żona ġeografika definit f’(4). Għandhom jintużaw biss iż-żrieragħ tal-fażola ta' Spanja li tixxeblek (Phaseolus multiflorus) fiż-żona fejn tiġi kkoltivata l-“fasola wrzawska”.

3.6.   Regoli speċifiċi li japplikaw għat-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Il-“Fasola wrzawska” tiġi kkoltivata fil-lokalitajiet li ġejjin f'Podkarpackie Voivodship:

Wrzawy, Gorzyce, Motycze Poduchowne, Trześń u Zalesie Gorzyckie fil-muniċipalità ta' Gorzyce, fil-Kontea ta' Tarnobrzeski,

Skowierzyn, Zaleszany, Majdan Zbydniowski u Motycze Szlacheckie fil-muniċipalità ta' Zaleszany,

Dąbrówka Pniowska, Pniów, Nowiny, Witkowice, Chwałowice, Antoniów u Orzechów fil-muniċipalità ta' Radomyśl nad Sanem.

Il-muniċipalitajiet ta' Zaleszany u Radomyśl nad Sanem jinsabu fil-Kontea ta' Stalowowolski.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

5.1.1.   Fatturi naturali

Iż-żona li fiha tiġi kkkoltivata l-fażola tinsab fil-Pjanura Tarnobrzeg u fil-Parti ta' Isfel tal-Wied tas-San. Il-Majjistral ta' dan it-territorju jmiss mal-konfini ta' Vistula. Ix-xmara San kważi taqsam iż-żona fi tnejn, u tibqa' għaddejja sax-Xmara Vistula qrib ta' Wrzawy. Dan it-territorju jifforma l-parti tat-Tramuntana tal-Baċin ta' Sandomierz.

Il-klima tal-pjanura tal-Baċin Sandomierz hija karatterizzata minn sjuf twal, bi sħana qawwija, bi xtiewi moderati u b'livelli baxxi ta' xita. Il-medja annwali tax-xita totali hi ta' madwar 600 mm (fil-perjodu 1985-1996 kienet tvarja minn 523 sa 628 mm), li aktar minn 230 mm tax-xita tinżel fl-istaġun tat-tkabbir.

Il-medja annwali tat-temperatura f'din iż-żona hi bejn 7,7 u 8,0 °C. Fis-sajf, f'Lulju (l-aktar xahar sħun), it-temperatura matul il-jum ikollha medja ta' + 18 °C. L-aktar xahar kiesaħ hu Jannar, b'temperatura medja ta' – 4 °C.

L-aktar jiem spissi huma dawk sħan ħafna, xemxin jew bi ftit sħab, kif ukoll jiem sħan u mingħajr xita. Jiem b'temp xemxi u moderatament sħun huma relattivament spissi. Karatteristika oħra ta' dan ir-reġjun hi l-perjodu twil mingħajr ġlata.

Il-viċinanza ta' żewġ xmajjar kbar hu fattur importanti fil-formazzjoni ta' tip speċifiku ta' mikroklima bejn il-Vistula u s-San. Din għandha impatt fuq l-istaġun tat-tkabbir (b'temperatura medja ta' 5 °C), li fi kważi 220 jum, hija 25 jum itwal minn żoni li jmissu ma' din iż-żona. Il-Baċin Sandomierz jmiss mal-Għoljiet Małopolska, l-Għoljiet Roztocze u l-qiegħ tal-Għoljiet Karpetjani. Dawn il-formazzjonijiet ta' superfiċi jillimitaw il-possibbiltà ta' rjieħ qawwija fiż-żona kollha.

Iż-żona msemmija f'(4) tinsab fil-baxx meta titqabbel maż-żoni tal-madwar u b'hekk hija protetta mill-impatt ta' rjieħ qawwija li jagħmlu ħafna ħsara. Il-ħamrija f'din iż-żona hi primarjament magħmula minn ħama li jakkumula f’saffi ta' sediment tax-xmajjar li ġej mit-tifwir tax-xmajjar Vistula u San u xmajjar oħra żgħar bħal-Łęg, it-Trześniówka u l-Osa, li kienu jfuru ta' spiss. Din il-ħamrija hi fost l-aktar fertili, simili għal dik li tinsab fil-widien tax-xmajjar – dik li tissejjaħ il-ħama tal-Vistula, li fil-parti l-kbira tagħha taqa' fil-kategoriji tal-ħamrija tajba ħafna u ħamrija tajba tal-qamħ u l-pitravi, ħamrija tajba tal-qamħ, u ma' ħamrija tajba ħafna u dik tajba tas-segala.

Iż-żona hija kkaratterizzata wkoll minn ċpar frekwenti matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa. Din hi effettiva biex tillimita t-tibdiliet kbar fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl. Minħabba l-viċinanza tax-xmajjar Vistula u San, ma hemmx nuqqas ta' ilmijiet fil-wiċċ.

5.1.2.   Fatturi umani

Il-bdiewa f'din iż-żona pperfezzjonaw il-proċess tal-koltivazzjoni tal-fażola fuq medda kbira ta' snin. Fl-istess waqt ippruvaw iżommu mal-proċeduri li ma jfixklux il-bilanċ naturali tal-ambjent. Il-ħiliet tal-bdiewa tal-lokal huma marbuta b'mod partikolari mal-prinċipji u l-metodi tal-produzzjoni tal-fażola, l-għażla u l-preparazzjoni tal-appoġġi (jiġifieri l-arbli), id-deċiżjoni rigward l-għażla tal-aħjar żmien biex jiżirgħu l-fażola (ixebilkuha mal-appoġġi), id-deċiżjoni rigward l-għażla tal-aħjar żmien biex jaqtgħu l-fażola u l-prinċipji biex jivvalutaw jekk l-imżiewed ikunux lesti biex jitqaxxru. Il-ħiliet tal-produtturi lokali jistgħu jintgħarfu wkoll mill-għadd ta' interventi li jridu jwettqu bl-idejn biex tkun prodotta l-fażola “fasola wrzawska”. Dawn jinkludu: il-preparazzjoni tal-arbli għall-fażola, iż-żriegħ tal-fażola, il-preparazzjoni tal-ħamrija (it-tneħħija tal-ħaxix ħażin u t-taqlib tal-ħamrija mill-fond), u x-xeblik tagħha mal-appoġġi, il-ħsad u l-għażla tal-fażola.

Kull stadju involut fil-produzzjoni tal-fażola “fasola wrzawska” hu bbażat fuq il-ħiliet umani tradizzjonali tar-reġjun, u ħafna mix-xogħol isir bl-idejn. Għaldaqstant, il-ħiliet tal-bdiewa lokali għandhom rwol importanti. Qabel ma jibda t-tkabbir tal-fażola, għandhom jintgħażlu l-arbli (jew il-lasti) li aktar tard jintużaw biex magħhom jixxebilku l-pjanti.

Dawn l-arbli għandhom jiġu spazjati b'mod xieraq mal-għalqa kollha, għaliex dan hu importanti biex jiġi żgurat li l-fażola tikber u tiżviluppa b'mod tajjeb.

Il-pjanti “Fasola wrzawska” jixxebilku f'varjetà ta' modi, pereżempju: fuq arbli mwaqqfin dritti, fuq ħbula li jiddendlu ma’ wajer li jkun jestendi bejn l-arbli u fuq arbli li jkunu stirati b’wajer. Il-fażola “Fasola wrzawska” titnixxef fil-miftuħ u tinħasad b'mod konsekuttiv, kif u meta jimmaturaw l-imżiewed. Il-fażola mnixxfa tiġi midrusa u tintgħażel bl-idejn. Il-fażola għandha tinħażen fi spazji nodfa, nexfin u ventilati sew li huma ħielsa mill-insetti u l-irwejjaħ estranji. Ma għandhiex tinħażen fi xkejjer magħluqa mingħajr arja.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-fażola “fasola wrzawska” hija karatterizzata minn dan li ġej:

Mid-daqs kbir – il-fażola “fasola wrzawska” tingħaraf mid-daqs tagħha fost l-ispeċi tal-fażola ta' Spanja Phaseolus multiflorus. Il-piż ta' 1 000 żerriegħa jvarja minn 2 100 sa 2 900 g, li jkun jiddependi mit-tip ta' ħamrija u l-kundizzjonijiet tat-temp fl-istaġun tat-tkabbir. il-“fasola wrzawska” hija bejn 40 % u 90 % akbar mill-varjetajiet oħra tal-fażola ta' Spanja,

kapaċità li tassorbi l-ilma hija 20 % ogħla minn dik ta' fażola oħra lil hinn miż-żona ġeografika definita f'(4),

il-ħxuna tat-tegument tar-raħs tagħha: il-piż u l-volum tal-qxur tal-“fasola wrzawska” huma madwar 20 % anqas minn dawk ta' fażola oħra tal-istess varjetà li tkun ġejja minn żona ġeografika differenti,

togħma ħelwa: konfermata permezz ta' valutazzjoni sensorja fil-laboratorju,

riħa speċifika, naturali u karatteristika, mingħajr riħa ta' moffa, ta' mdewwa jew irwejjaħ estranji oħra,

struttura u konsistenza: delikata, b'konsistenza li “ddub fil-ħalq” mingħajr ma tħalli togħma ta' dqiq wara li tittiekel,

ħin biex tissajjar: madwar 10 minuti anqas mill-fażola ta' Spanja li titkabbar lil hinn miż-żona ġeografika definita f'(4).

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):

Il-fażola “Fasola wrzawska” hija purament il-prodott ta' taħlita speċifika ta' fatturi naturali (il-klima u l-ħamrija) u l-ħiliet tal-produtturi lokali. Din it-taħlita biss tiggarantixxi l-kwalità unika tal-prodott.

L-art li fuqha titkabbar il-fażola “fasola wrzawska” għandha kwalità għolja ta' ħamrija tal-ħama, reġim ta' ilma regolat u mikroklima assoċjata mal-viċinanza ta' żewġ xmajjar kbar, il-Vistula u s-San. Dawn il-karatteristiċi taż-żona ġeografika, flimkien mal-ħiliet umani involuti fl-osservanza tar-regoli relevanti tas-sengħa, inkluż l-ispazjar bejn ir-ringieli u bejn l-arbli ta' kull ringiela, jgħinu lill-pjanti jikbru kif suppost u b'hekk jiġi żgurat li l-fażola “fasola wrzawska” tikber bl-abbundanza. Din il-fażola hija sinifikament akbar minn fażola oħra tal-istess speċi li titkabbar lil hinn miż-żona ġeografika ddefinita f'(4). Din iż-żona hija aktar sħuna minn dawk ta' żoni ġirien u tgawdi minn perjodu twil mingħajr ġlata li jestendi sal-istaġun tat-tkabbir, u l-irjieħ jaħkmu b'anqas saħħa minħabba n-natura tal-pjanura taż-żona u bil-mod li biha hi protetta mill-għoljiet li jdawruha. Dan il-fattur huwa sinifikanti ħafna, peress li l-pjanti tal-fażola huma sensittiva ħafna għar-riħ. Dawn il-fatturi, flimkien mal-ħiliet umani impenjati fil-ħsad bl-idejn u gradwali tal-fażola “fasola wrzawska” skont il-livell ta' maturazzjoni u tnixxif tagħhom fl-apert, isarrfu fi prodott li jkollu tegument tar-raħs irqiq u bi struttura u konsistenza ideali.

It-taħlita tal-elementi xierqa li jinsabu fiż-żona ġeografika u l-ħiliet umani jikkontribwixxu wkoll għall-karatterisitiċi speċifiċi tal-“fasola wrzawska” li huma ferm apprezzati fil-kuntest kulinarju. L-istaġun estiż tat-tkabbir, li matulu l-jiem xemxin huma predominati, ifisser li jista' jiġi sintetizzat ammont kbir ta' karboidrati. Din iċ-ċirkustanza, flimkien mal-ħiliet umani fl-għażla tal-aħjar żmien għall-ħsad tal-fażola abbażi tal-iżvilupp tagħha, tagħmilha possibbli biex jinkiseb il-kontenut ideali ta' karboidrat. B'riżultat ta' dan, il-fażola “fasola wrzawska” għandha togħma ħelwa speċifika. Ir-riħa speċifika tal-fażola “fasola wrzawska” tiġi żgurata billi din titnixxef f'kundizzjonijiet xierqa u billi jintgħażel l-aħjar post fejn tinħażen. Id-dris bl-idejn u l-għażla tal-fażola jiżguraw li tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti stretti fir-rigward tal-kwalità tagħha.

Il-metodu naturali tat-tnixxif, li jiżgura kontenut baxx ta' ilma u li ma jiġix aċċellerat b'mod artifiċjali, ma jħallix li sseħħ degredazzjoni tal-qoxra ċellolari u tirriżulta fi tnaqqis ekwu tal-ispazjar tal-qoxra ċellulari. Dan it-trattament jiżgura li l-fażola “fasola wrzawska” jkollha kapaċità għolja li tassorbi l-ilma, struttura u konsistenza delikata u tieħu anqas żmien biex tissajjar minn fażola poliflorali oħra li toriġina lil hinn miż-żona ġeografika definita f'(4).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minrol.gov.pl/DesktopDefault.aspx?TabOrgId=1620&LangId


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/23


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 129/12

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“RHEINISCHES APFELKRAUT”

Nru tal-KE: DE-PGI-0005-0716-02.09.2008

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Rheinisches Apfelkraut”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Il-kategorija 1.6 –

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1:

Ġulepp magħqud magħmul mit-tuffieħ u l-lanġas li jkun għadu kif inqata' u ssajjar sewwa.

Dan il-prodott isir esklużivament minn tuffieħ u lanġas sħiħ. Jiġi prodott billi jintuża biss tuffieħ u lanġas li ma jkunx imħassar imma li jkun sar kompletament. Jekk jiġi prodott fi żmien il-ħsad, jiġifieri lejn tmiem is-sajf sa nofs Novembru, jintuża frott frisk. Jekk isir fir-rebbiegħa, jintuża biss frott sħiħ u ma jintużaw ebda prodotti li jkunu nofshom lesti. F’dak il-każ il-frott li jintuża jiġi esklużivament mill-imħażen imkessħa. Għal kull kilogramm ta' prodott lest tintuża mill-inqas 2,7 kilogrammi ta’ materja prima (frott), li mill-inqas 2,1 kilogrammi minnhom ikunu tuffieħ. Bil-maqlub tal-ġamm, ir-“Rheinisches Apfelkraut” isir biss mill-meraq tal-frott u ma fihx elementi veġetali oħrajn. Malli jasal, il-frott jiġi spezzjonat viżwalment għall-iġjene, għat-tħassir u għall-impestazzjonijiet mid-dud.

Qabel ma jiġi pproċessat, il-frott jinħasel f'banju bl-ilma. Imbagħad, it-tuffieħ u l-lanġas sħiħ jitgħalla bil-mod fi pressjoni normali, il-maxx jingħasar, u l-meraq jissaffa.

Fl-apparat tal-fwar, l-ilma jiġi estratt mill-meraq ċar permezz ta' vakwu. Il-kontenut ta’ materja niexfa tal-prodott nofsu lest ikollu valur ta’ mill-inqas 58 sa 62 fuq il-miżien Brix. Wara dan il-pass tal-produzzjoni u, jekk ikun meħtieġ, il-ħżin tal-prodott intermedju f'tankijiet kbar f'massimu ta' 10 °C, jistgħu jiżdiedu miegħu z-zokkor u l-pektin, skont ir-riċetta tradizzjonali tal-produttur stess.

Il-kontroll finali jinvolvi l-kejl tal-kontenut ta’ materja niexfa. Il-prodott jista' jitpoġġa f'kontenituri direttament meta jkun għadu sħun u jitpoġġa għall-bejgħ.

Jista' jiżdied iz-zokkor sa massimu ta' 400 gramma għal kull 1 000 g ta' prodott finali. L-“Apfelkraut” jista' jsir ukoll purament mit-tuffieħ mingħajr ma jiżdied iz-zokkor.

Id-dehra: dehra ta' ġeli kannella skur

It-togħma: togħma ta' tuffieħ ħelwa u qarsa

Ir-riħa: ħelwa

Il-kontenut finali taz-zokkor (b’tolleranza ta’ ± 3 % rispettivament):

 

Sukrożju: 9 %

 

Glukożju: 21 %

 

Fruttożju: 28 %

Gradi fuq il-miżien Brix (fil-prodott finali): 65 sa 68

pH: minn 3,1 sa 3,7

Kontenut tal-ilma: 35 % (± 3 %)

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-proċess kollu tal-produzzjoni għandu jsir fiż-żona ġeografika identifikata, billi jintuża biss tuffieħ u lanġas frisk jew mill-imħażen imkessħa li jkun sħiħ, li ma jkunx imħassar u li jkun sar kompletament.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Ir-Rheinland – fir-reġjun ta' Nordrhein-Westfalen din iż-żona tinkludi d-distrett amministrattiv ta' Cologne u d-distretti u l-bliet li ġejjin fid-distrett amministrattiv ta' Düsseldorf: id-distrett ta’ Mettmann, il-belt ta' Düsseldorf, id-distrett tar-Rhein ta' Neuss, il-belt ta' Mönchengladbach, id-distrett ta' Viersen, il-belt ta' Krefeld, il-belt ta' Kleve u d-distrett ta' Wesel, waqt li fir-reġjun ta' Rheinland-Pfalz din tinkludi d-distrett ta' Ahrweiler u d-distrett ta' Mayen-Koblenz.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Ir-“Rheinisches Apfelkraut” huwa prodott tradizzjonali ta' Rheinland. Il-kundizzjonijiet għat-tkabbir tas-siġar tal-frott f'Rheinland huma ideali. Matul is-sekli hemmhekk żviluppat żona b'saħħitha tat-tkabbir tal-frott. Sal-lum għad hemm proporzjon kbir ta' meded ta' art miżrugħa siġar tal-frott u għadd kbir ta' varjetajiet tat-tuffieħ. Il-kundizzjonijiet klimatiċi jiffavorixxu t-tkabbir ta' varjetajiet li għandhom il-proporzjon it-tajjeb ta' aċidi u ta' pektini naturali biex minnhom isir prodott li huwa ideali biex jiddellek.

Sabiex il-frott li jkun għadu kif waqa' mis-siġar minħabba r-riħ iżomm, tradizzjonalment minn dejjem kien isir l-“Apfelkraut” hawnhekk. Fis-sekli li għaddew, prattikament kull razzett kien juża l-“Apfelkraut” ħelu u b'togħma tajba li kien jagħmel hu stess biex fix-xitwa jkun jista’ jagħmel l-ikel iktar ħelu. Il-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, jiġifieri l-proċess tat-togħlija bil-mod fi pressjoni normali u b'mod partikolari l-għarfien dwar it-taħlita ġusta tal-ħafna varjetajiet tat-tuffieħ biex jintlaħaq il-proporzjon ġust ta' pektin mal-aċidu, ingħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-kundizzjonijiet klimatiċi u meterjoloġiċi speċifiċi u l-karatteristiċi naturali speċifiċi l-oħrajn tar-Rheinland jiffavorixxu b’mod speċjali l-produzzjoni tal-“Apfelkraut”. Dawn il-vantaġġi speċjali u t-tradizzjoni tal-prodott ifissru li l-popolazzjoni lokali kisbet esperjenza partikolari fil-produzzjoni tiegħu. Ir-“Rheinisches Apfelkraut” jintuża prinċipalment bħala pejst ħelu għal mal-ħobż u bħala ingredjent fit-tisjir (pereżempju fit-tisjir tal-platt tipiku taċ-ċanga mmarinata msejjaħ “Rheinischer Sauerbraten”). Huwa jisserva wkoll mar-“Rievkooche” li huma pasti tradizzjonali tal-patata li wkoll huma prodott tipiku tar-Rheinland.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Illum il-ġurnata r-“Rheinisches Apfelkraut” għadu jsir bil-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni li ngħadda minn ġenerazzjoni għall-oħra, jiġifieri bl-għażla b’attenzjoni kbira tal-proporzjonijiet tal-ħafna varjetajiet ta' tuffieħ u bit-togħlija bil-mod fi pressjoni normali. L-istess riċetti li l-antenati tagħna ppruvaw u daqu għadhom qed jintużaw illum. Dan jiggarantixxi kwalità eċċellenti tal-prodott, jiġifieri jiggarantixxi prodott li għandu togħma bbilanċjata u li huwa ideali biex jiddellek.

Iż-żona tat-tkabbir tal-frott li ilha teżisti għal sekli sħaħ u l-metodu tal-produzzjoni li ilu jintuża minn ħafna ġenerazzjonijiet ifissru li l-“Apfelkraut” li jsir f'Rheinland għandu reputazzjoni partikolarment tajba. Huwa magħruf b'mod speċjali f'Rheinland imma wkoll lil hinn mill-fruntieri ta’ din iż-żona. Dan jikkonfermawh il-kummenti tal-entitajiet speċjalizzati u s-suġġerimenti fuq il-menus u fir-riċetti kif ukoll fil-prodotti offruti għall-bejgħ fuq l-internet. Il-prodott għandu post fiss fl-ikel tipiku ta' Rheinland, kemm bħala pejst għal mal-ħobż kif ukoll bħala ingredjent fit-tisjir. Hemm tradizzjoni twila tal-użu tar-“Rheinisches Apfelkraut” u din għadha tiddomina moħħ il-konsumaturi u l-fornituri tal-ikel. Pereżempju dan il-prodott huwa msemmi bħala ingredjent għall-platt imsejjaħ “Rheinischer Sauerbraten”.

Dan il-prodott isir esklużivament minn tuffieħ u lanġas sħiħ. Jiġi prodott billi jintuża biss tuffieħ u lanġas li ma jkunx imħassar imma li jkun sar kompletament. Jekk jiġi prodott fi żmien il-ħsad, jiġifieri lejn tmiem is-sajf sa nofs Novembru, jintuża frott frisk. Jekk isir fir-rebbiegħa, jintuża biss frott sħiħ u ma jintużaw ebda prodotti li jkunu nofshom lesti. F’dak il-każ il-frott li jintuża jiġi esklużivament mill-imħażen imkessħa.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-rabta speċjali bejn il-prodott u ż-żona li fih jiġi prodott tinsab fir-reputazzjoni li jgawdi minnha r-“Rheinisches Apfelkraut”. Iż-żona tat-tkabbir tal-frott li ilha teżisti għal sekli sħaħ u l-metodu tal-produzzjoni li ilu jintuża minn ħafna ġenerazzjonijiet ifissru li l-“Apfelkraut” li jsir f'Rheinland għandu reputazzjoni partikolarment tajba. Huwa magħruf b'mod speċjali f'Rheinland imma wkoll lil hinn mill-fruntieri ta’ din iż-żona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006)

Fit-taqsima 7a-aa tal-volum 4 tal-“Markenblatt” tal-25 ta’ Jannar 2008, p. 26195

http://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/86


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Rettifika

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/26


Rettifika għall-Informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 78, tal-11 ta’ Marzu 2011 )

2011/C 129/13

F’paġna 38, in-numru ta’ referenza tal-għajnuna “SA.32308 (11/X)”:

flok:

“Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

http://www.bundesfinanzministerium.de/nn_53848/DE/BMFStartseite/Aktuelles/AktuelleGesetze/GesetzeVerordnungen/003a,property=publicationFile.pdf”,

aqra:

“Weblink għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna:

 

http://www.juris.de/jportal/docs/news_anlage/jpk/fub/mat/bgbl110s1885.pdf

u

 

http://www.bundesanzeiger-verlag.de/old/banz/banzinha/BAnz_63_029.htm”.