ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.122.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
20 ta' April 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 122/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 122/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6128 – Blackstone/Mivisa) ( 1 )

5

2011/C 122/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6059 – Norbert Dentressangle/Laxey Logistics) ( 1 )

5

2011/C 122/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6119 – Arla/Hansa) ( 1 )

6

2011/C 122/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6112 – Good Energies/NEIF/Newco) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 122/06

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 122/07

Informazzjoni fil-qosor dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artkoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 122/08

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' anti-dumping

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 122/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6199 – TowerBrook/York/Apollo/Monier) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

 

Rettifika

2011/C 122/10

Rettifika għall-Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (2011/C 64/08) (ĠU C 64, 1.3.2011)

12

2011/C 122/11

Rettifika għall-Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' anti-dumping (ĠU C 352, 23.12.2010)

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 122/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.4.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 30/09

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

South and East Region

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Hotel Capital Allowances for the Ritz-Carlton Hotel, Powerscourt, Co. Wicklow

Il-bażi legali

Chapter 1, Part 9 of the Taxes Consolidation Act 1997

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Vantaġġ fiskali

L-estimi

Baġit globali: EUR 17,8 miljun

L-intensità

8,4 %

It-tul ta' żmien

2008-2014

Setturi ekonomiċi

Il-lukandi u r-ristoranti (turiżmu)

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Revenue Commissioners Dublin Castle

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 490/10

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Vlaams Gewest (Vlaanderen)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Verlenging van de Vlaamse steunregeling N 550/01 inzake publiek-private samenwerking voor de bouw van laad- en losinstallaties langs de waterwegen in het Vlaams Gewest, zoals verlengd bij Besluit C(2004) 4361 definitief van 16 november 2004 (steunmaatregel N 344/04)

Il-bażi legali

Decreet van het Vlaamse Gewest van 18 december 1992, artikelen 44 tot en met 49

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali, Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 10 miljun;

 

Baġit globali: EUR 60 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

It-trasport fuq l-ilmijiet 'il ġewwa mill-kosta

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Vlaamse Overheid — Minister bevoegd voor Mobiliteit en Openbare Werken

Koning Albert II-laan 20, bus 1

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32028 (2010/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Madrid

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aid to short films in Spain

Il-bażi legali

Ley 2/95, de 8 marzo, de Subvenciones de la Comunidad de Madrid; Ley 38/2003 de 17 noviembre, General de Subvenciones (Ley Estatal); Orden por la que se establecen las bases reguladores para la concesión de ayudas a empresas privadas dedicadas al sector audiovisual y cinematográfico; Orden de la Consejería de Cultura y Deportes, por la que se convocan ayudas a la producción cinematográfica para el año 2011

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 0,36 miljun;

 

Baġit globali: EUR 0,36 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

27.11.2010-25.11.2011

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consejería de Cultura y Deporte y Portavocía del Gobierno

Calle Caballero de Gracia, 132

28013 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32183 (2011/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation du régime temporaire relatif aux aides sous forme de garanties (N 23/09)

Il-bażi legali

Article 20 de la Constitution du 4 octobre 1958; articles L. 2251-1, L. 3231-1 et L. 4211-1, L 2252-1, L 3231-4, L 4253-1 et L 5111-4, L 2253-7, L 3231-7, L 4253-3 et L 4211-1 10 [code général des collectivités territoriales (CGCT), circulaire de ministre de l'intérieur du 3 juillet 2006, du premier ministre du 26 janvier 2006, circulaires DIACT du 30 novembre 2007]

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6128 – Blackstone/Mivisa)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 122/02

Fil-25 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6128. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6059 – Norbert Dentressangle/Laxey Logistics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 122/03

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6059. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6119 – Arla/Hansa)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 122/04

Fl-1 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6119. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6112 – Good Energies/NEIF/Newco)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 122/05

Fit-13 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6112. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ April 2011

2011/C 122/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4302

JPY

Yen Ġappuniż

118,23

DKK

Krona Daniża

7,4576

GBP

Lira Sterlina

0,87800

SEK

Krona Żvediża

8,9210

CHF

Frank Żvizzeru

1,2842

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7635

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,125

HUF

Forint Ungeriż

266,88

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9785

RON

Leu Rumen

4,0885

TRY

Lira Turka

2,1936

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3622

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3694

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,1240

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8154

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7835

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 557,28

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7827

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,3399

HRK

Kuna Kroata

7,3580

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 422,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,3271

PHP

Peso Filippin

61,973

RUB

Rouble Russu

40,4869

THB

Baht Tajlandiż

42,992

BRL

Real Brażiljan

2,2647

MXN

Peso Messikan

16,7398

INR

Rupi Indjan

63,6220


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/8


Informazzjoni fil-qosor dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artkoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

2011/C 122/07

Għajnuna Nru: XF 31/10

Stat Membru: Ir-Repubblika tal-Estonja

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: Maksu- ja Tolliamet

Titlu tal-iskema tal-għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Kalandustoodete tootjale eriotstarbelise diislikütuse ja kerge kütteõli aktsiisimaksu vabastus

Bażi legali: Eesti Vabariigi Riigikogu poolt 4. detsembril 2002 vastu võetud seaduse „Alkoholi-, tubaka- ja kütuse- ja elektriaktsiisi seadus” paragrahvi 27 lõike 1 punkt 222.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema: L-iskema tipprovdi għal għajnuna ta' EEK 50 000 (EUR 3 195) kull sena għas-sajjieda li jistadu fl-ilmijiet interni.

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hija l-ammont stabbilit fit-Taqsima 66(7) tal-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fuq l-Alkoħol, it-Tabakk, il-Fjuwil u l-Elettriku. Fl-1 ta' Jannar 2010, ir-rata ta' dazju tas-sisa għal 1 000 litru ta' diżil għal skopijiet speċifiċi jew żejt tal-karburant ħafif ġiet iffissata għal EEK 1 736; dan l-ammont jista' jinbidel fil-każ ta' żieda tad-dazju tas-sisa fuq il-fjuwil.

Data tad-dħul fis-seħħ: L-eżenzjoni minn dazju tas-sisa se tapplika mill-1 ta' Jannar 2011.

Tul ta' żmien tal-iskema: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan huwa li tassisti lill-SMEs billi teżentahom mid-dazju tas-sisa fuq diżil għal skopijiet speċifiċi jew żejt tal-karburant fl-2011.

Artikolu applikabbli: l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008

Attività kkonċernata: Sajd fl-ilmijiet interni

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Maksu- ja Tolliamet

Narva mnt 9j

15176 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Sit elettroniku: http://www.riigiteataja.ee/ert/act.jsp?id=13279879

Raġunijiet: Filwaqt li s-sajjieda li jistadu fuq il-baħar huma koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku, li tfisser li għandhom il-possibilità li jużaw fjuwil bla taxxa, l-eżenzjoni tat-taxxa kif ipprovduta fid-Direttiva ma tkoprix awtomatikament lis-sajjieda li jistadu fl-ilmijiet interni. Din l-iskema ta' għajnuna qed tiġi implimentata sabiex jiġu żgurati li l-prinċipji ta' trattament indaqs u ta' trasparenza tal-kompetizzjoni jiġu applikati ukoll għas-sajjieda li jistadu fl-ilmijiet interni.

Għajnuna Nru: XF 32/10

Stat Membru: L-Italja

Reġjun/Awtorità li jagħti/tagħti l-għajnuna: Regione Autonoma della Sardegna

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Legge regionale n. 3/2006, art. 6 — Misure per migliorare la sostenibilità della pesca marittima nelle acque prospicienti il territorio della Sardegna: arresto temporaneo per le unità abilitate ai sistemi di pesca a strascico e/o volante anno 2010

Bażi legali: Decreto n. 2000/DecA/76 del 30 luglio 2010 dell’Assessore dell’Agricoltura e riforma agro-pastorale, Legge regionale 14 aprile 2006 n. 3 art. 6, Legge Regionale 14 maggio 2009, n. 1, art. 4, comma 27, Legge regionale 28 dicembre 2009, n. 6

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 1 500 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 u titħallas skont l-Anness II għal dak ir-Regolament, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008. Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs kemm fost il-kumpaniji kif ukoll fost il-baħħara kkonċernati mill-waqfien temporanju, skont finanzjament reġjonali:

kumpaniji tas-sajd jistgħu jkunu eliġibbli għal primjum ekwivalenti għall-50 % tal-għajnuna nazzjonali li jkun fadal mogħtija skont it-Tabella 2 tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politiki Agrikoli, l-Ikel u l-Forestrija (MIPAAF) tat-23 ta' Ġunju 2010 sabiex il-livell ta' għajnuna mogħti fuq livell nazzjonali jinġieb l-istess għar-reġjuni koperti bl-objettiv ta' Konverġenza (Tabella 1);

baħħara ta' bastimenti tas-sajd ikkonċeranti mill-waqfien temporanju jistgħu jkunu eliġibbli għal primjum ikkalkulat fuq il-bażi ta' salarju minimu, skont it-tabelli fir-referenza tal-ftehim nazzjonali kollettiv għas-settur kif ipprovdut mill-Programm Operazzjonali tal-FES għall-implimentazzjoni tal-Miżura 1.2 “Għajnuna pubblika għal waqfien temporanju”, skont il-miżura stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 u mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta' Lulju 2008.

Data tad-dħul fis-seħħ: L-1 ta' Ottubru 2010

Tul ta’ żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali (mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2014); indika: il-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Biex tipprovdi kumpens soċjo-ekonomiku għall-baħħara u inċentivi finanzjarji lis-sidien ta' bastimenti għall-imġieba tajba skont il-Miżura 1.2 “Għajnuna pubblika għal waqfien temporanju” tal-Programm Operazzjonali biex jiġi implimentat il-pjan ta' ġestjoni GSA11 adottat mid-Digriet tas-17 ta' Ġunju 2010 tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd Marittimu (Dipartiment tal-Politiki Ewropej u Internazzjonali) tal-Ministeru Taljan għall-Politiki Agrikoli, l-Ikel u l-Forestrija, fir-rigward tal-flotta tat-tkarkir, li tipprovdi għal tnaqqis gradwali fl-isforz tas-sajd f'konformità mal-għan stabbilit skont l-Iskema għall-Addattament tal-Flotta stabbilita mid-Digriet Dipartimentali tas-6 ta' April 2010.

Indika liema mill-Artikolu(i) 8 sa 24 jintuża(w): l-Artikolu 9

Attività kkonċernata: Sajd tat-tkarkir tan-nofs tal-par u/jew tal-qiegħ

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dell’Agricoltura e della riforma agro-pastorale

Via Pessagno 4

09126 Cagliari CA

ITALIA

per il tramite dell’Agenzia regionale autonoma ARGEA Sardegna.

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.regione.sardegna.it

(http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_22_20100802121355.pdf)

Motivazzjoni:

Rati differenzjali ta' modulazzjoni fil-konfront ta' riżorsi finanzjarji proposti fuq livell nazzjonali, bejn dawk ir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza u dawk mhux koperti minnu, skont id-Digriet tal-Ministeru għall-Politiki Agrikoli, l-Ikel u l-Forestrija (MIPAAF) tat-23 ta' Ġunju 2010 għall-implimentazzjoni tal-Miżura 1.2 “Waqfien temporanju” skont ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006.

Għadu ma għaddiex it-tul ta' żmien massimu ta' tmien xhur, kif stipulat fl-Artikolu 24(1)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/10


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' anti-dumping

2011/C 122/08

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba għandha tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Polietilentereftalat (PET)

L-Indja

L-Indoneżja

Il-Malasja

Ir-Repubblika tal-Korea

It-Tajwan

It-Tajlandja

Dazju tal-anti-dumping

Impenn

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 1)

28.2.2012


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6199 – TowerBrook/York/Apollo/Monier)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 122/09

1.

Fil-11 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi TowerBrook Capital Partners (ir-Renju Unit) LLP (“TowerBrook”, ir-Renju Unit), York Capital Global Management Advisors, LLC (“York”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Apollo Global Management, LLC (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Monier (il-Ġermanja) permezz ta’ asta pubblika mħabbra fl-4 ta’ April 2011.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TowerBrook: investiment ta’ ekwità privata,

għal York: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment,

għal Apollo: investimenti tal-portafoll,

għal Monier: timmanifattura u tipprovdi madum għat-tisqif, komponenti għas-soqfa u sistemi għaċ-ċmieni u l-ventilazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6199 – TowerBrook/York/Apollo/Monier, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/12


Rettifika għall-Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (2011/C 64/08)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 64, tal-1 ta’ Marzu 2011 )

2011/C 122/10

Fil-paġna 11, fit-tabella wara l-punt 4, it-tielet kolonna:

minflok:

“Impriża”

aqra:

“Impenn”


20.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 122/12


Rettifika għall-Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' anti-dumping

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 352, tat-23 ta’ Diċembru 2010 )

2011/C 122/11

Fil-paġna 15, fit-tabella wara l-punt 4, it-tielet kolonna:

minflok:

“Impriża”

aqra:

“Impenn”