ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.114.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 114

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' April 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 114/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Marzu 2011 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni) (CON/2011/18)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 114/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 114/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

2011/C 114/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità disponibbli għat-tieni semestru tal-2011 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta' ċerti kwoti li fetħet l-Unjoni

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 114/05

Proċedura ta' stralċ – Deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura ta' stralċ fir-rigward ta' Apra Leven NV (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

9

2011/C 114/06

Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni fir-rigward ta' Apra Leven NV (Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq (dwar) ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2011/C 114/07

Avviż ta' reklutaġġ PE/140/S

12

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 114/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6063 – Itochu/Speedy) ( 2 )

13

2011/C 114/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6193 – TNK-BP/PVN/ConocoPhillips/NCS Pipeline) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

14

2011/C 114/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6126 – Thermo Fisher/Dionex Corporation) ( 2 )

15

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Marzu 2011

dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni)

(CON/2011/18)

2011/C 114/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Kodifikazzjoni) (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi r-regolament propost jirrigwarda d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Ir-regolament propost huwa kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (2). L-ebda bidla fis-sustanza ma saret lir-regoli eżistenti dwar id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro.

Waqt illi l-BĊE ġeneralment jilqa’ l-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni, huwa jinnota illi l-metodu ta’ kodifikazzjoni ma jippermettix li jsir tibdil sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 975/98. Madankollu l-BĊE huwa tal-fehma illi għandha ssir modifika lill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’Anness I tar-regolament propost, kif spjegat fl-Anness.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi jiġi emendat ir-regolament propost, qed tiġi stabbilita għal dan il-għan proposta għall-abbozzar fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Marzu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2010) 691 finali.

(2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda proposta mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 13 tar-Regolament propost

“(13)

Mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti għall-muniti tal-euro, il-valur tal-ħxuna biss huwa ta’ natura indikattiva, ġaladarba l-ħxuna attwali ta’ munita tiddependi minn dijametru u toqol preskritt,”

Spjegazzjoni

Waqt illi valuri indikattivi relatati mal-ħxuna tal-muniti setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stabbiliti fl-1998 meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġew adottati għall-ewwel darba, il-BĊE jirrakkomanda illi dawn il-valuri indikattivi jiġu issa sostitwiti mill-valuri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro, li huma magħrufin sew u użati bħala valuri ta’ referenza miz-zekek biex jipproduċu l-muniti.

Emenda 2

Anness I għar-Regolament propost.

“Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1

Valur fuq il-wiċċ (euro)

(…)

Spessur f’mm (2)

(…)

2

(…)

1,95

(…)

1

(…)

2,125

(…)

0,50

(…)

1,88

(…)

0,20

(…)

1,63

(…)

0,10

(…)

1,51

(…)

0,05

(…)

1,36

(…)

0,02

(…)

1,36

(…)

0,01

(…)

1,36

(…)

“Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1

Valur fuq il-wiċċ (euro)

(…)

Spessur f’mm (3)

(…)

2

(…)

2,20

(…)

1

(…)

2,33

(…)

0,50

(…)

2,38

(…)

0,20

(…)

2,14

(…)

0,10

(…)

1,93

(…)

0,05

(…)

1,67

(…)

0,02

(…)

1,67

(…)

0,01

(…)

1,67

(…)

Spjegazzjoni

Anness I għar-Regolament propost jirriproduċi t-tabella li tinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98. F’din it-tabella, il-ħxuna tal-muniti hija indikata fit-tielet kolonna, b’nota ta’ qiegħ il-paġna li ssemmi li l-valuri dwar il-ħxuna huma ta’ natura indikattiva. Waqt illi dawn il-valuri indikattivi setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stabbiliti fl-1998 meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġew adottati għall-ewwel darba, il-BĊE jirrakkomanda illi dawn il-valuri indikattivi jiġu issa sostitwiti mill-valuri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro, li huma magħrufin sew u użati bħala valuri ta’ referenza miz-zekek biex jipproduċu l-muniti.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  Il-valuri dwar l-ispessur huma indikattivi.”

(3)  


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 114/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.5.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 70/10

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Zmírnění škod způsobených v rezortu Ministerstva zemědělství povodněmi v letních měsících roku 2009

Il-bażi legali

1)

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na zmírnění škod způsobených povodněmi v letních měsících roku 2009

2)

Usnesení vlády České republiky č. 2 ze dne 4. ledna 2010 o finančním řešení zmírnění škod způsobených v rezortu Ministerstva zemědělství povodněmi v letních měsících roku 2009

3)

Zákon č. 218/2000 Sb., o rozpočtových pravidlech a o změně některý souvisejících zákonů

4)

Zákon č. 252/1997Sb., o zemědělství, ve znění zákona č. 385/2009 Sb.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

CZK 50 (f’miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.3.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31717

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Noroeste, Noreste, Madrid, Centro (E), Este, Sur, Canarias

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas para la recuperación del potencial forestal y la implantación de medidas preventivas (Medida 226 Desarrollo Rural)

Il-bażi legali

Marco Nacional de Desarrollo Rural 2007-2013 aprobado por la Decisión de la Comisión (2007) 5937 de 28 de noviembre de 2007; última actualización aceptada mediante carta de la Comisión Europea de 27 de noviembre de 2009

Programas de Desarrollo Rural de las 17 Comunidades Autónomas aprobados por Decisión de la Comisión

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 933,89 (f’miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Autoridades de gestion de los PDR

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.3.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32134 (2010/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Rahmenplan der „Gemeinschaftsaufgabe Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes (GAK)“

Förderung forstwirtschaftlicher Maßnahmen:

Förderung der Erstaufforstung

Förderung einer naturnahen Waldbewirtschaftung

Förderung der forstwirtschaftlichen Infrastruktur

Il-bażi legali

Rahmenplan der „Gemeinschaftsaufgabe Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes (GAK)“

Förderung forstwirtschaftlicher Maßnahmen:

Förderung der Erstaufforstung

Förderung einer naturnahen Waldbewirtschaftung

Förderung der forstwirtschaftlichen Infrastruktur

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 180,00 (f’miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 60,00 (f’miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Beihilfegewährung erfolgt durch die zuständigen Landesbehörden

Erstellung der Regelung erfolgt durch das Bundesministerium für Ernährung, Landwirtschaft und Verbraucherschutz

Rochusstrasse 1

53123 Bonn

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ April 2011

2011/C 114/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4434

JPY

Yen Ġappuniż

122,26

DKK

Krona Daniża

7,4574

GBP

Lira Sterlina

0,88360

SEK

Krona Żvediża

9,0125

CHF

Frank Żvizzeru

1,3129

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8125

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,435

HUF

Forint Ungeriż

265,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7091

PLN

Zloty Pollakk

3,9775

RON

Leu Rumen

4,1100

TRY

Lira Turka

2,1855

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3700

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3812

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,2155

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8446

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,8138

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 569,41

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6108

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,4374

HRK

Kuna Kroata

7,3666

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 489,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,3591

PHP

Peso Filippin

62,282

RUB

Rouble Russu

40,4985

THB

Baht Tajlandiż

43,432

BRL

Real Brażiljan

2,2711

MXN

Peso Messikan

16,9643

INR

Rupi Indjan

64,0710


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwantità disponibbli għat-tieni semestru tal-2011 għal ċerti prodotti fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta' ċerti kwoti li fetħet l-Unjoni

2011/C 114/04

Wara l-għoti ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-ewwel semestru tal-2011 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (1), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji koprew kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli għall-prodotti kkonċernati. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi kkalkolata, għal kull kwota kkonċernata, il-kwantità disponibbli għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru 2011 billi jitqiesu l-kwantitajiet mhux allokati li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta' Novembru 2010 għall-butir li joriġina minn New Zealand fil-kuntest tal-kwoti bin-numri 09.4195 u 09.4182, kif ukoll għall-prodotti tal-ħalib li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova fil-kuntest tal-kwota 09.4210.

Il-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2011 għat-tieni semestru tas-sena ta' importazzjoni ta' ċerti kwoti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huma indikati hawn isfel.


(1)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4210

1 500 000


Butir li joriġina min-New Zealand

Nru tal-kwota

Kwantità (kg)

09.4195

27 881 000

09.4182

33 612 000


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/9


Proċedura ta' stralċ

Deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura ta' stralċ fir-rigward ta' Apra Leven NV

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2011/C 114/05

Impriża tal-assigurazzjoni

Apra Leven NV

Indirizz:

Jan Van Rijswijcklaan 66

2018 Antwerpen

BELGIË

Il-fergħa ta':

Consell De Cent, 389

Planta PR, Puerta 2

08009 Barcelona

ESPAÑA

Data, dħul fis-seħħ u t-tip ta' deċiżjoni

L-4 ta' Marzu, skont l-Artikolu 26, § 1, subparagrafu 2, Nru 4, u l-Artikolu 43, § 1, Nru 1(a) u (b) tal-Att tad-9 ta' Lulju 1975, id-deċiżjoni ttieħdet mill-kumitat amministrattiv tal-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni biex tirrevoka l-liċenzja tal-fergħat kollha ta' Apra Leven. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata l-liċenzja tfisser li Apra Leven qed tiġi xolta awtomatikament skont l-Artikolu 48/12 tal-Att tad-9 ta' Lulju 1975.

Id-deċiżjoni hija b'effett immedjat.

Awtoritajiet kompetenti

Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen

Rue du Congrès/Congresstraat 12-14

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Awtorità superviżorja

Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen

Rue du Congrès/Congresstraat 12-14

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Likwidatur innominat

Actualic Bvba; indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fi: Bosbessenlaan 56, 1180 Ukkel; irrappreżentat mis-Sur Claude Desseille, u

Advocatenassociatie Nelissen Grade Cvba; indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fi: Ubicenter, Philipssite 5, 2de verdieping (it-tieni sular), 3001 Leuven, irrapreżentat mis-Sur Alexis Lefèbvre

suġġett għall-konferma mill-Qorti tal-Kummerċ ta' Antwerp (Rechtbank van Koophandel)

Dritt applikabbli

Id-dritt Belġjan – l-Artikolu 26, § 1, Nru 4, u l-Artikolu 43, § 1, Nru 1(a) u (b) tal-Att tad-9 ta' Lulju 1975

Perjodu ta' żmien permess għall-appell

Din id-deċiżjoni hija att legali amministrattiv kontra liema jista' jiġi sottomess appell lill-Kunsill tal-Istat. Skont id-Digriet tal-Kuruna tal-15 ta' Mejju 2003 li jirregola l-proċedura aċċellerata fil-każ ta' appell lill-Kunsill tal-Istat kontra ċerti deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni, l-appell għandu, bit-telf tad-dritt tar-revoka, jiġi sottomess permezz ta' ittra reġistrata lill-Kunsill tal-Istat (Wetenschapstraat 33, 1040 Brussels, Belgium) fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-deċiżjoni.

Tista' tiġi sottomessa wkoll applikazzjoni għas-sospensjoni tad-deċiżjoni lill-Kunsill tal-Istat. Din l-applikazzjoni trid tinkludi dikjarazzjoni tad-difiża u l-fatti, u trid tiġi sottomessa lill-Kunsill tal-Istat flimkien mal-istess dokument użat għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-annulament.

Fil-każ ta' persuni residenti fi Stat Membru ieħor, il-perjodu ta' żmien permess għas-sottomissjoni tal-appell jibda mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/11


Deċiżjoni dwar miżura ta' riorganizzazzjoni fir-rigward ta' Apra Leven NV

(Pubblikazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq (dwar) ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2011/C 114/06

L-impriża tal-assigurazzjoni

Apra Leven NV

Indirizz:

Jan Van Rijswijcklaan 66

2018 Antwerpen

BELGIË

Il-fergħa li tinsab f’

Consell De Cent, 389

Planta PR, Puerta 2

08009 Barcelona

ESPAÑA

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni

L-4 ta’ Marzu 2011, f’konformità mal-Artikolu 26 l-ewwel paragrafu, it-tieni subparagrafu, punt 2 tal-Att tad-9 ta’ Lulju 1975, Deċiżjoni tal-kumitat tal-ġestjoni tal-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Impriżi tal-Assigurazzjoni (Commission for Banking, Finance and Insurance – CFBA) biex jiġu sospiżi l-ftehimiet attwali kollha tal-assigurazzjoni bl-eċċezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem (a) fuq ħlasijiet tal-imgħax jew (b) tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni li l-impriża tal-assigurazzjoni għandha tagħti lid-detenturi tal-poloz jew lill-benefiċjarji f’konnessjoni mal-esekuzzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni li d-data tal-maturità tiegħu ngħalqet u – fil-każijiet imsemmija kemm taħt (a) kif ukoll taħt (b) – dejjem sakemm ikunu tħallsu l-primjums kollha.

Id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’effett immedjat.

Entitajiet kompetenti

Il-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Impriżi tal-Assigurazzjoni

Rue du Congrès/Congresstraat 12-14

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-awtorità superviżorja

Il-Kummissjoni għall-Banek, il-Finanzi u l-Impriżi tal-Assigurazzjoni

Rue du Congrès/Congresstraat 12-14

1000 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-amministratur maħtur

Mhux applikabbli

Il-liġi applikabbli

Il-liġi Belġjana – l-Artikolu 26, l-ewwel paragrafu, it-tieni subparagrafu, punt 2 tal-Att tad-9 ta’ Lulju 1975

Il-perjodu mogħti għall-appell

Din id-deċiżjoni hija att amministrattiv. Partijiet terzi jistgħu jressqu appell għall-annullament tiegħu quddiem il-Kunsill tal-Istat. F’konformità mad-Digriet tat-23 ta’ Awwissu 1948 li jirregola l-proċedura tal-appell quddiem is-sezzjoni tar-rikors amministrattiv tal-Kunsill tal-Istat, l-appell, suġġett għal estinzjoni, għandu jiġi ppreżentat b’ittra rreġistrata lill-Kunsill tal-Istat, (Wetenschapstraat 33, 1040 Brussell, Belgium) fi żmien sittin jum mid-data meta tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni.

Tista’ wkoll titressaq applikazzjoni għal sospensjoni tad-deċiżjoni quddiem il-Kunsill tal-Istat. Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni tad-difiża u tal-fatti u għandha titressaq quddiem il-Kunsill tal-Istat bl-istess strument li ntuża biex tressqet l-applikazzjoni għall-annullament.

Fir-rigward tal-persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor, il-perjodu biex jitressaq tal-appell jibda fid-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/12


Avviż ta' reklutaġġ PE/140/S

2011/C 114/07

Il-Parlament Ewropew qed jorganizza l-proċedura ta' għażla:

PE/140/S – Kap tal-Unità (AD 9) – L-Uffiċċju tal-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fid-Danimarka (Kopenħagen)

Din il-proċedura ta' għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal kors ta' grad Universitarju komplut iċċertifikat b'diploma uffiċjalment rikonoxxuta f'wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-kandidati jeħtieġ li, sad-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u minn meta jkunu kisbu l-kwalifika msemmija hawn fuq, ikollhom tal-anqas 10 snin esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet, li minnhom 3 snin jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni maniġerjali.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat bid-Daniż biss. It-test sħiħ jinsab f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 114 A b'din il-lingwa.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6063 – Itochu/Speedy)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 114/08

1.

Fl-1 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Itochu Corporation (“Itochu” il-Ġappun) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Speedy 1 Limited (“Speedy”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Itochu hija netwerk globali ta' sussidjarji u kumpaniji assoċjati, li flimkien, huma ingaġġati f'firxa wiesgħa ta' industriji, inter alia, tiswijiet awtomotivi u servizzi ta' sostituzzjoni u forniment bl-ingrossa ta' tajers ta' sostituzzjoni għal vetturi f'numru ta' pajjiżi Ewropej,

Speedy hija l-kumpanija possedenti ta' Kwik-Fit Group Limited, li hija prinċipalment attiva fit-tiswija awtomotiva u servizzi ta' sostituzzjoni fir-Renju Unit, fl-Olanda u fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6063 – Itochu/Speedy, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6193 – TNK-BP/PVN/ConocoPhillips/NCS Pipeline)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 114/09

1.

Fil-31 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha TNK Overseas Limited (“TNK”, Ċipru), sussidjarja li hija kompletament proprjetà ta' TNK-BP (TNK-BP, il-Federazzjoni Russa), kontrollata minn British Petroleum Group (“BP”, ir-Renju Unit) u Alfa, Access/Renova group (“AAR”, il-Federazzjoni Russa), PetroVietnam Gas Corporation (“PVN”, il-Vjetnamm) u ConocoPhillips Vietnam (“ConocoPhillips Vietnam”, il-Vjetnamm), kontrollati minn ConocoPhillips Company (ConocoPhillips, l-Istati Uniti tal-Amerika), jiksbu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta' Nam Con Son pipeline (“NCS Pipeline”, il-Vjetnamm), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TNK-BP: kumpanija taż-żejt vertikalment integrata,

għal PVN: esplorazzjoni, produzzjoni, ħażna, proċessar, trasportazzjoni u distribuzzjoni taż-żejt u l-gass fil-Vjetnamm,

għal ConocoPhillips: esplorazzjoni madwar id-dinja, produzzjoni, raffinar u kummerċjalizzazzjoni ta' riżorsi naturali,

għal NCS Pipeline: trasport u proċessar ta' gass naturali fil-Vjetnamm.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6193 – TNK-BP/PVN/ConocoPhillips/NCS Pipeline, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


12.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6126 – Thermo Fisher/Dionex Corporation)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 114/10

1.

Fl-4 ta’ April 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Thermo Fisher Scientific Inc. (“Thermo Fisher”, USA), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Dionex Corporation (“Dionex”, USA) kollha kemm hi permezz ta’ offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

fl-każ tal-impriża Thermo Fischer: manifattur ta' strumenti analitiċi, tagħmir xjentifiku, oġġetti tal-konsum, reaġenti, kif ukoll ta' servizzi u softwer għar-riċerka, għall-analiżi, għall-iskoperta u għad-dijanjostika,

fil-każ tal-impriża Dionex: manifattur ta' strumenti tal-kromatografija likwida (b'mod partikulari tal-kromatografija jonika), sistemi tal-preparazzjoni tal-kampjuni, oġġetti tal-konsum u softwer għall-analiżi kimika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6126 – Thermo Fisher/Dionex Corporation, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).