|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.113.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2011/C 113/01 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2011/C 113/02 |
||
|
2011/C 113/03 |
||
|
2011/C 113/04 |
||
|
2011/C 113/05 |
||
|
2011/C 113/06 |
||
|
2011/C 113/07 |
||
|
2011/C 113/08 |
||
|
2011/C 113/09 |
||
|
2011/C 113/10 |
||
|
2011/C 113/11 |
||
|
2011/C 113/12 |
||
|
2011/C 113/13 |
||
|
2011/C 113/14 |
||
|
2011/C 113/15 |
||
|
2011/C 113/16 |
||
|
2011/C 113/17 |
||
|
2011/C 113/18 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2011/C 113/19 |
||
|
2011/C 113/20 |
||
|
2011/C 113/21 |
||
|
2011/C 113/22 |
||
|
2011/C 113/23 |
||
|
2011/C 113/24 |
||
|
2011/C 113/25 |
||
|
2011/C 113/26 |
||
|
2011/C 113/27 |
||
|
2011/C 113/28 |
||
|
2011/C 113/29 |
||
|
2011/C 113/30 |
||
|
2011/C 113/31 |
||
|
2011/C 113/32 |
Kawża T-82/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2011 — Formica vs UASI — Silicalia (CompacTop) |
|
|
2011/C 113/33 |
||
|
2011/C 113/34 |
||
|
2011/C 113/35 |
||
|
2011/C 113/36 |
Kawża T-91/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2011 — Chimei InnoLux vs Il-Kummissjoni |
|
|
2011/C 113/37 |
||
|
2011/C 113/38 |
Kawża T-103/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2011 — Shang vs UASI (justing) |
|
|
2011/C 113/39 |
Kawża T-104/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — Ferrari vs UASI (PERLE’) |
|
|
2011/C 113/40 |
||
|
2011/C 113/41 |
Kawża T-5/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni vs Earthscan |
|
|
2011/C 113/42 |
||
|
2011/C 113/43 |
||
|
2011/C 113/44 |
Kawża T-316/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — HIM vs Il-Kummissjoni |
|
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2011/C 113/45 |
Kawża F-3/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni |
|
|
2011/C 113/46 |
Kawża F-12/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni |
|
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/1 |
2011/C 113/01
L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (Il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2010 — Südzucker AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-608/10)
2011/C 113/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Südzucker AG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domandi preliminari
|
(1) |
Il-proprjetarju ta’ ċertifikat ta’ esportazzjoni jkollu dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni biss jekk jiġi rreġistrat bħala esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni li tkun ġiet ippreżentata quddiem l-uffiċċju doganali kompetenti (Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999 (1))? |
|
(2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: L-Artikolu 78(1) u (3) tal-Kodiċi Doganali (2) jawtorizza reviżjoni a posteriori tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni sabiex jiġi emendat l-isem tal-esportatur inkluż fil-kaxxa 2 ta’ din id-dikjarazzjoni, u l-awtoritajiet doganali huma marbuta, f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, jirregolarizzaw is-sitwazzjoni u jwettqu rifużjoni fuq l-esportazzjoni? |
|
(3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: L-awtoritajiet doganali jistgħu jirregolarizzaw direttament is-sitwazzjoni fis-sens tal-Artikolu 78(3) tal-Kodiċi Doganali, jiġifieri jagħtu rifużjoni fuq l-esportazzjoni lill-esportatur mingħajr il-bżonn li tiġi rettifikata minn qabel id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129).
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2011 — Johann Bilker et vs EWE AG
(Kawża C-8/11)
2011/C 113/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Oldenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Johann Bilker et
Konvenuta: EWE AG
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpetat fis-sens li liġijiet u regolamenti ma humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva anki fil-każ fejn, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu, negozjant jirreferi għal liġijiet jew regolamenti li ġew adottati fir-rigward ta’ grupp ieħor ta’ konsumaturi jew ta’ tip ieħor ta’ kuntratt? Fil-każ ta’ inapplikabbiltà tad-Direttiva, l-esklużjoni tal-applikabbiltà tagħha testendi wkoll għar-rekwiżit ta’ tfassil ċar u sempliċi inkluż fl-Artikolu 5? |
|
(2) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u r-raba’ sentenza tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hemmx “klawżola sempliċi u ċara” jew li “livelli għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-appalti” ma humiex żgurati jekk negozjant jipprova jiġġustifika dritt unilaterali ta’ bidla fil-prezzijiet abbażi tal-fatt li, fil-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu, huwa jirreferi globalment għal regolament li ġie adottat fir-rigward ta’ grupp ieħor ta’ konsumaturi jew ta’ tip ieħor ta’ kuntratt, u li fih, barra minn hekk, ir-regola rilevanti għad-dritt ta’ bidla fil-prezzijiet ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ trasparenza? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
(2) Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Jannar 2011 — Leopold Sommer vs Landesgeschäftsstelle des Arbeitsmarktservice Wien
(Kawża C-15/11)
2011/C 113/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Leopold Sommer
Konvenuta: Landesgeschäftsstelle des Arbeitsmarktservice Wien
Domandi preliminari
|
(1) |
Fid-dawl tal-ewwel jew tat-tielet paragrafi tal-punt 14 tal-punt 1 Moviment liberu tal-persuni tal-Anness VI tal-lista prevista fl-Artikolu 20 tal-Protokoll (1): Miżuri tranżitorji — il-Bulgarija, tat-Trattat ta’ adeżjoni tal-Bulgarija, id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE (2), tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju tapplika fl-Awstrija fir-rigward ta’ student Bulgaru? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda; id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/114, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-impjieg ta’ barranin applikabbli fil-kawża prinċipali, tipprevedi fi kwalunkwe każ eżami tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol qabel ma jinħareġ għal persuna li tħaddem permess tax-xogħol ta’ student li jkun ilu iktar minn sena joqgħod fit-territorju federali (Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/114) u li barra minn hekk tissuġġetta l-ħruġ ta’ permess tax-xogħol għal kundizzjonijiet supplimentari fil-każ ta’ eċċess tan-numru massimu stabbilit ta’ barranin impjegati? |
(1) Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2005, L 157, p. 104).
(2) ĠU L 153M, p. 330.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Jannar 2011 — Markus Geltl vs Daimler AG
(Kawża C-19/11)
2011/C 113/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshofs
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Markus Geltl
Konvenuta: Daimler AG
Domandi preliminari
|
(1) |
Fir-rigward ta’ proċess mifrux fuq perijodu ta’ żmien intiż sabiex tiġi realizzata ċirkustanza partikolari jew sabiex jiġi pprovokat avveniment partikolari f’diversi fażijiet, l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6 (1) u tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/124 (2), għandha tkun ibbażata biss fuq il-kwistjoni ta’ jekk din iċ-ċirkustanza futura jew dan l-avveniment futur għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħrif ta’ natura preċiża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-direttivi u jekk, konsegwentement, għandux jiġi eżaminat jekk jistax jitqies b’mod raġjonevoli li din iċ-ċirkustanza futura jew avveniment futur humiex ser jipproduċu ruħhom, jew inkella li, fir-rigward ta’ tali proċess mifrux fuq perijodu ta’ żmien, xi fażijiet intermedjarji, li jeżistu diġà jew li diġà ġew prodotti u li huma marbuta mar-realizzazzjoni taċ-ċirkustanza futura jew tal-avveniment futur jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala tagħrif ta’ natura preċiża fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-direttivi? |
|
(2) |
L-espressjoni “jista’ b’mod raġjonevoli jiġi mistenni”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/124 tirrekjedi li l-probabbiltà titqies bħala predominanti jew ogħlja, jew inkella li l-kunċetti ta’ ċirkustanzi fejn jista’ b’mod raġjonevoli jiġi mistenni li ser jeżistu jew ta’ avveniment li jista’ b’mod raġjonevoli jiġi mistenni li ser jipproduċi ruħu għandhom jinftiehmu bħala li jimplikaw li l-grad ta’ probabbiltà jiddependi fuq il-portata tal-konsegwenzi għal min jipprovdi t-tagħrif u li, fejn il-probabbiltà li tiġi influwenzata l-kwotazzjoni fil-borża tkun għolja, huwa suffiċjenti li r-realizzazzjoni taċ-ċirkustanza futura jew tal-avveniment futur ma tkunx ċerta iżda lanqas ma tkun impossibbli? |
(1) Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367).
(2) Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq. Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 348).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Fleischkontor Moksel GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-23/11)
2011/C 113/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fleischkontor Moksel GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-detentur ta’ liċenzja tal-esportazzjoni għandu dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni biss meta huwa rreġistrat bħala esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni ppreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti (Artikolu 5(7) tar-Regolament Nru 800/1999 (1))? |
|
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-uffiċċju doganali prinċipali (Hauptzollamt) responsabbli mir-rifużjoni huwa marbut bir-rettifika li saret sussegwentement, mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni, tar-referenza li tinsab fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni? |
|
(3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: id-dipartiment kompetenti għar-rifużjoni huwa intitolat, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, li jinterpreta b’mod litterali r-referenza li tinsab fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u jirrifjuta it-talba għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni minħabba li l-persuna li ressqet it-talba għar-rifużjoni ma huwiex l-esportatur tal-prodotti koperti minn din it-talba, jew inkella għandu l-obbligu, li fejn ikun hemm kunflitt bejn id-deskrizzjoni tal-esportatur fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u d-dokument preċedenti li għalih ssir referenza fil-kaxxa 40 u/jew id-detentur tal-liċenzja tal-esportazzjoni indikat fil-kaxxa 44, li jikkonsulta lil min ressaq it-talba għar-rifużjoni fuq dan il-punt u, jekk meħtieġ, jikkoreġi ex officio r-referenza fil-kaxxa 2 tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Belgische Petroleum Unie VZW et vs Belgische Staat
(Kawża C-26/11)
2011/C 113/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
|
Rikorrent |
: |
Belgische Petroleum Unie VZW et |
||||
|
Konvenut |
: |
Belgische Staat |
||||
|
Partijiet Intervenjenti |
: |
|
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, kif ukoll, fejn ikun il-każ, l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 26(2), 28 u 34 sa 36 TFUE għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni leġiżlattiva li bis-saħħa tagħha kull kumpannija rreġistrata taż-żejt li tipprovdi prodotti tal-petrol u/jew prodotti tad-diesel għall-konsum tkun obbligata li fl-istess sena kalendarja tipprovdi kwantità ta’ biokarburanti sostenibbili għal konsum, jiġifieri bio-ethanol pur jew fil-forma ta’ bio-ETBE, li jammonta għal mhux inqas għal minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tal-petrol ipprovduti għall-konsum, u FAME li jammonta għal mhux inqas minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tad-diesel ipprovduti għall-konsum? |
|
(2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħatalha risposta negattiva, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti teknici u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika, minkejja l-ewwel inċiż tal-Artikolu 10(1) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifkata b’abozz tal-istandard li abbażi tiegħu kull kumpannija rreġistata taż-żejt li tipprovdi prodotti tal-petrol u/jew prodotti tad-diesel għall-konsum hija obbligata li fl-istess sena kalendarja tipprovdi kwantità ta’ biokarburanti sostenibili għal konsum, jiġifieri bio-ethanol pur jew fil-forma ta’ bio-ETBE, li jammonta għal mhux inqas minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tal-petrol ipprovduti għall-konsum, u FAME li jammonta għal mhux inqas minn 4 % vol/vol tal-kwantità ta’ prodotti tad-diesel ipprovduti għall-konsum? |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și Fiscal (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Sfichi Aurora Elena vs Direcția Generală a Finanțelor publice Suceava — Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului Pentru Mediu
(Kawża C-29/11)
2011/C 113/08
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunal Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și Fiscal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sfichi Aurora Elena
Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor publice Suceava — Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului Pentru Mediu
Domandi preliminari
|
(1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika, direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra, taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li jkollha l-karatteristiċi bħal dik tat-taxxa fuq it-tniġġis stabbilita bl-Ordonanța de Urgență Nru 50/2008, kif emendata u aġġornata, taxxa li hija imposta meta vettura użata u preċedentement irreġistrata fi Stati Membri oħra tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fir-Rumanija, sa fejn il-vetturi użati rreġistrati fir-Rumanija ma humiex suġġetti għal din it-taxxa jekk huma s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet u qed jerġgħu jiġu rreġistrati? |
|
(2) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), intiż sabiex jelimina l-elementi ta’ natura li jipproteġu s-suq nazzjonali u li jippreġudikaw il-prinċipji ta’ kompetizzjoni, jipprekludi li tiġi stabbilita taxxa fuq it-tniġġis tal-vetturi b’mutur, li hija imposta meta vettura użata u preċedentement irreġistrata fi Stati Membri oħra tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fir-Rumanija, fid-dawl tal-fatt li l-Ordonanța de Urgență Nru 50/2008 teżenta mill-obbligu tal-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis “il-vetturi b’mutur M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro [4] u kapaċità ċilindrika li ma taqbiżx 2 000 cm3, kif ukoll kull vettura oħra b’mutur N1 li għandha standard ta’ tniġġis Euro 4, irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009 inkluż”, jiġifieri kategorija ta’ vetturi li għandhom il-karatteristiċi tekniċi ta’ vetturi prodotti fir-Rumanija, biex b’hekk tiffavorixxi s-settur nazzjonali tal-produzzjoni tal-vetturi? |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal di Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și fiscal (ir-Rumanija) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Adrian Ilaș vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-30/11)
2011/C 113/09
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunal di Suceava Secția comercială, de contencios administrativ și fiscal.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Adrian Ilaș
Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Suceava Administrația Finanțelor Publice Suceava u Administrația Fondului pentru Mediu.
Domandi preliminari
|
(1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika, direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra, taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lil Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa li jkollha l-karatteristiċi bħal dik tat-taxxa fuq it-tniġġis stabbilita bl-Ordonanța de Urgență Nru 50/2008, kif emendata u aġġornata, taxxa li hija imposta meta vettura użata u preċedentement irreġistrata fi Stati Membri oħra tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fir-Rumanija, sa fejn il-vetturi użati rreġistrati fir-Rumanija ma humiex suġġetti għal din it-taxxa jekk huma s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet u qed jerġgħu jiġu rreġistrati? |
|
(2) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 90 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), intiż sabiex jelimina l-elementi ta’ natura li jipproteġu s-suq nazzjonali u li jippreġudikaw il-prinċipji ta’ kompetizzjoni, jipprekludi li tiġi stabbilita taxxa fuq it-tniġġis tal-vetturi b’mutur, li hija imposta meta vettura użata u preċedentement irreġistrata fi Stati Membri oħra tiġi rreġistrata għall-ewwel darba fir-Rumanija, fid-dawl tal-fatt li l-Ordonanța de Urgență Nru 50/2008 teżenta mill-obbligu tal-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis “il-vetturi b’mutur M1 li għandhom standard ta’ tniġġis Euro [4] u kapaċità ċilindrika li ma taqbiżx 2 000 cm3, kif ukoll kull vettura oħra b’mutur N1 li għandha standard ta’ tniġġis Euro 4, irreġistrati għall-ewwel darba fir-Rumanija jew fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea matul il-perijodu bejn il-15 ta’ Diċembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009 inkluż”, jiġifieri kategorija ta’ vetturi li għandhom il-karatteristiċi tekniċi ta’ vetturi prodotti fir-Rumanija, biex b’hekk tiffavorixxi s-settur nazzjonali tal-produzzjoni tal-vetturi? |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2011 — Marianne Scheunemann vs Finanzamt Bremerhaven
(Kawża C-31/11)
2011/C 113/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marianne Scheunemann
Konvenut: Finanzamt Bremerhaven
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56(1) flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tas-suċċessjoni applikabbli għal wirt, is-sehem fi proprjetà privata, miżmum minn persuna bħala l-uniku azzjonist ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha u t-tmexxija tagħha fil-Kanada, huwa stmat fil-valur sħiħ tiegħu, filwaqt li, jekk tali sehem huwa miksub f’kumpannija b’kapital azzjonarju li għandha s-sede tagħha u t-tmexxija tagħha fit-territorju nazzjonali, jingħata tnaqqis marbut mal-proprjetà u jittieħed inkunsiderazzjoni biss 65 % tal-valur residwu?
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-26 ta’ Jannar 2011 — Inter-Environnement Wallonie ASBL, Terre wallonne ASBL vs Région wallonne
(Kawża C-41/11)
2011/C 113/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Inter-Environnement Wallonie ASBL, Terre wallonne ASBL
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
Il-Conseil d’État,
|
— |
li quddiemu jiġi ppreżentat rikors għall-annullament ta’ digriet tal-Gvern ta’ Wallonie tal-15 ta’ Frar 2007, li jemenda l-Ktieb II tal-Kodiċi tal-Ambjent li jistabbilixxi l-Kodiċi tal-Ilma, fir-rigward tal-ġestjoni sostenibbli tan-nitroġenu fl-agrikoltura, |
|
— |
li jikkonstata li dan id-digriet ġie adottat mingħajr osservanza tal-proċedura pprovduta fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) u li, għal din ir-raġuni, imur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi annullat, |
|
— |
iżda li fl-istess waqt jikkonstata li d-digriet ikkontestat jipprovdi implementazzjoni xierqa tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2), |
|
— |
jista’ jipposponi fiż-żmien l-effetti tal-annullament ġudizzjarju għall-perijodu qasir li huwa neċessarju għat-tfassil mill-ġdid tal-att annullat sabiex iżomm fid-dritt ambjentali tal-Unjoni ċerta implementazzjoni konkreta mingħajr interruzzjoni tal-kontinwità? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Assane Samb
(Kawża C-43/11)
2011/C 113/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Parti fil-kawża prinċipali
Assane Samb
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu li ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed fl-Istat Membru illegalment jista’ jiġi ssanzjonat b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ erba’ snin fil-każ fejn ma josservax l-ewwel ordni tal-Questore, u b’piena ta’ priġunerija sa massimu ta’ ħames snin għan-nuqqas ta’ osservanza tal-ordnijiet sussegwenti (flimkien mal-obbligu għall-pulizija ġudizzjarja li jarrestaw lill-persuna in flagrante delicto) minħabba s-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tiegħu fil-proċedura tat-tkeċċija u b’mod partikolari minħabba s-sempliċi nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tneħħija tal-awtoritajiet amministrattivi?
(1) ĠU L 348, p. 98.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Timișoara (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Frar 2011 — SC Volksbank România SA vs Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor CRPC Arad Timiș
(Kawża C-47/11)
2011/C 113/13
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Timișoara (ir-Rumanija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Volksbank România SA
Konvenuta: Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor CRPC Arad Timiș
Domandi preliminari
|
(1) |
L-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2008/48 (1) għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jipprovdu li l-liġi nazzjonali li tittrasponi d-direttiva hija applikabbli wkoll għall-kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi? |
|
(2) |
L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi armonizzazzjoni totali fil-qasam tal-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur, liema armonizzazzjoni ma tippermettix lill-Istati Membri:
|
|
(3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija negattiva, il-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru huwa prekluż milli jimponi fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu miżuri li jipprojbixxu fil-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur l-applikazzjoni ta’ kummissjonijiet bankarji li ma humiex parti mil-lista ta’ kummissjonijiet permessi, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat inkwistjoni? |
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Ivrea (l-Italja) fl-4 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Lucky Emegor
(Kawża C-50/11)
2011/C 113/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Ivrea
Parti fil-kawża prinċipali
Lucky Emegor
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-prinċiji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva Komunitarja 2008/115/KE (1) jipprekludu l-possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed fit-territorju nazzjonali illegalment jista’ jiġi ssuġġettat għal piena ta’ priġunerija sa erba’ snin f’każ ta’ inosservanza tal-ordni inizjali tal-Questore ta’ tkeċċija mit-territorju nazzjonali fi żmien ħamest ijiem min-notifika, jew għal piena ta’ priġunerija minn sena sa ħames snin għall-inosservanza tal-ordnijiet suċċessivi, bl-obbligu ta’ arrest immedjat mill-pulizijia ġudizzjarja, bħala konsegwenza għan-nuqqas biss tiegħu li jikkollabora fil-proċedura ta’ deportazzjoni u b’mod partikolari għan-nuqqas ta’ osservanza tal-ordni amministrattiva ta’ tkeċċija?
(1) ĠU L 348, p. 98
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Ragusa (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Mohamed Mrad
(Kawża C-60/11)
2011/C 113/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Ragusa
Parti fil-kawża prinċipali
Mohamed Mrad
Domandi preliminari
|
(1) |
Id-Direttiva 2008/115/KE (1) għandha titqies li hija direttament applikabbli fl-ordinament intern tal-Istat Taljan sa mill-25.12.2010 jew le? |
|
(2) |
L-Artikolu 14(5)(c) u (5)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/98 kif suċċessivament emendat huwa inkompatibbli mal-Artikoli 15 u 16 tad-direttiva Komunitarja hawn fuq imsemmija, bil-konsegwenza li l-qorti hija obbligata ma tapplikax il-leġiżlazzjoni interna? |
(1) ĠU L 348, p. 98.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Trento fl-10 ta’ Frar 2011 — proċeduri kriminali kontra El Dridi Hassen magħruf bħala Karim Soufi
(Kawża C-61/11)
2011/C 113/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte di Appello di Trento
Parti fil-kawża prinċipali
El Dridi Hassen magħruf bħala Karim Soufi
Domandi preliminari
Fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni legali, li l-għan tiegħu huwa li jintlaħqu l-għanijiet tad-direttiva, u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ adegwatezza u ta’ fondatezza tal-piena, l-Artikoli 15 u 16 jipprekludu:
|
(1) |
il-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet kriminali għall-ksur ta’ stadju intermedjarju tal-proċedura amministrattiva tar-ritorn, qabel ma tkun ġiet kompluta tali proċedura, billi jsir rikors għall-iktar miżura restrittiva amministrattiva li tkun għadha possibbli? |
|
(2) |
il-possibbiltà li tiġi imposta piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn erba’ snin għas-sempliċi nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-persuna kkonċernata fil-proċedura ta’ tneħħija, u b’mod partikolari, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-ewwel ordni ta’ ripatrijazzjoni maħruġa mill-awtorità amministrattiva? |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/8 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-64/11)
2011/C 113/17
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u J. Baquero Cruz, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li, billi adottat l-Artikolu 17(1) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta’ Marzu, dwar l-approvazzjoni tat-test ikkonsolidat tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE); |
|
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jipprovdu sistema speċjali applikabbli għal qligħ kollu mhux realizzat fuq l-attivi tal-kumpanniji li jittrasferixxu r-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom fi Spanja sabiex ikompluhom fi Stat Membru ieħor, jew li jitrasferixxu l-attivi tagħhom fi Stat Membru ieħor. F’dawn il-każijiet, l-Istat Spanjol jintaxxa dan il-qliegħ kollu mhux realizzat fil-mument tat-tluq, b’tali mod li l-kumpanniji kkonċernati għandhom iħallsu dejn fiskali fuq dħul mhux realizzat u ipotetiku, li jista’ jkun li qatt ma jirrealizza ruħu. Din is-sistema tikkostitwixxi eċċezzjoni għar-regola ġenerali li tgħid li huwa d-dħul li l-persuna taxxabbli effettivament tagħmel matul il-perijodu taxxabbli li għandu jiġi ntaxxat.
Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-aspett tal-leġiżlazzjoni Spanjola huwa inkompatibbli mat-TFUE u mal-Ftehim ŻEE, għaliex din hija miżura diskriminatorja u f’kull każ restrizzjoni sproporzjonata għal-libertà ta’ stabbiliment. Il-leġiżlazzjoni Spanjola tista’ tostakola movimenti ta’ impriżi jew ta’ attivi li jistgħu jippermettu distribuzzjoni aħjar tar-riżorsi ekonomiċi.
Skont il-Kummissjoni, il-kumpanniji għandu jkollhom id-dritt li jittrasferixxu l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jew l-attivi individwali tagħhom fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollhom għalfejn jissuġġettaw ruħhom għal proċeduri eċċessivament kumplessi u li jiswew il-flus. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li ma hemm xejn li jiġġustifika l-ġbir immedjat tat-taxxi fuq il-qligħ kollu mhux realizzat fil-każ tat-trasferiment tas-sede ta’ kumpannija Spanjola lejn Stat Membru ieħor jew fil-każ ta’ waqfien tal-attività tal-istabbiliment fiss fit-territorju Spanjol jew ta’ trasferiment tal-attivi tagħha fit-territorju Spanjol lejn Stat Membru ieħor, jekk dan it-tip ta’ intaxxar ma jeżistix f’sitwazzjonijiet nazzjonali paragunabbli.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/9 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-74/11)
2011/C 113/18
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li billi aċċettat l-inklużjoni fil-gruppi tal-VAT ta’ persuni li ma humiex suġġetti għall-VAT u billi llimitat is-sistema ta’ reġistrazzjoni bħala grupp għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ assigurazzjoni, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1); |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112/KE, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli waħidha grupp ta’ diversi persuni li, filwaqt li huma indipendenti mill-perspettiva legali, ikun hemm rabta mill-qrib bejniethom fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u tal-organizzazzjoni. L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ persuna taxxabbli.
Skont il-Kummissjoni, id-Direttiva 2006/112/KE ma tippermettix li jiġu inklużi persuni li ma humiex taxxabbli fil-gruppi tal-VAT u li d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni taxxabbli jiġu estiżi għal persuni li ma humiex taxxabbli. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni Finlandiża li tippermetti li persuni li ma humiex taxxabbli jiġu inklużi fi grupp tal-VAT tmur kontra d-Direttiva. L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni hija wkoll konformi mal-għan tal-Artikolu 11 tas-simplifikazzjoni amministrattiva u tal-prevenzjoni ta’ frodi.
Is-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ gruppi prevista mil-leġiżlazzjoni Finlandiża hija wkoll kuntrarja għall-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112/KE inkwantu l-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar il-VAT tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni bħala grupp tal-VAT għal impriżi li joperaw fis-settur finanzjarju jew tal-assigurazzjoni. Skont il-Kummissjoni, is-sistema ta’ reġistrazzjoni bħala grupp għandha tkun tista’ tiġi applikata għall-impriżi kollha stabbiliti fi Stat Membru, indipendentement mit-tip ta’ attività li huma jeżerċitaw. Is-sistema komuni tal-VAT hija sistema uniformi u regolamentazzjoni partikolari introdotta f’din is-sistema għandha, ġeneralment, ikollha applikazzjoni ġenerali. Ma hemm xejn fil-kliem tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT li jindika li Stat Membru jista’ jillimita l-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-grupp tal-VAT għal ċerti impriżi li joperaw f’settur partikolari. L-għan tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT jiffavorixxi wkoll interpretazzjoni fis-sens li dan l-artikolu jipprevedi l-impriżi kollha, tas-setturi kollha. Peress li jillimitaw ir-reġistrazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ gruppi, ir-regoli tal-leġiżlazzjoni Finlandiża fil-qasam tal-VAT jiksru wkoll il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jeżiġi t-trattament ugwali.
(1) ĠU L 347, p. 1.
Il-Qorti Ġenerali
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Siemens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-110/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Tqassim tas-suq - Effetti fi ħdan is-suq komuni - Kunċett ta’ ksur kontinwat - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Multi - Proporzjonalità - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ mexxej - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)
2011/C 113/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Siemens AG (Berlin u Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Brinker, T. Loest u C. Steinle, sussegwentement minn I. Brinker u C. Steinle, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Arbault u O. Weber, sussegwentement minn X. Lewis u R. Sauer, u fl-aħħar minn R. Sauer u A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgears insulati bil-gass), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Siemens AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Areva et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-117/07 u 121/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur - Multi - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ mexxej - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)
2011/C 113/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Areva, kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata (Pariġi, Franza); Areva T & D Holding SA (Pariġi); Areva T & D SA (Pariġi); Areva T & D AG (Oberentfelden, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Schild u J.-M. Cot, avukati); u Alstom, kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Derenne, avukat, W. Broere, solicitor, A. Müller-Rappard u C. Guirado, avukati, sussegwentement minn J. Derenne u A. Müller-Rappard)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: inizjalment minn X. Lewis u F. Arbault, sussegwentement minn X. Lewis, u finalment minn V. Bottka u N. Von Lingen, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ZEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgear insulat bil-gass), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
Il-Kawżi T-274/08 u T-275/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(b) u (ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ZEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgear insulat bil-gass), huwa annullat. |
|
(3) |
Għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(b) sa (f) tad-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali, għandhom jingħataw il-multi li ġejjin:
|
|
(4) |
Il-bqija tar-rikorsi huma miċħuda. |
|
(5) |
Fil-Kawża T-117/07, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati 10 % mill-ispejjeż ta’ Areva, ta’ Areva T & D Holding, ta’ Areva T & D SA u ta’ Areva T & D AG u 10 % mill-ispejjeż tagħha. Areva, Areva T & D Holding, Areva T & D SA u Areva T & D AG għandhom ibatu 9 % mill-ispejjeż tagħhom u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Fil-Kawża T-121/07, il-Kummissjoni għandha tbati 10 % mill-ispejjeż ta’ Alstom u 10 % mill-ispejjeż tagħha. Alstom għandha tbati 90 % mill-ispejjeż tagħha u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-122/07 sa 124/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear insulat bil-gass - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE - Tqassim tas-suq - Effetti fi ħdan is-suq komuni - Kunċett ta’ ksur kontinwat - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Multi - Proporzjonalità - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni - Drittijiet tad-difiża)
2011/C 113/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Siemens AG Österreich (Vjenna, l-Awstrija) (Kawża T-122/07); VA Tech Transmission & Distribution GmbH Co. KEG (Vjenna) (Kawża T-122/07); Siemens Transmission & Distribution Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (Kawża T-123/07); Siemens Transmission & Distribution SA (Grenoble, Franza) (Kawża T-124/07); u Nuova Magrini Galileo SpA (Bergamo, l-Italja) (Kawża T-124/07) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault u O. Weber, sussegwentement X. Lewis u A. Antoniadis, u finalment A. Antoniadis u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
B’mod prinċipali, talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ZEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgear insulat bil-gass), kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
(1) |
L-Artikolu 1(m), (p), (q), (r) u (t) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ZEE (Każ COMP/F/38.899 — Switchgear insulat bil-gass), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat ksur fih, minn Siemens AG Österreich, minn VA Tech Transmission & Distribution GmbH Co. KEG, minn Siemens Transmission & Distribution Ltd, minn Siemens Transmission & Distribution SA u minn Nuova Magrini Galileo SpA, għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(j), (k) u (l) tad-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali huwa annullat. |
|
(3) |
Għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(m), (p), (q), (r) u (t) tad-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali, huma imposti l-multi li ġejjin:
|
|
(4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
(5) |
Fil-Kawża T-122/07, il-Kummissijoni Ewropea għandha tbati 10 % mill-ispejjeż ta’ Siemens AG Österreich u ta’ VA Tech Transmission & Distribution GmbH Co. KEG u 10 % mill-ispejjeż tagħha. Siemens AG Österreich u VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG għandhom ibatu 90 % mill-ispejjeż tagħhom u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Fil-Kawża T-123/07, il-Kummissjoni għandha tbati 10 % mill-ispejjeż ta’ Siemens Transmission & Distribution Ltd u 10 % mill-ispejjeż tagħha. Siemens Transmission & Distribution Ltd għandha tbati 90 % mill-ispejjeż tagħha u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. |
|
(7) |
Fil-Kawża T-124/07, il-Kummissjoni għandha tbati 20 % mill-ispejjeż ta’ Siemens Transmission & Distribution SA u ta’ Nuova Magrini Galileo u 20 % mill-ispejjeż tagħha. Siemens Transmission & Distribution SA u Nuova Magrini Galileo għandhom ibatu 80 % mill-ispejjeż tagħhom u 80 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-387/07) (1)
(FEŻR - Tnaqqis f’għajnuna finanzjarja - Sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugal - Rikors għal annullament - Spejjeż effettivament sostnuti - Klawżola ta’ arbitraġġ)
2011/C 113/22
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u L. Flynn, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fir-rigward tas-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Caixa Geral de Depósitos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/07) (1)
(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall - Rikors għal annullament - Interess dirett - Inammissibbiltà - Klawżola ta’ arbitraġġ)
2011/C 113/23
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Caixa Geral de Depósitos, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz, F. Ponce de Leão Paulouro u C. Farinhas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, P. Guerra u Andrade, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parziali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) dwar is-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995, u talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumplament tal-għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 238 KE.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
Caixa Geral de Depósitos, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(3) |
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-589/08) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Għoti ta’ servizzi tal-informatika u ta’ għajnuna lill-utenti fir-rigward tas-sistema Komunitarja tal-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjoni - Ċaħda tal-offerta - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza)
2011/C 113/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, Katsimani u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2008, li jiċħdu l-offerti mressqa mir-rikorrenti fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet lottijiet fil-kuntest tas-sejħa għal offerti miftuħa DG ENV.C2/FRA/2008/0017 “Kuntratt qafas dwar is-sistema tal-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni — CITL/CR” (2008/S 72-096229) u li dawn l-kuntratti jingħataw lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — RapidEye vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-330/09) (1)
(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi skont il-qafas multisettorjali ta’ għajnuna reġjonali - Proġett ta’ sistema ta’ ġeo-informazzjoni permezz ta’ satellita - Talba għal konferma tal-portata ta’ deċiżjoni li tiddikjara għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni - Risposta tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)
2011/C 113/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: RapidEye AG (Brandenburg an der Havel, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Jestaedt, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2009, dwar l-għajnuna mogħtija lil RapidEye AG mingħand l-awtoritajiet Ġermaniżi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġeo-informazzjoni permezz ta’ satellita (Għajnuna mill-Istat CP 183/2009 — Il-Ġermanja; RapidEye AG (Kontroll ex-post MSR 1998 — N 416/2002)).
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
(2) |
RapidEye AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011 — Lux Management vs UASI Zeis Excelsa (KULTE)
(Kawża T-130/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ftehim ta’ koeżistenza tat-trade marks u rtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 113/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lux Management Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Mas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Zeis Excelsa SpA (Montegranaro, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Jannar 2010 (Każ R 712/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zeis Excelsa SpA u Lux Management Holding SA.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
(2) |
Lux Management Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/13 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2011 — Abercrombie & Fitch Europe vs UASI — Gilli (GILLY HICKS)
(Kawża T-336/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 113/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, D. Stone u L. Ritchie, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gilli Srl (Milano, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 832/2008-1) dwar proċedimenti ta’oppożizzjoni bejn Gilli Srl u Abercrombie & Fitch Europe SA.
Dispożittiv
|
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
(2) |
Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/14 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-520/10 R)
(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzali’ favurihom - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumis boni juris - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)
2011/C 113/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Ricorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Lage, H. Brokelmann u A. Rincón García Loygorri, avukati)
Konvenuta: il-Kummissjoni Erwropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010, innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw il-faħam ta’ oriġni nazzjonali.
Dispożittiv
|
(1) |
Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón huma ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Europea. |
|
(2) |
Kopja tad-dokumenti kollha tal-proċedura ser tintbagħat mir-Reġistratur, lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv. |
|
(3) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/14 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011 — Nencini vs Il-Parlament
(Kawża T-560/10 R) (1)
(Miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar - Talba għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)
2011/C 113/29
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino di Mugello, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, A. Caiola u D. Moore, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni mill-eżekuzzjoni ta’ numru ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li jordnaw ir-restituzzjoni ta’ kumpensi parlamentari li ġew indebitament miġbura.
Dispożittiv
|
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
(1) ĠU C @@, @@.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/15 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — Erich Kastenholz vs UASI — qwatchme (kwadranti ta’ arloġġ)
(Kawża T-68/11)
2011/C 113/30
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Erich Kastenholz (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Acker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: qwatchme A/S (Vejle East, id-Danimarka)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Novembru 2010, fil-Każ R 1086/2009-3; |
|
— |
tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex isir l-eżami tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur invokata mir-rikorrenti, liema protezzjoni ma ġietx analizzata b’mod xieraq mill-imsemmija diviżjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Komunitarju Nru 602636-0003, li jirrapreżenta l-kwadrant ta’ arloġġ
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: qwatchme A/S
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-rikorrent
Motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 25(1)(b), u tal-Artikolu 4, kif ukoll tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 (1) minħabba n-nuqqas ta’ novità u l-ksur tad-drittijiet fuq ix-xogħol artistiku ta’ Paul Heimbach, stabbiliti permezz tal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 25(1)(b) u tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 inkwantu l-Bord tal-Appell ma għamilx, fid-deċiżjoni tiegħu, distinzjoni xierqa bejn il-karatteristiċi tan-“novità” u l-“karattru individwali” u kif ukoll ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2006 inkwantu la l-Bord tal-Appell u lanqas id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI ma analizzaw kif meħtieġ jekk id-disinn Komunitarju kienx jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar id-drittijiet tal-awtur.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/15 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2011 — Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)
(Kawża T-72/11)
2011/C 113/31
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sogepi Consulting y Publicidad, SL (Vic, Spanja) (rappreżentanti: J. P de Oliveira Vaz Miranda Sousa, T. Barceló Rebaque u N. Esteve Manasanch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla u tirrevoka d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 312/2010-2; |
|
— |
konsegwentement tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 114 572“ESPETEC”, u |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali “ESPETEC”, għal prodotti fil-klassi 29.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark irrifjutata.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-terminu “ESPETEC” ma għandux karattru distintiv jekk jiġi kkunsidrat indipendentement mill-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni u ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 peress li hemm żnaturament u evalwazzjoni żbaljata tal-provi tal-użu fis-suq tat-trade mark “ESPETEC”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/16 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2011 — Formica vs UASI — Silicalia (CompacTop)
(Kawża T-82/11)
2011/C 113/32
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Formica, SA (Galdakao, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Silicalia, SL (Valencia, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2010, fil-Każ R 1083/2010-1 mar-Regolament KE Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja; |
|
— |
taċċetta l-inklużjoni fir-reġistru tat-trade mark Komunitarja Nru 6 524 243 CompacTop, imħallta, għall-klassi 20 u, |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti insostenn tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CompacTop” għall-prodotti fil-klassi 20.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Silicalia, SL.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi Komunitarja u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “COMPACquartz”, “COMPACMARMOL&QUARTZ” u “COMPAC MARMOL&QUARTZ” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 27, 35, 37 u 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) sa fejn ma hemmx xebh u lanqas probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkontestati.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/16 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2011 — Antrax It vs UASI — Heating Company (Radjaturi għat-tisħin)
(Kawża T-83/11)
2011/C 113/33
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heating Company BVBA (The) (Dilsen, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010, fil-parti li fiha ddikjarat l-invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0001. |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010, fil-parti li fiha kkundannat lil Antrax IT s.r.l. għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti minn The Heating Company BVBA fil-proċedimenti quddiem l-UASI. |
|
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-The Heating Company BVBA għall-ispejjeż tal-kawża favur Antrax It s.r.l., flimkien ma’ spejjeż oħra legali. |
|
— |
tikkundanna lil The Heating Company BVBA għall-ispejjeż tal-kawża favur Antrax It s.r.l., flimkien ma’ spejjeż oħra legali, li ġew sostnuti minn din tal-aħħar fil-proċedimenti quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju Nru 000593959/0001 (radjaturi għat-tisħin).
Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: The Heating Company BVBA
Motivazzjoni għat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn Komunitarju kkontestat ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 4-9 tar-Regolament dwar trade marks u disinni Komunitarji (RDK), u jirriżulta nieqes minn karattru distintiv fir-rigward tad-disinn Ġermaniż Nru 5 li jinsab fir-reġistrazzjoni kollettiva Nru 401 10481.8, ippubblikata fuq talba ta’ The Heating Company BVBA u l-istess fi Franza, fl-Italja u fil-Benelux, bħala trade mark internazzjonali Nru DM/060899.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju kkonċernat iddikjarat invalidu.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata ddikjarata nulla u d-disinn Komunitarju ddikjarat null.
Motivi invokati: l-eżistenza tal-karattru individwali tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0001.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/17 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2011 — Antrax It vs UASI — Heating Company (Radjaturi għat-tisħin)
(Kawża T-84/11)
2011/C 113/34
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heating Company BVBA (The) (Dilsen, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010, fil-parti fejn iddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 000593959-0002 |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Novembru 2010 fil-parti fejn ikkundanna lil Antrax IT s.r.l għall-ħlas tal-ispejjż sostnuti minn The Heating Company BVBA fil-proċedimenti quddiem l-UASI |
|
— |
tikkundanna lill-UASI u lil The Heating Company għall-ħlas lil Antrax It s.r.l tal-ispejjeż ta’ din il-kawża |
|
— |
tikkundanna lil The Heating Company BVBA għall-ħlas lil Antrax It s.r.l tal-ispejjeż sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem l-UASI. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komuniatrju Nru 000593959-0002 (radjaturi għat-tisħin)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: The Heating Company BVBA
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: id-disinn Komunitarju kkontestat ma josservax il-ħtiġijiet tal-Artikoli 4 sa 9 tar-regolament dwar id-disinji Komunitarji (RDK), peress li huwa kważi identiku għall-mudell Ġermaniż Nru 4 inkluż fir-reġistrazzjoni multipla Nru 401 10481.8, ippubblikata fl-10 ta’ Settembru 2002 u dan fi Franza, l-Italja u l-Benelux, bħala mudell internazzjonali Nru DM/0608899
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju ddikjarat invalidu
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u d-disinn Komunitarju ddikjarat invalidu
Motivi invokati: L-eżistenza tal-karattru individwali tad-disinn Komunitarju Nru 000593959-0002.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/17 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2011 — Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI — Vincci Hoteles (NANU)
(Kawża T-89/11)
2011/C 113/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell: Vincci Hoteles S.A. (Alcobendas, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tal-25 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 641/2010-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali NANU, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 6, 16, 18, 20, 21, 24, 26 u 35 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6218879
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali NAMMU għal prodotti fil-klassijiet 3, 32 u 44 — trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 5238704
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u, konsegwentement, applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 16, 21 u 35 miċħuda parzjalment, u oppożizzjoni miċħuda għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 18, 20, 21, 24, 26 u 35
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata parzjalment u oppożizzjoni miċħuda għal prodotti fil-klassijiet 4, 16 u 21, il-kumplament tal-appell miċħud u d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 21 u 35 ikkonfermata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kellux raġun jikkunsidra li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku rilevanti.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/18 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2011 — Chimei InnoLux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-91/11)
2011/C 113/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chimei InnoLux Corp. (Zhunan, it-Tajwan), (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat u R. Burton, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8761 finali fil-Każ COMP/39.309 — LCD — Liquid Crystal Displays, sa fejn din ikkunsidrat li l-ksur japplika għal skrins LCD initiżi għall-użu tat-televiżjoni; |
|
— |
tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fid-deċiżjoni; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tressaq tliet motivi insostenn tar-rikors tagħha.
|
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-applikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ kunċett ġuridikament żbaljat magħruf bħala “bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti trasformati” fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-valur rilevanti tal-bejgħ għall-kalkolu tal-ammont tal-multa. Fil-kalkolu tal-valur rilevanti tal-bejgħ tar-rikorrenti sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa, il-Kummissjoni inkludiet il-valur ta’ skrins LCD inkorporati f’prodotti kompluti tat-teknoloġija tal-informatika jew tat-televiżjoni li r-rikorrenti tbigħ fiż-ŻEE. Skont ir-rikorrenti, il-kunċett tal-“bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti trasformati” huwa ġuridikament żbaljat u ma jistax iservi għad-determinazzjoni tal-valur rilevanti tal-bejgħ. Ir-rikorrenti ssostni li dan il-kunċett huwa bbażat fuq bejgħ ta’ prodotti li ma humiex ikkonċernati la direttament u lanqas indirettament mill-ksur u li hija ċċaqlaq artifiċjalment il-post tal-bejgħ rilevanti tal-iskrins LCD fi ħdan tal-grupp barra miż-ŻEE għal ġewwa ż-ŻEE u viċe versa, skont il-post tal-bejgħ tal-prodotti kompluti li fihom huma inkorporati dawn l-iskrins LCD. Ir-rikorrenti tikkunsidra li, fih innifsu, dan il-kunċett ma huwiex konformi mal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni dwar, b’mod partikolari, it-trattament tal-bejgħ intragruppi għall-kalkolu tal-multi. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li dan il-kunċett, hekk kif applikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni, iwassal għal diskriminazzjoni bejn id-destinatarji tad-deċiżjoni, ibbażati illegalment sempliċement fuq il-forma tal-istrutturi soċjali rispettivi tagħhom. |
|
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Kummissjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn hija tikkunsidra li l-ksur jestendi għall-iskrins LCD intiżi għall-użu tat-televiżjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-iskrins LCD intiżi għall-użu tat-televiżjoni għandhom karatteristiċi speċifiċi u li d-diskussjonijiet dwar dawn l-iskrins huma ta’ natura superfiċjali u sporadiċi. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma kkunsidratx diskussjonijiet bilaterali oħra iktar fil-fond dwar l-iskrins LCD intiżi għal użu tat-televiżjoni li għalihom kienu pparteċipaw terzi. Konsegwentement, l-imġieba rigward l-iskrins LCD intiżi għall-użu tat-televiżjoni kellha tkun is-suġġett ta’ analiżi u ta’ evalwazzjoni separata mill-imġieba li tirrigwarda l-iskrins LCD għall-użu tat-teknoloġija tal-informatika. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li skont din il-ksur jestendi għall-iskrins LCD intiżi għall-użu tat-televiżjoni hija vvizzjata bi ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali u tar-rekwiżiti fundamentali ta’ proċedura u li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata jew, għall-inqas, li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa, il-Kummissjoni kellha tevalwa t-terminu u l-gravità ta’ ksur eventwali kkostitwit mill-imġieba fir-rigward ta’ skrins LCD għall-użu tat-televiżjoni separatament mill-ksur li jirrigwarda skrins LCD intiżi għall-użu tat-teknoloġija tal-informatika. |
|
(3) |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li fil-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni inkludiet b’mod żbaljat il-valur rilevanti tal-bejgħ minbarra dak tal-iskrins LCD intiżi għall-użu tat-teknoloġija tal-informatika u tat-televiżjoni. Il-bejgħ ta’ skrins LCD intiżi għall-użu mediku, li huma użati fil-produzzjoni ta’ materjal mediku, ġew inklużi bi żball fil-figuri dwar il-bejgħ li ġew fornuti lill-Kummissjoni fil-proċedura amministrattiva. Peress li d-definizzjoni tal-iskrins intiżi għall-użu tat-teknoloġija informatika jew tat-televiżjoni li hija mogħtija fid-deċiżjoni ma tinkludix l-iskrins intiżi għall-użu mediku, ir-rikorrenti ssostni li l-bejgħ tagħha ta’ tali skrins għandu jkun eskluż mill-valur rilevanti tal-bejgħ użat għall-kalkolu tal-multa. Il-bejgħ taċ-ċelluli LCD magħrufa bħala miftuħa ġew inklużi wkoll bi żball fil-figuri dwar il-bejgħ li ġew fornuti lill-Kummissjoni fil-proċedura amministrattiva. Peress li ċ-ċelluli LCD miftuħa ma humiex prodotti kompluti u li d-deċiżjoni ma tiżvela l-ebda ksur rigward prodotti semikompluti, ir-rikorrenti ssostni li l-bejgħ tagħha ta’ ċelluli LCD miftuħa għandhom jiġu esklużi mill-valur rilevanti tal-bejgħ użat għall-kalkolu tal-multa. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/19 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2011 — Stichting Corporate Europe Observatory vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-93/11)
2011/C 113/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Corporate Europe Observatory (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 fil-proċedimenti GESTDEM 2009/2508 tikser ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) u għaldaqstant tannullaha; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2010 fil-proċedimenti GESTDEM 2009/2508 li tiċħad li tagħti aċċess totali għal għadd ta’ dokumenti relatati ma’ negozjati kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja, skont ir-Regolament Nru 1049/2001.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-eċċezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali hija inapplikabbli f’dan il-każ peress li d-dokumenti mitluba huma kollha ta’ dominju pubbliku.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/19 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2011 — Shang vs UASI (justing)
(Kawża T-103/11)
2011/C 113/38
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Tiantian Shang (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Salerni, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla l-miżura kkontestata |
|
— |
u sabiex tinbidel id-deċiżjoni meħuda mill-UASI, li jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ anzjanità tat-trade mark nazzjonali RM 2006C002075 fir-rigward tat-trade mark Komunitarja 008391202 li tikkonsisti f’isem u sinjal, bil-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mir-regolament Komunitarju fil-qasam tat-trade marks Nru 40/94, kif issostitwit bir-Regolament Nru 207/2009 |
|
— |
sussidjarjament, fid-dawl tal-koinċidenza fir-rigward tal-element nominattiv li jinsab fiż-żewġ trade marks, nazzjonali u Komunitarja, fejn it-tnejn huma kkaratterizzati mill-kelma “Justing”, titlob li jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ anzjanità fir-rigward tal-parti nominattiva tat-trade mark, jiġifieri l-isem “Justing”, billi jiġu estiżi l-effetti retroattivi tar-reġistrazzjoni Komunitarja, bl-esklużjoni eventwali biss tal-parti grafika illustrattiva li tiċċirkonda l-isem. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tikkonsisti fl-element verbali “Justing” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 391 203), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18 u 25, li fir-rigward tagħha qed issir talba mill-ġdid għal anzjanità ta’ trade mark nazzjonali (reġistrazzjoni Taljana Nru 1 217 303), li tinkludi wkoll l-element verbali “JUSTING”
Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-talba għal anzjanità ta’ trade mark nazzjonali miċħuda, peress li t-trade mark Taljana u dik Komunitarja ma humiex identiċi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll ksur tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/20 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — Ferrari vs UASI (PERLE’)
(Kawża T-104/11)
2011/C 113/39
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ferrari F.lli Lunelli SpA (Trento, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1249/2010-2, datata 8 ta’ Diċembru 2010 u nnotifikata fis-17 ta’ Diċembru 2010 |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva internazzjonali (Nru W 10510030) li fiha l-element verbali “PERLE’”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 25 u 33, li għaliha r-rikorrenti talbet ir-reġistrazzjoni Komunitarja
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2011 — Chi Mei Optoelectronics Europe u Chi Mei Optoelectronics UK vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-140/07) (1)
2011/C 113/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Ewwel Awla estiża ordna t-tħassir tal-kawża.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni vs Earthscan
(Kawża T-5/10) (1)
2011/C 113/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Rautaruukki vs UASI — Vigil Pérez (MONTERREY)
(Kawża T-217/10) (1)
2011/C 113/42
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Suez Environnement u Lyonnaise des eaux France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-274/10) (1)
2011/C 113/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — HIM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-316/10) (1)
2011/C 113/44
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/22 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/11)
2011/C 113/45
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba mressqa mir-rikorrent fil-15 ta’ Marzu 2010 u kumpens għad-dannu subit.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni, irrispettivament mill-forma tagħha, li permezz tagħha l-Kummissjoni tiċħad it-talba tal-15 ta’ Marzu 2010 li r-rikorrent ressaq quddiem l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni; |
|
— |
jannulla, skont il-ħtieġa, id-deċiżjoni ta’ ċaħda mill-Kummissjoni tal-ilment tal-5 ta’ Awwissu 2010; |
|
— |
jannulla, skont il-ħtieġa, in-nota tal-24 ta’ Awwissu 2010, redatta bit-Taljan u li r-rikorrent irċieva mhux qabel l-1 ta’ Ottubru 2010; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas favur ir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu subit inġustament mir-rikorrent minħabba kull waħda mid-deċiżjonijiet li fir-rigward tagħhom qed jintalab l-annullament u, a fortiori, flimkien, is-somma ta’ EUR 1 000, jew somma ogħla jew inqas li l-Qorti Ġenerali tqis ġusta u ekwa; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/22 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2011 — Hecq vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-12/11)
2011/C 113/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: André Hecq (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jerġa’ jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta’ uffiċjal, ikkalkulata mill-1 ta’ Awwissu 2003, kif ukoll tad-danni u interessi, kollox flimkien ma’ interessi moratorji kkalkulati bir-rata ta’ 7 % fis-sena mill-1 ta’ Awwissu 2003.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta’ Ottubru 2010, li permezz tagħha inċaħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fis-6 ta’ Lulju 2010 kontra deċiżjoni impliċita meqjusa li ttieħdet fil-15 ta’ April 2010 u li ċaħdet it-talba li tressqet mir-rikorrent fil-15 ta’ Diċembru 2009, sabiex jerġa’ jibda l-attivitajiet professjonali tiegħu u li jingħata l-ħlas kollu tal-paga tiegħu ta’ uffiċjal, ikkalkulata mill-1 ta’ Awwissu 2003, kif ukoll tad-danni u interessi, kollox flimkien ma’ interessi moratorji kkalkulati bir-rata ta’ 7 % fis-sena mill-1 ta’ Awwissu 2003; |
|
— |
jannulla, safejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni impliċita li l-Awtorità tal-Ħatra hija meqjusa li adottat fil-15 ta’ April 2010, safejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent iċċitata iktar ’il fuq, imressqa fil-15 ta’ Diċembru 2009; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, bħala danni u interessi, somma li tikkorrispondi għall-pagi ta’ uffiċjal li hu kien imċaħħad minnhom inġustament, sa mill-1 ta’ Awwissu 2003, b’mod prinċipali u aċċessorju, barra minn somma ta’ EUR 50 000, kollox flimkien ma’ interessi moratorji kkalkulati mill-1 ta’ Awwissu 2003, bir-rata ta’ 7 % fis-sena; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |