ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.103.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 103

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
2 ta' April 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 103/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 95, 26.3.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 103/02

Kawżi magħquda C-436/08 u C-437/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz — l-Awstrija) — Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH (C-436/08), Österreichische Salinen AG (C-437/08) vs Finanzamt Linz (Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq il-kumpanniji — Eżenzjoni tad-dividendi b’oriġini nazzjonali — Eżenzjoni tad-dividendi b’oriġini barranija suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet — Applikazzjoni ta’ sistema ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi b’oriġini barranija mhux eżentati — Provi meħtieġa fir-rigward tat-taxxa barranija imputabbli)

2

2011/C 103/03

Kawża C-52/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-iStockholms tingsrätt — l-Isveżja) — Konkurrensverket vs TeliaSonera AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 102 TFUE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Prezzijiet applikati minn operatur ta’ telekomunikazzjonijiet — Servizzi intermedjarji ta’ ADSL — Servizzi ta’ konnessjoni broadband lill-klijenti finali — Pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet tal-kompetitur)

3

2011/C 103/04

Kawża C-251/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru (Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet — Settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni — Direttiva 93/38/KEE — Avviż ta’ kuntratt — Kriterji ta’ għoti — Trattament ugwali tal-offerenti — Prinċipju ta’ trasparenza — Direttiva 92/13/KEE — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Obbligu li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li offerent jiġi eskluż)

4

2011/C 103/05

Kawża C-260/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 — Activision Blizzard Germany GmbH (li kienet CD-Contact Data GmbH) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq tal-consoles tal-logħob vidjo u tal-cartridges tal-logħob tat-trade mark Nintendo — Limitazzjoni tal-esportazzjonijiet paralleli f’dan is-suq — Ftehim bejn il-produttur u d-distributur esklużiv — Ftehim ta’ distribuzzjoni li jippermetti l-bejgħ passiv — Stabbilliment ta’ qbil tal-intenzjonijiet fin-nuqqas ta’ prova dokumentarja diretta ta’ limitazzjoni ta’ dan il-bejgħ — Livell ta’ prova meħtieġ għall-istabbiliment ta’ ftehim verticali)

4

2011/C 103/06

Kawża C-283/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy Warszawa — ir-Repubblika tal-Polonja) — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z o.o. (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Kisba ta’ provi — Smigħ ta’ xhud mill-qorti rikjesta fuq talba tal-qorti rikjedenti — Indennizz mogħti lix-xhieda)

5

2011/C 103/07

Kawża C-307/09 sa C-309/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09) vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Kollokament ta’ ħaddiema — Att ta’ Adeżjoni tal-2003 — Miżuri tranżitorji — Aċċess taċ-ċittadini Pollakki għas-suq tax-xogħol tal-Istati diġà membri tal-Unjoni fi żmien l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja — Ħtieġa ta’ permess tax-xogħol għall-fornitura ta’ ħaddiema — Direttiva 96/71/KE — Artikolu 1(3))

5

2011/C 103/08

Kawża C-359/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Ítélőtábla — Repubblika tal-Ungerija) — Donat Cornelius Ebert vs Budapesti Ügyvédi Kamara (Avukati — Direttiva 89/48/KEE — Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin — Direttiva 98/5/KE — Prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni — Użu ta’ titolu professjonali tal-Istat Membru ospitanti — Kundizzjonijiet — Inklużjoni fir-reġistru ta’ organizzazzjoni professjonali tal-avukati tal-Istat Membru ospitanti)

6

2011/C 103/09

Kawża C-494/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Bolton Alimentari SpA vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ammissibbiltà — Dazju doganali — Kwota tariffarja — Kodiċi Doganali — Artikolu 239 — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikoli 308a, 308b u 905 — Regolament (KE) Nru 975/2003 — Tonn — Eżawriment tal-kwota — Data ta’ ftuħ — Il-Ħadd)

6

2011/C 103/10

Kawża C-11/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Tariffa Doganali Komuni — Dazji doganali — Eżenzjoni — Sustanzi farmaċewtiċi — Kompożizzjoni — Restrizzjonijiet)

7

2011/C 103/11

Kawża C-16/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications, British Telecommunications plc (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi — Direttiva 2002/22/KE — Ħatra ta’ impriżi għall-provvista tas-servizz universali — Impożizzjoni ta’ obbligi speċifiċi lill-impriża maħtura — Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji)

8

2011/C 103/12

Kawża C-25/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Prim’ Istanza ta’ Liège — Il-Belġju) — Missionswerk Werner Heukelbach ev vs État belge — SPF Finances (Tassazzjoni diretta — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq is-suċċessjoni — Legati favur entitajiet mingħajr skop ta’ lukru — Rifjut li tiġi applikata rata mnaqqsa meta dawn l-entitajiet għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor differenti minn dak li fih id-de cujus kien effettivament residenti jew ħadem — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni)

8

2011/C 103/13

Kawża C-30/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Linköpings tingsrätt — l-Isvezja) — Lotta Andersson vs Staten genom Kronofogdemyndigheten i Jönköping, Tillsynsmyndigheten (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 80/987/KEE — Artikolu 10(ċ) — Dispożizzjoni nazzjonali — Garanzija għall-ħlas tal-pretensjonijiet mhux imħallsa tal-impjegati — Esklużjoni ta’ persuni li kellhom, fis-sitt xhur qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija li kienet timpjegahom, sehem sostanzjali minnha u kienu eżerċitaw fiha influwenza kunsiderevoli)

9

2011/C 103/14

Kawża C-78/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Rouen — Franza) — Marc Berel et vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikoli 213, 233 u 239 — Obbligu ta’ responsabbiltà in solidum ta’ diversi debituri għall-istess dejn doganali — Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Estinzjoni tad-dejn doganali — Possibbiltà ta’ kodebitur in solidum li jinvoka r-remissjoni mogħtija lil kodebitur ieħor — Nuqqas)

9

2011/C 103/15

Kawża C-321/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/2/KE — Politika ambjentali — Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) — Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku — Traspożizzjoni inkompleta)

10

2011/C 103/16

Kawża C-391/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqs ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/36/KE — Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati — Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst)

10

2011/C 103/17

Kawża C-395/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2007/2/KE — Politika tal-ambjent — Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika — Skambju u aġġornamenti tad-data f’format elettroniku — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni)

11

2011/C 103/18

Kawża C-143/10 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 minn Antoni Tomasz Uznański mid-digriet mogħti fis-27 ta’ Novembru 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-348/09, Uznański vs Il-Polonja

11

2011/C 103/19

Kawża C-611/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Waldemar Hudzinski vs Agentur für Arbeit Wesel — Familienkasse

11

2011/C 103/20

Kawża C-612/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Jaroslaw Wawrzyniak vs Agentur für Arbeit Mönchengladbach — Familienkasse

11

2011/C 103/21

Kawża C-625/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

12

2011/C 103/22

Kawża C-626/10 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2010 minn Kalliope Agapiou Joséphidès mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-439/08, Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA

13

2011/C 103/23

Kawża C-627/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

13

2011/C 103/24

Kawża C-5/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Titus Alexander Jochen Donner

14

2011/C 103/25

Kawża C-25/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública

14

2011/C 103/26

Kawża C-34/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

15

2011/C 103/27

Kawża C-35/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales) (Chancery Division) fil-21 ta’ Jannar 2011 — Test Claimants in the FII Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for her Majesty’s Revenue & Customs

15

2011/C 103/28

Kawża C-42/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel d’Amiens (Franza) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge

16

2011/C 103/29

Kawża C-46/11: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

16

2011/C 103/30

Kawża C-48/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Frar 2011 — Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö vs A Oy

17

2011/C 103/31

Kawża C-52/11 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2011 minn Fernando Marcelino Victoria Sánchez kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2010 fil-Kawża T-61/10

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 103/32

Kawża T-118/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2011 — P.P.TV vs UASI — Rentrak (PPT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PPT — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PPTV — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfuzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

19

2011/C 103/33

Kawża T-385/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — FIFA vs Il-Kummissjoni (Xandir bit-televiżjoni — Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE — Miżuri adottati mir-Renju tal-Belġju li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà Belġjana — Tazza tad-dinja tal-futbol — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju — Motivazzjoni — Artikoli 43 KE u 49 KE — Dritt ta’ proprjetà)

19

2011/C 103/34

Kawża T-55/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — UEFA vs Il-Kummissjoni (Xandir televiżiv — Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE — Miżuri adottati mir-Renju Unit li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membu — Kampjonat tal-Ewropa tal-futbol — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju — Motivazzjoni — Artikoli 49 KE u 86 KE — Dritt ta’ proprjetà)

20

2011/C 103/35

Kawża T-68/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — FIFA vs Il-Kummissjoni (Xandir bit-televiżjoni — Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KEE — Miżuri adottati mir-Renju Unit li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru — Tazza tad-dinja tal-futbol — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju — Motivazzjoni — Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE — Dritt ta’ proprjetà)

20

2011/C 103/36

Kawża T-10/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Formula One Licensing vs UASI — Global Sports Media (F1-LIVE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva F1-LIVE — Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti F1 u F1 Formula 1 — Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

21

2011/C 103/37

Kawża T-122/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Zhejiang Xinshiji Foods et Hubei Xinshiji Foods vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Drittijiet ta’ difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

21

2011/C 103/38

Kawża T-324/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — J & F Participações vs UASI — Plusfood Wrexham (Friboi) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Friboi — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FRIBO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)

22

2011/C 103/39

Kawża T-385/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Annco vs UASI — Freche et fils (ANN TAYLOR LOFT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANN TAYLOR LOFT — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti LOFT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2011/C 103/40

Kawża T-471/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Gill vs Il-Kummissjoni

22

2011/C 103/41

Kawża T-32/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni

23

2011/C 103/42

Kawża T-60/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2011 — Kraft Foods Global Brands vs UASI — Fenaco (SUISSE PREMIUM)

24

2011/C 103/43

Kawża T-65/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Recombined Dairy System vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2011/C 103/44

Kawża T-78/11 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 minn Erika Lenz mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-80/09, Lenz vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 103/45

Kawża T-80/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2011 — Nath Kalsi vs UASI — American Clothing Associates (RIDGE WOOD)

26

2011/C 103/46

Kawża T-85/11 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2011 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-65/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 103/47

Kawża T-88/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2011 — BIA Separations vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 103/48

Kawża T-92/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2011 — Andersen vs Il-Kummissjoni

28

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/1


2011/C 103/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 95, 26.3.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 89, 19.3.2011

ĠU C 80, 12.3.2011

ĠU C 72, 5.3.2011

ĠU C 63, 26.2.2011

ĠU C 55, 19.2.2011

ĠU C 46, 12.2.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz — l-Awstrija) — Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH (C-436/08), Österreichische Salinen AG (C-437/08) vs Finanzamt Linz

(Kawżi magħquda C-436/08 u C-437/08) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq il-kumpanniji - Eżenzjoni tad-dividendi b’oriġini nazzjonali - Eżenzjoni tad-dividendi b’oriġini barranija suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet - Applikazzjoni ta’ sistema ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi b’oriġini barranija mhux eżentati - Provi meħtieġa fir-rigward tat-taxxa barranija imputabbli)

2011/C 103/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haribo Lakritzen Hans Riegel BetriebsgmbH (C-436/08), Österreichische Salinen AG (C-437/08)

Konvenuta: Finanzamt Linz

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat — Interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dividendi b’oriġini nazzjonali għal sistema ta’ eżenzjoni filwaqt li din is-sistema tapplika għal dividendi b’oriġini barranija biss jekk id-daqs tal-holding ikun ta’ 25 % jew iktar — Prassi amministrattiva u ġudizzjarja li, sa biex jiġu sodisfatti l-eżiġenzi li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju, tipprevedi l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi b’oriġini barranija li jirriżultaw minn holding ta’ inqas minn 25 %

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji għad-dividendi portfolio provenjenti minn ishma miżmuma f’kumpanniji residenti u li tissuġġetta tali eżenzjoni għad-dividendi portfolio provenjenti minn kumpanniji stabbiliti fi Stati terzi li huma partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għall-eżistenza ta’ ftehim komplet ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv u ta’ rkupru bejn l-Istat Membru u l-Istat terz ikkonċernat, sa fejn hija biss l-eżistenza ta’ ftehim ta’ assistenza reċiproka fil-qasam amministrattiv li hija neċessarja għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni.

(2)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi portfolio li kumpannija residenti tirċievi mingħand kumpannija residenti oħra, filwaqt li din tissuġġetta għal din it-taxxa d-dividendi portfolio li kumpannija residenti tirċievi mingħand kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, madankollu sa kemm it-taxxa mħallsa fl-Istat ta’ residenza ta’ din l-aħħar kumpannija tiġi imputata fit-taxxa dovuta fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja u sa kemm l-ispejjeż amministrattivi imposti fuq il-kumpannija benefiċjarja sa biex tkun tista’ tibbenefika minn tali imputazzjoni ma jkunux eċċessivi. Informazzjoni mitluba mill-amministrazzjoni fiskali nazzjonali mingħand il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar it-taxxa li effettivament tħallset fuq id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi fl-Istat ta’ residenza ta’ din tal-aħħar hija inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma tistax titqies bħala spiża amministrattiva eċċessiva.

(3)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan li tipprevjeni tassazzjoni ekonomika doppja, teżenta mit-taxxa fuq il-kumpanniji d-dividendi portfolio rċevuti minn kumpannija residenti u ddistribwiti minn kumpannija residenti oħra u li, għad-dividendi ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz differenti minn Stat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, ma tipprevedi la l-eżenzjoni tad-dividendi u lanqas sistema ta’ imputazzjoni tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija distributriċi fl-Istat ta’ residenza tagħha.

(4)

L-Artikolu 63 TFUE ma jipprekludix il-prattika ta’ awtorità fiskali nazzjonali li, għad-dividendi provenjenti minn ċerti Stati terzi, tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni meta s-sehem tal-kumpannija benefiċjarja fil-kapital tal-kumpannija distributriċi jkun taħt ċertu livell, u l-metodu ta’ eżenzjoni meta s-sehem ikun ’il fuq mill-imsemmi livell, filwaqt li tapplika b’mod sistematiku l-metodu ta’ eżenzjoni għad-dividendi b’oriġini nazzjonali, madankollu sa kemm il-mekkaniżmi kkonċernati intiżi għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ sensiela ta’ taxxi fuq id-dħul iddistribwit iwasslu għal riżultat ekwivalenti. Il-fatt li l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali teħtieġ informazzjoni mingħand il-kumpannija benefiċjarja tad-dividendi dwar it-taxxa li effettivament tħallset fuq id-dħul tal-kumpannija distributriċi tad-dividendi fl-Istat terz ta’ residenza ta’ din tal-aħħar huwa inerenti għall-funzjonament stess tal-metodu ta’ imputazzjoni u ma jaffettwax, bħala tali, l-ekwivalenza bejn il-metodi ta’ eżenzjoni u ta’ imputazzjoni.

(5)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-kumpanniji residenti l-possibbiltà li jinkludu telf subit matul sena finanzjarja fis-snin finanzjarji sussegwenti u li tipprevjeni t-tassazzjoni ekonomika doppja tad-dividendi bl-applikazzjoni tal-metodu ta’ eżenzjoni fuq id-dividendi b’oriġini nazzjonali, filwaqt li din tapplika l-metodu ta’ imputazzjoni fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, sa fejn tali leġiżlazzjoni ma tippermettix, f’każ ta’ applikazzjoni tal-metodu ta’ imputazzjoni, l-inklużjoni tal-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa fl-Istat fejn hija stabbilita l-kumpannija distributriċi tad-dividendi għas-snin sussegwenti jekk, għas-sena li matulha l-kumpannija benefiċjarja rċeviet dividendi b’oriġini barranija, din il-kumpannija rreġistrat telf fl-operat, u

dan ma jobbligax lil Stat Membru li jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni fiskali tiegħu, l-imputazzjoni tat-taxxa mħallsa fuq id-dividendi permezz ta’ taxxa f’ras il-għajn fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, bil-għan li jipprevjeni t-tassazzjoni legali doppja tad-dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-ewwel Stat Membru, liema tassazzjoni tirriżulta mill-eżerċizzju parallel mill-Istati kkonċernati tal-ġurisdizzjoni fiskali rispettiva tagħhom.


(1)  ĠU C 19, 24.1.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-iStockholms tingsrätt — l-Isveżja) — Konkurrensverket vs TeliaSonera AB

(Kawża C-52/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Prezzijiet applikati minn operatur ta’ telekomunikazzjonijiet - Servizzi intermedjarji ta’ ADSL - Servizzi ta’ konnessjoni broadband lill-klijenti finali - Pressjoni fuq il-marġni tal-prezzijiet tal-kompetitur)

2011/C 103/03

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Stockholms tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Konkurrensverket

Konvenuta: TeliaSonera AB

Fil-preżenza ta’: Tele2 Sverige AB

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Stockholms tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82 KE — Effett ta’ pressjoni fuq il-marġni — Prezzijiet applikati minn operatur ta’ telekomunikazzjonijiet preċedentement detentur ta’ monopolju għall-aċċess ADSL — Differenza bejn il-prezzijiet iffatturati mill-operatur lill-operaturi intermedjarji għall-provvista bl-ingrossa ta’ aċċess ADSL u t-tariffi applikati mill-operatur lill-konsumaturi għall-aċċess ADSL li ma hijiex suffiċjenti sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali sostnuti mill-operatur innifsu għall-provvista tas-servizzi tiegħu bl-imnut.

Dispożittiv

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni oġġettiva, jista’ jikkostitwixxi abbuż fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE il-fatt li impriża vertikalment integrata, f’pożizzjoni dominanti fis-suq bl-ingrossa tas-servizzi permezz ta’ linja diġitali asimmetrika tal-abbonat intermedjarji, tapplika prattika tariffarja li hija tali li d-differenza bejn il-prezzijiet applikati f’dan is-suq u dawk applikati fis-suq bl-imnut tas-servizzi ta’ konnessjoni broadband lill-klijenti finali ma hijiex suffiċjenti sabiex tkopri l-ispejjeż speċifiċi li din l-impriża jkollha tbati sabiex ikollha aċċess għal dan is-suq tal-aħħar.

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura abbużiva ta’ tali prattika, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi ta’ kull każ. B’mod partikolari,

hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħala prinċipju u qabel kollox, il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-impriża kkonċernata fis-suq tas-servizzi bl-imnut. Huwa biss meta ma huwiex possibbli, fid-dawl taċ-ċirkustanzi, li jsir riferiment għal dawk il-prezzijiet u spejjeż li għandhom jiġu eżaminati dawk tal-kompetituri fl-istess suq, u

huwa neċessarju li jintwera li, fid-dawl, b’mod partikolari, tan-natura indispensabbli tal-prodott bl-ingrossa, din il-prattika tipproduċi effett antikompetittiv mill-inqas potenzjali fis-suq bl-imnut, mingħajr ma dan ikun b’xi mod iġġustifikat ekonomikament.

Għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, ma humiex, bħala prinċipju, rilevanti:

in-nuqqas, għall-impriża kkonċernata ta’ kull obbligu leġiżlattiv sabiex tipprovdi s-servizzi permezz ta’ linja diġitali asimmetrika tal-abbonat intermedjarji fis-suq bl-ingrossa li fih għandha pożizzjoni dominanti,

il-grad ta’ dominanza li din l-impriża żżomm f’dan is-suq;

il-fatt li l-imsemmija impriża ma għandhiex wkoll pożizzjoni dominanti fis-suq bl-imnut tas-servizzi ta’ konnessjoni broadband lill-klijenti finali;

il-fatt li l-klijenti li għalihom tapplika tali prattika tariffarja huma klijenti ġodda jew eżistenti tal-impriża kkonċernata;

l-impossibbiltà għall-impriża dominanti li tirkupra t-telf eventwali li l-implementazzjoni ta’ tali prattika tariffarja setgħet ikkawżat, u lanqas

il-grad ta’ maturità tas-swieq ikkonċernati u l-fatt li dawn jinvolvu teknoloġija ġdida li teħtieġ investimenti kbar ħafna.


(1)  ĠU C 90, 18.4.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-251/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet - Settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni - Direttiva 93/38/KEE - Avviż ta’ kuntratt - Kriterji ta’ għoti - Trattament ugwali tal-offerenti - Prinċipju ta’ trasparenza - Direttiva 92/13/KEE - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Obbligu li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li offerent jiġi eskluż)

2011/C 103/04

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra, aġent, I. Chatzigiannis u M. Patakia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: K. Likourgos u A. Pantazi-Lamprou, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(2) u 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194) — Ksur tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) — Obbligu li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li offerent jiġi eskluż — Obbligu li jiġi żgurat li deċiżjonijiet meħudin minn entitajiet kontraenti jistgħu jiġu mistħarrġa b’mod effettiv u fl-iqsar żmien possibbli — Prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 233, 26.9.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 — Activision Blizzard Germany GmbH (li kienet CD-Contact Data GmbH) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-260/09 P) (1)

(Appell - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tal-consoles tal-logħob vidjo u tal-cartridges tal-logħob tat-trade mark Nintendo - Limitazzjoni tal-esportazzjonijiet paralleli f’dan is-suq - Ftehim bejn il-produttur u d-distributur esklużiv - Ftehim ta’ distribuzzjoni li jippermetti l-bejgħ passiv - Stabbilliment ta’ qbil tal-intenzjonijiet fin-nuqqas ta’ prova dokumentarja diretta ta’ limitazzjoni ta’ dan il-bejgħ - Livell ta’ prova meħtieġ għall-istabbiliment ta’ ftehim verticali)

2011/C 103/05

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Activision Blizzard Germany GmbH (li kienet CD-Contact Data GmbH) (rappreżentanti: J. K. de Pree u E.N.M. Raedts, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla), tat-30 ta’ April 2009, CD-Contact Data GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (T-18/03), li biha l-Qorti Ġenerali naqqset il-multa imposta fuq ir-rikorrenti u ċaħdet il-kumplament tar-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/675/KE, tat-30 ta’ Ottubru 2002, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (COMP/35.587 PO Video Games, COMP/35.706 PO Nintendo Distribution u COMP/36.321 Omega Nintendo), dwar serje ta’ ftehim u prattiki miftiehma fis-suq tal-consoles Nintendo u tal-cartridges tal-logħob vidjo kompatibbli mal-console Nintendo, intiżi sabiex jillimitaw l-esportazzjonijiet paralleli ta’ dawn il-consoles u cartridges

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Activision Blizzard Germany GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Rejonowy Warszawa — ir-Repubblika tal-Polonja) — Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z o.o.

(Kawża C-283/09) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kisba ta’ provi - Smigħ ta’ xhud mill-qorti rikjesta fuq talba tal-qorti rikjedenti - Indennizz mogħti lix-xhieda)

2011/C 103/06

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Warszawa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Artur Weryński

Konvenuta: Mediatel 4B Spółka z o.o.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121) — Smigħ ta’ xhud minn qorti ta’ Stat Membru fuq talba ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor — Indennizz mogħti lix-xhieda — Possibbiltà għall-qorti rikjesta li titlob lill-qorti rikjedenti l-ħlas ta’ somma flus bil-quddiem lix-xhud li jkun xehed

Dispożittiv

L-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti rikjedenti ma hijiex marbuta tħallas lill-qorti rikjesta somma mħallsa bil-quddiem sabiex tkopri l-indennizz jew ir-rimbors tal-indennizz dovut lix-xhud eżaminat.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — l-Olanda) — Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09) vs Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

(Kawża C-307/09 sa C-309/09) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Kollokament ta’ ħaddiema - Att ta’ Adeżjoni tal-2003 - Miżuri tranżitorji - Aċċess taċ-ċittadini Pollakki għas-suq tax-xogħol tal-Istati diġà membri tal-Unjoni fi żmien l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja - Ħtieġa ta’ permess tax-xogħol għall-fornitura ta’ ħaddiema - Direttiva 96/71/KE - Artikolu 1(3))

2011/C 103/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vicoplus SC PUH (C-307/09), BAM Vermeer Contracting sp. zoo (C-308/09), Olbek Industrial Services sp. zoo (C-309/09)

Konvenuta: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State (l-Olanda) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 KE u 50 KE u tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg [kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni [provvista] ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ permess tax-xogħol għall-kollokament ta’ ħaddiema.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 56 TFUE u 57 TFUE ma jipprekludux lil Stat Membru milli jissuġġetta, matul il-perijodu tranżitorju previst fil-paragrafu 2 tal-Kapitolu 2 tal-Anness XII tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, il-kollokament, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni [provvista] ta’ servizzi, ta’ ħaddiema li jkunu ċittadini Pollakki fit-territorju tiegħu għall-kisba ta’ permess tax-xogħol.

(2)

Il-kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(c) tad-Direttiva 96/71 hu provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas li għaliha l-ħaddiem ikkollokat jibqa’ fis-servizz tal-impriża li tipprovdi s-servizz, mingħajr ma jiġi konkluż ebda kuntatt tax-xogħol mal-impriża utenti. Huwa kkaratterizzat mill-fatt li l-ispostament tal-ħaddiem fl-Istat Membru ospitanti jikkostitwixxi l-għan stess tal-provvista ta’ servizzi magħmula mill-impriża li tagħti s-servizz u li dan il-ħaddiem iwettaq xogħlu taħt il-kontroll u d-direzzjoni tal-impriża utenti.


(1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Ítélőtábla — Repubblika tal-Ungerija) — Donat Cornelius Ebert vs Budapesti Ügyvédi Kamara

(Kawża C-359/09) (1)

(Avukati - Direttiva 89/48/KEE - Rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin - Direttiva 98/5/KE - Prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni - Użu ta’ titolu professjonali tal-Istat Membru ospitanti - Kundizzjonijiet - Inklużjoni fir-reġistru ta’ organizzazzjoni professjonali tal-avukati tal-Istat Membru ospitanti)

2011/C 103/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Donat Cornelius Ebert

Konvenut: Budapesti Ügyvédi Kamara

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Ítélőtábla — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 337) u tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3 p. 83) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva l-possibbiltà li tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ avukat, taħt it-titolu professjonali ta’ dan l-Istat, għall-avukati li jkunu membri tal-kamra tal-avukati f’dan il-pajjiż biss

Dispożittiv

(1)

La d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, u lanqas id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni ma topponi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-obbligu li wieħed għandu jkun membru ta’ entità bħalma hija l-kamra tal-avukati, sabiex ikun jista’ jeżerċita l-attività ta’ avukat taħt it-titolu ta’ avukat tal-Istat Membru ospitanti.

(2)

Id-Direttivi 89/48 u 98/5 jikkumplimentaw lil xulxin billi jistabbilixxu għall-avukati tal-Istati Membri żewġ mezzi ta’ aċċess għall-professjoni ta’ avukat taħt it-titolu professjonali ta’ Stat Membru ospitanti.


(1)  ĠU C 312 tad-19.12.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Bolton Alimentari SpA vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

(Kawża C-494/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Dazju doganali - Kwota tariffarja - Kodiċi Doganali - Artikolu 239 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikoli 308a, 308b u 905 - Regolament (KE) Nru 975/2003 - Tonn - Eżawriment tal-kwota - Data ta’ ftuħ - Il-Ħadd)

2011/C 103/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bolton Alimentari SpA

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 308a sa 308c, tal-Artikolu 899(2) u tal-Artikolu 905(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) — Rimbors jew tnaqqis tad-dazji għall-importazzjoni — Possibbiltà għal Stat Membru li jiddeċiedi huwa stess fuq talba għal rimbors — Kunċett ta’ “sitwazzjoni partikolari” fis-sens tal-Artikolu 239(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Importatur Komunitarju eskluż mill-kwota tariffarja li d-data ta’ ħruġ tagħha huwa l-Ħadd, peress illi l-uffiċċji doganali nazzjonali kienu magħluqa

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li l-Kummissjoni Ewropea tista’ tieħu deċiżjoni li teskludi lil operatur minn kwota tariffarja minħabba l-fatt li din il-kwota ġiet eżawrita fl-istess jum tal-ftuħ tagħha li tkun il-Ħadd, jum ta’ għeluq tal-uffiċċji doganali fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-operatur inkwistjoni.

(2)

L-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 214/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jimponux fuq Stat Membru li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea s-sospensjoni ta’ kwota tariffarja sabiex tiżgura t-trattament ekwu u nondiskriminatorju tal-importaturi meta l-ftuħ ta’ din il-kwota tariffarja tkun il-Ħadd, jum li fih l-uffiċċji doganali fl-Istat Membru kkonċernat ikunu magħluqa, u meta hemm ir-riskju li l-imsemmija kwota tiġi eżawrita fl-istess jum tal-ftuħ tagħha peress li l-uffiċċji doganali fi Stati Membri oħra jkunu miftuħa fil-Ħdud.

(3)

F’każijiet oħra minbarra dawk previsti fl-Artikolu 899(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 214/2007, l-awtorità doganali ta’ Stat Membru hija kompetenti li tiddeċiedi fuq it-talba għar-rimbors previst fl-Artikolu 239(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, meta din l-awtorità tikkunsidra li l-ebda irregolarità ma tista’ tiġi attribwita lill-Kummissjoni Ewropea u li t-talba inkwistjoni ma taqa’ fl-ebda wieħed mill-każijiet previsti fl-Artikolu 905(1) tal-imsemmi Regolament Nru 2454/93.

(4)

L-Artikolu 239 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jipprovdi għall-esklużjoni ta’ importatur tal-Unjoni Ewropea ta’ kwota tariffarja fejn id-data tal-ftuħ tkun il-Ħadd minħabba l-għeluq fil-Ħdud tal-uffiċċji doganali fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit dan l-importatur.


(1)  ĠU C 24, 31.1.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Staatssecretaris van Financiën vs Marishipping and Transport BV

(Kawża C-11/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Tariffa Doganali Komuni - Dazji doganali - Eżenzjoni - Sustanzi farmaċewtiċi - Kompożizzjoni - Restrizzjonijiet)

2011/C 103/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Marishipping and Transport BV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382) — Sustanzi farmaċewtiċi eżenti mid-dazju — Sustanza mhux ippreżentata fil-forma pura tagħha — Restrizzjonijiet

Dispożittiv

L-Ewwel Parti, Taqsima II, Ċ, punt 1(i) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 2031/2001, tas-6 ta’ Awwissu 2001, u 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002 rispettivament, għandha tiġi interpretata fis-sens li sustanza farmaċewtika, li tinsab fil-lista ta’ sustanzi msemmija fl-Anness 3 tat-Tielet Parti tal-istess Anness I, li kienet ġiet miżjuda b’sustanzi oħra, b’mod partikolari farmaċewtiċi, ma tistax tibbenefika iktar mill-eżenzjoni mid-dazji doganali li kienet tkun applikabbli jekk tali sustanza kienet fil-forma pura tagħha.


(1)  ĠU C 80, 27.3.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — ir-Renju Unit) — The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd vs Office of Communications, British Telecommunications plc

(Kawża C-16/10) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Telekomunikazzjonijiet - Netwerks u servizzi - Direttiva 2002/22/KE - Ħatra ta’ impriżi għall-provvista tas-servizz universali - Impożizzjoni ta’ obbligi speċifiċi lill-impriża maħtura - Servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju u ta’ direttorji)

2011/C 103/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Number Ltd, Conduit Enterprises Ltd

Konvenuta: Office of Communications, British Telecommunications plc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tad-Direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill 2002/20/KE, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 337), 2002/21 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 349) u 2002/22 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Volum 13, Kapitolu 29, p. 367) — Ħatra ta’ impriżi għall-provvista ta’ servizz universali — Obbligi speċifiċi li jistgħu jiġu imposti fuq l-impriża maħtura

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) jawtorizza lill-Istati Membri, meta jiddeċiedu li jaħtru impriża jew impriżi skont din id-dispożizzjoni sabiex jiggarantixxu l-provvista tas-servizz universali, jew ta’ diversi elementi tas-servizz universali, hekk kif iddefinit fl-Artikoli 4 sa 7 u 9(2) ta’ din l-istess direttiva, li jimponu fuq dawn unikament l-obbligi speċifiċi, previsti mid-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, li huma marbuta mal-provvista tal-imsemmi servizz jew tal-imsemmija elementi ta’ dan lill-utenti finali mill-impriżi maħtura stess.


(1)  ĠU C 63, 13.3.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Prim’ Istanza ta’ Liège — Il-Belġju) — Missionswerk Werner Heukelbach ev vs État belge — SPF Finances

(Kawża C-25/10) (1)

(Tassazzjoni diretta - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq is-suċċessjoni - Legati favur entitajiet mingħajr skop ta’ lukru - Rifjut li tiġi applikata rata mnaqqsa meta dawn l-entitajiet għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor differenti minn dak li fih id-de cujus kien effettivament residenti jew ħadem - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni)

2011/C 103/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Il-Qorti tal-Prim’ Istanza ta’ Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Missionswerk Werner Heukelbach ev

Konvenuta: État belge — SPF Finances

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Liège — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 45, 49 u 54 TFUE — Drittijiet ta’ suċċessjoni — Rifjut li tiġi applikata rata mnaqqsa applikabbli għall-legati magħmul għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru u fondazzjonijiet b’funzjoni pubblika meta dawn l-assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor differenti minn dak li fih id-de cujus kien residenti jew ħadem — Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membri li tirriżerva l-possibbiltà ta’ benefiċċju għar-rata mnaqqsa tat-taxxi tas-suċċessjoni lill-entitajiet mingħajr skop ta’ lukru li għandhom l-uffiċċju rreġistrat f’dan l-Istat Membru jew fl-Istat Membru li fih id-de cujus kien effettivament residenti jew kellu l-post tax-xogħol tiegħu, fil-mument tal-mewt tiegħu, jew li fih huwa kien preċedentement effettivament residenti jew kellu l-post tax-xogħol tiegħu.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Linköpings tingsrätt — l-Isvezja) — Lotta Andersson vs Staten genom Kronofogdemyndigheten i Jönköping, Tillsynsmyndigheten

(Kawża C-30/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 80/987/KEE - Artikolu 10(ċ) - Dispożizzjoni nazzjonali - Garanzija għall-ħlas tal-pretensjonijiet mhux imħallsa tal-impjegati - Esklużjoni ta’ persuni li kellhom, fis-sitt xhur qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija li kienet timpjegahom, sehem sostanzjali minnha u kienu eżerċitaw fiha influwenza kunsiderevoli)

2011/C 103/13

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Linköpings tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lotta Andersson

Konvenuta: Staten genom Kronofogdemyndigheten i Jönköping, Tillsynsmyndigheten

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Linköpings tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi miċ-ċirku tal-benefiċjajri tal-garanzija għall-ħlas tal-pretensjonijiet mhux imħallsa tal-impjegati, lil persuni li kellhom, fis-sitt xhur qabel l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija li timpjegahom, sehem sostanzjali minnha u eżerċitaw influwenza kunsiderevoli fiha.

Dispożittiv

L-Artikolu 12(ċ) tad-Direttiva 2008/94 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (Verżjoni kodifikata) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi lil impjegat mill-benefiċċju tal-garanzija għall-ħlas tal-pretensjonijiet mhux imħallsa tal-impjegati għar-raġuni li huwa kellu, f’ismu jew flimkien ma’ qraba viċini, sehem sostanzjali mill-impriża kkonċernata u eżerċita influwenza kunsiderevoli fuq l-attivitajiet tagħha fis-sitt xhur qabel l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ din l-impriża.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Rouen — Franza) — Marc Berel et vs Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre

(Kawża C-78/10) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 213, 233 u 239 - Obbligu ta’ responsabbiltà in solidum ta’ diversi debituri għall-istess dejn doganali - Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni - Estinzjoni tad-dejn doganali - Possibbiltà ta’ kodebitur in solidum li jinvoka r-remissjoni mogħtija lil kodebitur ieħor - Nuqqas)

2011/C 103/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Rouen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marc Berel, bħala mandatarju tal-kumpannija Port Angot Développement, Emmanuel Hess, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Port Angot Développement, Rijn Schelde Mondia France SA, Receveur principal des douanes de Rouen Port, Administration des douanes — Havre Port, Société Port Angot Développement, aventi kawża ta’ Manutention de Produits Chimiques et Miniers Maprochim SAS, Asia Pulp Paper France EURL

Konvenut: Administration des douanes de Rouen, Receveur principal des douanes du Havre, Administration des douanes du Havre

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Rouen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 213, 233 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni — Invokabbiltà minn kodebitur responsabbli in solidum tal-obbligi doganali sabiex jibbenefika minn remissjoni tad-drittijiet fuq l-importazzjoni preċedentement mogħtija lil kodebitur ieħor

Dispożittiv

L-Artikoli 213, 233 u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ obbligu ta’ responsabbilità in solidum fir-rigward ta’ dejn doganali fis-sens ta’ dan l-Artikolu 213 bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ prinċipju tad-dritt nazzjonali li minnu jirriżulta li r-remissjoni parzjali tad-dazji mogħtija abbażi tal-imsemmi Artikolu 239 lil wieħed mill-kodebituri tista’ tiġi invokata mill-kodebituri l-oħra kollha, b’tali mod li l-estinzjoni tad-dejn prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 233(b) tal-istess kodiċi tikkonċerna d-dejn fih innifsu u għaldaqstant teħles lill-kodebituri in solidum kollha mill-ħlas ta’ dan tal-aħħar sal-limitu tal-ammont li għalih ingħatat ir-remissjoni.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-321/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika ambjentali - Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) - Skambju u aġġornament ta’ data f’format elettroniku - Traspożizzjoni inkompleta)

2011/C 103/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Sénéchal, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u M. Jacobs, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 11.9.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-391/10) (1)

(Nuqqs ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/36/KE - Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst)

2011/C 103/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew li jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-395/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/2/KE - Politika tal-ambjent - Infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika - Skambju u aġġornamenti tad-data f’format elettroniku - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni)

2011/C 103/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u V. Peere, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/11


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 minn Antoni Tomasz Uznański mid-digriet mogħti fis-27 ta’ Novembru 2009 mill-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-348/09, Uznański vs Il-Polonja

(Kawża C-143/10 P)

2011/C 103/18

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: Antoni Tomasz Uznański (rappreżentant: A. Nowak, avukat)

Appellata: Ir-Repubblika tal-Polonja

Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Novembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Waldemar Hudzinski vs Agentur für Arbeit Wesel — Familienkasse

(Kawża C-611/10)

2011/C 103/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Waldemar Hudzinski

Konvenuta: Agentur für Arbeit Wesel — Familienkasse

Domanda preliminari

L-Artikolu 14a(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li ma għandux kompetenza skont l-imsemmi artikolu huwa fi kwalunkwe każ imċaħħad mill-awtorità li jalloka benefiċċji tal-familja, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, lil ħaddiem li għandu biss impjieg temporanju fit-territorju tiegħu, jekk la l-ħaddiem stess u lanqas it-tfal tiegħu ma għandhom ir-residenza tagħhom jew il-post abitwali ta’ residenza f’dan l-Istat?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Jaroslaw Wawrzyniak vs Agentur für Arbeit Mönchengladbach — Familienkasse

(Kawża C-612/10)

2011/C 103/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jaroslaw Wawrzyniak

Konvenuta: Agentur für Arbeit Mönchengladbach — Familienkasse

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi kwalunkwe każ, iċaħħad lill-Istat Membru, li ma huwiex kompetenti skont l-imsemmija dispożizzjoni, li fih ħaddiem ġie ikkollokat u li lanqas huwa l-Istat Membru ta’ residenza tat-tfal, mill-awtorità li jalloka benefiċċji tal-familja lill-ħaddiem ikkollokat meta dan tal-aħħar ma soffriex minn żvantaġġ legali minħabba l-kollokament tiegħu f’dan l-Istat Membru ?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi kwalunkwe każ, l-Istat Membru li ma huwiex kompetenti li fih ħaddiem ġie ikkollokat għandu l-awtorità li jalloka benefiċċji tal-familja biss meta jkun stabbilit li fl-Istat Membru l-ieħor ma jeżistix dritt għal allowances tal-familja paragunabbli?

(3)

Jekk tingħata risposta negattiva wkoll għal din id-domanda:

F’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jew tal-Unjoni jipprekludu regola ta’ liġi nazzjonali bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-ewwel sentenza tal-punt 2 tal-Artikolu 65(1) flimkien mal-Artikolu 65(2) tal-EStG li jeskludu dritt għall-benefiċċji tal-familja meta benefiċċju paragunabbli għandu jitħallas barra mill-pajjiż jew għandu jkun dovut jekk applikazzjoni ssir f’dan is-sens?

(4)

Fil-każ li tingħata resposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

Kif għandha tissolva l-akkumulazzjoni li tirriżulta bejn id-dritt li jeżisti fl-Istat kompetenti li huwa fl-istess waqt l-Istat Membru ta’ residenza tat-tfal u d-dritt li jeżisti fl-Istat li la huwa kompetenti u lanqas l-Istat Membru ta’ residenza tat-tfal?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/12


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-625/10)

2011/C 103/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, minħabba li ma ħaditx biżżejjed miżuri sabiex timplementa l-ewwel pakkett ta’ liġijiet dwar il-ferrovija, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt:

l-Artikolu 6(3) u l-Anness II tad-Direttiva 91/440/KEE (1) emendata, u taħt l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/14/KE (2);

l-Artikolu 6(2) sa (5) tad-Direttiva 2001/14/KE;

l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/14/KE;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Fl-ewwel lok, hija tikkritika lill-konvenuta talli ma rrispettatx l-obbligi kollha tagħha stipulati fl-ewwel pakkett ta’ liġijiet dwar il-ferrovija li jimponi mhux biss is-separazzjoni tal-entitajiet li jipprovdu l-forniment tas-servizzi tal-ferrovija (fi Franza, l-SNCF) minn dawk inkarigati mit-tmexxija tal-infrastruttura (fi Franza, l-RFF), iżda wkoll li l-funzjonijiet imsejħa “essenzjali” ta’ tqassim ta’ kapaċitajiet ta’ ferroviji, ta’ ġbir ta’ ħlasijiet tal-utenti tal-infrastruttura u ta’ għoti ta’ liċenzji jiġu pprovduti minn korpi indipendenti. Is-SNCF ser tiġi inkarigata minn ċerti funzjonijiet essenzjali fil-qasam tal-għoti tal-binarji tal-ferrovija, funzjonijiet li hija teżerċita permezz tad-Direction des Circulations Ferroviaires (DCF). Dan is-servizz speċjalizzat ma huwiex indipendenti mis-SNCF fuq il-livell ġuridiku, u lanqas fuq il-livelli organizzattiv u deċiżjonali.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni ssostni li l-liġi nazzjonali ma tittrasponix b’mod korrett u komplet ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/14/KE dwar l-istabbiliment ta’ sistema ta’ titjib fit-tħaddim fil-livell tal-iffissar tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-ferroviji. Il-liġi Franċiża tqajjem ukoll problema sa fejn ma tipprovdix biżżejjed miżuri ta’ inċentiv għat-tnaqqis fl-ispejjeż tal-forniment tal-infrastruttura u fil-livell tal-ġbir tal-ħlasijiet tal-utenti.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/440/KE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341).

(2)  Direttiva 2001/14/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/13


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2010 minn Kalliope Agapiou Joséphidès mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-439/08, Agapiou Joséphidès vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża C-626/10 P)

2011/C 103/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Kalliope Agapiou Joséphidès (rappreżentanti: C. Joséphidès u H. Joséphidès, avukati)

Partijiet l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Europea, L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-21 ta’ Ottubru 2010, fil-Kawża T-439/08;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), tal-1 ta’ Awwissu 2008, li tirrifjuta lill-appellanti l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl Nru 07/0122 dwar l-għoti ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet lill-Università ta’ Ċipru;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749, tat-8 ta’ Awwissu 2007, dwar deċiżjoni individwali ta’ għoti ta’ sussidju fil-kuntest tal- Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja, subprogramm Jean Monnet;

tikkundanna l-appellati għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka diversi aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Kalliope Agapiou Joséphidès issostni l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tad-dritt personali ġenerali tagħha għal aċċess għad-dokumenti li jikkonċernawha, tal-prinċipju ta’ trasparenza li jinsab fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE, tal-Artikolu 6 TUE, tal-Artikolu 255 KE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikoli 8, 41.2(b), 42 u 52.6). Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ proċedura billi injorat ir-riferimenti għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali pprovduti mill-appellanti matul is-seduta u billi injorat il-Konklużjonijiet tal-Ombudsman tar-Repubblika ta’ Ċipru, tat-3 ta’ Ġunju 2009, dwar ir-rifjut tal-Università ta’ Ċipru li tagħti aċċess għall-istess dokumenti kkontestati bħal dawk miżmuma mill-appellati.

L-appellanti tinvoka żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali inkwantu hija ddeċidiet, minn naħa, li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) kienet kompetenti sabiex tipproċessa l-applikazzjoni konfermatorja għal aċċes għad-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li tiċħad l-eċċezzjoni ta’ illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-EACEA imqajma mill-appellanti.

Barra minn hekk, hija ssostni ksur ta’ diversi dispożizzjonjiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod eċċessivament restrittiv u billi injorat il-prinċipji stabbiliti mill-ġurisprudenza.

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll aggravju bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ lealtà, ta’ koerenza, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ motivazzjoni.

Fl-aħħar nett, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma ddikjaratx l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3749 tat-8 ta’ Awwissu 2008.


(1)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/13


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-627/10)

2011/C 103/23

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u D. Kukovec, agenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Talbiet tar-rikorrenti

il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li r-Repubblika tas-Slovenja, f’dak li jirrigwarda t-twettiq tal-ewwel pakkett ferrovjarju, ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3) u tal-Anness II tad-Direttiva 91/440/KEE (1) kif ġiet emendata, u tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE (2); tal-Artikolu 6(2) sa (5), tal-Artikolu 7(3), tal-Artikolu 8(1); tal-Artikolu 11 u tal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3) u tal-Anness II tad-Direttiva 91/440/KEE, kif emendata, u tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE minħabba l-fatt li l-amministratur tal-infrastruttura, li jiggarantixxi s-servizzi tat-trasport ferrovjarju, jidderiġi t-traffiku tal-ferroviji u għalhekk jipparteċipa fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni rigward l-allokazzjoni tal-linji ferrovjarji jiġifieri tqassim skont il-kapaċitajiet.

Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja ma osservatx ukoll l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(2) sa (5) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li naqset milli tagħti garanzija ta’ mekkaniżmu ta’ inċentivi għat-tnaqqis tal-ispejjeż għall-garanzija tal-infrastruttura u l-livell tad-drittijiet għall-aċċess.

Għalhekk il-Kummissjoni tafferma li r-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li din ma pprovdietx metodu sabiex tikkalkola l-piżijiet għall-pakkett minimu tal-aċċess għall-binarju għal facilitajiet tas-servizzi li għandhom jigu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż inkorsi direttament bħala riżultat tal-operazzjoni tas-servizz tal-ferrovija.

Ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE peress li ma adottatx skema ta’ ħidma sabiex tinkoraġġixxi lill-impriżi tal-ferroviji u lill-amministraturi tal-infrastruttura jimminimizzaw it-telf u jtejbu l-ħidma tan-netwerk.

Ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha ma pprovditx għall-verifika dwar jekk parti speċifika fis-suq tiflaħx għall-mark-ups sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż sostnuti mill-amministratur tal-infrastruttura.

Ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li ma stabbilixxietx korp regolatorju li jieħu deċiżjonijiet indipendentement mill-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja u mill-applikanti.


(1)  Direttiva tal-Kunsill tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7 Vol. 1, p. 341.

(2)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404.)


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Titus Alexander Jochen Donner

(Kawża C-5/11)

2011/C 103/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Titus Alexander Jochen Donner

Parti oħra fil-proċeduri: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

Question referred

L-Artikoli 34 u 36 TFUE li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu r-reat kriminali ta’ kompliċità fid-distribuzzjoni pprojbita ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt kriminali nazzjonali fejn, f’każ ta’ bejgħ transkonfinali ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur fil-Ġermanja

dan ix-xogħol jittieħed il-Ġermanja minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u s-setgħa de facto ta’ approprjazzjoni fuq dan ix-xogħol tiġi ttrasferita fil-Ġermanja,

iżda t-trasferiment tal-proprjetà jkun seħħ fl-Istat Membru l-ieħor fejn ma kienx hemm protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għal dan ix-xogħol jew din il-protezzjoni ma kinitx infurzabbli?


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-25/11)

2011/C 103/25

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação, SA.

Konvenuta: Fazenda Pública

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 23 tal-Kodiċi Portugiż tal-VAT huwa kompatibbli mal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977;

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-istabbiliment, previst fl-Artikolu 23 iċċitat iktar ’il fuq, ta’ pro rata speċifika ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa mill-persuni taxxabbli li jwettqu biss tranżazzjonijiet taxxabbli, anki jekk permezz ta’ tassazzjoni effettiva, abbażi tal-eżistenza ta’ sussidji eżenti għal dan is-settur (“inputs”), huwa konformi mal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/15


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-34/11)

2011/C 103/26

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Alcover San Pedro, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Tiddikjara li, billi ma żguratx li l-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja fl-ambjent ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu imposti mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmi Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Filwaqt li jitqiesu l-oġġezzjonijiet imqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tas-26 ta’ Novembru 2009 u fid-dawl tar-rapporti pprovduti mill-Portugall, li juru li l-valuri ta’ limitu ta’ PM10 għadhom qed jinqabżu f’diversi żoni u agglomerazzjonijiet u f’ċerti każijiet jindikaw tendenza li jinqabżu l-limiti għal perijodu twil ta’ żmien, il-Kummissjoni tqis li l-Istat Portugiż ma huwiex qiegħed josserva d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE, u dan fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet u ż-żoni ta’ Braga, Porto litoral, Área Metropolitana de Lisboa Norte u Área Metropolitana de Lisboa Sul.


(1)  GU L 152, p. 1.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales) (Chancery Division) fil-21 ta’ Jannar 2011 — Test Claimants in the FII Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-35/11)

2011/C 103/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England and Wales) (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Test Claimants in the FII Group Litigation.

Konvenuti: Commissioners of Inland Revenue, Commissioners for her Majesty's Revenue & Customs.

Domandi preliminari

(1)

Ir-riferimenti għal “rati ta’ tassazzjoni” u “livelli ta’ tassazzjoni differenti” fil-punt 56 tas-sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Diċembru 2006, fil-Kawża C-446/04, Test Claimants in the FII Group Litigation v Commissioners of Inland Revenue, Ġabra p. I-11753:

(a)

jirreferu biss għar-rati tat-taxxa statutorji jew nominali; jew

(b)

jirreferu għar-rati tat-taxxa effettivi li tħallsu kif ukoll għar-rati tat-taxxa statutorji jew nominali; jew

(c)

dawn il-frażijiet, li sar riferiment għalihom, għandhom xi tifsira differenti u, jekk iva, liema?

(2)

Tagħmel xi differenza għar-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja lid-domandi 2 u 4 tar-rinviju preliminari fil-Kawża C-446/04 jekk:

(a)

it-taxxa fuq il-kumpanniji barranin ma titħallasx (jew ma titħallasx totalment) mill-kumpannija mhux residenti li tħallas id-dividend lill-kumpannija residenti, iżda dak id-dividend jitħallas mill-profitti li jinkludu dividendi mħallsa mir-residenti sussidjarju dirett jew indirett fi Stat Membru u li tħallsu minn profitti li fuqhom tħallset taxxa f’dak l-Istat; u/jew

(b)

ma jsirx ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq il-kumpanniji (“advance corporation tax”: “ACT”) mill-kumpannija residenti li tirċievi d-dividend minn kumpannija mhux residenti, iżda jitħallas mill-kumpannija parent residenti diretta jew indiretta tagħha meta jkun sar iktar tqassim tal-profitti tal-kumpannija riċevitur li direttament jew indirettament jinkludu d-dividend?

(3)

Fiċ-ċirkustanzi deskritti fid-domanda 2(b) iktar ’il fuq, il-kumpannija li tħallas l-ACT għandha dritt għar-rimbors tat-taxxa li nġabret indebitament (San Giorgio (1)) jew għandha dritt biss għal talba għal kumpens għad-danni (Brasserie du Pêcheur u Factortame (2))?

(4)

Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma hijiex esklużivament applikabbli għal sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija parent teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tħallas id-dividend, tista’ kumpannija residenti tistrieħ fuq l-Artikolu 63 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 56 KE) fir-rigward ta’ dividendi li rċiviet minn sussidjarja li fuqha teżerċita influwenza deċiżiva u li hija residenti f’pajjiż terz?

(5)

Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda 3 tar-rinviju preliminari fil-Kawża C-446/04 hija wkoll applikabbli meta s-sussidjarji mhux residenti li lilhom ma setgħet issir l-ebda ċessjoni ma jkunux suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru tal-kumpannija parent?


(1)  Kawża 199/82, Amministrazione delle Finanze dello Stato vs San Giorgio, Ġabra p. 3595.

(2)  Kawżi Magħquda C-46/93 u C-48/93 Brasserie du Pêcheur: SA v Federal Republic of Germany u The Queen v Secretary of State for Transport, ex parte Factortame Ltd et, Ġabra p. I-1029.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel d’Amiens (Franza) fil-31 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge

(Kawża C-42/11)

2011/C 103/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel d’Amiens

Partijiet fil-kawża prinċipali

Joao Pedro Lopes Da Silva Jorge

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 18 TFUE) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 695-24 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi rrifjutata l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena li tnaqqas il-libertà fil-każ li l-persuna rikjesta jkollha ċittadinanza Franċiża u li l-awtoritajiet Franċiżi kompetenti jkunu impenjaw ruħhom li jipproċedu b’din l-eżekuzzjoni?

(2)

[…] L-applikazzjoni fid-dritt nazzjonali tar-raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni previst mill-Artikolu 4(6) ta’ din id-deċiżjoni kwadru (1) għandha titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri jew għandha natura obbligatorja, u b’mod partikolari Stat Membru jista’ jadotta miżura li tinkludi fiha diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza?


(1)  Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/16


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-46/11)

2011/C 103/29

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ttrasponiet ħażin ir-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ derogi kif previsti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni takkuża lir-Repubblika tal-Polonja bi traspożizzjoni żbaljata fid-dritt Pollakk tar-rekwiżiti għall-għoti ta’ derogi mill-projbizzjonijiet marbutin mal-ħarsien tal-ispeċi ta’ għasafar u ta’ annimali li jinsabu fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.

L-ewwel nett, f’żewġ regolamenti tal-Ministeru għall-Ambjent dwar speċi ta’ pjanti selvaġġi u annimali suġġetti għal ħarsien hemm l-istruttura segwenti, l-Artikoli 7(1) u 8 jipprovdu deroga ġenerali mill-projbizzjonijiet għall-ħarsien tal-ispeċi (bħal pereżempju il-projbizzjoni ta’ qtil intenzjonali, qbid etc.) fir-rigward ta’ attivitajiet konnessi mat-tmexxija ta’ attività razzjonali agrikola, forestali jew tas-sajd. Madankollu l-possibbiltà ta’ tali deroga ma hijiex prevista fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tieni nett, fl-Artikolu 52(2)(5) tal-liġi dwar il-ħarsien tan-natura, il-portata tal-possibbiltà li tingħata deroga, fir-rigward tal-“prevenzjoni ta’ ħsara serja, b’mod partikolari għall-attivitajiet agrikoli, forestali jew tas-sajd”, minn projbizzjonijiet relatati mal-ħarsien ta’ speċi ta’ annimali hija usa’ minn dik tad-deroga prevista fl-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tielet nett, fl-Artikolu 56(4)(1) tal-liġi dwar il-ħarsien tan-natura, il-portata tal-possibbiltà li tingħata deroga minn projbizzjonijiet relatati mal-ħarsien ta’ speċi meta dan jirriżulta mill-“ħtieġa li tiġi limitati ħsara serja għall-ekonomija, b’mod partikolari, agrikola, forestali jew tas-sajd”, hija usa’ minn dik prevista fl-Artikolu 16(1)(b) tad-direttiva habitat.

Ir-raba’ nett, ir-regolament tat-28 ta’ Settembru 2004 dwar speċi ta’ annimali selvaġġi suġġetti għal ħarsien jawtorizza l-qtil jew il-qbid, etc., tal-lontra komuni (Lutra Lutra) li tgħix fit-territorju ta’ stabbilimenti għat-trobbija tal-ħut, minkejja li din hija speċi li għandha bżonn ħarsien mill-qrib skont l-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-2 ta’ Frar 2011 — Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö vs A Oy

(Kawża C-48/11)

2011/C 103/30

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Konvenuta: A Oy

Domandi preliminari

Skambju ta’ azzjonijiet, fejn kumpannija b’responsabbiltà limitata Finlandiża tittrasferixxi lil kumpannija Norveġiża (bil-forma ġuridika ta’ aksjeselskap) azzjonijiet li tippossjedi filwaqt li tirċievi mill-kumpannija Norveġiża azzjonijiet maħruġa minn din tal-aħħar, għandu jiġi ttrattat, għal finijiet ta’ tassazzjoni, skont l-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE bl-istess mod newtrali bħallikieku l-iskambju ta’ azzjonijiet kien jikkonċerna kumpanniji b’responsabbiltà limitata nazzjonali jew li jinsabu fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea?


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/17


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2011 minn Fernando Marcelino Victoria Sánchez kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2010 fil-Kawża T-61/10

(Kawża C-52/11 P)

2011/C 103/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (rappreżentant: P. Suarez Plácido, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tar-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali, tas-17 ta’ Novembru 2010, filwaqt li tiddikjara li r-rikors għal nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni ippreżentat minn F. Victoria Sánchez huwa ammissibbli u mhux manifestament infondat, u tannulla l-kundanna għall-ispejjeż.

tiddeċiedi konsewgwentement fuq il-mertu, jew, sussidjarjament, tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u tirrinvijah quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni fuq il-mertu, u tikkundanna lill-istituzzjonijiet appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni l-aggravji li ġejjin:

(1)

Ksur tal-Artikolu 44 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, peress li r-rikors promotur fih is-suġġett tal-kawża u sunt tar-raġunijiet imressqa, u, finalment, it-talbiet tal-appellant, magħmula b’mod ċar ħafna fir-rikors, kif ġej: “[t]iddikjara li n-nuqqas ta’ tweġiba tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għall-mistoqsija bil-miktub tas-6 ta’ Ottubru 2009, imur kontra d-dritt Komunitarju u tordna lill-dawn l-istituzzjonijiet jirmedjaw għal dan l-istat ta’ fatt”.

(2)

Ksur tal-Artikolu 20(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikoli 17 KE), tal-Artikolu 24 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 21 KE), tal-Artikolu 227 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 194 KE), flimkien mal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Tali ksur huwa fir-rigward tal-petizzjoni li F. Victoria Sánchez bagħat lill-Parlament Ewropew fl-2008, fejn kien ġibed l-attenzjoni ta’ tali istituzzjoni fuq ir-riskju li għandu ċittadin Spanjol li jazzarda jirrapporta l-korruzzjoni politika u l-evażjoni tat-taxxa f’dan l-Istat Membru. Mehmuż mal-petizzjoni lill-Parlament intbagħat kuntratt iffirmat minn personalitajiet importanti ta’ pajjiżu — fosthom avukat li ismu huwa sinonimu għall-ikbar ditta ta’ avukati fi Spanja u fil-Portugall — li fih hemm spjegat kif dawn il-persuni kienu jevadu t-taxxa u jiffrodaw il-komunità permezz ta’ kumpanniji fittizji u suspettużi fil-konfront tal-Istat. Il-petizzjoni kienet arkivjata mingħajr ebda azzjoni u l-ebda membru tal-Parlament Ewropew Spanjol ma wieġeb għat-talbiet suċċessivi għal appoġġ magħmula mill-appellant — permezz ta’ 10 messaġġi bil-posta elettronika — li fihom talab il-kooperazzjoni tar-rappreżentanti tiegħu sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tiegħu quddiem it-theddid li rċieva.

(3)

Ksur tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 6 TUE, u fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mill-istituzzjonijiet appellati, sa fejn l-inattività tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ittra mibgħuta fis-6 ta’ Ottubru 2009, tikkostitwixxi ksur serju tal-Artikolu 6 TUE, peress li tali istituzzjoni għandha tipprovdi spazju demokratiku ta’ għajxien flimkien għaċ-ċittadini Ewropej kollha, għandha tirrispetta l-aċċess ugwali taċ-ċittadini għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għandha tiżgura protezzjoni legali effettiva, sakemm l-evażjoni tat-taxxa ma tikkostitwixxix fatt li fuqu għandha tiddeċiedi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li tqis il-persuna taxxabbli bħala affettwat indirettament. L-appellant jenfasizza wkoll l-inċertezza legali tad-dritt Komunitarju kkawżata minn numru ta’ sentenzi tal-qrati Spanjoli li injoraw it-twissijiet tar-rappreżentanti legali tal-appellant sabiex tiġi osservata l-leġiżlazzjoni Ewropea, b’mod partikolari b’riferiment għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġuistizzja Ewropea fil-Kawżi C-570/07 u C-571/07 (1), dwar il-libertà ta’ stabbiliment ta’ spiżeriji fi Spanja.

(4)

Ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 265 u 266 TFUE, sa fejn li r-rikors promotur quddiem il-Qorti Ġenerali, kienet intiża sabiex jiġi ddikjarat li l-inattività tal-Parlament u tal-Kummissjoni li jwieġbu għall-petizzjoni magħmula fis-6 ta’ Ottubru 2009 hija kuntrarja għad-dritt Komunitarju u li tali istituzzjonijiet jintalbu jirrimedjaw, u dan ex-lege skont l-Artikolu 266 TFUE, li jgħid li l-korp li l-att tiegħu ikun ġie ddikjrat null jew li n-nuqqas tiegħu li jaġixxi tkun ġiet iddikjarata li hija kontra t-trattati, huwa obbligat li jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jeżeġwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’din il-kawża sabiex jingħata rimedju għan-nuqqas li jaġixxu billi jirrispondu għall-petizzjoni magħmula permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Ottubru 2009.


(1)  Sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2010, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra.


Il-Qorti Ġenerali

2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2011 — P.P.TV vs UASI — Rentrak (PPT)

(Kawża T-118/07) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PPT - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PPTV - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 103/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: P.P.TV — Publicidade de Portugal e Televisão, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: I. de Carvalho Simões u J.M. Conceição Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, sussegwentment D. Botis, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rentrak Corp. (Portland, Oregon, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Jannar 2007 (Każ R 1040/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn P.P.TV — Publicidade de Portugal e Televisão, SA u Rentrak Corp.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

P.P.TV — Publicidade de Portugal e Televisão, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155 tas-7.7.2007


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — FIFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-385/07) (1)

(Xandir bit-televiżjoni - Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE - Miżuri adottati mir-Renju tal-Belġju li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà Belġjana - Tazza tad-dinja tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni - Artikoli 43 KE u 49 KE - Dritt ta’ proprjetà)

2011/C 103/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment R. Denton, E. Batchelor, F. Young, solicitors, u A. Barav, avukat, sussegwentement E. Batchelor, A. Barav, D. Reymond, avukat, u F. Carlin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u N. Yerrell, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u L. Maya, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u C. Pochet, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, A. Berenboom u A. Joachimowicz, avukati); Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u J. Möller, aġenti); u Ir-Renju tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, E. Jenkinson u L. Seeboruth, aġenti, assistiti inizjalment minn T. de la Mare, sussegwentement minn B. Kennelly, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/479/KE, tal-25 ta’ Ġunju 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Komunità tal-miżuri meħuda mill-Belġju skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 180, p. 24)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — UEFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/08) (1)

(Xandir televiżiv - Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KE - Miżuri adottati mir-Renju Unit li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membu - Kampjonat tal-Ewropa tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni - Artikoli 49 KE u 86 KE - Dritt ta’ proprjetà)

2011/C 103/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Union des associations européennes de football (UEFA) (Nyon, L-Isviżżera) (rappreżentanti: A. Bell, K. Learoyd, solicitors, D. Anderson, QC, u B. Keane, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Benyon u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u M. Lester, barrister)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn S. Behzadi-Spencer u V. Jackson, sussegwentement minn S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, aġenti, assisti minn T. de la Mare u B. Kennelly, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Union des associations européennes de football (UEFA)għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju tal-Belġju u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — FIFA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-68/08) (1)

(Xandir bit-televiżjoni - Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KEE - Miżuri adottati mir-Renju Unit li jirrigwardaw l-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru - Tazza tad-dinja tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju - Motivazzjoni - Artikoli 43 KE, 49 KE u 86 KE - Dritt ta’ proprjetà)

2011/C 103/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zurich, L-Isviżżera) (rappreżentanti: inizjalment E. Batchelor, F. Young, solicitors, A. Barav, D. Reymond, avukati, u F. Carlin, barrister, u sussegwentement E. Batchelor, A. Barav, D. Reymond u F. Carlin)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Benyon, E. Montaguti u N. Yerrell, sussegwentement F. Benyon u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, u M. Lester, barrister)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, aġent, assistit minn J. Stuyck u A. Joachimowicz, avukati); u Ir-Renju tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u V. Jackson, sussegwentment S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, aġenti, assistiti inizjalment minn T. de la Mare, sussegwentement minn B. Kennelly, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju tal-Belġju u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Formula One Licensing vs UASI — Global Sports Media (F1-LIVE)

(Kawża T-10/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva F1-LIVE - Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti F1 u F1 Formula 1 - Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 103/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Klingberg u K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Sports Media Ltd (Hamilton, il-Bermuda) (rappreżentanti: iniżjalment T. de Haan u J.-J. Evrard, sussegwentement T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 7/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Racing-Live SAS u Formula One Licensing BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Formula One Licensing BV hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 55, 7.3.2009


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Zhejiang Xinshiji Foods et Hubei Xinshiji Foods vs Il-Kunsill

(Kawża T-122/09) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Drittijiet ta’ difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2011/C 103/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Xinshiji Foods Co. Ltd (Liuao Town, Sanmen County, Iċ-Ċina); u Hubei Xinshiji Foods Co. Ltd (Dangyang City, Iċ-Ċina) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, A. MacGregor, solicitor, N. Niejahr u Q. Azau, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u R. Szostak, aġenti, assistiti iniżjalment de G. Berrisch u G. Wolf, imbagħad de G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Clyne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 1355/2008, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 1355/2008, tat-8 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti.

(2)

Zhejiang Xinshiji Foods u Hubei Xinshiji Foods għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Zhejiang Xinshiji Foods u Hubei Xinshiji Foods.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — J & F Participações vs UASI — Plusfood Wrexham (Friboi)

(Kawża T-324/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Friboi - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FRIBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 103/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & F Participações SA (Sorocaba, il-Brażil) (rappreżentant: A. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Plusfood Wrexham Ltd (Llay, Wrexham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. van Roeyen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ April 2009 (Każ R 824/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fribo Foods Ltd u Agropecuaria Friboi, Ltda.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J & F Participações SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 — Annco vs UASI — Freche et fils (ANN TAYLOR LOFT)

(Kawża T-385/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANN TAYLOR LOFT - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti LOFT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 103/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Annco, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Triet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Freche et fils associés (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1485/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Freche et fils associés u Annco, Inc.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1485/2008-1) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/22


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Gill vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/10)

2011/C 103/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Brendan Gill (Lifford, l-Irlanda) (rappreżentanti: A.M. Collins SC, N.J. Travers, Barrister u D.P. Barry, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt in-numru C(2010) 4752 tat-13 ta’ Lulju 2010 bħala ittra lill-Irlanda, u li ġiet innotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2010, sabiex jiġu rrifjutati talbiet ta’ kapaċità ta’ sikurezza sabiex jiġi mtawwal l-MFV Brendelen u sabiex l-MFV Brendelen imtawwal jiġi ssostitwit bil-bastiment tas-sajd pelaġiku ġdid li ġie propost, u sabiex tiġi ssostitwita d-deċiżjoni li tirrigwarda l-imsemmija talbiet inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245, tal-4 ta’ April 2003, dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-MAGP IV sabiex jittieħed kont tat-titjib fis-sikurezza, fin-navigazzjoni marittima, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għal bastimenti ta’ tul totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent, permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2006 fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03 Boyle et vs Il-Kummissjoni [2006] ECR II-1699; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors u skont l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata taħt in-numru C(2010) 4752 tat-13 ta’ Lulju 2010 bħala ittra lill-Irlanda, u li ġiet innotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2010, sabiex jiġu rrifjutati talbiet ta’ kapaċità ta’ sikurezza sabiex jiġi mtawwal l-MFV Brendelen u sabiex l-MFV Brendelen imtawwal jiġi ssostitwit bil-bastiment tas-sajd pelaġiku ġdid li ġie propost, u sabiex tiġi ssostitwita d-deċiżjoni li tirrigwarda l-imsemmija talbiet inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/245 tal-4 ta’ April 2003 dwar it-talbiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-MAGP IV sabiex jittieħed kont tat-titjib fis-sikurezza, fin-navigazzjoni marittima, fl-iġjene, fil-kwalità tal-prodott u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għal bastimenti ta’ daqs totali ta’ iktar minn 12-il metru (ĠU 2003 L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent, permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2006 fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03 Boyle et vs Il-Kummissjoni [2006] ECR II-1699.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jissottometti li l-konvenuta aġġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE tas-26 ta’ Ġunju 1997 li jikkonċerna l-għanijiet u r-regoli ddettaljati għar-ristrutturar tas-settur tas-sajd tal-Komunità għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001 bil-għan li jikseb bilanċ fuq bażi sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-esplojtazzjoni (ĠU 1997 L 175, p. 27) tkompli tipprovdi l-bażi legali adatta għad-deċiżjoni kkontestata u, għaldaqstant, il-Kummissjoni allegatament ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta d-deċiżjoni bħala deċiżjoni ad hoc.

 

Fit-tieni lok, ir-rikorrent jissottometti li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent jissottometti li d-deċiżjoni kkontestata, taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, kellha tiġi adottata skont il-proċedura tal-kumitat ta’ ġestjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali.

 

Fit-tielet lok, ir-rikorrent jissottometti li billi interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/413/KE, il-Kummissjoni eċċediet is-setgħat tagħha, b’mod partikolari billi bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u billi injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sikurezza, f’Diċembru tal-2001.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sikurezza. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost meta mqabbel mal-Brendelen, hija manifestament żbaljata, l-istess bħalma hija żbaljata l-preżunzjoni li l-“isforz tas-sajd” tal-bastiment il-ġdid għandu jkun ikbar minn dak tal-Brendelen oriġinali u minn dak imtawwal.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt tiegħu għal trattament ugwali. Ir-rikorrent isostni li ċ-ċaħda min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tiegħu tikkostitwixxi trattament differenti manifest li jammonta għal diskriminazzjoni illegali kontrih meta mqabbel mal-approċċ kompletament differenti adottat fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet għal tunnellaġġ ta’ sikurezza addizzjonali li ġew aċċettati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245, kif ukoll fir-rigward ta’ waħda mit-talbiet li kienet ġiet inizjalment miċħuda b’dik id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata bid-deċiżjoni inkluża fid-Dokument tal-Kummissjoni C(2010) 4765, tat-13 ta’ Lulju 2010.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/23


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Verenigde Douaneagenten vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/11)

2011/C 103/41

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Verenigde Douaneagenten (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. van der Meché, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-Deċiżjoni għar-raġunjiet li ġejjin.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2010, bir-referenza REC 02/09.

Il-Kummissjoni ddikjarat, abbażi tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 (1) u tal-Artikolu 871 tar-Regolament Nru 2454/93 (2), li r-rikorrenti aġixxiet in bona fide u osservat id-dispożizzjonijiet kollha stabbilit mill-leġiżlazzjoni fis-seħħ rigward id-dikjarazzjoni doganali, iżda li madankollu ma kien hemm l-ebda żball min-naħa tal-awtorità kompetenti u li għaldaqstant għandu jsir irkupru a posteriori.

Ir-rikorrenti ssostni li fil-każ preżenti hemm żball abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92. Dak is-subparagrafu jipprovdi li fejn l-istatus preferenzjali tal-merkanzija huwa stabbilit abbażi ta’ sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva li tinvolvi lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, il-ħruġ ta’ ċertifikat żbaljat minn dawn l-awtoritajiet huwa meqjus bħala żball. Fil-fehma tar-rikorrenti dan huwa il-każ hawnhekk.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li fil-każ ta’ rkupru a posteriori tad-dazji doganali, l-awtoritajiet doganali Olandiżi iridu juru li l-ħruġ ta’ ċertifikati żbaljati huwa imputabbli għal dikjarazzjoni żbaljata tal-fatti min-naħa tal-esportatur.

Ir-rikorrenti ssostni li, minħabba din ir-raġuni, il-konklużjoni għandha tkun li l-ħruġ taċ-ċertifikati żbaljati min-naħa tal-awtoritajiet doganali ta’ Curacao jikkostitwixxi żball skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92.

Fl-investigazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni osservat ukoll li għandu jitqies li r-rikorrenti ma wettqitx atti ta’ frodi jew uriet negliġenza manifesta, iżda li dan ma huwiex każ ta’ ċirkustanzi speċjali u għaldaqstant remissjoni tad-dazji ma hijiex iġġustifikata.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konstatazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata dwar ir-remissjoni skont l-Artikolu 239 tar-Regolament Nru 2913/92 ma ngħatatx fil-perijodu stabbilit fl-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93. Għaldaqstant, hija ssostni li l-awtoritajiet doganali Olandiżi għandhom jagħtu risposta favorevoli għat-talba għal remissjoni tad-dazji.

Min-naħa l-oħra, fl-investigazzjoni tagħha l-Kummissjoni naqset ukoll milli ssegwi l-proċedura korretta inkwantu ma semgħatx lir-rikorrenti u ma tagħthiex l-opportunità li tesprimi debitament il-perspettiva tagħha, li fil-fehma tar-rikorrenti, tmur kontra l-prinċipju ta’ difiża tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li hemm ċirkustanza speċjali minħabba l-fatt li billi tinvoka l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 hija tiddependi fuq dokumenti li ma għandhiex u li ma għandux għalfejn ikollha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/24


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2011 — Kraft Foods Global Brands vs UASI — Fenaco (SUISSE PREMIUM)

(Kawża T-60/11)

2011/C 103/42

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Global Brands LLC (Northfield, EEUU) (rappreżentanti: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fenaco Genossenschaft (Bern, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Novembru 2010, fil-Każ R 522/2010-1, u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-Trade Mark Komunitarja: Fenaco Genossenschaft

Trade Mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “SUISSE PREMIUM” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet Nri 30, 31 u 42

Proprjetarju tat-Trade Mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade Mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-Trade Mark “PREMIUM” għall-prodotti fil-klassi Nru 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li hemm riskju ta’ konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 207/2009 tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-Trade Mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2011 — Recombined Dairy System vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-65/11)

2011/C 103/43

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Recombined Dairy System A/S (Horsens, id-Danimarka) (rappreżentanti: T. K. Kristjánsson u T. Gønge, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(2) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2010 [Każ C(2010) 7692 (REC 03/08)] indirizzata lill-awtorità doganali Daniża, SKAT, li tikkonstata li f’dak li jirrigwarda ammont ta’ EUR 1 406 486,06 (DKK 10 492 385,99), huwa ġġustifikat li jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori d-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fit-talba tar-Renju tad-Danimarka tas-6 ta’ Ottubru 2008, u li f’dak li jirrigwarda ammont ta’ EUR 1 234 365,24 (DKK 9 208 364,69), ma huwiex ġustifikat li tingħata r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fit-talba tar-Renju tad-Danimarka tas-6 ta’ Ottubru 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li huwa ġġustifikat li tittieħed inkunsiderazzjoni a posteriori u li ma huwiex ġġustifikat li tingħata r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni inkwistjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk jeżistux f’dan il-każ żball tal-awtoritajiet doganali, b’mod konformi mal-Artikolu 236 u l-Artikolu 220(2)(b), u ċirkostanzi partikolari b’mod konformi mal-Artikolu 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1).

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddeċidiet:

li ma kienx hemm żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali f’dak li jirrigwarda żewġ merkanziji li fir-rigward tagħhom ir-rikorrenti kienet ġabret informazzjoni tariffarja vinkolanti (iktar ’il quddiem “ITV”),

li kien hemm żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali f’dak li jirrigwarda merkanzija li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet doganali kienu indikaw lir-rikorrenti li ITV ma kinitx neċessarja, peress li r-rikorrenti kellha ITV għal merkanzija identika minn aspett tariffarju u

li ma kienx hemm żball min-naħa tal-awtoritajiet doganali f’dak li jirrigwarda żewġ merkanziji oħra li għalihom ir-rikorrenti ma kinitx talbet ITV, peress li din il-merkanzija kienet identika, minn aspett tariffarju, għal merkanziji li għalihom ir-rikorrenti kienet ġabret ITV.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li kienu jeżistu ċirkustanzi partikolari fir-rigward taż-żewġ merkanziji koperti minn ITV u tal-merkanzija li għaliha kien ġie indikat li ITV ma kinitx neċessarja, iżda li ma kienx hemm ċirkustanzi partikolari fir-rigward tal-aħħar żewġ merkanziji, peress li r-rikorrenti ma talbitx ITV għal dawn il-merkanziji.

Ir-rikorrenti ressqet żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

(1)

Skont l-ewwel motiv, l-awtoritajiet doganali wettqu żball f’dak li jirrigwarda l-ħames merkanziji kollha matul il-perijodu kollu, peress li l-klassifikazzjoni mill-awtoritajiet doganali taħt il-pożizzjoni 3504 fl-ITV maħruġa minnhom wasslet lir-rikorrenti biex b’mod leġittimu taħseb li l-klassifikazzjoni taħt din il-pożizzjoni kienet korretta.

(2)

Skont it-tieni motiv, jeżistu ċirkustanzi partikolari f’dak li jirrigwarda ż-żewġ merkanziji li għalihom ma ntalbitx ITV, għaliex il-fatt li l-awtoritajiet doganali kienu bidlu, b’effett retroattiv, l-interpretazzjoni tat-tariffa doganali (2) li huma applikaw matul ħafna snin jeċċedi r-riskju kummerċjali normali.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/25


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2011 minn Erika Lenz mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-80/09, Lenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-78/11 P)

2011/C 103/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Erika Lenz (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Lenz u J. Römer, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża F-80/09;

tilqa’ t-talbiet kollha li ġew ippreżentati fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

(1)   L-ewwel aggravju: żnaturament tal-fatti fil-punt 29 tas-sentenza appellata u ksur tar-Regoli tal-Proċedura

L-appellanti takkuża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bil-fatt li huwa ddeskriva l-“ġustifikazzjoni” tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata bħala tali u aċċettaha wkoll, minkejja li din ma kinitx ġiet prodotta bil-Ġermaniż u għalhekk ma kinitx rikonoxxuta b’mod espliċitu mill-appellanti. F’dan ir-rigward, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser l-Artikolu 29 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1, tal-15 ta’ April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3). Fil-fehma tal-appellanti, il-punt 29 tas-sentenza appellata jinkludi mhux biss difett proċedurali iżda wkoll żnaturament tal-fatti.

(2)   It-tieni aggravju: żnaturament tax-xogħol ta’ Heilpraktiker fil-Ġermanja

Huwa allegat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-fatti tax-xogħol mediku ta’ Heilpraktiker fil-Ġermanja.

(3)   It-tielet aggravju: żnaturament tal-fatti fiċ-ċitazzjoni ta’ xhud

L-appellanti ssostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żnatura l-fatti li kellhom jagħtu lok għaċ-ċitazzjoni tax-xhud. Fil-punti 20 u 45 tas-sentenza appellata, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sostna b’mod żbaljat li r-rikors kien jirrigwarda rimbors lix-xhud ikkonċernata. Madankollu, skont l-appellanti, dan kien jikkonċerna x-xhieda ta’ fatti li seħħew f’perijodu li matul tiegħu x-xhud kienet koperta mis-sistema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea.

(4)   Ir-raba’ aggravju: nuqqas ta’ fatti fis-sentenza

F’dan ir-rigward, l-appellanti tallega li s-sentenza appellata ma tinkludix ċerti argumenti li saru mill-partijiet fil-proċeduri orali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u li konsegwentement tali argumenti ma ġewx eżaminati.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/26


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2011 — Nath Kalsi vs UASI — American Clothing Associates (RIDGE WOOD)

(Kawża T-80/11)

2011/C 103/45

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi (Agra, l-Indja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: American Clothing Associates NV (Evergem, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 599/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “RIDGE WOOD”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 24 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: American Clothing Associates NV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali “RIVER WOODS” u trade mark figurattivi li jinkludu l-element verbali “RIVER WOODS” u “River Woods”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 40

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) minħabba li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti; ksur tal-Artikolu 15(1) u tal-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li ma ġewx prodotti provi dwar l-użu tat-trade marks preċedenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 minħabba li l-fatti invokati minn American Clothing Associates ma humiex suffiċjenti sabiex jissostanzjaw l-eżistenza ta’ reputazzjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/27


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2011 minn Luigi Marcuccio mis-sentenza mogħtija fit-23 ta’ Novembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-65/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/11 P)

2011/C 103/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

fi kwalunkwe każ: tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha u mingħajr ebda eċċezzjoni.

tiddikjara li d-dokument prodott mill-Kummissjoni fil-jum tas-seduta kien u għadu assolutament inammissibbli in hanc litem.

tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr ebda eċċezzjoni, it-talbiet tal-appellant li jinsabu fir-rikors tal-ewwel istanza.

tikkundanna lill-appellata tirrimborsa lill-appellant l-ispejjeż u l-onorarji kollha sostnuti minn dan tal-aħħar u dawk li jikkonċernaw il-kawża inkwistjoni fl-istanzi kollha tagħha.

sussidjarjament: tibgħat il-kawża inkwistjoni lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kompost b’mod differenti, sabiex jiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti jirrigwarda s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta’ Novembru 2010. Din is-sentenza ma laqgħetx ir-rikors li kellu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Awwissu 2008, adottata abbażi tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, Kawża T-18/04, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (mhux ippubblikata fil-Ġabra), l-annullament tad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-ilment fir-rigward tal-imsemmija deċiżjoni, kif ukoll il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallsu ammont partikolari bħala kumpens għall-allegati danni subiti minħabba din id-deċiżjoni.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iressaq erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ċerti żbalji ta’ proċedura u ta’ sostanza, kif ukoll fuq ksur tad-drittijiet ta’ difiża.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tad-deċiżjoni li tagħha ntalab l-annullament fir-rikors tal-ewwel istanza.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq nuqqas totali ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li tagħha ntalab l-annullament fir-rikors tal-ewwel istanza.

(4)

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità ta’ numru ta’ deċiżjonijiet li jinsabu fis-sentenza appellata, anki minħabba dawn in-nuqqasijiet segwenti: a) ksur, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, foloz u irraġonevoli ta’ regoli ta’ dritt b) ksur tal-prinċipju patere legem quam ipse fecisti, ċ) użu ħażin u abbuż ta’ poter anki fir-rigward tal-użu ħażin u abbuż tal-proċedura, d) nuqqas totali ta’ motivazzjoni.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/27


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2011 — BIA Separations vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/11)

2011/C 103/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BIA Separations d.o.o. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Diċembru 2010 li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward il-Ftehim dwar Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment dwar il-Mekkaniżmu ta’ Finanzjament bil-Kondiviżjoni tar-Riskji (C(2008) 2181) u l-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda il-Ftehim dwar Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward tal-Mekkaniżmu ta’ Finanzjament bil-Kondiviżjoni tar-Riskji (C(2008) 8058);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tistrieħ fuq motiv wieħed fejn tallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 296 TFUE peress li naqset milli tirrispondi għall-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal informazzjoni fit-terminu preskritt fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 03, p. 331.


2.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2011 — Andersen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/11)

2011/C 103/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jørgen Andersen (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: M. F. Nissen u G. Van de Walle de Ghelcke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2010 fuq għajnuna mill-Istat C 41/08 (NN 35/08) — Kuntratti għal servizzi pubbliċi bejn il-Ministeru għat-Trasport Daniż u Danske Statsbaner (DSB) (ĠU 2011 L 7, p. 1);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tal-azzjoni, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Gvern Daniż ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tar-rotta ta’ Copenhagen-Ystad bħala servizz pubbliku u meta inkludiha fi skema ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi. Ir-rikorrent jikkunsidra li din ir-rotta ġiet operata b’mod effiċjenti minn parteċipanti fis-suq mingħajr sussidji u għalhekk ma għandhiex tiġi inkluża f’kuntratt għal servizzi pubbliċi.

(2)

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi billi ma ordnatx l-irkupru tal-kumpens żejjed inkompatibbli mħallas lil DSB minħabba d-dividendi mħallsa lill-azzjonist tagħha, l-Istat Daniż. Ir-rikorrent iqis li l-ħlas ta’ dividendi lill-Istat minn kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha huwa miżmum mill-Istat ma huwiex mekkaniżmu leġittimu għat-tpaċija ta’ kumpens żejjed inkompatibbli.

(3)

It-tielet motiv jallega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi billi applikat ir-Regolament Nru 1370/2007 (1) minflok ir-Regolament Nru 1191/69 (2). Ir-rikorrent iqis li, fir-rigward ta’ għajnuna illegali mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tapplika l-liġi applikabbli fil-mument meta ngħatat l-għajnuna.


(1)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1)

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69, tas-26 ta’ Ġunju 1969, dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19)