ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.093.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 93

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
25 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 093/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo) ( 1 )

1

2011/C 093/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6120 – APMT/PSA/COSCO/DPPC/DPCT) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

2011/C 093/03

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2011 li temenda l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 093/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

2011/C 093/05

Lista ta’ festi pubbliċi ta’ matul is-sena 2011 għall-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 093/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

7

2011/C 093/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

12

2011/C 093/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

15

2011/C 093/09

Informazzjoni mill-Estonja dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

16

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 093/10

Sejħa għall-proposti – EACEA/15/11 – Skont il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja – Appoġġ għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ

17

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 093/11

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

22

2011/C 093/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6202 – Samsung LED/Sumitomo Chemical/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

24

2011/C 093/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6108 – EQT V/Dometic) ( 1 )

25

2011/C 093/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6164 – Barclays Bank/Egg Credit Card Assets) ( 1 )

26

2011/C 093/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6112 – Good Energies/NEIF/NEWCO) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/01

Fid-9 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6117. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6120 – APMT/PSA/COSCO/DPPC/DPCT)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/02

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6120. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/2


DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ Marzu 2011

li temenda l-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew

2011/C 93/03

IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Membri u l-ex-Membri li jieħdu l-allowance tranżitorja jew pensjoni jingħataw rimborż għall-ispejjeż mediċi ta', inter alia, it-tfal dipendenti tagħhom sakemm jagħlqu l-21 sena jew, mhux aktar minn 25 sena jekk ikunu għadhom qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ professjonali b'mod full-time. Fil-każ ta' tfal dipendenti li jkollhom marda serja jew kundizzjoni li ma tippermettilhomx jieħdu ħsieb tagħhom infushom, ikun xieraq li tali rimborż jingħata mingħajr limitu ta' età.

(2)

Il-Membri jistgħu jirċievu rimborż għall-ispejjeż imġarrba minħabba vjaġġi addizzjonali, jiġifieri, vjaġġi li saru fil-qadi ta' dmirijiethom lil hinn mill-Istat Membru li ġew eletti fih, skont ċerti kundizzjonijiet. Ikun xieraq li l-Membri jitħallew jgħaqqdu tali vjaġġi addizzjonali ma' attivitajiet sussidjarji mhux uffiċjali, sakemm dan ma jżidx l-ammont tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza li jridu jiġu rimborżati.

(3)

Jekk il-Membri jieħdu sehem f'attività uffiċjali barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea, jingħataw, f'ċirkustanzi straordinarji ssostanzjati kif xieraq, ir-rimborż ta' spejjeż raġonevoli tas-sussistenza mġarrba matul il-vjaġġ innifsu, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż imġarrba fl-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti. Madankollu, billi l-ispejjeż tal-aħħar huma parti integrali mill-ispejjeż tal-ivvjaġġar li joriġinaw mill-vjaġġ uffiċjali, ma jkunx xieraq li jitnaqqsu mill-ammont li għandu jiġi rimborżat fir-rigward ta' spejjeż raġonevoli tas-sussistenza mġarrba matul il-vjaġġ innifsu.

(4)

Permezz tal-Baġit Emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (2), l-allowance għall-assistenza parlamentari żdiedet b'EUR 1 500, biex jitqies l-ammont ta' xogħol tal-Membri li żdied minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona. Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (3) (“il-Miżuri ta' Implimentazzjoni”) ġew emendati kif xieraq b'deċiżjoni tal-Bureau tal-11 u tat-23 ta' Novembru 2009, tal-14 ta' Diċembru 2009, tad-19 ta' April 2010 u tal-5 ta' Lulju 2010 (4). Għall-istess raġuni, żieda oħra ta' EUR 1 500 ġiet inkluża fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011. Madankollu, inżammet fir-riżerva bir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – it-taqsimiet kollha (5). Fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Marzu 2011, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li t-tieni żieda għandha tiġi rilaxxata mir-riżerva. Fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Marzu 2011, il-Bureau ħa nota ta' dik id-deċiżjoni u approva l-proposta li l-Miżuri ta' Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a)

Il-Membri u l-ex-Membri li jieħdu l-allowance tranżitorja provduta bl-Artikolu 13 tal-Istatut jew pensjoni skont l-Artikoli 14 u 15 tal-Istatut fir-rigward tal-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż magħmulin:

(i)

mill-konjuġi tagħhom jew mis-sieħeb jew sieħba barra ż-żwieġ kif imsemmi fl-Artikolu 58(2) u

(ii)

mit-tfal dipendenti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 58(3), sakemm jagħlqu l-21 sena, jew mhux aktar minn 25 sena jekk ikunu għadhom qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ professjonali b'mod full-time, jew mingħajr limitu ta' età jekk dawn ikollhom mard serju jew xi kundizzjoni li ma tippermettilhomx jieħdu ħsieb tagħhom infushom,

fil-każ li l-konjuġi tagħhom, l-imsieħba stabbli barra miż-żwieġ u t-tfal dipendenti tagħhom mhumiex eliġibbli għal benefiċċji tal-istess xorta u tal-istess livell bħall-Membri jew ex-Membri bis-saħħa ta' kwalunkwe dispożizzjonijiet jew regolamenti legali oħra;”

(2)

Fl-Artikolu 14, il-punt (a) jinbidel b'li ġej:

“(a)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1)(b): l-istedina jew il-programm tal-avveniment li għalih attenda l-Membru jew dokumenti oħra ta' verifika li jixhdu li l-vjaġġ sar fit-twettiq tal-mandat tal-Membru, jew, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 22(2a), dikjarazzjoni mill-Membru li l-vjaġġ sar fit-twettiq tal-mandat tiegħu;”

(3)

L-Artikolu 22, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2b jinbidel b'dan li ġej:

“2b.   It-talbiet għar-rimborż ta’ vjaġġi li jsiru biex wieħed jieħu sehem f'attivita fuq l-istedina ta' Membru jew grupp politiku tal-Parlament Ewropew għandhom ukoll ikunu akkumpanjati minn dokumenti oħra ġustifikattivi juru li l-vjaġġ sar fit-twettiq tal-mandat tal-Membru”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“2 d.   Il-Membri jistgħu jgħaqqdu vjaġġ komplementari ma' attivitajiet mhux uffiċjali relatati, sakemm dan ma jżidx l-ispejjeż tal-vjaġġ u tas-sussistenza li jridu jiġu rimborżati.

2 e.   L-attivitajiet li huma suġġetti għal vjaġġ komplementari ma jistgħux jagħtu lok għal forma oħra ta' rimborż pubbliku jew privat tal-ispejjeż imġarrba.”;

(4)

Fl-Artikolu 24(3), il-punt (c) jinbidel b'li ġej:

“(c)

f'ċirkustanzi straordinarji ssostanzjati kif xieraq, ir-rimborż ta' spejjeż raġonevoli tas-sussistenza mġarrba matul il-vjaġġ innifsu.”;

(5)

L-Artikolu 33(4) jinbidel b'li ġej:

“4.   L-ammont massimu kull xahar ta' spejjeż li jistgħu jitħallsu għall-membri tal-istaff personali msemmija fl-Artikolu 34 huwa ffissat għal EUR 18 189. B'effett mill-1 ta' Mejju 2010, dak l-ammont għandu jkun EUR 19 689. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, dak l-ammont għandu jkun EUR 19 709. B'effett mill-1 ta' Jannar 2011, dak l-ammont għandu jkun EUR 21 209.”.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tisħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum, bl-eċċezzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 1, li għandu japplika mill-14 ta' Lulju 2009.


(1)  Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 183, 16.7.2010, p. 1.

(3)  Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).

(4)  ĠU C 180, 6.7.2010, p. 1.

(5)  Testi Adottati, P7_TA (2010)0372.


Il-Kummissjoni Ewropea

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Marzu 2011

2011/C 93/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4128

JPY

Yen Ġappuniż

114,34

DKK

Krona Daniża

7,4572

GBP

Lira Sterlina

0,87410

SEK

Krona Żvediża

8,9455

CHF

Frank Żvizzeru

1,2817

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8830

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,558

HUF

Forint Ungeriż

267,78

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7094

PLN

Zloty Pollakk

4,0197

RON

Leu Rumen

4,1020

TRY

Lira Turka

2,1930

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3888

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3816

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0122

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8893

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7830

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 581,61

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7521

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2634

HRK

Kuna Kroata

7,3865

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 295,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,2723

PHP

Peso Filippin

61,342

RUB

Rouble Russu

40,0485

THB

Baht Tajlandiż

42,737

BRL

Real Brażiljan

2,3412

MXN

Peso Messikan

16,9183

INR

Rupi Indjan

63,2230


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/5


LISTA TA’ FESTI PUBBLIĊI TA’ MATUL IS-SENA 2011 GĦALL-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

2011/C 93/05

Il-lista tal-festi pubbliċi tas-sena 2011 tal-Istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea f’Ispra, Karlsruhe, Petten u Sevilja hija din li ġejja:

Btajjel uffiċjali u vaganzi żejda għall-2011 fuq is-sit ta' Ispra:

6 ta’ Jannar

Il-Ħamis, l-Epifanija,

22 ta' April

Il-Ġimgħa l-Kbira

25 ta' April

It-Tnejn fuq l-Għid

9 ta' Mejju

It-Tnejn, Jum l-Ewropa

2 ta' Ġunju

Il-Ħamis, Jum Lapsi

3 ta' Ġunju

Il-Ġimgħa, l-għada ta’ Jum Lapsi

13 ta’ Ġunju

It-Tnejn, Jum il-Pentekoste

15 ta’ Awwissu

It-Tnejn, Jum Santa Marija

1 ta' Novembru

It-Tlieta, Jum il-Qaddisin Kollha

2 ta' Novembru

L-Erbgħa, Jum il-Mejtin Kollha

8 ta' Diċembru

Il-Ħamis, Jum l-Immakulata Kunċizzjoni

23 ta’ Diċembru sat-

Il-Ġimgħa

(is-6 ijiem tal-aħħar tas-sena)

30 ta' Diċembru

Il-Ġimgħa

TOTAL: 17-il jum

Vaganzi pubbliċi u jiem mingħajr ħidma f'Karlsruhe fl-2011:

6 ta' Jannar

Il-Ħamis, l-Epifanija

22 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira

25 ta’ April

It-Tnejn fuq l-Għid

9 ta' Mejju

It-Tnejn, Jum l-Ewropa

2 ta' Ġunju

Il-Ħamis, Jum Lapsi

3 ta' Ġunju

Il-Ġimgħa, l-għada ta' Jum Lapsi

13 ta' Ġunju

It-Tnejn, Jum il-Pentekoste

23 ta' Ġunju

Il-Ħamis, Corpus Christi

24 ta' Ġunju

Il-Ġimgħa, l-għada ta' Corpus Christi

3 ta' Ottubru

It-Tnejn, Jum l-Unifikazzjoni tal-Ġermanja

1 ta’ Novembru

It-Tlieta, Jum il-Qaddisin Kollha

23 ta' Diċembru sat-

Il-Ġimgħa

Vaganzi tal-Milied

(6 ijiem)

30 ta' Diċembru

Il-Ġimgħa

TOTAL: 17-il jum

Vaganzi pubbliċi f'Petten fl-2011

21 ta' April

Ħamis ix-Xirka

22 ta' April

Il-Ġimgħa l-Kbira

25 ta' April

It-Tnejn fuq l-Għid

26 ta' April

It-Tlieta fuq l-Għid

9 ta' Mejju

It-Tnejn, Jum l-Ewropa

2 ta' Ġunju

Il-Ħamis, Jum Lapsi

3 ta' Ġunju

Il-Ġimgħa

13 ta' Ġunju

It-Tnejn, Jum il-Pentekoste

31 ta' Ottubru

It-Tnejn

1 ta’ Novembru

It-Tlieta, Jum il-Qaddisin Kollha

2 ta’ Novembru

L-Erbgħa, Jum il-Mejtin Kollha

23 ta' Diċembru sat-

Il-Ġimgħa

Vaganzi tal-Milied

30 ta’ Diċembru

Il-Ġimgħa

TOTAL: 17-il jum

Vaganzi pubbliċi f'Sevilja

6 ta' Jannar

Il-Ħamis, l-Epifanija

7 ta' Jannar

Il-Ġimgħa

28 ta' Frar

It-Tnejn, Jum Andalusia

21 ta' April

Ħamis ix-Xirka

22 ta' April

Il-Ġimgħa l-Kbira

2 ta' Mejju

It-Tnejn, minflok Jum il-Ħaddiem

3 ta' Mejju

It-Tlieta

9 ta' Mejju

It-Tnejn, Jum l-Ewropa

23 ta' Ġunju

Il-Ħamis, Corpus Christi

12 ta' Ottubru

L-Erbgħa, Vaganza Nazzjonali Spanjola

1 ta' Novembru

It-Tlieta, Jum il-Qaddisin Kollha

6 ta' Diċembru

It-Tlieta, Jum il-Kostituzzjoni ta' Spanja

26 ta' Diċembru sat-

It-Tnejn

Vaganzi tal-Milied

30 ta' Diċembru

Il-Ġimgħa

TOTAL: 17-il jum


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/7


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 93/06

Għajnuna Nru: XA 143/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: id-dipartiment ta’ Ain

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: aides en faveur du remplacement des agriculteurs (Ain)

Bażi legali: articles L 1511-2, L 3231-2 et 3232-1 du code général des collectivités territoriales; délibération du Conseil général de l’Ain.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 35 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 %

Data tal-implimentazzjoni: Minn meta jiġi ppubblikat in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Il-miżura hija stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-għajnuna għall-assistenza teknika fl-azjendi agrikoli (traduzzjoni mhux uffiċjali).

Il-Kunsill ġenerali, li b'din il-miżura jiffavorixxi l-implimentazzjoni ta' servizzi ta' sostituzzjoni, jixtieq li l-professjoni ta' bidwi ssir attraenti, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, u fl-istess ħin jgħin sabiex l-impjieg imħallas fl-agrikultara jkun wieħed dejjiemi.

L-iżvilupp tal-impjiegi fl-agrikultura sar realtà permezz tar-ristrutturar tal-azjendi agrikoli: fl-2007, kien hemm 1 147 impjegat permanenti u 10 servizzi ta' sostituzzjoni differenti fid-dipartiment. L-appoġġ tad-dipartiment qed jimmira li jħeġġeġ il-professjoni fl-agrikultura sabiex taqsam is-servizzi ta' sostituzzjoni eżistenti u b'hekk jiġu koperti il-ħtiġijiet kollha kemm fuq livell ġeografiku kif ukoll dawk li għandhom x'jaqsmu mat-totalità tal-oqsma kollha. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ġie deċiż li jitwaqqaf Ċentru għall-imjiegi u għaqda tal-imjegati tad-dipartiment taħt il-koordinazzjoni tal-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Agrikultura. Din id-deċiżjoni se tgħaqqad flimkien il-FDCUMA u l-għaqdiet ta' unjins professjonali li diġà qed jagħmlu użu mis-servizzi ta' sostituzzjoni.

L-għajnuniet għad-dipartiment se jingħataw bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

se jiġu ffissati abbażi tal-ispejjeż reali li jirriżultaw minħabba s-sostituzzjoni tal-bidwi jew tas-soċju jew tal-persuna imsieħba miegħu, jew ta' ħaddiem agrikolu, minħabba mard jew minħabba li jieħu liv annwali;

l-għajnuniet se jingħataw taħt forma ta' servizzi ssussidjati, jiġifieri ma jsir l-ebda ħlas dirett lill-produtturi;

il-bdiewa kollha li huma eliġibbli fid-dipartiment jista' jkollhom aċċess għalihom (mhux meħtieġ li l-applikant ikun membru ta' xi għaqda jew organizzazzjoni)

l-għotjiet kollha li jistgħu jingħataw għall-ispejjez tal-amministrazzjoni tal-għaqda jew tal-organizzazzjoni se jkunu limitati biss għall-ispejjeż li jkopru s-servizz ta' sostituzzjoni.

Barra minn hekk, l-għajnuniet proposti se jkunu riżervati:

għall-intrapriżi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs hekk kif dawn huma ddefiniti fil-liġi Komunitarja fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008,

għall-azjendi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

għall-azjendi li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli kollha tad-Dipartiment ta’ Ain, (SMEs).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le président du Conseil général de l’Ain

Direction de l’aménagement du territoire et de l’économie

45 avenue Alsace-Lorraine

01000 Bourg en Bresse

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.ain.fr/jcms/int_81440/texte-du-regime-g-ain-bue-remplacem-modif-flc

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 144/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: département de l’Ain

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: aides en appui technique aux coopératives d’utilisation de matériels en commun (CUMA) (Ain).

Bażi legali: articles L. 1511-2, L. 3231-2 et 3232-1 du code général des collectivités territoriales, délibération du Conseil général de l’Ain.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 5 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 %

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Il-miżura tidħol fl-ambitu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-għajnuna għall-assistenza teknika fl-azjendi agrikoli.

Dan il-programm huwa mmirat esklużivament għall-finanzjament ta' parti mill-assistenza teknika u mis-servizzi ta' konsulenza li d-Dipartiment jixtieq jagħti lill-206 CUMA (kooperattiva għall-użu tat-tagħmir agrikolu) tad-Dipartiment tal-Ain, sabiex titjieb il-ġestjoni fl-azjendi agrikoli msieħba f'dawn il-kooperattivi.

F’suq agrikolu diffikultuż, jagħmel sens li l-azjendi agrikoli jagħmlu użu iktar għaqli mit-tagħmir agrikolu u jiġbru r-riżorsi umani flimkien sabiex itejbu l-ġestjoni tal-investimenti tagħhom fit-tagħmir u jissimplifikaw l-użu ta’ dan it-tagħmir.

L-appoġġ tekniku u s-servizzi ta' konsulenza huma għal:

appoġġ legali u tekniku, pereżempju sabiex ikunu konformi mar-regoli tal-CUMA,

appoġġ tekniku dwar it-tagħmir, pereżempju konsulenza teknika dwar l-użu tat-teknoloġija tal-GPS fl-agrikoltura, dwar ix-xiri ta’ trakters ġodda, dwar il-bidla għal tekniki tal-kultivazzjoni ssimplifikati jew għaż-żrigħ dirett u għall-bexx tal-uċuħ tar-raba’ li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, eċċ.,

diskussjonijiet dwar suġġetti bħall-qsim tax-xogħol tal-ħsad, jekk dan ikun possibbli għall-attivitajiet tal-membri tal-CUMA, u l-organizzazzjoni tat-taħriġ għall-amministraturi jew għall-persunal tal-CUMA.

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, l-għajnuna se tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati, mingħajr l-ebda ħlas dirett ta' flus lill-CUMAs.

Fir-rigward tal-programmi tat-taħriġ, in-nefqa eliġibbli se tkun:

l-ispejjeż biex jiġi organizzat il-programm tat-taħriġ,

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipanti.

Fir-rigward tas-servizzi ta' konsulenza, in-nefqa eliġibbli se tkun il-pagamenti għall-forniment ta' dawn is-servizzi. Mhux se tingħata għajnuna għal servizzi ta' konsulenza li huma ta' natura kontinwa jew regolari jew li huma marbutin man-nefqa normali tal-operat.

L-għajnuniet proposti se jingħataw esklużivament għal:

azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif inhu ddefinit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008,

azjendi agrikoli attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

azjendi agrikoli li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-CUMAs kollha fid-Dipartiment.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le président du Conseil général de l’Ain

Direction de l’aménagement du territoire et de l’économie

45 avenue Alsace-Lorraine

01000 Bourg en Bresse

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.ain.fr/upload/docs/application/msword/2010-07/g_ain_bue_cuma.doc

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 156/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: aides aux investissements pour le développement de l’utilisation des énergies renouvelables, des bioénergies et des économies d'énergies dans le secteur agricole.

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 270 000 skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: L-ammont ta' għajnuna ma għandux jaqbeż l-intensità massima tal-għajnuniet awtorizzati, jiġifieri 40 % fir-reġjuni mhux żvantaġġjati u 50 % tal-investimenti eleġibbli fiż-żoni żvantaġġjati (u din tiżdied b'10 % għall-bdiewa żgħażagħ).

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u soġġetta għall-fondi disponibbli.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi disponibbli).

Għan tal-għajnuna: Din l-għajnuna hi skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 u f'konformità mar-regoli kollha stabbiliti fir-Regolament.

L-għan hu li s-sorsi ta' enerġija mhix rinnovabbli tkun sostitwita b'enerġija rinnovabbli u b'sistemi ta' produzzjoni tal-bijoenerġija u biex tkun żviluppata l-prestazzjoni tal-enerġija tal-ażjendi agrikoli biex jiġi żgurat l-operat normali tal-ażjenda filwaqt li tiġi limitata l-produzzjoni tal-gassijiet b'effet ta' serra, mingħajr ma tinbiegħ l-enerġija li tiġi prodotta. L-enerġija li tiġi prodotta għandha tintuża mill-ażjendi agrikoli għall-produzzjoni agrikola tagħhom.

Ser ikun eleġibbli l-investment fl-oqsma elenkati hawn taħt, li għandu jgħin biex titjieb il-kwalità u jiġi ppreżervat u mtejjeb l-ambjent naturali:

Proġetti eżemplari b'impatt pożittiv fuq l-ambjent u li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra (għajnuna massima: EUR 20 000);

(a)

tagħmir għall-irkupru tas-sħana fuq it-tank tal-ħalib għall-produzzjoni tal-misħun,

(b)

tagħmir għall-qabel it-tkessiħ tal-ħalib,

(ċ)

pompa li toħloq vakwu għall-magna tal-ħalib u tagħmir għall-iffrankar tal-enerġija.

(a)

“mill-arja għall-art” jew “bjar Kanadiżi”,

(b)

“mill-arja għall-arja” jew “fluss doppju” VMC.

Il-kostruzzjoni individwali ma tikkostitwix investiment eleġibbli. Madanakollu, ix-xogħol jista' jitwettaq mill-applikant, iżda f'dan il-każ l-ispejjeż tal-materjal u t-tagħmir biss għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-bażi tal-għajnuna.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-intrapriżi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif inhuma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-intrapriżi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u għall-intrapriżi agrikoli li mhumiex intrapriżi f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: l-intrapriżi agrikoli kollha li jwettqu l-attività tagħhom fi ħdan id-département de la Moselle

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/developpement_utilisation_energies_renouvelables.pdf

Informazzjoni oħra: Jekk ikun il-każ, l-ammont tal-għajnuna jista' jiġi rrivedut abbażi tas-sehem ta' finanzjament pubbliku ieħor.

L-għajnuniet ser ikunu limitati għall-bdiewa li ma bbenefikawx minn għajnuna bħal din fil-ħames snin preċedenti, bl-eċċezzjoni ta' dawk li ħallsu l-bilanċ tal-każijiet preċedenti.

Għajnuna Nru: XA 168/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: département des Hautes-Pyrénées

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: aides du département des Hautes-Pyrénées en faveur de la lutte contre les maladies des animaux.

Bażi legali: Articles L 1511 et suivants du code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général des Hautes-Pyrénées

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 142 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % skont il-limiti stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-Kummissjoni

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna hija bbażata fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna għandha l-għan li tissalvagwardja s-saħħa pubblika billi ttejjeb il-kwalità tas-saħħa tal-merħliet, f'konformità mal-missjonijiet ta' sorveljanza epidemoloġika tal-Istat Franċiż u l-pjanijiet għall-prevenzjoni mill-mard tal-annimali.

Fil-fatt, f'dan id-dipartiment partikolari, tal-Hautes-Pyrénées, li hu kkaratterizzat miż-żona muntanjuża tiegħu, il-migrazzjoni tas-sajf tal-merħliet tesiġi li tingħata protezzjoni adegwata ta' saħħa. Dik il-protezzjoni ser tingħata billi l-Conseil Généraljassumi parti mill-ispejjeż li ġejjin:

il-kampjuni u l-analiżi bħala parti mill-eżami analitiku tal-bruċellożi bovina, ovina u kaprina kif ukoll għal-lewkożi bovina, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-merħliet li jpassu (10-50 % tal-ispejjeż għall-kampjuni u għall-analiżi),

l-analiżi bħala parti mill-eżami analitiku għar-rinotrakeite bovina infettiva (RBI) matul l-introduzzjoni tal-annimali (100 % tal-ispejjeż għall-analiżi),

il-ġenotip tal-imtaten għall-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (EST) jew ħakk, sabiex l-imtaten milquta jkunu jistgħu jinqatlu (100 % tal-ispejjeż għall-ġenotip),

it-tilqim kontra l-influwenza taż-żwiemel li jieħdu sehem f'attivitajiet fejn jinġabru ħafna żwiemel (100 % tal-ispejjeż veterinarji),

Dawn l-azzjonijiet ser ikunu limitati biss għall-mard tal-annimali elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990).

L-ebda għajnuna diretta mhi ser titħallas lill-bdiewa. Il-bdiewa ser jibbenefikaw mis-servizzi sussidjati tal-Conseil général li ssemmew aktar 'il fuq. Dawn is-servizzi ser jipprovdu l-laboratorji għall-analiżi lill-veterinarji u l-Groupement de Défense sanitaire.

Għandu jitnaqqas mill-ammont massimu tal-ispejjeż eleġibbli għall-għajnuna:

kwalunkwe ammont irċevut taħt l-iskemi tal-assigurazzjoni u

spejjeż li ma jsirux minħabba l-mard, iżda li jkunu ntefqu f'ċirkostanzi oħra.

l-għajnuna ser tkun riżervata:

għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jkunx jaqbeż dak ta' SME kif iddefinit fil-Liġi Komunitarja (ara l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

għall-azjendi agrikoli li ma jkunux intrapriżi f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-kumpaniji f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004),

Settur jew setturi benefiċjarji: L-ażjendi li jrabbu l-baqar, in-nagħaġ, il-mogħoż u ż-żwiemel

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général des Hautes-Pyrénées

6 rue Gaston Manent

65000 Tarbes

FRANCE

Indirizz tal-Internet: CG65 — Aides agricoles

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.32128 (2010/XA)

Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Brandenburg

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Beihilfen und sonstigen Leistungen durch die Tierseuchenkasse des Landes Brandenburg nach Artikel 10 der Verordnung (EG) Nr. 1857/2006

Bażi legali: § 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland

§ 8 des Gesetz zur Ausführung des Tierseuchengesetzes des Landes Brandenburg (AGTierSGBbg)

Erlass des Ministeriums für Umwelt, Gesundheit und Verbraucherschutz zur Gewährung von Beihilfen für Maßnahmen zur Tierseuchenverhütung und -bekämpfung sowie zur Verbesserung der Tiergesundheit

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont totali tal-għajnuna huwa ta’ EUR 4,2 miljun fis-sena. Dan l-ammont se jitħallas mir-riżorsi tal-Istat Federali u mill-kontribuzzjonijiet li jħallsu s-sidien tal-bhejjem lill-fond għall-mard tal-annimali bħala taxxa parafiskali, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni NN 23/97 tal-31 ta’ Ottubru 2000 li tapprova l-għajnuna.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 %.

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta’ Jannar 2011

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Għajnuna sabiex jiġi miġġieled il-mard tal-annimali

Għajnuna bħala kumpens għat-telf tal-bhejjem minħabba l-mard li jittieħed

Għajnuna għall-miżuri biex il-mard tal-annimali jiġi evitat, jingħaraf u jiġi miġġieled

Għajnuna permezz tal-ħlas tal-ispejjeż ta’ testijiet fil-laboratorju biex jingħaraf il-mard tal-annimali

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Landesamt für Umwelt

Gesundheit und Verbraucherschutz

Tierseuchenkasse Brandenburg (Il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun ta’ Brandenburg)

Groß Gaglow

Am Seegraben 18

03051 Cottbus

DEUTSCHLAND

Posta elettronika: info@tsk-BB.de

Indirizz tal-Internet:

Il-liġi dwar il-mard tal-annimali:

http://www.bgblportal.de/BGBL/bgbl1f/bgbl104s1260.pdf

Il-liġi tar-reġjun ta’ Brandenburg dwar l-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-mard tal-annimali:

http://www.bravors.brandenburg.de/sixcms/detail.php?gsid=land_bb_bravors_01.c.23595.de

Digriet tal-Ministeru għall-ambjent, is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumaturi dwar l-għoti tal-għajnuna għall-miżuri biex il-mard tal-annimali jiġi evitat u jiġi miġġieled u għat-titjib tas-saħħa tal-annimali (ippubblikat fil-gazzetta uffiċjali tar-reġjun ta’ Brandenburg)

http://www.mugv.brandenburg.de/v/lbsvet/TEILA/A1_2_2_1.PDF

Informazzjoni oħra: —


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/12


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 93/07

Għajnuna Nru: SA.31968 (2010/XA)

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Investeringen op het terrein van energiebesparing (onderdeel van Regeling LNV-subsidies)

Bażi legali: Kaderwet LNV-subsidies: artikelen 2, 4 en 7

Regeling LNV-subsidies: artikelen 1:16, vierde lid, 2:1a, 2:2, 2:37, 2:40, vierde lid, 2:41, onderdeel d

Regeling LNV-subsidies: „Bijlage 2. Bijlage bij de artikelen 2:37, eerste lid, 2:38 en 2:40, vierde lid”, en „Hoofdstuk 1. Investeringen op het terrein van energiebesparing”

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2011: EUR 10 miljun

2012: EUR 10 miljun

2013: EUR 10 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tal-investimenti eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: Mill-1 ta' Jannar 2011

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għan primarju: L-appoġġ lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-industrija tal-biedja involuti fl-attivitajiet ta' produzzjoni primarja. Għan sekondarju: il-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent. L-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, b'mod partikolari l-paragrafi 2(b) u 3(d).

Settur jew setturi benefiċjarji: L-ażjendi agrikoli, b'mod partikolari l-azjendi tal-ortikultura tas-serer

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

De staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://wetten.overheid.nl/zoeken/

Informazzjoni oħra: L-Investiment fl-Iskema għall-Iffrankar tal-Enerġija (IRE) riċentement ġie rreġistrat fl-ambitu tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 taħt in tal-Għajnuna XA 38/07 għall-perjodu 2007-2010. Peress li l-għan hu li jingħataw sussidji fl-2011, 2012 u 2013, l-iskema qed tiġi rreġistrata għal darba oħra skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

L-iskadenza għall-applikazzjoni għas-sussidji mill-2011 sal-2013 hija stabbilita fid-Deċiżjoni għall-istedina tal-applikazzjonijiet għas-sussidji mill-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel (ippubblikata kull sena mis-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-innovazzjoni) (Ara wkoll l-Artikolu 1(3) dwar l-Iskema għas-Sussidji mill-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel). Id-Deċiżjonijiet huma ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. It-titlu ta' referenza għall-2011 huwa kif ġej: Id-Deċżjoni għall-istedina tal-applikazzjonijiet għas-sussidji għall-2011 lill-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel; il-perjodu tal-applikazzjoni għall-IRE fl-2011 għandu jkun mill-1 ta' April sat-13 ta' Mejju. Id-Deċiżjoni tista' tistabbilixxi l-intensità tal-għajnuna għal anqas minn 40 % tal-investimenti eleġibbli.

Idħol fis-sit elettroniku “http://wetten.overheid.nl/zoeken/”

Ikklikkja fuq il-kaxxi mmarkati “wetten” u “in de titel”, imbagħad ittajpja “Kaderwet LNV-subsidies”

Ikklikkja fuq il-kaxxi mmarkati “ministeriële regelingen” u “in de titel”, imbagħad ittajpja “Regeling LNV-subsidies”

Għajnuna Nru: SA.32064 (2010/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Vlaanderen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Bio zoekt Boer

Bażi legali: Ministerieel Besluit tot toekenning van een subsidie aan BioForum Vlaanderen vzw voor het project „Biolandbouw & agrobiodiversiteit” (ara d-dokument mehmuż).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,0379 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hi ta' 100 % tal-ispejjeż ippruvati tal-proġett sottomess għall-għajnuna.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna mhux ser tingħata sakemm tiġi ffirmata d-deċiżjoni tal-għajnuna mill-Ministru u jiġu impenjati l-approprjazzjonijiet tal-baġit (nofs Diċembru 2010). Irid ikun applikat il-prinċipju ‘ta’ sospensjoni’.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna ser tingħata għall-2011 (mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 inkluż).

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna ser tingħata lil BioForum Vlaanderen vzw għall-attivitajiet li ġejjin:

Il-miżura tal-għajnuna taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna tista' tkopri 100 % tal-ispejjeż li ġejjin:

L-Artikolu 15(c): għajnuna dwar is-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi;

L-Artikolu 15(d) dwar l-organizzazzjoni ta' forums u l-parteċipazzjoni fihom għall-qsim tal-għarfien bejn in-negozji, il-kompetizzjonijiet, il-wirjiet u l-fieri

Il-proġett ma jipprovdix għajnuna għar-reklamar.

Se titħares il-konformità mal-paragrafi kollha tal-Artikolu 15.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-biedja organika

L-għajnuna ser tingħata biss lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Afdeling Duurzame Landbouwontwikkeling

Koning Albert II-laan 35, bus 40

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1914

Informazzjoni oħra: —

Jules VAN LIEFFERINGE

Secretaris-generaal

Għajnuna Nru: SA.32065 (2010/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Vlaanderen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ketenontwikkeling BioForum Vlaanderen

Bażi legali: Ministerieel Besluit tot toekenning van een subsidie aan BioForum Vlaanderen vzw voor het project „Ketenontwikkeling BioForum Vlaanderen (ara d-dokument mehmuż)”.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 0,095 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hi ta' 100 % tal-ispejjeż ippruvati tal-proġett sottomess għall-għajnuna. L-ispejjeż ġenerali mhumiex eleġibbli għal sussidju.

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna mhux ser tingħata sakemm tiġi ffirmata d-deċiżjoni tal-għajnuna mill-Ministru u jiġu impenjati l-approprjazzjonijiet tal-baġit L-iskema għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011. Irid ikun applikat il-prinċipju ‘ta’ sospensjoni’.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna ser tingħata għall-2011 (mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011 inkluż).

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna ser tingħata lil BioForum Vlaanderen vzw bil-għan li tagħmel eżami tas-suq, tappoġġja s-servizzi tal-ikel, tissorvelja x-xejriet tas-suq u taġġorna u twettaq ir-riċerka tas-suq kif ukoll tipprovdi komunikazzjoni ralatata ma’ dawn.

L-għajnuna se tingħata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. L-għajnuna tista' tkopri 100 % tal-ispejjeż li ġejjin:

L-Artikolu 15(c): għajnuna dwar is-servizzi ta' konsulenza pprovduti minn partijiet terzi;

L-Artikolu 15(d) dwar l-organizzazzjoni ta' forums u l-parteċipazzjoni fihom għall-qsim tal-għarfien bejn in-negozji, il-kompetizzjonijiet, il-wirjiet u l-fieri;

L-Artikolu 15(2)(e): għajnuna għal informazzjoni fattwali dwar is-sistemi ta’ kwalità li japplikaw għall-prodotti minn pajjiżi oħrajn, dwar il-prodotti ġeneriċi u dwar il-benefiċċji ta’ nutriment tal-prodotti ġeneriċi u suġġerimenti għall-użu tagħhom;

L-Artikolu 15(2)(f): għajnuna għal pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew siti tal-internet li jippreżentaw informazzjoni fattwali dwar il-produtturi li ġejjin minn ċertu reġjun jew dwar il-produtturi li jipproduċu ċertu prodott, dejjem jekk l-informazzjoni u l-preżentazzjoni jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jkollhom opportunitajiet indaqs għar-rappreżentanza fil-pubblikazzjoni. L-għajnuna se tingħata biss għal attivitajiet u għal materjal informattiv li ma jkun fihom ebda referenza għall-oriġini tal-prodott.

Il-proġett ma jipprovdix għajnuna għar-reklamar.

Se titħares il-konformità mal-paragrafi kollha tal-Artikolu 15.

Settur jew setturi benefiċjarji: Biedja organika

L-għajnuna ser tingħata biss lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departement Landbouw en Visserij

Afdeling Duurzame Landbouwontwikkeling

Koning Albert II-laan 35, bus 40

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1914

Informazzjoni oħra: —

Jules VAN LIEFFERINGE

Secretaris-generaal

Għajnuna Nru: SA.32067 (2010/XA)

Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Schleswig-Holstein

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Entschädigung für Legehennen in Beständen mit Salmonellen-Befund

Bażi legali:

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tas-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1)

2.

Verordnung zum Schutz gegen bestimmte Salmonelleninfektionen beim Haushuhn (Hühner-Salmonellen-Verordnung) vom 6. April 2009 (BGBl. I S. 752), zuletzt geändert durch Artikel 7 der Verordnung vom 18. Dezember 2009 (BGBl. I S. 3939)

3.

Leitlinien zum Schutz schleswig-holsteinischer Legehennenbestände vor dem Eintrag und der Verbreitung von Salmonellen der Typen S. enteritidis und S. typhimurium

4.

Richtlinien für die Gewährung von Beihilfen zur Bekämpfung von Salmonellen in Legehennenbeständen (Legehennen-Salmonellen-Beihilfe-Richtlinien)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 130 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 %

Data tal-implimentazzjoni: Din l-għajnuna ser tingħata minn x'ħin tiġi ppubblikata l-informazzjoni fil-qosor dwar l-iskema tal-għajnuna fuq l-internet.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2011

Għan tal-għajnuna: Salmonellosis hija elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE.

L-eżenzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 10(2) tar-regolament (KE) Nru 1857/2006 tat-TFUE

L-iskop tal-miżura huwa biex tikkumpensa għal nofs il-valur tas-suq tal-annimali li jkunu nqatlu minħabba infezzjonijiet tas-salmonella indentifikati uffiċjalment skont il-linji gwida.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-Agrikoltura

Is-sidien tat-tiġieġ li jbidu li huma eleġibbli għall-għajnuna huma l-azjendi agrikoli żagħar u ta' daqs medju skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerium für Landwirtschaft, Umwelt und ländliche Räume Schleswig-Holstein

Mercatorstraße 3

24106 Kiel

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.schleswig-holstein.de/cae/servlet/contentblob/954314/publicationFile/Beihilfe_Salmonellen_RiLi_2011_Freist.pdf

Informazzjoni oħra: —

Birgitt FAIK


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/15


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/08

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

La Rochelle–Poitiers–Lyon

Perjodu tal-validità tal-kuntratt

1 ta' Novembru 2011-31 ta' Ottubru 2015

Data tal-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

 

għall-applikazzjonijiet (l-ewwel stadju):

6 ta' Mejju 2011, (f’nofsinhar, ħin lokali)

 

għall-offerti (it-tieni stadju):

17 ta' Ġunju 2011, (f’nofsinhar, ħin lokali)

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti, u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Chambre de commerce et d'industrie de La Rochelle

Rue de Jura

17000 La Rochelle

FRANCE

Monsieur Thomas JUIN

Directeur de l'aéroport de La Rochelle — Île de Ré

Chambre de commerce et d’industrie de La Rochelle

Rue de Jura

17000 La Rochelle

FRANCE

Tel. +33 546423026

Fax +33 546000484

Posta elettronika: t.juin@larochelle.aeroport.fr


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/16


Informazzjoni mill-Estonja dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2011/C 93/09

Ir-Repubblika tal-Estonja informat lill-Kummissjoni li, skont l-Anness II, it-Taqsima II.2.8 għad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi,

Skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, it-Taqsima II.2.8 għad-Direttiva 2008/68/KE l-Estonja tuża l-Anness II tal-SMGS dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferroviji minn u lejn partijiet kontraenti fl-OSJD lil mhumiex Stati Membri tal-Unjoni Ewropea.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/17


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/15/11

Skont il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja

Appoġġ għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ

2011/C 93/10

Parti A

Inqajmu sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Parti B

Appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

1.   Objettivi u deskrizzjoni

L-għanijiet ġenerali tas-sejħa għal proposti huma li jingħata appoġġ għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja li jkunu koerenti u komprensivi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, li jkopru u jorbtu flimkien it-tipi kollha (formali, nonformali, informali) u l-livelli tal-edukazzjoni (preskolastika, primarja, sekondarja, terzjarja, għall-adulti, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali inizjali u kontinwi), inkluż rabtiet ma’ setturi ta’ politika rilevanti oħrajn (eż. impjiegi u inklużjoni soċjali), permezz ta’:

L-għoti ta’ appoġġ biex titqajjem sensibilizzazzjoni u impenn istituzzjonali, koordinazzjoni u sħubija mal-partijiet interessati kollha biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni nazzjonali tal-erba’ prijoritajiet strateġiċi tal-“Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020)”,

L-għoti ta’ appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-iskambju ta’ esperjenzi u prattika tajba fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja li huma koerenti u komprensivi kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell reġjonali, li jkopru l-forom u l-livelli kollha ta’ tagħlim,

L-għoti ta’ appoġġ għall-identifikazzjoni tal-fatturi kritiċi prinċipali u permezz ta’ esperimentazzjoni, ittestjar u trasferiment ta’ innovazzjoni konġunti fir-rigward tal-implimentazzjoni b’suċċess ta’ strateġiji u politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja.

2.   Applikanti eliġibbli

Din is-sejħa hija miftuħa għal organizzazzjonijiet stabbiliti fil-pajjiżi li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Il-parteċipazzjoni ta’ Pajjiżi Terzi mhijiex permessa għal din l-azzjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati minn persuna ġuridika li għandha kapaċità legali. Persuna fiżika ma tistax tapplika għal għotja.

Il-benefiċċjarji jistgħu jkunu ministeri nazzjonali jew reġjonali inkarigati mill-edukazzjoni u t-taħriġ u l-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja, u korpi pubbliċi oħrajn u organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati li jkunu attivi fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja. Organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati jinkludu assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali li l-attivitajiet prinċipali jew ir-responsabbiltajiet ewlenin tagħhom huma marbuta direttament ma’ xi settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali u assoċjazzjonijiet oħra nazzjonali jew reġjonali li jirrappreżentaw l-interessi ta’ grupp tas-soċjetà fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ politiki tat-tagħlim tul il-ħajja.

Għall-iskop ta’ din is-sejħa, l-istituzzjonijiet kollha ta’ edukazzjoni ogħla speċifikati mill-Istati Membri (pajjiżi parteċipanti), u l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim li rċevew ’il fuq minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi matul l-aħħar sentejn (għotjiet oħra mill-Unjoni Ewropea għal azzjoni huma esklużi), jew li huma kkontrollati minn korpi pubbliċi jew mir-rappreżentanti tagħhom, huma kkunsidrati li huma korpi pubbliċi. Organizzazzjonijiet bħal dawn huma meħtieġa li jistqarru permezz ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom iffirmata (inkluża fil-pakkett tal-applikazzjoni) li l-organizzazzjoni tagħhom hija konformi mad-definizzjoni msemmija hawn fuq ta’ korp pubbliku. L-Aġenzija tirriserva d-dritt li titlob id-dokumentazzjoni biex tivverifika din id-dikjarazzjoni.

Parti A.1 –   Inqajmu sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament jistgħu jsiru minn awtorità nazzjonali jew reġjonali waħda jew iktar mill-istess pajjiż responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u politiki ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, jew korpi pubbliċi oħra maħturin minn awtoritajiet bħal dawn biex iwieġbu għas-sejħa.

Parti A.2 –   Inqajmu sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament jistgħu jsiru biss minn sħubiji nazzjonali magħmula minn mill-inqas tliet organizzazzjonijiet li jkunu involuti direttament fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki tat-tagħlim tul il-ħajja.

Parti B –   Appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament jistgħu jsiru biss minn sħubiji transnazzjonali magħmula minn mill-inqas ħames organizzazzjonijiet li jkunu involuti direttament fl-iżvilupp u l-implimentazzjonijiet ta’ politiki tat-tagħlim tul il-ħajja, u li jinvolvu tliet pajjiżi eliġibbli jew iktar.

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati minn organizzazzjonijiet (inkluż l-organizzazzjonijiet imsieħba kollha) stabbiliti f’dawn il-pajjiżi:

is-27 Stat Membru tal-UE,

it-tliet pajjiżi tal-EEA/EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja,

il-pajjiżi kandidati: it-Turkija, il-Kroazja, l-Isvizzera.

Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi mhijiex permessa għal din l-azzjoni.

Mill-inqas pajjiż wieħed tas-sħubija jrid ikun Stat Membru tal-UE (tapplika biss għall-Parti B ta’ din is-sejħa).

3.   Attivitajiet eliġibbli

Parti A.1 –   Inqajmu sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (Qafas Strateġiku ET 2020)

L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din il-parti tas-sejħa jinkludu (objettivi speċifiċi)

Attivitajiet li jqajmu sensibilizzazzjoni għas-sostenn ta’ dibattiti u djalogu nazzjonali marbuta mal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u politiki tat-tagħlim tul il-ħajja (bħal konferenzi nazzjonali jew reġjonali, seminars jew workshops), b’attenzjoni speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li jseħħ qabel (nonformali u informali).

L-istabbiliment ta’ fora u attivitajiet oħra li jikkontribwixxu għal koerenza u koordinazzjoni aħjar fil-proċess tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tat-tagħlim tul il-ħajja li huma koerenti u komprensivi, b’enfasi speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li seħħ qabel (nonformali u informali).

Attivitajiet ta’ disseminazzjoni u li jqajmu sensibilizzazzjoni taħt il-Qafas Strateġiku ET 2020 ta’ għodda jew materjal ta’ referenza (eż. attivitajiet ta’ informazzjoni, inklużi kampanji dwar il-midja, avvenimenti ta’ reklamar, eċċ.), b’enfasi speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li seħħ qabel (nonformali u informali).

Azzjoni ta’ segwitu marbuta ma’ programmi nazzjonali eżistenti mmirati sabiex jistabbilixxu u jimplimentaw il-Metodu Miftuħ ta’ Edukazzjoni u Taħriġ ta’ Koordinazzjoni skont il-Qafas Strateġiku ET 2020 fuq livell nazzjonali, b’enfasi speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li seħħ qabel (nonformali u informali).

Parti A.2 –   Inqajmu sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din il-parti tas-sejħa jinkludu (objettivi speċifiċi):

Attivitajiet ta’ sostenn ta’ dibatti u djalogu nazzjonali (bħal konferenzi, seminars jew workshops nazzjonali jew reġjonali) marbuta mal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u politiki tat-tagħlim tul il-ħajja, b’enfasi speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li seħħ qabel (nonformali u informali),

L-istabbiliment ta’ fora u attivitajiet oħra li jikkontribwixxu għal koerenza u koordinazzjoni aħjar fil-proċess tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali tat-tagħlim tul il-ħajja li huma koerenti u komprensivi, b’enfasi speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li seħħ qabel (nonformali u informali),

Azzjoni ta’ segwitu marbuta ma’ programmi nazzjonali eżistenti mmirati sabiex jistabbilixxu u jimplimentaw il-Metodu Miftuħ ta’ Edukazzjoni u Taħriġ ta’ Koordinazzjoni skont il-Qafas Strateġiku ET 2020 fuq livell nazzjonali, b’enfasi speċjali fuq ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta’ tagħlim li seħħ qabel (nonformali u informali).

Parti B –   Appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt din il-parti tas-sejħa jinkludu (objettivi speċifiċi):

Żvilupp u ttestjar konġunt ta’ għodod u prattiki innovattivi,

L-iskambju transnazzjonali ta’ prattika tajba (tagħlim tal-pari) li jista’ jinkludi analiżi, konferenzi u seminars, immirati lejn l-appoġġ dirett għat-tfassil ta’ politika u l-implimentazzjoni,

Azzjonijiet immirati lejn il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ sħubiji transnazzjonali li jappoġġjaw it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politika fuq livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

L-attivitajiet għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Marzu 2012.

It-tul massimu ta’ żmien tal-proġetti huwa ta’ 12-il xahar għal Parti A u 24 xahar għal Parti B.

Ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet għal proġetti skedati sabiex jibqgħu għaddejjin għal perjodu itwal minn dak speċifikat f’din is-sejħa għall-proposti.

4.   Kriterji għall-għoti

L-applikazzjonijiet/il-proġetti eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Parti A –   Inqajmu sensibilizzazzjoni nazzjonali tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja u tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

1.   Rilevanza: l-applikazzjoni għall-għotja u r-riżultati previsti huma mpoġġija b’mod ċar fl-objettivi speċifiċi, operattiv u dawk usa’ tas-Sejħa għall-Proposti. L-objettivi huma ċari, realistiċi u jindirizzaw gruppi fil-mira u kwistjonijiet rilevanti, inkluż firxa wiesgħa ta’ dawk interessati ewlenin fuq il-livelli kollha kkonċernati bl-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja, inkluż dawk involuti fil-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, prattikanti, fornituri, imsieħba soċjali, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u min qed jitgħallem (40 %).

2.   Il-kwalità tal-pjan ta’ azzjonijiet: l-organizzazzjoni tal-ħidma hija ċara u xierqa sabiex jinkisbu l-objettivi; il-kompiti/l-attivitajiet huma definiti b’tali mod li r-riżultati jinkisbu fil-ħin u skont il-baġit (10 %).

3.   Il-kwalità tal-metodoloġija: l-għodod u l-approċċi prattiċi proposti huma koerenti u xierqa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati għal gruppi fil-mira identifikati b’mod ċar (10 %).

4.   Il-kwalità tat-tim tal-proġett: it-tim tal-proġett jinkludi l-ħiliet, il-kapaċità esperta rikonoxxuta u l-kompetenza meħtieġa biex iwettaq l-aspetti kollha tal-pjan ta’ azzjonijiet, u hemm distribuzzjoni xierqa tal-kompiti fost il-membri tiegħu (10 %).

5.   Il-Proporzjon Spiża-Benefiċċju: l-applikazzjoni għall-għotja turi valur għall-flus f’termini tal-attivitajiet ippjanati fir-rigward tal-baġit previst (10 %).

6.   L-Impatt: l-impatt previst fuq l-approċċi, il-gruppi fil-mira u s-sistemi kkonċernati huwa definit b’mod ċar u hemm miżuri fis-seħħ li jiżguraw li l-impatt jista’ jinkiseb. Ir-riżultati tal-attivitajiet huma mistennija li jkunu sinifikanti (10 %).

7.   Il-Kwalità tal-Pjan ta’ Valorizzazzjoni (Tixrid u Sfruttament tar-Riżultati): il-firxa tal-attivitajiet ippjanati għat-tixrid u l-isfruttament sejrin jiżguraw l-użu ottimali tar-riżultati lil hinn mill-parteċipanti fil-proposta, matul u lil hinn minn kemm idum għaddej il-proġett (10 %).

Parti B –   Appoġġ għall-kooperazzjoni transnazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u reġjonali tat-tagħlim tul il-ħajja

1.   Rilevanza: l-applikazzjoni għall-għotja u r-riżultati previsti huma mpoġġija b’mod ċar fl-objettivi speċifiċi, operattiv u dawk usa’ tas-Sejħa għall-Proposti. L-objettivi huma ċari, realistiċi u jindirizzaw gruppi fil-mira u kwistjonijiet rilevanti, inkluż dawk interessati ewlenin ikkonċernati bl-implimentazzjoni u t-twassil ta’ politiki tat-tagħlim tul il-ħajja, inkluż dawk involuti fil-politika u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, prattikanti, fornituri, imsieħba, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u min qed jitgħallem (40 %).

2.   Il-kwalità tal-pjan ta’ azzjonijiet: l-organizzazzjoni tal-ħidma hija ċara u xierqa sabiex jintlaħqu l-objettivi; il-kompiti/l-attivitajiet huma definiti b’tali mod li r-riżultati jinkisbu fil-ħin u skont il-baġit (10 %).

3.   Il-kwalità tal-metodoloġija: l-għodod u l-approċċi prattiċi proposti huma koerenti, innovattivi u xierqa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati għal gruppi fil-mira identifikati b’mod ċar (10 %).

4.   Il-kwalità tal-Konsorzju: il-konsorzju jinkludi l-ħiliet, il-kapaċità esperta rikonoxxuta u l-kompetenzi meħtieġa kollha biex iwettaq l-aspetti kollha tal-pjan ta’ azzjonijiet, u hemm distribuzzjoni xierqa tal-kompiti fost il-membri tiegħu (10 %).

5.   Il-Proporzjon Spiża-Benefiċċju: l-applikazzjoni għall-għotja turi valur għall-flus f’termini tal-attivitajiet ippjanati fir-rigward tal-baġit previst (10 %).

6.   L-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew: l-impatt previst fuq l-approċċi, il-gruppi fil-mira u s-sistemi kkonċernati huwa definit b’mod ċar u hemm miżuri fis-seħħ li jiżguraw li l-impatt jista’ jinkiseb. Ir-riżultati tal-attivitajiet probabbilment li jkunu sinifikanti u l-benefiċċji ta’ u l-ħtieġa għal kooperazzjoni Ewropea (minbarra l-approċċi nazzjonali, reġjonali u lokali) huma murija b’mod ċar (10 %).

7.   Il-Kwalità tal-Pjan ta’ Valorizzazzjoni (Tixrid u Sfruttament tar-Riżultati): il-firxa tal-attivitajiet ippjanati għat-tixrid u l-isfruttament sejrin jiżguraw l-użu ottimali tar-riżultati lil hinn mill-parteċipanti fil-proposta, matul u lil hinn minn kemm idum għaddej il-proġett (10 %).

5.   Baġit

Il-baġit totali riżervat għall-kofinanzjament tal-proġetti jammonta għal EUR 2,8 miljun.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea ma tistax taqbeż il-75 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

L-għotja massima għal kull proġett sejra tkun ta’ EUR 120 000 għal Parti A (A.1 u A.2) u EUR 300 000 għal Parti B.

L-Aġenzija għandha l-ħsieb li talloka l-ammont disponibbli skont il-proporzjon indikattiv li ġej: 1/2 għal Parti A – 1/2 għal Parti B. Madankollu, l-allokazzjoni finali tiddependi fuq in-numru u l-kwalità tal-proposti riċevuti għal partijiet A u B.

L-Aġenzija tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   Skadenza għas-Sottomissjoni

Id-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Ġunju 2011, 12:00 nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew)

Applikazzjoni sħiħa tkun tikkonsisti f’dawn li ġejjin:

Pakkett tal-Applikazzjoni oriġinali waħdieni (il-Formola elettronika u l-erba’ annessi tagħha) li għandhom jiġu sottomessi online skont l-istruzzjonijiet tal-Formola Elettronika tal-Gwida għall-Utent. Din il-verżjoni, inkluż l-annessi tagħha hija kkunsidrata bħala l-verżjoni oriġinali,

Verżjoni stampata waħda li għandha tintbagħat immedjatament wara l-iskadenza li jkun fiha:

Kopja stampata waħda tal-Pakkett tal-Applikazzjoni li kien sottomess b’mod elettroniku flimkien mal-annessi tiegħu (bin-numru tas-sottomissjoni rċevut),

L-ittri tal-mandat mill-imsieħba kollha (Parti A.2 u Parti B – ftehim multibenefiċjarju), l-ittri għandhom jużaw il-mudelli pprovduti. Verżjonijiet tal-ittri tal-mandat li jintbagħtu permezz ta’ fax iffirmata jew mgħoddija minn skanner sejrin jiġu aċċettati fl-istadju tal-proposta, iżda l-oriġinali għandhom ikunu disponibbli fil-mument li fih jiġi stabbilit il-ftehim,

Prova tal-eżistenza legali (kopja ta’ artikoli ta’ assoċjazzjonijiet u/jew dokumenti ta’ reġistrazzjoni legali),

Kont annwali għas-sena finanzjarja l-iktar reċenti,

Formola tal-kapaċità finanzjarja (għal organizzazzjonijiet privati biss),

Formola tal-identifikazzjoni finanzjarja,

Tar-reġistrazzjoni tal-VAT (fejn applikabbli).

Il-verżjoni stampata għandha tintbagħat permezz ta’ posta rreġistrata jew ordinarja u indirizzata lill-indirizz li ġej:

Education, Audiovisual and Culture Executive Agency

Unit P3 — LLP: Leonardo da Vinci, Grundtvig and Dissemination, Key Activity 1 — ECET

Call for Proposals EACEA/15/11 (Part A.1/Part A.2/Part B)

BOU2 02/145

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Applikazzjonijiet li ma jkunux ġew sottomessi qabel l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu b’fax jew permezz ta’ email biss mhumiex sejrin jiġu aċċettati.

7.   Iktar informazzjoni

Il-linji gwida fid-dettall tas-Sejħa għall-Proposti kif ukoll il-Pakkett tal-Applikazzjoni huma disponibbli fuq dan is-sit elettroniku:

http://eacea.ec.europa.eu/llp/funding/2011/call_ecet_2011_en.php

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formoli pprovduti u għandu jkun fihom l-annessi u informazzjoni kollha kif meħtieġa fil-linji gwida dettaljati.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/22


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2011/C 93/11

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala IJsselmuiden.

Din iż-żona tinsab fil-provinċja ta' Overijssel u hija kkonfinata mil-linji dritti li jgħaqqdu l-pari tal-punti A-B, B-C, C-D, D-E, E-F, F-G u A-H u mill-konfini bejn il-provinċji ta' Overijssel u Gelderland bejn il-punti H u G.

Il-koordinati tal-punti huma kif ġej:

Punt

X

Y

A

188000,00

512000,00

B

204982,97

512000,00

C

208443,86

507940,65

D

222164,41

507699,42

E

231525,76

500038,73

F

220500,00

500000,00

G

204662,32

490949,90

H

188000,00

503826,19

Il-punti t’hawn fuq huma ddefiniti permezz tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-Sistema ta' Triangulazzjoni Nazzjonali (RD, Rijks Driehoeksmeting).

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni taż-żona, l-erja tas-superfiċje hija 447,04 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u fl-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni b’dan jistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu applikazzjoni ta’ kompetizzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar tal-idrokarburi fiż-żona kkonfinata bil-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van P. Jongerius, directie Energiemarkt

ALP A/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797088.


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6202 – Samsung LED/Sumitomo Chemical/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/12

1.

Fis-16 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Samsung LED Co., Ltd., (“Samsung LED”, il-Korea), u Sumitomo Chemical Co., Ltd., (“Sumitomo Chemical”, il-Ġappun), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi kumpanija konġunta (il-“JV”), li se tipproduċi, fil-bidu, substrata taż-żaffir u, eventwalment, varjetà ta’ kimiki u materjali avvanzati għall-applikazzjonijiet tal-LED, fil-Korea.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Samsung LED: l-iżvilupp u l-manifattura ta' teknoloġiji tal-LED (Light Emitting Diode),

Għal Sumitomo Chemical: kumpanija parent ta’ grupp ta’ kumapniji attivi primarjament fis-settur tal-kimika (kimiki bażiki, petrokimiċi u plastik, kimiki fini, kimiki relatati mal-IT, kimiki tal-agrikoltura, u farmaċewtiċi).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6202 – Samsung LED/Sumitomo Chemical/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6108 – EQT V/Dometic)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/13

1.

Fis-16 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża EQT V (ir-Renju Unit) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll totali ta’ Dometic (l-Isvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EQT V: fond ta' ekwità privata li tipposjedi fost kumpaniji oħra lil Scandic, operatur ta’ katina ta’ lukandi,

għal Dometic: il-forniment ta’ prodotti ta’ divertiment u servizzi anċillari għas-swieq tal-karavans, motorhomes, karozzi, trakkijiet u inġenji tal-baħar; sejfs tal-lukandi kif ukoll numru ta’ prodotti li jkessħu li jinkludu l-mini bars.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6108 – EQT V/Dometic, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/26


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6164 – Barclays Bank/Egg Credit Card Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/14

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Barclays Bank PLC (“Barclays”, ir-Renju Unit) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ parti(jiet) mill-impriża Egg Banking plc (“Egg”, ir-Renju Unit), li fl-aħħar mill-aħħar hi kkontrollata minn Citigroup Inc. (“Citigroup”), permezz ta' xiri tal-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Barclays: servizzi finanzjarji globali,

għall-impriża mmirata: il-ħruġ u l-operazzjoni tal-karti ta’ kreditu fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6164 – Barclays Bank/Egg Credit Card Assets, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6112 – Good Energies/NEIF/NEWCO)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 93/15

1.

Fis-17 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regoalment tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Good Energies II LP (The Channel Islands), li l-kontroll aħħari tagħha huwa f’idejn Avenia AG (“Avenia”, l-Iżvizzera) kumpanija posseduta totalment minn bosta membri tal-familja Brenninkmeijer, u NIBC European Infrastructure Fund I CV, (“NEIF”, il-Pajjiżi l-Baxxi) fejn il-kumpanija possedenti hija NEW NIB Limited (“NEW NIB”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' FIWA II Projektgesellschaft mbH (“FIWA II”), FIWA III Projektgesellschaft mbH (“FIWA III”) u FIWA II + III Umspannwerk GmbH (“Umspannwerk GmbH”) permezz ta’ kumpanija holding ġdida, Blue Forrest Solar Holdings BV (“NewCo BV”), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Good Energies/Avenia/familja Brenninkmeijer: bejgħ bl-imnut, xiri u bejgħ ta' proprjetà, servizzi finanzjarji u investimenti ta’ ekwità privata, inklużi investimenti f’enerġiji rinnovabbli,

NEIF/NEW NIB: servizzi finanzjarji,

FIWA II, FIWA III u Umspannwerk GmbH: ġenerazzjoni ta’ enerġija fotovoltajka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6112 – Good Energies/NEIF/NEWCO, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).