ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.092.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
24 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 092/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 092/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 092/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja u l-Ungerija

6

2011/C 092/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Lussemburgu, Malta u l-Awstrija

8

2011/C 092/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2011 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Lussemburgu u Malta

9

2011/C 092/06

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

10

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 092/07

Rata tal-kambju tal-euro

11

2011/C 092/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ COMP/39.510 (1) – ONP – Rapporteur: L-Isvezja

12

2011/C 092/09

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2010 fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-Każ COMP/39.510 (2) – ONP – Rapporteur: L-Isvezja

13

2011/C 092/10

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Każ COMP/39.510 – LABCO/ONP

14

2011/C 092/11

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 rigward proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (Każ COMP/39.510 – LABCO/ONP) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8952)  ( 1 )

16

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 092/12

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ( 1 )

18

2011/C 092/13

Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd ( 1 )

22

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 092/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6085 – Costa Crociere/Alpitour/Welcome JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

24

 

Rettifika

2011/C 092/15

Rettifika għall-Għajnuniet mill-Istat – Deċiżjonijiet rigward proposti ta' miżuri utli konformi mal-Artikolu 108, paragrafu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ meta l-Istat Membru kkonċernat ikun aċċetta l-miżuri msemmija (ĠU C 79, 12.3.2011)

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 92/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

9.6.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 640/08

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Freistaat Sachsen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinie des Sächsischen Staatsministeriums für Wirtschaft und Arbeit zur Förderung der Verkehrsinfrastruktur aus Mitteln des Europäischen Fonds für regionale Entwicklung

Il-bażi legali

§§ 23 und 24 der Sächsischen Haushaltsordnung. Verwaltungsvorschrift des Sächsischen Staatsministeriums für Finanzen zur Sächsischen Haushaltsordnung. Operationelles Programm des Freistaats Sachsen für den Europäischen Fonds für regionale Entwicklung in der Förderperiode 2007-2013.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 125,25 miljun

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

1.1.2009-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Trasport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Landesdirektion Chemnitz

Altchemnitzer Straße 41

09120 Chemnitz

DEUTSCHLAND

Landesdirektion Dresden

Stauffenbergallee 2

01099 Dresden

DEUTSCHLAND

Landesdirektion Leipzig

Braustraße 2

04107 Leipzig

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.12.2010

In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

N 497/10

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Scotland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

SHEFA — 2 Interconnect

Il-bażi legali

Local Government in Scotland Act (2003)

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: GBP 1,47 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Shetlands Islands Council

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 92/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.12.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

NN 7/07 (ex. N 370/01)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Kollha

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Steun voor het milieukeur

Il-bażi legali

Wet van 17 december 1997, houdende regels inzake de verstrekking van subsidies door de minister van Landbouw, Natuurbeheer en Visserij, respectievelijk artikel 2 en artikel 5, §a (Kaderwet LNV-subsidies)

It-tip tal-miżura

Skema ta’ għajnuna

L-għan

Tħeġġiġ għal prodotti ta' kwalità

Il-forma tal-għajnuna

Servizzi ssussidjati

L-estimi

Ammont massimu kumplessiv: EUR 1,97 miljun

L-intensità

Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

It-tul ta' żmien

Mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2004

Setturi ekonomiċi

Is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerie van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

Prins Clauslaan 8

2595 AJ Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

Mhux applikabbli

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.3.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 204/08

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Latvia

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Atbalsts kredītgarantiju veidā

Il-bażi legali

Ministru kabineta noteikumu “Lauksaimniecības un lauku attīstības kredītu garantēšanas kārtība” projekts;

Ministru kabineta noteikumu “Kārtība, kādā, izstrādājot likumprojektu par valsts budžetu kārtējam gadam, tiek paredzētas valsts saistības par garantijām, kas sniegtas atbilstoši lauksaimniecības un lauku attīstības kredītu garantēšanas programmām, kā arī izsniegto garantiju uzraudzības kārtība” projekts.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Investiment fl-intrapriżi agrikoli, Għajnuna lil bdiewa żgħar biex jidħlu fil-kummerċ, Investiment fl-ipproċessar u fis-suq

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: LVL 250,00 (f’miljuni)

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

24.3.2009-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Lauku attīstības fonds

Citadeles iela 7, korp. 43

Rīga, LV-1010

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.2.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 686/09

Stat Membru

Il-Litwanja

Reġjun

Lithuania

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Limited amounts of compatible aid under the Temporary Framework for agricultural entities active in the primary production of agricultural products

Il-bażi legali

Rules for granting of temporary State aid seeking to reduce an impact of finance and economic crisis for agricultural sector (draft version) (Annex 1, Annex 2)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: LTL 10,00 (f’miljuni)

L-intensità

0 %

It-tul ta' żmien

1.2.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Agriculture of the Republic of Lithuania

Gedimino av. 19

LT-01103 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.9.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 226/10

Stat Membru

Il-Latvja

Reġjun

Latvia

Artikolu 107(3)(c)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Atbrīvojums no akcīzes nodokļa lauksaimniecības produkcijas ražotājiem

Il-bażi legali

Likums par akcīzes nodokli

Ministru kabineta 2010. gada 12. maija noteikumi Nr. 444 “Kārtībā, kādā no nodokļa ir atbrīvota dīzeļdegviela (gāzeļļa) un dīzeļdegviela (gāzeļļa), kurai ir pievienota rapšu sēklu eļļa vai no rapšu sēklu eļļas iegūta biodīzeļdegviela un kuru lauksaimniecības produkcijas ražotājs izmanto lauksaimniecības zemes apstrādei, kā arī tādas meža un purva zemes apstrādei, uz kuras kultivē dzērvenes un mellenes”

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Eżenzjonijiet mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis tar-rata tat-taxxa

L-estimi

Baġit globali: LVL 71,36 (f’miljuni)

Baġit annwali: LVL 17,84 (f’miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sat-30.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Lauku atbalsta dienests Latvija

Republikas laukums 2

Rīga, LV-1981

LATVIJA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Marzu 2011

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja u l-Ungerija

2011/C 92/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 26 u 27 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2010 sal-24 ta’ Settembru 2012, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri.

(2)

Il-Gvernijiet tal-Italja u l-Ungerija ppreżentaw nomini għal għadd ta' karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja u l-Ungerija, għall-perijodu li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2012:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Italja

Is-Sinjura Grazia STRANO

Is-Sur Natale FORLANI

Is-Sur Daniele LUNETTA

Ungerija

Is-Sinjura Eszter ENYEDI

Is-Sinjura Orsolya KISGYÖRGY

Is-Sinjura Hajnalka ERDŐS


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Italja

Is-Sinjura Ornella CILONA

Is-Sur Giuseppe CASUCCI

Is-Sinjura Ilaria FONTANIN

Ungerija

Is-Sinjura Judit IVÁNYI dr. CZUGLERNÉ

Is-Sinjura Andrea AGÓCS

Is-Sur László KOZÁK


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Italja

Is-Sur Armando OCCHIPINTI

Is-Sinjura Yasaman PARPINCHEE

Is-Sinjura Paola ASTORRI

Ungerija

Is-Sinjura Terézia BOROSNÉ BARTHA

Is-Sur István KOMORÓCZKI

Is-Sinjura Adrienn BÁLINT

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar f'data aktar tard il-membri li għadhom ma ġewx innominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 257, 19.10.1968, p. 2.

(2)  ĠU C 294, 29.10.2010, p. 1.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Marzu 2011

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Lussemburgu, Malta u l-Awstrija

2011/C 92/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tan-nomini għall-ħatra ppreżentata lill-Kunsill mill-gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u dawk tal-ħaddiema,

Wara li kkunsidra l-listi tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-22 ta' Novembru 2010 (2) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu ta' żmien mit-8 ta' Novembru 2010 sas-7 ta' Novembru 2013.

(2)

Il-Gvern ta' Malta u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ppreżentaw in-nomini għal numru ta' postijiet li jridu jimtlew, għal-Lussemburgu, Malta u l-Awstrija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom jiġu maħtura membri u membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta' Novembru 2013:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Malta

Is-Sur Mark GAUCI

Is-Sur Vince ATTARD


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Marcel GOEREND

Is-Sur Raffaele PAOLETTI

Malta

Is-Sur Jesmond BONELLO

Is-Sur Joseph CARABOTT

Awstrija

Is-Sinjura Julia NEDJELIK-LISCHKA

Is-Sur Alexander HEIDER

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data iktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 3.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Marzu 2011

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Lussemburgu u Malta

2011/C 92/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tas-16 ta' Frar 2010 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2010 sat-28 ta' Frar 2013, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri.

(2)

Il-Gvernijiet tal-Lussemburgu u ta' Malta ppreżentaw nomini għal numru ta' postijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta' Frar 2013:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Paul WEBER

Is-Sur Robert HUBERTY

Is-Sur Carlo STEFFES


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Marcel GOEREND

Is-Sur Raffaele PAOLETTI

Is-Sur Nico CLEMENT

Malta

Is-Sur Joe CARABOTT

Is-Sur Jesmond BONELLO


III.   RAPPREŻENTANTI TA' MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri Supplenti

Lussemburgu

Is-Sur Pierre BLAISE

Is-Sur François ENGELS

Is-Sur Marc KIEFFER

Malta

Is-Sur John SCICLUNA

Is-Sur Joseph DELIA

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 45, 22.2.2010, p. 5.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/10


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

2011/C 92/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni segwenti tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/178/PESK (1), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011, kif emendat bir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li l-individwi elenkati fl-Anness I għall-UNSCR 1973 (2011) għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar imposti fil-paragrafi 15 u 16 tal-UNSCR 1970 (2011), u li l-individwi u l-entititajiet elenkati fl-Anness II għall-UNSCR 1973 (2011) għandhom ikunu soġġetti għall-iffriżar tal-assi impost fil-paragrafi 17, 19, 20 u 21 tal-UNSCR 1970 (2011).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi għall-UNSCR 1973 (2011) imsemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011. Ir-raġunijiet għan-nomini tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 204/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

TEFS Coordination

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 24.3.2011.

(2)  ĠU L 78, 24.3.2011.


Il-Kummissjoni Ewropea

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Marzu 2011

2011/C 92/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4136

JPY

Yen Ġappuniż

114,42

DKK

Krona Daniża

7,4573

GBP

Lira Sterlina

0,86990

SEK

Krona Żvediża

8,9310

CHF

Frank Żvizzeru

1,2746

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8910

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,417

HUF

Forint Ungeriż

269,60

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7088

PLN

Zloty Pollakk

4,0410

RON

Leu Rumen

4,1165

TRY

Lira Turka

2,2022

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4006

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3890

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

11,0186

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9096

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7884

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 590,46

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7796

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2633

HRK

Kuna Kroata

7,3830

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 312,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,2814

PHP

Peso Filippin

61,345

RUB

Rouble Russu

40,0325

THB

Baht Tajlandiż

42,804

BRL

Real Brażiljan

2,3517

MXN

Peso Messikan

16,9646

INR

Rupi Indjan

63,3930


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/12


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ COMP/39.510 (1) – ONP

Rapporteur: L-Isvezja

2011/C 92/08

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-membri tal-Ordre National des Pharmaciens (ONP) li jipprattikaw bħala professjoni liberali huma impriżi involuti fl-attivitajiet ekonomiċi.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ONP hija assoċjazzjoni ta’ impriżi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-deċiżjonijiet meħuda mill-ONP huma deċiżjonijiet meħuda minn assoċjazzjoni ta’ impriżi.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-deċiżjonijiet tal-ONP taħt investigazzjoni mhumiex parti tal-eżerċizzju ta’ setgħat pubbliċi ddelegati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-deċiżjonijiet meħuda mill-ONP huma deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi fit-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-kummerċ bejn l-Istati Membri huma affettwati mid-deċiżjonijiet tal-ONP.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-deċiżjonijiet tal-ONP jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li m’hemm l-ebda raġuni għal eżenzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 101 (3) tat-TFUE.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tliet destinatarji (1) tal-abbozz ta’ deċiżjoni jistgħu jinżammu responsabbli b’mod konġunt għall-imġiba li hija s-soġġett tal-investigazzjoni.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tagħha f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Ordre national des pharmaciens, Conseil national de l’Ordre des Pharmaciens, Conseil central de la Section G de l’Ordre des Pharmaciens.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/13


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiki restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2010 fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-Każ COMP/39.510 (2) – ONP

Rapporteur: L-Isvezja

2011/C 92/09

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li huwa possibbli li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 23.4 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni taċ-ċirkustanzi mitiganti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni globali tal-Kummissjoni tal-gravità tal-ksur.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-perjodu tal-ksur.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ammont tal-multa ġie ddeterminat b’mod korrett.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/14


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Każ COMP/39.510 – LABCO/ONP

2011/C 92/10

1.   Sfond

L-abbozz tad-Deċiżjoni jikkonċerna ksur allegat tal-Artikolu 101 tat-TFUE (dak li kien l-Art. 81 KE) mill-Ordre National des Pharmaciens (“ONP”) Franċiża fis-suq għal servizzi ta’ ittestjar kliniku fil-laboratorji. L-ONP hi assoċjazzjoni ta’ spiżjara stabbilita fuq il-bażi ta’ ordni Franċiż (“ordonnance”) tal-1945. Il-każ jirriżulta minn investigazzjoni li nfetħet mill-Kummissjoni b’reazzjoni għal ilment li rċeviet minn LABCO SAS (“LABCO”), grupp multinazzjonali ta’ laboratorji, fit-12 ta’ Ottubru 2007. Fl-10 ta’ Marzu 2008, l-ilment ġie mgħoddi lill-ONP, li bagħtet il-kummenti tagħha fil-15 ta’ April 2008. Wara investigazzjoni preliminari, saru spezzjonijiet mingħajr avviż minn qabel fit-12 u t-13 ta’ Novembru 2008 fil-proprjetà tal-ONP u f'laboratorju.

2.   Proċeduri bil-Miktub u Orali

Wara l-ilment ta’ LABCO, saret notifika ta’ Stqarrija tal-Oġġezzjonijiet (“SO”) iddatata d-19 ta’ Ottubru 2009 lill-ONP u lit-tliet organi tagħha, notevolment il-Kunsill Nazzjonali tal-ONP (“CNOP”), is-Sezzjoni G tal-ONP, u l-Kunsill Ċentrali tas-Sezzjoni G (“CCG”). Fl-SO, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-ONP kellha sehem f’attivitajiet li jmorru kontra l-kompetizzjoni billi adottat deċiżjonijiet b’żewġ skopijiet: l-ewwel, biex iżżomm il-livell għoli tal-prezzijjiet billi tistabbilixxi prezz minimu u, it-tieni, biex tipprevjeni lill-gruppi ta’ laboratorji milli jakkwistaw il-pussess ta’ laboratorji oħra.

L-ONP kienet oriġinarjament ingħatat 8 ġimgħat biex twieġeb għall-SO. L-ONP talbet estenzjoni għal din id-data ta’ skadenza, li jiena tajt parti minnha (ġimgħa addizzjonali, sal-11 ta' Jannar 2010) b'kunsiderazzjoni tal-perjodu tal-vaganzi tal-Milied. L-ONP wieġbet għall-SO b'rispett lejn din id-data estiża ta’ skadenza.

L-ONP ingħatat aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, permezz ta’ CD-ROM/DVD, fis-27 ta’ Ottubru 2009.

Barra minn hekk, l-ONP eżerċitat id-dritt tagħha li tinstema' waqt Seduta Orali, li saret fl-10 ta’ Frar 2010 u li damet nofstanhar. LABCO, li ressqet l-ilment, ipparteċipat ukoll f’din is-Seduta Orali. L-ebda parti terza ma attendiet għas-Seduta Orali. L-Ordre National de Medicins kienet talbet biex titħalla tattendi bħala parti terza interessata, iżda jiena rrifjutajt din it-talba fuq il-bażi li hi ma kinitx uriet biżżejjed interess li tinstema' skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.

Il-proċedimenti qajmu żewġ kwistjonijiet importanti. L-ewwel, dan hu l-ewwel każ fejn assoċjazzjoni ġiet esposta għall-impożizzjoni ta’ multa skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Għalhekk, meta wieħed iqis l-Artikolu 23(4) ta’ dan ir-Regolament, il-membri tal-ONP setgħu jintalbu jkopru l-ammont ta’ kwalunkwe multa imposta. Sabiex niżgura li l-membri tal-ONP jkunu avżati b’din il-possibbiltà, jiena tajt il-parir li l-ONP għandha tavża lil kull membru dwar il-proċedimenti tal-Kummissjoni, u dwar il-fatt li huma setgħu japplikaw biex jinstemgħu skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Nifhem li dan kien sar.

It-tieni, id-deċiżjonijiet li ssir spezzjoni f’dan il-każ kienu s-suġġett ta’ żewġ rikorsi għall-annullament mressqin quddiem il-Qorti Ġenerali (2). Fis-26 ta’ Ottubru 2010, il-Qorti Ġenerali rrifjutat ir-rikors imressaq mill-CNOP u l-CCG. Li kieku l-Qorti Ġenerali aċċettat l-appell tal-CNOP u l-CCG, dan seta’ potenzjalment ikollu impatt fuq l-evidenza li fuqha l-Kummissjoni setgħat tibbaża biex issib li l-ONP kienet kisret ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni fil-każ preżenti. Madankollu, peress li l-appell ġie rrifjutat mill-Qorti Ġenerali, fl-opinjoni tiegħi d-drittijiet ta’ difiża f’dan ir-rigward ma ġewx miksura.

3.   L-abbozz tad-Deċiżjoni

L-abbozz tad-Deċiżjoni, li hu indirizzat lil dawk kollha li ġew indirizzatti fl-SO ħlief għas-Sezzjoni G tal-ONP, essenzjalment iżomm l-oġġezzjonijiet imfassla fl-SO. Fl-opinjoni tiegħi, l-abbozz tad-Deċiżjoni jittratta biss dwar oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-parti ġiet offruta l-opportunità li tesprimi l-opinjoni tagħha.

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet ta' hawn fuq, nikkunsidra li d-dritt tas-smigħ ġie rrispettat f’dan il-każ.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.

(2)  Il-Kawżi T-23/09 CNOP u CCG v il-Kummissjoni u T-24/09 Biocaps v il-Kummissjoni, it-tnejn imressqin fil-21 ta’ Jannar 2009. Ir-rikors għal annullament fil-Kawża T-24/09 ġie rrifjutat mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Ġunju 2010 fuq il-bażi li din b’mod ċar ma kellha l-ebda bażi.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/16


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Diċembru 2010

rigward proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

(Każ COMP/39.510 – LABCO/ONP)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8952)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 92/11

Fit-8 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni b'dan qiegħda tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kuntest ewlieni tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/

1.   DAĦLA

(1)

Id-Deċiżjoni ssib li l-Ordre national des pharmaciens (ONP) u l-korpi governanti tagħha, il-Conseil national de l’Ordre des pharmaciens u l-Conseil central de la Section G, peress li ħadu deċiżjonijiet li kellhom bħala objettiv tagħhom l-impożizzjoni ta’ prezzijiet minimi fis-suq Franċiż għal testijiet kliniċi fil-laboratorji u r-restrizzjoni ta’ gruppi ta’ laboratorji milli jiżviluppaw f’dak is-suq, kisru l-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Fit-12 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment imressaq minn LABCO (2) kontra l-ONP. Fid-19 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni fetħet proċedura u adottat stqarrijiet ta’ oġġezzjonijiet, li kienu notifikati lill-partijiet fl-20 ta’ Ottubru 2009. L-ONP eżerċitat id-dritt tagħha li tinstema' waqt smigħ li seħħ fl-10 ta’ Frar 2010. Ir-rapport finali tal-Uffiċjal tas-Smigħ kien adottat fit-3 ta’ Diċembru 2010. Il-Kumitat Konsultattiv’ dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ta opinjoni favorevoli dwar l-abbozz tad-deċiżjoni preliminari fit-22 ta’ Novembru 2010 u dwar l-ammont tal-multa fit-3 ta’ Diċembru 2010. Id-Deċiżjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Diċembru 2010.

2.2.   Sommarju tal-ksur

(3)

L-azzjoni li hi s-suġġett ta’ din l-investigazzjoni tikkonsisti mid-deċiżjonijiet kollha tal-ONP mmirati biex ikun impost prezz minimu fis-suq Franċiż għal testijiet kliniċi fil-laboratorji u r-restrizzjoni ta’ gruppi ta’ laboratorji milli jiżviluppaw f’dak is-suq.

(4)

Id-dokumenti miġbura waqt l-investigazzjoni jindikaw li bejn l-2004 u l-2008 l-ONP pruvat, b’insistenza dejjem akbar, timponi prezz minimu tas-suq. Bl-iskop li timponi prezz minimu tas-suq, l-ONP bagħtet ittri lil numru kbir ta’ laboratorji li, kif il-liġi tobbligahom jagħmlu, kienu nnotifikaw kuntratti għall-kooperazzjoni ma' laboratorji jew sptarijiet oħra, fejn il-kuntratti kienu jinvolvu skontijiet meqjusa mill-ONP bħala kbar ħafna. F’dawn l-ittri kollha, l-ONP tirreferi b’mod espliċitu għall-Kodiċi ta’ Etika u b’hekk thedded li tapplika l-poteri dixxiplinari tagħha. F’diversi każi, l-ONP saħansitra kkupjat l-ittri tagħha lis-servizzi deċentralizzati tal-istat biex tipprova tikseb aktar saħħa u tagħti bixra ta' legalità lit-talbiet tagħha.

(5)

Filwaqt li din kienet qed tfittex b’mod sistematiku sħubiji professjonali li jappartjenu għal gruppi ta’ laboratorji, l-ONP ħadet, bejn l-14 ta’ Ottubru 2003 u mill-inqas in-notifikazzjoni tal-istqarrija ta’ oġġezzjonijiet fil-21 ta’ Ottubru 2009, numru kbir ta’ deċiżjonijiet immirati biex jiġu ostakolati gruppi laboratorji milli jiżviluppaw lilhom infushom fis-suq għal testijiet kliniċi fil-laboratorji. Dawn id-deċiżjonijiet huma ta’ erba’ tipi: (1) deċiżjonijiet immirati għall-projbizzjoni ta’ bejgħ ta’ ishma fi sħubiji professjonali; (2) deċiżjonijiet immirati biex ikun żgurat li l-movimenti ta’ ishma jiġu nnotifikati b’mod immedjat lill-ONP; (3) deċiżjonijiet immirati biex ikun żgurat li spiżjara tal-bijokimika jżommu sehem minimu tal-ekwità; u (4) deċiżjonijiet immirati biex ikun żgurat li kwalunkwe emenda tal-istatuti jew appuntar ta' direttur ikollhom l-approvazzjoni minn qabel tal-ONP.

(6)

Skont kemm l-ONP tuża l-poteri dixxiplinarji tagħha jew thedded li tirrikorri għalihom, id-deċiżjonijiet imsemmija tal-ONP jiksbu effett bħala parti mill-eżerċizzju tal-poteri regolatorji fuq l-operaturi tas-suq iddelegati mill-Istat lill-ONP biex jitwettqu x-xogħlijiet tagħha. Madankollu, il-fajl tal-każ jippermetti li jintwera li dawn id-deċiżjonijiet għandhom biss l-apparenza ta’ deċiżjonijiet maħsubin biex jinfurzaw il-konformità mar-regoli ta’ etika, peress li jekk l-ONP tirrikorri għar-regoli ta’ etika biex tiġġustifika d-deċiżjonijiet tagħha, dan tagħmlu sabiex tikseb l-aktar interpretazzjoni favorevoli għall-objettivi antikompetittivi tagħha, li huma differenti sistematikament mill-interpretazzjoni uffiċjali tal-Istat Franċiż, u ta’ spiss ukoll minn dawk tad-dipartimenti interni tagħha.

3.   DEĊIŻJONI

(7)

Peress li l-Ordre national des pharmaciens u l-korpi governanti tagħha, il-Conseil national de l’Ordre des pharmaciens u l-Conseil central de la Section G, ħadu deċiżjonijiet li kellhom bħala objettiv tagħhom l-impożizzjoni ta’ prezzijiet minimi fis-suq Franċiż għal testijiet kliniċi fil-laboratorji u r-restrizzjoni ta’ gruppi ta’ laboratorji milli jiksbu aċċess għal dak is-suq, huma kisru l-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(8)

L-Ordre national des pharmaciens u l-korpi governanti tagħha huma ordnati jwaqqfu b’mod immedjat il-ksur imsemmi hawn fuq u li ma jerġgħux jirrepetu xi att jew aġir li għandhom l-istess objettiv jew effett, jew li huma simili.

(9)

Fir-rigward tal-ksur imsemmi, qed tiġi hawnhekk imposta multa ta’ EUR 5 miljun b’mod konġunt u separatament fuq l-Ordre national des pharmaciens, il-Conseil national de l’Ordre des pharmaciens, u l-Conseil central de la Section G de l’Ordre des pharmaciens.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  LABCO huwa grupp Ewropew ta’ laboratorji kliniċi preżenti b’mod speċjali fi Franza u Spanja, iżda attiv ukoll fil-Ġermanja, l-Italja u swieq oħra.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/18


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 92/12

Għajnuna Nru: XF 17/09

Stat Membru: L-Italja

Reġjun jew Awtorità li tagħti l-għajnuna: Provincia Autonoma di Trento

Titolu tal-iskema ta' għajnuna: Agevolazioni per l’acquacoltura e l’elicicoltura

Bażi legali:

L.P. 28 marzo 2003, n. 4, articolo 45;

deliberazione avente per oggetto: Legge provinciale 28 marzo 2003, n. 4 e s.m.i., recante norme per il «Sostegno dell'economia agricola, disciplina dell'agricoltura biologica e della contrassegnazione di prodotti geneticamente non modificati»: approvazione dei criteri e delle modalità per l'attuazione delle iniziative previste dall’art. 45 (Agevolazioni per l’acquacoltura e l’elicicoltura)

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema: EUR 2 miljuni

Intensità massima tal-għajnuna: 70 %

Data tad-dħul fis-seħħ:

Tul ta’ żmien tal-iskema ta’ għajnuna: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-iskema għandha l-għan li żżid il-qligħ u l-kompetittività tal-impriżi li joperaw fis-settur tal-akkwakultura kemm permezz ta' interventi ta' titjib u tiġdid tal-istrutturi tal-impriżi u tat-tagħmir teknoloġiku rispettiv, kemm permezz ta’ għajnuniet għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura kif ukoll permezz tal-irkupru u ż-żieda fl-istokk li jirriżulta minn dan l-irkupru fl-impjanti tal-akkwakultura li fihom kienu ġew verifikati patoloġiji.

Indika l-Artikolu jew l-Artikoli applikati (minn fost l-Artikoli 8 sa 24): L-Artikolu 11 (Għajnuna għal investimenti produttivi fl-akkwakultura), l-Artikolu 14 (Għajnuna għal miżuri ta’ saħħet l-annimali) u l-Artikolu 16 (Għajnuna għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni).

Attività kkonċernata: L-akkwakultura u t-trobbija tal-bebbux li jittiekel.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincia Autonoma di Trento

Servizio Aziende agricole e territorio rurale

Via G.B. Trener 3

38121 Trento TN

ITALIA

Indirizz tal-internet fejn jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom tingħata l-għajnuna ad hoc barra skema ta' għajnuna: http://www.trentinoagricoltura.it

Tagħrif ieħor:

il-liġijiet tal-provinċja jinsabu fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.consiglio.provincia.tn.it/banche_dati/codice_provinciale/clex_ricerca_per_campi.it.asp

id-dibattiti tal-gvern tal-provinċja jinsabu fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.delibere.provincia.tn.it

Indika għalfejn ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna fl-ambitu tal-Fond Ewropew tas-Sajd: Din l-iskema tinsab flimkien mal-għajnuniet stabbiliti mill-Provinċja awtonoma ta’ Trento fl-ambitu tal-FES għal żewġ motivi:

l-ewwel motiv huwa ta’ karattru finanzjarju, peress li r-riżorsi tal-FES huma limitati;

barra minn hekk, hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu previsti xi għajnuniet għall-każijiet ta’ rkupru tal-pixxikultura minn mard infettiv. Dan l-intervent mhuwiex previst mill-FES.

Għajnuna Nru: XF 38/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajnuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema tal-għajnuna/isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Calpe y la Cofradía de pescadores de Calpe para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Calpe y la Cofradía de pescadores de Calpe para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (il-50 % li jifdal għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Muniċipalità ta' Calpe).

Data tad-dħul fis-seħħ:

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja tal-għajnuna individwali; indika:

fil-każ ta' skema: sa liema data tista' tingħata l-għajnuna

fil-każ ta' għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li għandu jitħallas. 31 ta’ Diċembru 2010.

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' valorizzazzjoni, l-iżvilupp ta' swieq ġodda u t-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd friski.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti tas-sajd friski

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/web/web/guest/pesca/areas-de-trabajo/actividades-de-promocion/convenios-con-ayuntamientos-y-cofradias-de-pescadores

Motivazzjoni: Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Din hija għajnuna ffinanzjata mill-fondi propji tal-Generalitat (Gvern reġjonali), li mhijiex kofinanzjata mill-FES

Għajnuna Nru: XF 39/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li tirċievi għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Calpe y la Cofradía de pescadores de Calpe para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento del Campello y la Cofradía de pescadores del Campello para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (il-50 % li jifdal għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Muniċipalità ta' Campello).

Data ta' dħul fis-seħħ: Id-9 ta' Settembru 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali; indika:

fil-każ ta' skema: id-data sa meta tista' tingħata għajnuna

fil-każ ta' għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: il-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' valorizzazzjoni, l-iżvilupp ta' swieq ġodda u t-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd friski

Indika liema mill-Artikolu/i 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti tas-sajd friski

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/web/web/guest/pesca/areas-de-trabajo/actividades-de-promocion/convenios-con-ayuntamientos-y-cofradias-de-pescadores

Motivazzjoni: Indika għaliex twaqqfet skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Din hija għajnuna ffinanzjata mill-fondi propji tal-Generalitat (Gvern reġjonali), li mhijiex kofinanzjata mill-FES.

Għajnuna Nru: XF 40/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li tirċievi għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Castellón y la Cofradía de pescadores de Castellón para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Castellón y la Cofradía de pescadores de Castellón para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (il-50 % li jifdal għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Muniċipalità ta' Castellón).

Data ta' dħul fis-seħħ:

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali; indika:

fil-każ ta' skema: id-data sa meta tista' tingħata għajnuna

fil-każ ta' għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: il-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' valorizzazzjoni, l-iżvilupp ta' swieq ġodda u t-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd friski

Indika liema mill-Artikolu/i 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti tas-sajd friski

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/web/web/guest/pesca/areas-de-trabajo/actividades-de-promocion/convenios-con-ayuntamientos-y-cofradias-de-pescadores

Motivazzjoni: indika għaliex twaqqfet skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Din hija għajnuna ffinanzjata mill-fondi propji tal-Generalitat (Gvern reġjonali), li mhijiex kofinanzjata mill-FES.

Għajnuna Nru: XF 41/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li tirċievi għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Peñíscola y la Cofradía de pescadores de Peñíscola para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Peñíscola y la Cofradía de pescadores de Peñíscola para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (il-50 % li jifdal għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Muniċipalità ta' Peñíscola).

Data ta' dħul fis-seħħ: It-13 ta' Lulju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali; indika:

fil-każ ta' skema: id-data sa meta tista' tingħata għajnuna

fil-każ ta' għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: il-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' valorizzazzjoni, l-iżvilupp ta' swieq ġodda u t-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd friski

Indika liema mill-Artikolu/i 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti tas-sajd friski

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/web/web/guest/pesca/areas-de-trabajo/actividades-de-promocion/convenios-con-ayuntamientos-y-cofradias-de-pescadores

Motivazzjoni: Indika għaliex twaqqfet skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Din hija għajnuna ffinanzjata mill-fondi propji tal-Generalitat (Gvern reġjonali), li mhijiex kofinanzjata mill-FES.


24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/22


Informazzjoni fil-qosor kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 92/13

Għajnuna Nru: XF 42/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li tirċievi għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Santa Pola y la Cofradía de pescadores de Santa Pola para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Santa Pola y la Cofradía de pescadores de Santa Pola para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (il-50 % li jifdal għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Muniċipalità ta' Santa Pola).

Data ta' dħul fis-seħħ: Is-27 ta' Mejju 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali; indika:

fil-każ ta' skema: id-data sa meta tista' tingħata għajnuna:

fil-każ ta' għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: il-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' valorizzazzjoni, l-iżvilupp ta' swieq ġodda u t-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd friski

Indika liema mill-Artikolu/i 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd friski

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/web/web/guest/pesca/areas-de-trabajo/actividades-de-promocion/convenios-con-ayuntamientos-y-cofradias-de-pescadores

Motivazzjoni: Indika għaliex twaqqfet skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Din hija għajnuna ffinanzjata mill-fondi propji tal-Generalitat (Gvern reġjonali), li mhijiex kofinanzjata mill-FES.

Għajnuna Nru: XF 43/10

Stat Membru: Spanja

Reġjun/Awtorità li tagħti l-għajuna: Comunitat Valenciana/Generalitat

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li tirċievi għajnuna ad hoc: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, el Ayuntamiento de Vinaròs y la Cofradía de pescadores de Vinaròs para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Bażi legali: Convenio de colaboración entre la Generalitat Valenciana, a través de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, el Ayuntamiento de Vinaròs y la Cofradía de pescadores de Vinaròs para la promoción de los productos pesqueros frescos en la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont ta' għajnuna ad hoc mogħtija: EUR 10 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ispejjeż eliġibbli (il-50 % li jifdal għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Muniċipalità ta' Vinaròs).

Data ta' dħul fis-seħħ: l-24 ta' Awwissu 2010

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għoti tal-għajnuna individwali; indika:

fil-każ ta' skema: id-data sa meta tista' tingħata għajnuna:

fil-każ ta' għajnuna ad hoc: id-data mistennija tal-aħħar pagament li għandu jitħallas: il-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-iżvilupp ta' politika ta' kwalità u ta' valorizzazzjoni, l-iżvilupp ta' swieq ġodda u t-twettiq ta' kampanji ta' promozzjoni tal-prodotti tas-sajd friski

Indika liema mill-Artikolu/i 8 sa 24 jintuża: l-Artikolu 20

Attività kkonċernata: Promozzjoni ta' prodotti tas-sajd friski

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Generalitat de la Comunitat Valenciana

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz elettroniku fejn jista' jinstab it-test kollu tal-iskema jew il-kriterji u l-kondizzjonijiet li bihom tingħata l-għajnuna ad hoc barra xi skema ta' għajnuna: http://www.agricultura.gva.es/web/web/guest/pesca/areas-de-trabajo/actividades-de-promocion/convenios-con-ayuntamientos-y-cofradias-de-pescadores

Motivazzjoni: Indika għaliex twaqqfet skema ta' għajnuna mill-Istat minflok għajnuna taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd: Din hija għajnuna ffinanzjata mill-fondi propji tal-Generalitat (Gvern reġjonali), li mhijiex kofinanzjata mill-FES.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6085 – Costa Crociere/Alpitour/Welcome JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 92/14

1.

Fis-16 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Costa Crociere SpA (“Costa”, l-Italja), li l-kontroll aħħari tagħha hu f’idejn Carnival Corporation (il-Panama) & Carnival PLC (ir-Renju Unit), u Alpitour SpA (“Alpitour”, l-Italja) ikkontrollata minn Exor Group (l-Italja), jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Welcome Travel Group SpA (“Welcome”, l-Italja), li bħalissa hi kkontrollata minn Alpitour, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Costa topera bastimenti tal-kruċieri u tipprovdi kruċieri,

Alpitour hi operatur turistiku u tipprovdi servizzi relatati mal-aġenzija tal-ivvjaġġar, it-trasport bl-ajru, il-lukandi u d-destinazzjonijiet,

Welcome topera netwerk ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6085 – Costa Crociere/Alpitour/Welcome JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

24.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/25


Rettifika għall-Għajnuniet mill-Istat – Deċiżjonijiet rigward proposti ta' miżuri utli konformi mal-Artikolu 108, paragrafu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ meta l-Istat Membru kkonċernat ikun aċċetta l-miżuri msemmija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 79, tat-12 ta' Marzu 2011 )

2011/C 92/15

F’Paġni 2 u 3, it-titolu korrett għall-għajnuna mill-Istat N 481/10, N 520/10 u N 542/10 għandu jaqra: