ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.085.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 85

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
18 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 085/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6121 – GEA Dutch Holding/CFS Holdings) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 085/02

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – pożizzjoni tal-Kunsill

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 085/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

2011/C 085/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2011 li tagħti lir-Repubblika tal-Kroazja l-ġestjoni tal-għajnuna relatata mal-Komponent V – l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Istrument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni (IPA) għall-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni 301 u 302 fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni

4

2011/C 085/05

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 085/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

9

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 085/07

Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għal Újfehértói meggypálinka

10

 

Rettifika

2011/C 085/08

Rettifika għall-informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU C 78, 11.3.2011)

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6121 – GEA Dutch Holding/CFS Holdings)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 85/01

Fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6121. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/2


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – pożizzjoni tal-Kunsill

2011/C 85/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kien adottat definittivament fil-15 ta' Diċembru 2010 (3),

fl-14 ta' Jannar 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fil-15 ta' Marzu 2011.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9.

(3)  ĠU L 68, 15.3.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Marzu 2011

2011/C 85/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4004

JPY

Yen Ġappuniż

110,42

DKK

Krona Daniża

7,4586

GBP

Lira Sterlina

0,86745

SEK

Krona Żvediża

8,9905

CHF

Frank Żvizzeru

1,2625

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8985

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,396

HUF

Forint Ungeriż

273,74

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7070

PLN

Zloty Pollakk

4,0790

RON

Leu Rumen

4,1800

TRY

Lira Turka

2,2182

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4216

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3808

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9252

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,9391

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7922

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 586,55

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,9220

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,2076

HRK

Kuna Kroata

7,3763

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 298,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,2803

PHP

Peso Filippin

61,477

RUB

Rouble Russu

40,0900

THB

Baht Tajlandiż

42,404

BRL

Real Brażiljan

2,3367

MXN

Peso Messikan

16,9434

INR

Rupi Indjan

63,2300


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2011

li tagħti lir-Repubblika tal-Kroazja l-ġestjoni tal-għajnuna relatata mal-Komponent V – l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Istrument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni (IPA) għall-miżuri ta’ qabel l-adeżjoni 301 u 302 fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni

2011/C 85/04

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (2) u b’mod partikolari l-Artikoli 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa ’l quddiem imsejjaħ: “ir-Regolament Finanzjarju”) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 53c u 56(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa ’l quddiem imsejjaħ: ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni) (4) u b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 jistabbilixxi l-għanijiet u l-prinċipji ewlenin għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali għall-perjodu mill-2007 sal-2013 u jagħti r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni.

(2)

L-Artikoli 11, 12, 13, 14, 18 u 186 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007, jagħtu lill-Kummissjoni l-possibbiltà li tagħti s-setgħat ta’ ġestjoni lill-pajjiż benefiċjarju u jiddefinixxu r-rekwiżiti għal dan l-għoti relatat mal-Komponent V – l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Istrument ta’ Assistenza Qabel l-Adeżjoni

(3)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007, il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jikkonkludu ftehim ta’ qafas, sabiex jistabbilixxu u jaqblu dwar ir-regoli għall-kooperazzjoni fir-rigward tal-assistenza finanzjarja tal-KE lill-pajjiż benefiċjarju. Fejn meħtieġ, il-ftehim ta’ qafas jista’ jiġi kkumplimentat bi ftehim settorjali, jew ftehimiet settorjali, li jkopri/u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-komponenti.

(4)

Biex jingħataw is-setgħat ta’ ġestjoni lill-pajjiż benefiċjarju, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53c u 56(2) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 35 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni.

(5)

Il-Ftehim ta’ Qafas dwar ir-regoli għall-kooperazzjoni rigward l-assistenza finanzjarja tal-UE lir-Repubblika tal-Kroazja fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-assistenza skont l-istrument ta’ assistenza qabel l-adeżjoni (IPA) bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, ġie konkluż fis-17 ta’ Diċembru 2007.

(6)

Il-Programm għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-IPA (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Programm IPARD”), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 690 tal-25 ta’ Frar 2008, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2006, u l-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007, inkluda pjan għall-kontribuzzjonijiet annwali tal-UE kif ukoll l-ftehim ta’ finanzjament.

(7)

Il-Ftehim Settorjali konkluż fit-12 ta’ Jannar 2009 bejn il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, li taġixxi għal u f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, li jaġixxi f’isem il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Qafas, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-Programm IPARD għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-istrument ta’ assistenza qabel l-adeżjoni (IPA).

(8)

Il-Programm IPARD ġie emendat l-aħħar fis-26 ta’ Novembru 2010 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8462.

(9)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007, il-pajjiż benefiċjarju għandu jaħtar entitajiet u awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm IPARD: l-Uffiċjal Kompetenti tal-Akkreditazzjoni, l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti, il-Fond Nazzjonali, l-Awtorità tal-Ġestjoni, l-Aġenzija IPARD u l-Awtorità tal-Awditjar.

(10)

Il-Gvern tal-Kroazja ħatar is-Settur tal-Fond Nazzjonali, unità organizzattiva tat-Teżor Statali fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, li jaġixxi bħala l-Fond Nazzjonali, li se jwettaq il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kif definiti fl-Anness I għall-Ftehim Settorjali.

(11)

Il-Gvern tal-Kroazja ħatar istituzzjoni pubblika indipendenti l-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali biex taġixxi bħala l-Aġenzija IPARD, li se twettaq il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kif definiti fl-Anness I għall-Ftehim Settorjali.

(12)

Il-Gvern tal-Kroazja ħatar lill-Awtorità tal-Ġestjoni tal-Programm Sapard/IPARD tad-Direttorat għall-Iżvilupp Rurali, fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali, biex jaġixxi bħala l-Awtorità ta’ Ġestjoni, li se jwettaq il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kif definiti fl-Anness I għall-Ftehim Settorjali.

(13)

Fit-12 ta’ Novembru 2008, l-Uffiċjal Kompetenti tal-Akkreditazzjoni nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkreditazzjoni tal-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti u l-Fond Nazzjonali skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007.

(14)

Fit-12 ta’ Novembru 2008, l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkreditazzjoni tal-istruttura operattiva responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Komponent V IPA – l-Iżvilupp Rurali għall-miżura 101, 103 u 301, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007. Fis-6 ta' Mejju 2010, l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti ddeċieda li jippubblika Addendum għad-Deċiżjoni dwar l-att ta' akkreditazzjoni nazzjonali għall-miżura 301 tal-IPARD.

(15)

Fit-28 ta’ Mejju 2010, l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkreditazzjoni tal-istruttura operattiva responsabbli mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Komponent V IPA – l-Iżvilupp Rurali għas-sottomiżura 202/1 “L-akkwist tal-ħiliet”, il-miżura 302 “Id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi rurali” u l-miżura 501 “L-assistenza teknika”, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007.

(16)

Fil-21 ta' Diċembru 2010 l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti nnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bl-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-Istruttura Operattiva inkarigata mill-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Komponent V IPA – l-Iżvilupp Rurali għas-sottomiżura 201/1.

(17)

Fis-16 ta' Marzu 2009, l-Awtoritajiet Kroati ressqu lill-Kummissjoni l-lista ta' nefqa eliġibbli għall-miżuri 101, 103 u 301 f'konformità mal-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Settorjali. Il-Kummissjoni approvat din il-lista fit-8 ta’ April 2009.

(18)

Fid-29 ta’ Ottubru 2010, l-Awtoritajiet Kroati ressqu lill-Kummissjoni l-aħħar lista modifikata ta’ nefqa eliġibbli għall-miżura 302 f’konformità mal-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Settorjali. Il-Kummissjoni approvat din il-lista fl-10 ta' Novembru 2010.

(19)

Fl-24 ta’ Novembru 2009, l-Awtoritajiet Kroati ressqu lill-Kummissjoni l-lista ta’ nefqa eliġibbli għall-miżura 501 f’konformità mal-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Settorjali. Il-Kummissjoni approvat din il-lista fid-29 ta’ Marzu 2010.

(20)

L-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali, li taġixxi bħala l-Aġenzija IPARD, u d-Direttorat għall-Iżvilupp Rurali, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-Programm Sapard/IPARD, li taġixxi bħala l-Awtorità ta’ Ġestjoni, se jkunu responsabbli mill-implimentazzjoni tat-tliet miżuri akkreditati mill-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti: 301 “Titjib u żvilupp tal-infrastruttura rurali”, 302 “Diversifikazzjoni u żvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi rurali” u 501 “Assistenza teknika” kif definit fil-Programm; flimkien maż-żewġ miżuri minn sebgħa tal-programm IPARD li kienu konferiti fl-2009.

(21)

Sabiex jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) tal-Ftehim ta’ Qafas, in-nefqa skont din id-Deċiżjoni għandha tkun eliġibbli biss għall-kofinanzjament tal-UE jekk ma titħallasx qabel id-data tad-deċiżjoni ta’ konferiment, bl-eċċezzjoni tal-miżura 501 “L-assitenza teknika” msemmija fl-Artikolu 19(2) tal-Ftehim ta' Qafas u tal-ispejjeż generali msemmija fl-Artikolu172 (3c) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007. In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk tkun skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari, skont il-prinċipji ekonomiċi u kosteffikaċi.

(22)

Ir-Regolament (KE) Nru 718/2007 jipprovdi li r-rekwiżit ta’ approvazzjoni ex-ante msemmi fl-Artikolu 18(2), jista’ jiġi rrevokat abbażi ta’ analiżi ta’ każ b’każ ta’ tħaddim effikaċi tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ikkonċernata u jipprovdi għar-regoli dettaljati sabiex issir l-analiżi msemmija.

(23)

Skont l-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007, l-akkreditazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 ġew riveduti; u l-proċeduri u l-istrutturi tal-entitajiet u l-awtoritajiet konċernati, kif stabbiliti fl-applikazzjoni mressqa mill-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti, ġew eżaminati, anke permezz ta’ verifiki fuq il-post.

(24)

Il-verifiki li twettqu mill-Kummissjoni għall-miżura 301 “Titjib u żvilupp tal-infrastruttura rurali”, u l-miżura 302 “Diversifikazzjoni u żvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi rurali” huma bbażati fuq sistema li hi operattiva, iżda li għadha mhix qed topera, fir-rigward tal-elementi kollha rilevanti.

(25)

Għalkemm l-Awtorità tal-Awditjar ma tagħmilx parti minn din id-Deċiżjoni, il-livell ta’ disponibilità tagħha biex topera bħala entità ta’ verifika li taħdem indipendentament sa żmien it-tressiq tal-pakkett dwar l-akkreditazzjoni għall-għoti tal-ġestjoni lill-Kummissjoni, ġie evalwat permezz ta’ verifiki fuq il-post.

(26)

Il-konformità tal-Kroazja mar-rekwiżiti tal-Artikolu 56(2) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 ġiet ivvalutata b’verifiki fuq il-post.

(27)

Il-valutazzjoni wriet li l-Kroazja tikkonforma mar-rekwiżiti għall-miżuri 301 u 302. Madankollu, l-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali, li taġixxi bħala l-Aġenzija IPARD, għadha ma implimentatx sewwa l-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-funzjonijiet li trid tagħmel fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-miżura 501.

(28)

Għalhekk, huwa xieraq li jiġu rrevokati r-rekwiżiti ta’ approvazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007 u l-Artikolu 165 tar-Regolament Finanzjarju u li l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti, il-Fond Nazzjonali, l-Aġenzija IPARD u l-Awtorità tal-Ġestjoni jingħataw is-setgħat ta’ ġestjoni relatati mal-miżuri 301 u 302 tal-Programm għall-Kroazja fuq bażi deċentralizzata.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-ġestjoni tal-assistenza pprovduta skont l-IPA – il-Komponent V f'dak li għandu x'jaqsam mal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tingħata lill-entitajiet konċernati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

2.   Ir-rekwiżit għall-approvazzjoni ex-ante mill-Kummissjoni tal-funzjonijiet ta’ ġestjoni, ta’ pagamenti u ta' implimentazzjoni għall-miżura 301 “Titjib u żvilupp tal-infrastruttura rurali”, u l-miżura 302 “Diversifikazzjoni u żvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi rurali” mir-Repubblika tal-Kroazja, huma b’hekk revokati skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika abbażi tal-istrutturi, l-entitajiet u l-awtoritajiet li ġejjin maħtura mir-Repubblika tal-Kroazja għall-ġestjoni tal-miżuri 301 u 302 tal-Programm ipprovdut skont l-IPA – il-Komponent V:

(a)

l-Uffiċjal Nazzjonali Awtorizzanti;

(b)

il-Fond Nazzjonali;

(c)

l-Istruttura Operattiva għall-IPA – il-Komponent V:

l-Awtorità talĠestjoni;

l-Aġenzija IPARD.

Artikolu 3

1.   Is-setgħat ta’ ġestjoni jingħataw lill-istrutturi, l-entitajiet u l-awtoritajiet kif speċifikat fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikomplu jagħmlu iktar verifiki fir-rigward tal-istrutturi, l-entitajiet u l-awtoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, sabiex jiżguraw li s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll topera b’mod sodisfaċenti. Il-verifiki għandhom isiru qabel it-tressiq tal-ewwel Dikjarazzjoni tan-Nefqa li titlob rimbors relatat mal-miżuri mniżżla fl-Artikolu 1(2) ta’ hawn fuq.

Artikolu 4

1.   In-nefqa mħallsa qabel id-data ta’ din id-Deċiżjoni ma għandha fl-ebda każ tkun eliġibbli għall-eċċezzjoni tal-ispejjeż ġenerali msemmija fl-Artikolu 172 (3c) tar-Regolament (KE) Nru 718/2007.

2.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk tkun skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari, skont il-prinċipji ekonomiċi u kosteffikaċi.

Artikolu 5

1.   Bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tagħti għajnuna skont il-Programm IPARD għal benefiċjarji individwali, ir-regoli għall-eliġibilità tan-nefqa għall-miżura 301 proposta mill-Kroazja bl-ittra Nru “Klassi: NP 018-04/09-01/106, Numru ta’ referenza: 525-12-3-0472/09-2” tas-16 ta’ Marzu 2009 u rreġistrata fil-Kummissjoni fis-26 ta' Marzu 2009 bin-Nru 8151, għandhom japplikaw.

2.   Bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tagħti għajnuna skont il-Programm IPARD għal benefiċjarji individwali, ir-regoli għall-eliġibilità tan-nefqa għall-miżura 302 proposta mill-Kroazja bl-ittra Nru “Klassi: NP 011-02/09-01/72, Numru ta’ referenza: 525-12-3-0473/10-30” tad-19 ta’ Ottubru 2010 u rreġistrata fil-Kummissjoni fid-29 ta' Ottubru 2010 bin-Nru 761752, għandhom japplikaw.

Artikolu 6

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-konformità mar-rekwiżiti għall-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007.

2.   Fi kwalunkwe ħin matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-obbligi tar-Repubblika tal-Kroazja skont din id-Deċiżjoni ma għadhomx jintlaħqu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira jew tissospendi l-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni abbażi tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 718/2007.

3.   Kif inhu stipulat fl-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007. ir-Repubblika tal-Kroazja għandha tiżgura:

l-investigazzjoni u t-trattament effikaċi ta' każi susspettati ta' frodi u irregolaritajiet, u għandha tiżgura t-tħaddim ta' mekkaniżmu ta' rrappurtar u kontroll ekwivalenti għal dak imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006;

l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni mill-frodi mill-entitajiet nazzjonali tagħha. Il-miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi adottati għandhom dejjem jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(2)  ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/8


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni

2011/C 85/05

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Italja

Il-muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qed joħroġ il-munita: L-Italja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-150 anniversarju tal-unifikazzjoni tal-Italja

Deskrizzjoni tad-disinn: Fiċ-ċentru tal-parti ta’ ġewwa tal-munita jidhru t-tliet bnadar Taljani jperpru bir-riħ, li jirrappreżentaw l-aħħar tliet ħamsin anniversarji – 1911, 1961 u 2011 – li juru rabta perfetta bejn il-ġenerazzjonijiet: dan hu l-logo tal-150 anniversarju tal-unifikazzjoni tal-Italja. Fuq nett tal-munita hemm l-iskrizzjoni “150o DELL’UNITA’ D’ITALIA” (il-150 anniversarju tal-unifikazzjoni tal-Italja), fuq il-lemin hemm l-inizjali tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “RI” (Ir-Repubblika tal-Italja); fuq in-naħa ta’ isfel hemm id-dati “1861 › 2011 › ›”; fiċ-ċentru, taħt id-dati, hemm il-marka taz-zekka “R” u fuq il-lemin, l-inizjali tal-Artist Ettore Lorenzo Frapiccini u l-ewwel tliet ittri tal-isem Taljan tal-professjoni tiegħu (incisore) “ELF INC.”

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Kwantità ta' muniti li se jinħarġu: 10 miljun munita

Data tal-ħruġ: Marzu 2011


(1)  Għall-uċuħ nazzjonali l-oħra tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, ara http://ec.europa.eu/economy_finance/euro/cash/coins/index_en.htm

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/9


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 85/06

Stat Membru:

Franza

Rotot konċernati

Clermont-Ferrand–Lille

Clermont-Ferrand–Marseille

Clermont-Ferrand–Strasbourg

Clermont-Ferrand–Toulouse

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Revoka

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

Digriet tat-2 ta’ Frar 2011 li jirrevoka d-digrieti tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku għas-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Clermont u Ferrand minn naħa waħda u Lille, Marseille, Strasbourg u Toulouse, minn naħa l-oħra

NOR: DEVA1103124A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

għal kull informazzjoni:

Direction Générale de l’Aviation Civile

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris Cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

Posta elettronika: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/10


SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦAL ÚJFEHÉRTÓI MEGGYPÁLINKA

2011/C 85/07

INTRODUZZJONI

Fit-8 ta' Ġunju 2010 l-Ungerija applikat għar-reġistrazzjoni tal-“Újfehértói meggypálinka” bħala indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89;

Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha tivverifika fi żmien 12-il xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-applikazzjoni hijiex konformi ma' dan ir-Regolament.

Din il-verifika twettqet u skont l-Artikolu 17(6), is-servizzi tal-Kummissjoni ħabbru fil-101 laqgħa tal-Kumitat tal-ispirti (tax-xorb alkoħoliku) tas-17 ta' Novembru 2010 li l-applikazzjoni tikkonforma mar-Regolament.

Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-Serje C.

Skont l-Artikolu 17(7), fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku, kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu tista' toġġezzjona għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III għar-raġunijiet li l-kundizzjonijiet ipprovduti f'dan ir-Regolament ma jkunux ġew issodisfatti. L-oġġezzjoni, li għandha tkun debitament sostanzjata, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ikollha magħha traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.

SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦAL ÚJFEHÉRTÓI MEGGYPÁLINKA

A.   Isem u l-kategorija tal-ispirtu inkluża l-indikazzjoni ġeografika:

Isem: Újfehértói meggypálinka

Kategorija tal-ispirtu: Spirtu tal-frott (il-kategorija 9 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008)

B.   Deskrizzjoni tal-ispirtu, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi u organolettiċi ewlenin:

Karatteristiċi organolettiċi:

Ċar, bla kulur, togħma u aroma ta' ċirasa qarsa pjaċevoli; b'riħa ta' ċitru mill-frotta u riħa ta' marżipan mill-għadma taċ-ċirasa qarsa.

Proprjetarjiet kimiċi u fiżiċi:

qawwa alkoħolika

:

minimu ta' 40 % tal-volum;

kontenut tal-alkoħol metil

:

massimu ta' 1 000 g/hl ta' volum alkoħoliku ta' 100 %;

kontenut ta' sustanzi volatili

:

minimu ta' 200 g/hl ta' volum alkoħoliku ta' 100 %;

kontentut ta' aċidu ċjanidriku

:

massimu ta' 7 g/hl ta' volum alkoħoliku ta' 100 %.

C.   Definizzjoni taż-żona ġeografika konċernata:

L-Újfehértói meggypálinka jista' joriġina biss minn dawn il-postijiet li ġejjin fil-kontea ta' Szabolcs-Szatmár-Bereg: Bálintbokor, Butyka, Császárszállás, Érpatak, Geszteréd, Kálmánháza, Kismicske, Kisszegegyháza, Lászlótanya, Ludastó, Petőfitanya, Szirond, Újfehértó, Újsortanya, Táncsicstag, Vadastag, Zsindelyes.

D.   Deskrizzjoni tal-metodu biex jinkiseb l-Újfehértói meggypálinka:

L-Újfehértói meggypálinka:jista' jiġi prodott biss mill-varjetajiet taċ-ċirasa “Újfehértói fürtös” u “Debreceni bőtermő”.

Mal-polpa tal-frotta ma jistgħux jiżdiedu addittivi jew zokkor.

Waqt il-proċedura tal-immaxxjar tiżdied ħmira ppreparata sew u reidrata mal-maxx taċ-ċirasa qarsa bl-għadma.

Fil-każ tal-frott tal-għadma huwa neċessarju li tkun żgurata l'hekk imsejħa “togħma tal-għadma tal-frott”. Għalhekk, jekk ikun hemm bżonn, mal-maxx li jkun qiegħed jiffermenta jiżdiedu għadam imkissra u mnixxfa, flimkien mal-għadam imkisser permess (massimu ta' 3 %).

Il-maxx taċ-ċirasa qarsa jista' jiġi ddistillat permezz ta' żewġ tipi ta' tagħmir (it-tip frazzjonali “kisüsti” jew id-distilazzjoni kontinwa). Wara d-distillazzjoni, id-distillat joqgħod u jimmatura f'kontenitur nadif tal-azzar li ma jissaddadx għal tal-inqas 3 xhur.

E.   Dettalji li juru r-rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika:

It-tip ewlieni ta' ħamrija fiż-żona ġeografika konċernata huwa ħamrija tar-ramel bil-ħumus fuq blat li jifforma r-ramel. Din it-tip ta' ħamrija hija karaterizzata b'kontenut ta' materjal organiku ta' aktar minn 1 % u saff ta' fuq tal-ħarmija ta' 40 cm. Għandha kapaċità tajba taż-żamma tal-ilma u permeabbli, arjuża u ma tinxifx malajr, u l-kapaċità nutrittiva tagħha hija suffiċjenti biex tagħti rendiment tajjeb. Il-proprjetajiet tal-ġestjoni tal-ilma tal-ħamrija huma wkoll favorevoli, għaliex il-permeabbiltà moderata tal-ilma tikkombina mal-kapaċità tajba taż-żamma tal-ilma. Il-proprjetajiet tal-ġestjoni arjuża u nutrittiva tagħha huma fatturi pożittivi oħrajn.

Tqabbil tar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-varjetà tal-Újfehértói fürtös mal-karatteristiċi taż-żona ġeografika juri koinċidenza tajba bejniethom, u mhijiex sempliċiment probabbiltà li l-produzzjoni taċ-ċirasa qarsa bdiet hawn u li l-varjetà tal-Újfehértói fürtös għandha l-oriġini tagħha hawn; jew li ħafna mill-għelejjel taċ-ċirasa qarsa tal-kontea ta' Szabolcs-Szatmár-Bereg jiġu prodotti hawn.

F'Újfehértó, kif ukoll f'Alföld ġeneralment, il-frott kellu rwol importanti fin-nutrizzjoni. Waħda minn dan il-frott kienet iċ-ċirasa qarsa, li l-varjetajiet tagħha li jikbru selvaġġi kienu jinsabu diġà fiż-żoni ta' madwar fil-bidu tas-seklu 17.

Imprendituri żgħar b'impriżi ikbar u l-għelieqi tas-siġar tal-frott għamlu l-pálinka tas-sajf tagħhom fl-istess żmien tal-produzzjoni tal-“pálinka tal-ħsad” għall-abitanti tal-post.

Sa mill-bidu tas-seklu 19 Újfehértó kellha għadd ta' vinji estensivi. Barra mill-vinji, wieħed seta' jara wkoll diversi siġar tal-frott, bħaċ-ċirasa qarsa “żingara” nofsha selvaġġa u, f'għadd dejjem jikber, is-siġar taċ-ċirasa qarsa Szilágyi u Pándy. F'nofs is-snin sebgħin (1970s) l-għelieqi tas-siġar tal-frott taċ-ċirasa qarsa bdew jidhru f'impriżi agrikoli iżgħar u magħmula l-aktar mill-varjetà taċ-ċirasa qarsa Pándy u ċ-ċirasa qarsa “fürtös” żviluppati fil-post tar-riċerka ta' Újfehértó fl-1965.

Kien hemm żewġ distilleriji tal-pálinka ikbar joperaw f'Újfehértó, waħda ffinanzjata mill-post u l-oħra mis-sidien lokali tal-art. Tal-ewwel kienet fit-Tramuntana tal-post, u l-oħra – stabbilita minn Lőrinc Csernyus, l-ewwel logutenent tar-revoluzzjoni tal-1848-1849 – fin-Nofsinhar tal-post għadha topera f'Rákóczi út.

Kumplessivament, nistgħu ngħidu, li fid-dawl tal-kundizzjonijeit klimatiċi xierqa, il-produzzjoni u l-konsum tal-pálinka taċ-ċirasa qarsa għandhom tradizzjoni twila fiż-żona nnominata.

L-Újfehértói meggypálinka jista' jiġi prodott u bbottiljat biss fid-distilleriji taż-żona ġeografika konċernata.

F.   Rekwiżiti stabbiliti mill-Unjoni u/jew dispożizzjonijiet nazzjonali u/jew reġjonali:

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89.

L-Att LXXIII tal-2008 dwar il-pálinka, ir-residwu mill-għasra tal-pálinka u l-Kunsill Nazzjonali tal-Pálinka

G.   Isem u indirizz tal-applikant:

Isem

:

Zsindelyes Pálinkafőzde Kft.

Indirizz postali

:

Érpatak

Zsindelyes tanya 1.

4245

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

H.   Suppliment għall-indikazzjoni ġeografika u/jew regoli tat-tikkettar speċifiċi:

L-indikazzjonijiet fihom dan li ġej flimkien mar-rekwiżiti preskritti fir-regolamenti legali:

 

“Újfehértói meggypálinka”

 

“Indikazzjoni Ġeografika”


Rettifika

18.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/13


Rettifika għall-informazzjoni komunikata mill-Istati Membri rigward għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 78, tal-11 ta’ Marzu 2011 )

2011/C 85/08

F'paġna 20:

minflok:

“In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

SA.31163”,

aqra:

“In-numru ta’ referenza tal-għajnuna

X 282/10 (SA.31163)”.