ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.080.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 80

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 080/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 72, 5.3.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 080/02

Kawża C-382/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — Michael Neukirchinger vs Bezirkshauptmannschaft Grieskirchen (Trasport bl-ajru — Liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali bil-mongolfjera — Artikolu 12 KE — Kundizzjoni ta’ residenza jew ta’ uffiċċju rreġistrat — Miżuri amministrattivi)

2

2011/C 080/03

Kawża C-90/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — General Química, SA, Repsol Química, SA, Repsol YPF, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Grupp ta’ impriżi — Responsabbiltà in solidum ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lill-kumpannija parent kap tal-grupp)

2

2011/C 080/04

Kawża C-155/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 43 KE — Artikoli 4, 28 u 31 tal-Ftehim li jistabbilixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea — Leġiżlazzjoni fiskali — Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment mal-ewwel xiri ta’ proprjetà immobbli — Eżenzjoni rriżervata biss lir-residenti fit-territorju nazzjonali kif ukoll liċ-ċittadini ta’ oriġini Griega li ma humiex residenti fil-pajjiż fid-data tax-xiri)

3

2011/C 080/05

Kawża C-168/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Milano — l-Italja) — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA (Proprjetà industrijali u kummerċjali — Direttiva 98/71/KE — Protezzjoni ġuridika tad-disinji — Artikolu 17 — Obbligu ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinji ma’ dik tad-dritt tal-awtur — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jew trendi inapplikabbli għal ċertu perijodu l-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur għad-disinji li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

4

2011/C 080/06

Kawża C-463/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha — Spanja) — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor, Ayuntamiento de Cobisa (Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Trasferiment ta’ impriżi — Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema — Kunċett ta’ trasferiment — Attivitajiet ta’ tindif — Attività żgurata direttament minn kunsill lokali bir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid)

4

2011/C 080/07

Kawża C-489/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Vandoorne NV vs Belgische Staat (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 11Ċ(1) u 27(1) u (5) — Ammont taxxabbli — Miżuri ta’ simplifikazzjoni — Tabakk immanifatturat — Timbri fiskali — Ġbir tal-VAT darba waħda biss f’ras il-għajn — Fornitur intermedjarju — Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz — Rifjut li titħallas lura l-VAT)

5

2011/C 080/08

Kawża C-490/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 KE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż relatati ma’ analiżijiet u ma’ eżamijiet tal-laboratorju mwettqa fi Stati Membri minbarra fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix it-teħid ta’ responsabbilità għalihom fil-forma ta’ rimbors tal-ispejjeż magħmula għal tali analiżijiet u eżamijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid ta’ responsabbilità għal servizzi tal-kura tas-saħħa għall-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minn dik il-leġiżlazzjoni)

5

2011/C 080/09

Kawża C-92/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 — Media-Saturn-Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv — Sinjal figurattiv BEST BUY)

6

2011/C 080/10

Kawża C-559/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 — Deepak Rajani (Dear!Net Online) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Artoz-Papier AG (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali ATOZ — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali ARTOZ — Reġistrazzjoni rrifjutata)

6

2011/C 080/11

Kawża C-342/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs, stabbilit f’Gallecs (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) u (5) — Trade mark figurattiva Gallecs — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi nazzjonali GALLO, GALLO AZEITE NOVO u Azeite Novo kif ukoll tat-trade mark figurattiva Komunitarja GALLO — Rifjut tal-oppożizzjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

7

2011/C 080/12

Kawża C-459/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 — Dominio de la Vega, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ambrosio Velasco SA (Appell — Trade mark Kommunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA — Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni f’parti mit-territorju tal-Unjoni — Evalwazzjoni tax-xebh bejn trade marks — Element dominanti)

7

2011/C 080/13

Kawża C-487/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Immogolf SA vs Administración General del Estado (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 69/335/KEE — Taxxi indiretti — Ġbir tal-kapital — Trasferimenti ta’ titoli — Kapital azzjonarju fil-parti l-kbira kkostitwit minn proprjetà immobbli)

8

2011/C 080/14

Kawża C-532/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2010 — Vladimir Ivanov vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali — Telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ — Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

8

2011/C 080/15

Kawżi magħquda C-74/10 P u C-75/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 — European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rappreżentazzjoni ta’ parti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz — Inammissibbiltà manifesta)

9

2011/C 080/16

Kawża C-84/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2010 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Sinjal verbali Kids Vits — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja VITS4KIDS — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Dritt għal smigħ)

9

2011/C 080/17

Kawża C-290/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Franssons Verkstäder AB vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Lindner Recyclingtech GmbH (Appell — Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI — Regolament (KE) Nru 6/2002 — Terminu għall-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà minħabba dewmien — Appell manifestament infondat)

9

2011/C 080/18

Kawża C-513/10 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 minn D. Platis kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-311/10, Dimitris Platis vs Il-Kunsill u Il-Greċja

10

2011/C 080/19

Kawża C-587/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen, parti oħra fil-Kawża: Bundesministerium der Finanzen

10

2011/C 080/20

Kawża C-594/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Diċembru 2010 — T.G. van Laarhoven vs Staatssecretaris van Financiën

10

2011/C 080/21

Kawża C-600/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

11

2011/C 080/22

Kawża C-603/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče (ir-Repubblika tas-Slovenja) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Pelati d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

12

2011/C 080/23

Kawża C-613/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fit-30 ta’ Diċembru 2010 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

12

2011/C 080/24

Kawża C-622/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Rémi Paquot vs État Belge — SPF Finances

12

2011/C 080/25

Kawża C-623/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Adrien Daxhelet vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

13

2011/C 080/26

Kawża C-7/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Palermo (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Fabio Caronna

14

2011/C 080/27

Kawża C-12/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dublin Metropolitan District Court (l-Irlanda) fl-10 ta’ Jannar 2011 — Denise McDonagh vs Ryanair Ltd

14

2011/C 080/28

Kawża C-14/11 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-24/05: Alliance One International, Inc. (li qabel kienet Standard Commercial Corp.), Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2011/C 080/29

Kawża C-20/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

15

2011/C 080/30

Kawża C-22/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Finnair Oyj vs Timy Lassooy

15

2011/C 080/31

Kawża C-37/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

16

2011/C 080/32

Kawża C-455/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

17

2011/C 080/33

Kawża C-525/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Repubblika Portughiża

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 080/34

Kawża T-437/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2011 — Oyster Cosmetics vs UASI — Kadabell (Oyster cosmetics) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Oyster cosmetics — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Kadus AUTO STOP PROTECTION — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2011/C 080/35

Kawża T-54/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2011 — Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Telekomunikazzjonijiet — Taxxa fuq beni immobbli tal-impriżi fir-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

18

2011/C 080/36

Kawża T-586/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI — Parfums Givenchy (only givenchy)

19

2011/C 080/37

Kawża T-592/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — El Corte Inglés vs UASI — Technisynthese (BTS)

19

2011/C 080/38

Kawża T-593/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — El Corte Inglés vs UASI

20

2011/C 080/39

Kawża T-596/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)

20

2011/C 080/40

Kawża T-597/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (BIESUL)

21

2011/C 080/41

Kawża T-598/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (LINEASUL)

21

2011/C 080/42

Kawża T-14/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

22

2011/C 080/43

Kawża T-23/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2011 — El Corte Inglés vs UASI — BA&SH (ba&sh)

22

2011/C 080/44

Kawża T-24/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

23

2011/C 080/45

Kawża T-25/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2011 — Germans Boada vs UASI (Forma ta’ magna għall-qtugħ taċ-ċeramika)

23

2011/C 080/46

Kawża T-29/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2011 — Technische Universität Dresden vs Il-Kummissjoni

23

2011/C 080/47

Kawża T-33/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Peeters Landbouwmachines vs UASI — Fors MW (BIGAB)

24

2011/C 080/48

Kawża T-34/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Canon Europa vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 080/49

Kawża T-35/11: Rikors ippreżentat fil-24 ta’ Jannar 2011 — Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 080/50

Kawża T-36/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Japan Airlines vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 080/51

Kawża T-39/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Cargolux Airlines vs Il-Kummissjoni

26

2011/C 080/52

Kawża T-40/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Lan Airlines u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 080/53

Kawża T-42/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Universal vs Il-Kummissjoni

28

2011/C 080/54

Kawża T-44/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 080/55

Kawża T-45/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 080/56

Kawża T-46/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni

31

2011/C 080/57

Kawża T-48/11: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — British Airways vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 080/58

Kawża T-54/11: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 080/59

Kawża T-57/11: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2011 — Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 080/60

Kawża T-399/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2011 — Basell Polyolefine vs Il-Kummissjoni

34

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/1


2011/C 80/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 72, 5.3.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 63, 26.2.2011

ĠU C 55, 19.2.2011

ĠU C 46, 12.2.2011

ĠU C 38, 5.2.2011

ĠU C 30, 29.1.2011

ĠU C 13, 15.1.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — l-Awstrija) — Michael Neukirchinger vs Bezirkshauptmannschaft Grieskirchen

(Kawża C-382/08) (1)

(Trasport bl-ajru - Liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali bil-mongolfjera - Artikolu 12 KE - Kundizzjoni ta’ residenza jew ta’ uffiċċju rreġistrat - Miżuri amministrattivi)

2011/C 80/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Neukirchinger

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Grieskirchen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 et seq tat-Trattat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali amministrattivi, l-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali bil-mongolfjera fin-nuqqas ta’ liċenzja nazzjonali, liċenzja li l-għoti tagħha hija suġġetta għall-kundizzjoni ta’ residenza jew uffiċċju rreġistrat fit-territorju nazzjonali.

Dispożittiv

L-Artikolu 12 KE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet bil-mongolfjera f’dan l-Istat Membru u taħt piena ta’ miżuri amministrattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-liġi,

teżiġi persuna residenti jew stabbilita fi Stat Membru ieħor, li hija proprjetarja f’dan it-tieni Stat Membru ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ titjiriet kummerċjali fil-mongolfjera, li għandha residenza jew uffiċċju rreġistrat fl-ewwel Stat Membru u

tobbliga lil din l-istess persuna li tikseb liċenzja ġdida mingħajr ma jittieħed il-kont dovut tal-fatt li l-kundizzjonijiet għall-għoti huma, essenzjalment, l-istess bħal dawk għal-liċenzja li diġà ngħatatilha fit-tieni Stat Membru.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — General Química, SA, Repsol Química, SA, Repsol YPF, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-90/09 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Grupp ta’ impriżi - Responsabbiltà in solidum ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lill-kumpannija parent kap tal-grupp)

2011/C 80/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: General Química, SA, Repsol Química, SA, Repsol YPF, SA (rappreżentanti: J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate u J. Jiménez-Laiglesia Oñate, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castello de la Torre u E. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2008, General Química et vs Il-Kummissjoni (T-85/06), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2005, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81[KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Co. Inc (ex Uniroyal Chemical Co. Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corp. (ex Crompton Corp.), General Química, SA, Repsol Química, SA u Repsol YPF, SA (Kawża COMP/F/C.38.443 — Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku) (ĠU L 353, p. 50), kif ukoll, sussidjarjament, tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-18 ta’ Diċembru 2008, General Química et vs Il-Kummissjoni (T-85/06), hija annullata f’dak li jirrigwarda ċ-ċaħda tar-rikors ta’ General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-21 ta’ Diċembru 2005, dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Company Inc. (ex Uniroyal Chemical Company Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corporation (ex Crompton Corporation.), General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA (Kawża COMP/F/C.38.443 — Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku), inkwantu, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ma esponietx ir-raġunijiet milqugħa insostenn tal-konklużjoni li skontha, il-komunikazzjoni fejn Repsol Química SA ordnat lil General Química SA sabiex twaqqaf kwalunkwe prattika li setgħet tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni kienet biżżejjed, hi waħedha, sabiex turi li Repsol Química SA eżerċitat influwenza determinanti fuq il-politika ta’ General Química SA mhux biss fis-suq, iżda wkoll f’dak li kellu x’jaqsam mal-aġir ta’ ksur, liema aġir kien is-suġġett tad-deċiżjoni 2006/902, u fejn, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina b’mod konkret l-elementi ppreżentati minn General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA bl-għan li juru l-awtonomija ta’ General Química SA fl-ippjanar u l-implementazzjoni tal-politika kummerċjali tagħha.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Ir-rikors ippreżentat minn General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kollha relatati ma’ din l-istanza, u General Química SA, Repsol Química SA, kif ukoll Repsol YPF SA huma kkundannati għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-155/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 43 KE - Artikoli 4, 28 u 31 tal-Ftehim li jistabbilixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea - Leġiżlazzjoni fiskali - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment mal-ewwel xiri ta’ proprjetà immobbli - Eżenzjoni rriżervata biss lir-residenti fit-territorju nazzjonali kif ukoll liċ-ċittadini ta’ oriġini Griega li ma humiex residenti fil-pajjiż fid-data tax-xiri)

2011/C 80/04

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u V. Karra, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18, 39, u 43 KE — Eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment mal-ewwel xiri ta’ proprjetà immobbli — Eżenzjoni biss fir-rigward tal-persuni li huma diġà residenti fil-pajjiż, kif ukoll fir-rigward taċ-ċittadini Griegi li ma humiex residenti fil-pajjiż fid-data tax-xiri

Dispożittiv

(1)

Ir-Repubblika Ellenika:

billi tat eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli bl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tal-Liġi 1078/1980, biss lill-persuni residenti b’mod permanenti fit-territorju nazzjonali, filwaqt li l-persuni li ma humiex residenti li għandhom l-intenzjoni li jistabbilixxu ruħhom f’dan it-territorju fil-ġejjieni ma humiex eżentati minn din it-taxxa, u,

billi tat, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, eżenzjoni mill-istess taxxa biss liċ-ċittadini Griegi jew lill-persuni ta’ oriġini Griega għall-ewwel xiri ta’ residenza fit-territorju nazzjonali,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 43 KE, kif ukoll l-Artikoli 4, 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunale di Milano — l-Italja) — Flos SpA vs Semeraro Casa e Famiglia SpA

(Kawża C-168/09) (1)

(Proprjetà industrijali u kummerċjali - Direttiva 98/71/KE - Protezzjoni ġuridika tad-disinji - Artikolu 17 - Obbligu ta’ akkumulazzjoni tal-protezzjoni tad-disinji ma’ dik tad-dritt tal-awtur - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jew trendi inapplikabbli għal ċertu perijodu l-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur għad-disinji li jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-dħul fis-seħħ tagħha - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

2011/C 80/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flos SpA

Konvenuta: Semeraro Casa e Famiglia SpA

fil-preżenza ta’: Assoluce — Associazione nazionale delle Imprese degli Apparecchi di Illuminazione

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Milano — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva bl-introduzzjoni tal-protezzjoni tad-dritt tal-awtur għad-disinji — Fakultà ta’ Stat Membru li jestendi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din il-protezzjoni

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi mill-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur ta’ dan l-Istat Membru d-disinji li jkunu ġew irreġistrati fi Stat Membru jew għal Stat Membru u li kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, minkejja li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jibbenefikaw minn din il-protezzjoni.

(2)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi, permezz ta’ perijodu sostanzjali ta’ għaxar snin jew totalment, il-protezzjoni permezz tad-dritt tal-awtur tad-disinji li, minkejja li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jibbenefikaw minn din il-protezzjoni, kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, fil-konfront ta’ kull terz li mmanifattura jew ikkummerċjalizza fit-territorju nazzjonali prodotti skont dawn id-disinji, u dan indipendentement mid-data li fiha saru dawn l-atti.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha — Spanja) — CLECE, S.A. vs María Socorro Martín Valor, Ayuntamiento de Cobisa

(Kawża C-463/09) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Trasferiment ta’ impriżi - Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema - Kunċett ta’ ‘trasferiment’ - Attivitajiet ta’ tindif - Attività żgurata direttament minn kunsill lokali bir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid)

2011/C 80/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CLECE, S.A.

Konvenuta: María Socorro Martín Valor, Ayuntamiento de Cobisa

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98) — Kamp ta’ applikazzjoni — Teħid lura, min-naħa ta’ kunsill lokali, fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika, ta’ servizz ta’ tindif ta’ bini pubbliku

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1)(a) u (b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan tal-aħħar ma japplikax għal sitwazzjoni fejn kunsill lokali, li kien iħalli t-tindif tal-bini tiegħu f’idejn impriża privata, jiddeċiedi li jittermina l-kuntratt li ntrabat bih ma’ din tal-aħħar u li jeżerċita huwa stess l-attività ta’ tindif tal-imsemmi bini, billi jimpjega persunal ġdid għal dan il-għan.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent — il-Belġju) — Vandoorne NV vs Belgische Staat

(Kawża C-489/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 11Ċ(1) u 27(1) u (5) - Ammont taxxabbli - Miżuri ta’ simplifikazzjoni - Tabakk immanifatturat - Timbri fiskali - Ġbir tal-VAT darba waħda biss f’ras il-għajn - Fornitur intermedjarju - Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz - Rifjut li titħallas lura l-VAT)

2011/C 80/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vandoorne NV

Konvenut: Belgische Staat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Beroep te Gent — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11Ċ(1) u 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23 — Miżuri ta’ simplifikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal ġbir tal-VAT f’ras il-għajn, għat-tabakk immanufatturat importat, akkwistat jew immanifatturat fit-territorju u li teskludi t-tnaqqis tal-bażi taxxabbli għall-persuni taxxabbli li ħallsu t-taxxa fuq dawn il-prodotti

Dispożittiv

L-Artikoli 11Ċ(1) u 27(1) u (5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE, tal-20 ta’ Jannar 2004, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, billi tipprovdi, sabiex tissimplifika l-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud u sabiex jiġu miġġielda l-frodi jew l-evażjoni fiskali għal dak li jirrigwarda t-tabakk immanifatturat, għall-ġbir ta’ din it-taxxa permezz ta’ timbri fiskali darba waħda biss u f’ras il-għajn mingħand il-manifattur jew l-importatur ta’ dawn il-prodotti, teskludi d-dritt, għall-fornituri intermedjarji li jidħlu sussegwentement fil-katina tal-kunsinni suċċessivi, li jiksbu l-ħlas lura tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’każ li x-xerrej ma jħallasx il-prezz tal-imsemmija prodotti.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-490/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 KE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż relatati ma’ analiżijiet u ma’ eżamijiet tal-laboratorju mwettqa fi Stati Membri minbarra fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix it-teħid ta’ responsabbilità għalihom fil-forma ta’ rimbors tal-ispejjeż magħmula għal tali analiżijiet u eżamijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta t-teħid ta’ responsabbilità għal servizzi tal-kura tas-saħħa għall-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti minn dik il-leġiżlazzjoni)

2011/C 80/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: C. Schiltz, aġent, A. Rodesch, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE (Artikolu 56 TFUE) — Restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu r-rimbors tal-analiżijiet u eżamijiet tal-laboratorju ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stati Membri oħra — Teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż fil-każ biss fejn tali eżamijiet u analiżijiet jitwettqu fi ħdan laboratorju ta’ analiżi li josserva b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Billi ma pprevediex, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tiegħu dwar is-sigurtà soċjali, għall-possibbiltà ta’ teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż sostnuti għal analiżijiet u għal eżamijiet tal-laboratorju, fis-sens tal-Artikolu 24 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali Lussemburgiż, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għal din il-kawża, imwettqa fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ rimbors tal-ispejjeż sostnuti għal dawk l-analiżijiet u eżamijiet, iżda billi ppreveda biss għal sistema ta’ teħid dirett ta’ responsabbiltà mill-fondi tal-assigurazzjoni għall-mard, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 KE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandhom ibatu l ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 — Media-Saturn-Holding GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-92/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv - Sinjal figurattiv “BEST BUY”)

2011/C 80/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Media-Saturn-Holding GmbH (rappreżentant: E. Warnke, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Diċembru 2009, Media-Saturn vs UASI (BEST BUY) (T-476/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “BEST BUY” bħala trade mark Komunitarja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 5 sa 12, 14 sa 17, 20 sa 22, 27, 28, 35, 37, 38 u 40 sa 42 — Karattru distintiv ta’ trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju u komposta minn elementi li waħedhom ma għandhomx karattru distintiv.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Media-Saturn-Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 — Deepak Rajani (Dear!Net Online) vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Artoz-Papier AG

(Kawża C-559/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali ATOZ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali ARTOZ - Reġistrazzjoni rrifjutata)

2011/C 80/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Deepak Rajani (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Artoz-Papier AG

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla), tas-26 ta’ Novembru 2008, Rajani vs UASI — Artoz-Papier (ATOZ) (T-100/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali ATOZ, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41, kontra d-Deċiżjoni R 1126/2004-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-11 ta’ Jannar 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali “ARTOZ”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

D. Rajani huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs, stabbilit f’Gallecs

(Kawża C-342/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) u (5) - Trade mark figurattiva Gallecs - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi nazzjonali GALLO, GALLO AZEITE NOVO u Azeite Novo kif ukoll tat-trade mark figurattiva Komunitarja GALLO - Rifjut tal-oppożizzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 80/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA (rappreżentant: B. Braga da Cruz, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Consorci de l’Espai Rural de Gallecs, stabbilit f’Gallecs

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, Victor Guedes-Indústria e Comércio, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (T-151/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi nazzjonali “GALLO”, “GALLO AZEITE NOVO”, “GALLO AZEITE” u tat-trade mark figurattiva Komunitarja “GALLO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 31, kontra d-deċiżjoni R 986/2007-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-16 ta’ Jannar 2008, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-appellant kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “Gallecs”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 31 u 35 — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Victor Guedes — Indústria e Comércio, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Settembru 2010 — Dominio de la Vega, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ambrosio Velasco SA

(Kawża C-459/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Kommunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DOMINIO DE LA VEGA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PALACIO DE LA VEGA - Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni f’parti mit-territorju tal-Unjoni - Evalwazzjoni tax-xebh bejn trade marks - Element dominanti)

2011/C 80/12

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Dominio de la Vega, SL (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell y Martínez, avukati)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Ambrosio Velasco SA (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-Qorti Ġenerali] (Is-Seba’ Awla), tas-16 ta’ Settembru 2009, Dominio de la Vega vs UASI (T-458/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 1431/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ambrosio Velasco, SA u Dominio de la Vega, SL

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Dominio de la Vega SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 24, 30.01.2010


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Immogolf SA vs Administración General del Estado

(Kawża C-487/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti - Ġbir tal-kapital - Trasferimenti ta’ titoli - Kapital azzjonarju fil-parti l-kbira kkostitwit minn proprjetà immobbli)

2011/C 80/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immogolf SA

Konvenuta: Dirección General de Tributos de la Consejería de Economia y Hacienda de la Comunidad Autónoma de Murcia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(a) u 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Projbizzjoni li jkunu ntaxxati l-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għall-kwotazzjoni fil-borża, li jagħmlu disponibbli fis-suq jew li jittrattaw f’siguratjiet — Deroga — Dazju fuq it-trasferiment ta’ titoli — Taxxa nazzjonali li tolqot it-trasferimenti ta’ ishma ta’ kumpannija li tal-inqas 50 % mill-attivi tagħha huwa kompost minn proprjetà immobbli li għandu bħala effett il-kisba tal-kontroll tal-kumpannija mix-xerrej tas-sigurtajiet.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, u b’mod partikolari l-Artikoli 11(a) u 12(1)(a) tagħha, ma tipprekludix lil leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik prevista fl-Artikolu 108(2) tal-Liġi 24/1988, tat-28 ta’ Lulju 1988, dwar is-suq tat-titoli, kif emendata bil-Liġi 18/91, tas-6 ta’ Ġunju 1991 li, sabiex tipprekludi l-evażjoni fiskali fil-kuntest tat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli permezz tal-intermedju ta’ kumpanniji, tissuġġetta t-trasferimenti ta’ titoli għat-taxxa fuq it-trasferimenti patrimonjali meta dawn it-trasferimenti ta’ titoli jirrappreżentaw partijiet mill-kapital azzjonarju ta’ kumpanniji li l-attiv tagħhom huwa kkostitwit minn tal-inqas 50 % minn proprjetà immobbli u li x-xerrej jikseb wara tali trasferiment pożizzjoni li tippermettilu li jeżerċita l-kontroll tal-entità inkwistjoni, anki f’sitwazzjonijiet fejn, minn naħa, ma hemmx l-intenzjoni li tkun evitata t-taxxa u fejn, min-naħa l-oħra, dawn il-kumpanniji huma għal kollox operattivi u l-proprjetajiet immobbli ma jistgħux ikunu separati mill-attività ekonomika eżerċitata minn dawn il-kumpanniji.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2010 — Vladimir Ivanov vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-532/09 P) (1)

(Appell - Rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali - Telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ - Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2011/C 80/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vladimir Ivanov (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009, Ivanov vs Il-Kummissjoni (T-166/08) li permezz tiegħu hija ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent għall-ħlas tad-danni li huwa allegatament sofra wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li timpjegah bħala aġent lokali ta’ assistenza amministrattiva u teknika għad-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Sofija — Natura awtonoma tar-rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali meta mqabbel mar-rikors għal annullament — Riżerva tal-abbuż ta’ proċedura — Possibbiltà ta’ invokazzjoni ex officio ta’ din ir-regola mill-Qorti Ġenerali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

V. Ivanov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 — European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-74/10 P u C-75/10 P) (1)

(Appell - Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rappreżentazzjoni ta’ parti minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà manifesta)

2011/C 80/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Renewable Energies Federation ASBL (EREF) (rappreżentant: J. Kuhbier, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u N. Khan, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009, EREF vs Il-Kummissjoni (T-94/07), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4963 finali, tal-24 ta’ Ottubru 2006, li tiddikjara li ċerti sorsi tal-finanzjament użati mill-kumpannija TVO għall-kostruzzjoni ta’ reattur nukleari fil-Finlandja (“proġett Olkiluoto 3”) ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat — Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

European Renewable Energies Federation ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2010 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-84/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Sinjal verbali “Kids Vits” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja VITS4KIDS - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Dritt għal smigħ)

2011/C 80/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. E. Korab, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Merck KGaA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2009, Longevity Health Products vs UASI — Merck (Kids Vids) (T-484/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Kids Vits” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 5, billi tilqa’ l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti “VITSS4KIDS” — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 100, 17.04.2010


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — Franssons Verkstäder AB vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Lindner Recyclingtech GmbH

(Kawża C-290/10 P) (1)

(Appell - Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà minħabba dewmien - Appell manifestament infondat)

2011/C 80/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Franssons Verkstäder AB (rappreżentant: O. Öhlén, avukat)

Appellat: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Lindner Recyclingtech GmbH

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-10 ta’ Mejju 2010, Franssons Verkstäder vs UASI (T-98/10), li bih il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tad-disinn Komunitarju Nru 253778-0001 (makkinarju li jaqta’ l-karfa), kontra d-deċiżjoni R 690/2007-3 tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-22 ta’ Ottubru 2009, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità imressqa minn Lindner Recyclingtech — Terminu għall-preżentata tal-appell — Inammissibbiltà manifesta

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Franssons Verkstäder AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2010 minn D. Platis kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-311/10, Dimitris Platis vs Il-Kunsill u Il-Greċja

(Kawża C-513/10 P)

2011/C 80/18

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Dimitris Platis (rappreżentant: P. Théodoropoulos, avukat)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej u Ir-Repubblika Ellenika

B’digriet tas-17 ta’ Diċembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ordnat iċ-ċaħda tal-appell, sa fejn kien, parzjalment, manifestament infondat u, parzjalment, manifestament inammissibbli.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen, parti oħra fil-Kawża: Bundesministerium der Finanzen

(Kawża C-587/10)

2011/C 80/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)

Konvenuta: Finanzamt Plauen

Parti oħra fil-kawża: Bundesministerium der Finanzen

Domandi preliminari

(1)

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/338/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) tippermetti li ma tittiħidx inkunsiderazzjoni kunsinna intra-Komunitarja li hija biss eżenti fil-każ fejn il-persuna taxxabbli tipproduċi l-prova ta’ kontabbiltà tan-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud tax-xerrej?

(2)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda huwa importanti li jiġi ddeterminat:

(a)

jekk ix-xerrej huwiex imprenditur stabbilit f’pajjiż terz, li, minkejja li jkun bagħat il-prodott ikkunsinnat minn Stat Membru għal ieħor fil-kuntest ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet, ma huwa rreġistrat fl-ebda Stat Membru fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ

u

(b)

jekk il-persuna taxxabbli pprovatx li x-xerrej iddikjara x-xiri intra-Komunitarju fuq il-livell fiskali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1 p. 2.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Diċembru 2010 — T.G. van Laarhoven vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-594/10)

2011/C 80/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T.G. van Laarhoven

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Il-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva (1) jipprekludi emendi għal leġiżlazzjoni li tillimita t-tnaqqis bħal dik inkwistjoni, skont liema Stat Membru jkun fittex li jieħu vantaġġ mill-possibbiltà, li għaliha dik id-dispożizzjoni tipprovdi, (li tinżamm) l-esklużjoni ta’ tnaqqis fir-rigward ta’ ċerti oġġetti u servizzi jekk, bħala konsegwenza ta’ dawk l-emendi, l-ammont eskluż mit-tnaqqis żdied f’ħafna każijiet, iżda l-approċċ u l-iskema tal-leġiżlazzjoni li tillimita t-tnaqqis baqgħu ma nbidlux?

(2)

Jekk it-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-qrati nazzjonali għandhom jevitaw li japplikaw il-leġiżlazzjoni li tillimita t-tnaqqis fl-intier tagħha, jew huwa biżżejjed għalihom li ma japplikawx il-leġiżlazzjoni sa fejn tkun żiedet il-portata tal-esklużjoni jew tar-restrizzjoni eżistenti fil-mument meta s-Sitt Direttiva daħlet fis-seħħ?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Marzu 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/11


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-600/10)

2011/C 80/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE billi żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet legali li jipprovdu li dividendi, imħallsa f’fondi ta’ pensjoni suġġetti għal obbligu fiskali limitat kif ukoll interessi, imħallsa f’dawn il-fondi ta’ pensjoni u f’riżervi ta’ pensjoni suġġetti għal obbligu fiskali limitat, jirċievu trattament fiskali inqas favorevoli meta mqabbel ma’ dak mogħti lid-dividendi jew lill-interessi, imħallsa f’riżervi ta’ pensjoni jew f’fondi ta’ pensjoni suġġetti għal obbligu fiskali limitat.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ din il-kawża huwa l-leġiżlazzjoni Ġermaniża li tipprovdi li dividendi, imħallsa f’fondi ta’ pensjoni (esteri) b’obbligu fiskali limitat kif ukoll interessi, imħallsa f’dawn il-fondi ta’ pensjoni u f’riżervi ta’ pensjoni b’obbligu fiskali limitat, jirċievu trattament fiskali inqas favorevoli meta mqabbel ma’ dak mogħti lid-dividendi jew lill-interessi, imħallsa f’riżervi ta’ pensjoni jew f’fondi ta’ pensjoni (nazzjonali) suġġetti għal obbligu fiskali limitat.

Il-fondi ta’ pensjoni u r-riżervi ta’ pensjoni huma ppenalizzati meta mqabbla ma’ strumenti analogi nazzjonali u dan għal dawn it-tliet raġunijiet li ġejjin:

 

Fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ taxxa fuq l-interessi mħallsa fir-riżervi ta’ pensjoni ma titħallas ebda taxxa fuq id-dħul mill-kapital u l-ebda taxxa fuq il-kumpanniji, ladarba l-benefiċjarja tal-interessi tkun riżerva ta’ pensjoni nazzjonali eżentata. B’dan il-mod, kwalunkwe taxxa fuq id-dħul inkwistjoni tkun inqas. Madankollu, għar-riżervi ta’ pensjoni esteri ma hemm prevista ebda eżenzjoni korrispondenti mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital, b’tali mod li din tal-aħħar titħallas f’kull każ u, preċiżament, fl-ammont ta’ 25 % tal-ammont gross, flimkien mal-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà.

 

Fir-rigward ta’ impożizzjoni ta’ taxxa fuq id-dividendi mħallsa f’fondi ta’ pensjoni, il-fondi ta’ pensjoni nazzjonali jistgħu jerġgħu jimponu taxxa fuq id-dħul mill-kapital fi proċedura ta’ evalwazzjoni. Minn naħa, dan jippermetti tnaqqis fiskali tal-ispejjeż tal-operazzjoni u impożizzjoni limitata ta’ taxxa fuq id-dħul nett. Min-naħa l-oħra, dan jiddetermina kalkolu tat-taxxa fuq id-dħul mill-kapital fuq il-bażi tat-taxxa normali dovuta, bil-konsegwenza li tiġi applikata r-rata normali ta’ 15 % tat-taxxa fuq il-kumpanniji. Għaldaqstant, il-fondi ta’ pensjoni esteri ma jistgħu jiksbu ebda wieħed minn dawn il-vantaġġi: b’riferiment għalihom il-leġiżlazzjoni inkwistjoni teskludi kompletament tnaqqis tal-ispejjeż tal-operat, inklużi dawk konnessi direttament mad-dħul miksub fit-territorju nazzjonali.

 

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ taxxa fuq l-interessi mħallsa fil-fondi ta’ pensjoni, is-sitwazzjoni mill-perspettiva legali hija sostanzjalment simili għal dik tad-dividendi mħallsa fil-fondi ta’ pensjoni: bħalma jiġri fil-każ tad-dividendi, għalhekk, anki l-fondi ta’ pensjoni esteri huma ppenalizzati kemm fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-operat kif ukoll fir-rigward tar-rata tat-taxxa.

 

Il-Kummissjoni ssostni li tali penalizzazzjoni tar-riżervi ta’ pensjoni jew tal-fondi ta’ pensjoni ma humiex kompatibbli mal-libertà ta’ moviment tal-kapital. Tali trattament differenti fl-ebda każ ma huwa oġġettivament iġġustifikat.

 

L-Artikolu 63 TFUE jipprekludi d-dispożizzjonijiet kollha li jżommu fir-rigward tal-movimenti ta’ kapital transkonfinali trattament inqas favorevoli minn dak previst għall-movimenti ta’ kapital purament nazzjonali. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 65(1)(a) TFUE ma jistax jiġi interpretat fis-sens li kwalunkwe leġiżlazzjoni fil-qasam fiskali, li tagħmel distinzjoni bejn il-kontributuri fuq il-bażi tal-post ta’ residenza jew ta’ dak ta’ fejn il-kapital tagħhom ikun investit, hija awtomatikament kompatibbli mat-Trattat. Din għandha restrizzjoni taħt l-Artikolu 65(3) TFUE, li jipprovdi li skont l-Artikolu 63(1) il-miżuri nazzjonali ma jistgħux jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital u tal-ħlasijiet kif iddefinit fl-Artikolu 63. Tali divrenzjar huwa kompatibbli mad-dritt tal-UE kemm-il darba dan ikun applikabbli għal sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament komparabbli jew ikun iġġustifikat minn raġunijiet mandatorji ta’ interess pubbliku. Tali ġustifikazzjoni tkun applikabbli biss jekk il-leġiżlazzjoni ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-iskop minnha mfittex.

 

Fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-operat, il-Kummissjoni tirrimarka li l-Istati Membri għandhom josservaw il-projbizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni stipulati fit-Trattat anki fir-rigward tat-taxxa f’ras il-għajn. F’dan ir-rigward, l-Istat fejn ikun sar id-dħul ma jkunx jista’ jinvoka dispożizzjonijiet unilaterali fi Stat Membru ieħor sabiex jaħrab mill-obbligi tiegħu. Il-Ġermanja ma rreferietx għal ftehim mal-Istati Membri l-oħra li jipprevedu li jkunu huma stess li jagħmlu t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-operat minflok il-Ġermanja. Anki li kieku stess kien hemm tali ftehim, dan ħafna drabi ma jġibx l-effett mixtieq, li, pereżempju, fil-każ fejn id-dħul inkwistjoni ikun eżenti minn taxxa fl-Istat l-ieħor jew is-suġġett tat-taxxa passiv, fl-aħħar mill-aħħar, ma jagħmel ebda dħul. Barra minn hekk, fil-każ tal-metodu tal-imputazzjoni, it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-operazzjoni fl-Istat ta’ residenza ma jistax jissostitwixxi dak tal-Istat fejn id-dħul ikun sar. F’dan il-każ, fil-fatt, l-Istati kollha, bħala prinċipju, jissuġġettaw għat-taxxa l-istess dħul. Għaldaqstant, impożizzjoni ta’ taxxa, li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-dħul gross u lanqas dak nett, tirrikjedi li l-Istati kollha japplikaw id-dispożizzjonijiet tagħhom dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-operat. Għalhekk, it-tnaqqis li jsir mill-Istat li fih ikun sar id-dħul ma joħloqx duplikazzjoni iżda, għall-kuntrarju, jiżgura biss li jkun hemm trattament ugwali għal dak tas-sitwazzjonijiet purament nazzjonali.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče (ir-Repubblika tas-Slovenja) fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Pelati d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-603/10)

2011/C 80/22

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pelati d.o.o.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domanda preliminari

Il-dispożizzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/434/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha r-Repubblika tas-Slovenja tissuġġetta l-għoti ta’ vantaġġ fiskali għal kumpannija li tixtieq tagħmel diviżjoni (diviżjoni ta’ parti tal-kumpannija u l-ħolqien ta’ kumpannija ġdida) għall-kundizzjoni li din il-kumpannija tissottometti tempestivament applikazzjoni għall-ħruġ ta’ permess għal rikonoxximent ta’ benefiċċji fiskali li tirriżulta mid-diviżjoni, jekk il-kundizzjonijiet imposti jkunu sodisfatti, u li skont liema b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali, il-persuna taxxabbli titlef awtomatikament il-benefiċċji tat-taxxa mal-iskadenza tat-terminu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet [mergers], id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 1).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fit-30 ta’ Diċembru 2010 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

(Kawża C-613/10)

2011/C 80/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danilo Debiasi

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

Domanda preliminari

Jeżisti kunflitt bejn, minn naħa, l-Artikoli 19(5) u 19a tad-Digriet Presidenzjali Nru 633/72, u min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE u d-dokumenti COM(2001) 260 finali tat-23 ta’ Mejju 2001 u COM(2000) 348 finali tas-7 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll trattament inugwali tas-sistema tal-VAT fil-qasam Komunitarju u, b’hekk il-ħtieġa, li ssir armonizzazzjoni tas-sistemi legali Ewropej, peress li Stati Membri differenti japplikaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, sistema ta’ tassazzjoni b’rata mnaqqsa?


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Rémi Paquot vs État Belge — SPF Finances

(Kawża C-622/10)

2011/C 80/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rémi Paquot

Konvenut: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi fil-parti l-kbira tagħhom id-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (ex 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu li dispożizzjonijiet legali nazzjonali, f’dan il-każ dik tal-Artikolu 9(2) tal-Liġi Belġjana tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Cour d’arbitrage (Qorti tal-arbitraġġ) [fil-preżent imsejħa Cour constitutionnelle (Qorti kostituzzjonali)] jimponu fuq il-qrati nazzjonali l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi mogħtija minn qorti superjuri tad-dritt nazzjonali (f’dan il-każ mill-Cour constitutionnelle imsemmija iktar ’il fuq) fuq rikorsi għall-annullament ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt intern li jitressqu quddiemha, meta dawn ir-rikorsi jkunu bbażati fuq ksur tad-dispożizzjonijiet derivanti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli b’mod dirett u prijoritarju fis-sistema legali interna?

(2)

L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi fil-parti l-kbira tagħhom id-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (ex 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu li dispożizzjonijiet legali nazzjonali, f’dan il-każ dawk tal-Artikolu 26(4) tal-Liġi Belġjana tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Cour d’arbitrage (Qorti tal-arbitraġġ) [fil-preżent imsejħa Cour constitutionnelle (Qorti kostituzzjonali)], kif emendata bil-liġi tat-12 ta’ Lulju 2009, moqrija b’mod separat jew flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 9(2) tal-imsemmija liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989, jimponu fuq il-qrati nazzjonali l-obbligu li jressqu quddiem qorti superjuri tad-dritt nazzjonali (f’dan il-każ il-Cour constitutionnelle imsemmija iktar ’il fuq), kull domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet derivanti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea applikabbli b’mod dirett u prijoritarju fis-sistema legali interna, meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu riprodotti wkoll fil-Kostituzzjoni nazzjonali u meta l-qrati msemmija jippreżumu li dawn id-dispożizzjonijiet huma miksura fil-kuntest tal-ilmenti li jitressqu quddiemhom, liema ħaġa twassal sabiex il-qrati msemmija jiġu pprivati mill-possibbiltà li japplikaw id-dritt tal-Unjoni Ewropea b’mod immedjat, għall-inqas fil-każ fejn l-imsemmija qorti superjuri tkun diġà ddeċidiet fuq domanda identika?


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Adrien Daxhelet vs L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

(Kawża C-623/10)

2011/C 80/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Adrien Daxhelet

Konvenut: L-Istat tal-Belġju — SPF Finances

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi fil-parti l-kbira tiegħu d-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (li qabel kien l-Artikolu 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu liġi nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 9(2) tal-liġi Belġjana tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti tal-Arbitraġġ (li bħalissa jisimha l-Qorti Kostituzzjonali) li timponi fuq il-qrati nazzjonali l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi mogħtija minn qorti superjuri tad-dritt nazzjonali (f’dan il-każ l-imsemmija Qorti Kostituzzjonali), fuq rikorsi għall-annullament tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jitressqu quddiemha, meta dawn ir-rikorsi huma bbażati fuq ksur tad-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea direttament u applikabbli primarjament fl-ordni ġuridika nazzjonali?

(2)

L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi fil-parti l-kbira tiegħu d-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (li qabel kien l-Artikolu 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu liġi nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 26(4) tal-liġi Belġjana tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti tal-Arbitraġġ (li bħalissa jisimha l-Qorti Kostituzzjonali), kif emendata bil-liġi tat-12 ta’ Lulju 2009, moqrija separatament jew flimkien mal-Artikolu 9(2) tal-imsemmija liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989, li timponi fuq il-qrati nazzjonali sabiex jippreżentaw lil qorti superjuri tad-dritt nazzjonali (f’dan il-każ l-imsemmija Qorti Kostituzzjonali), kull domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea direttament u applikabbli primarjament fl-ordni ġuridika nazzjonali, meta dawn id-dispożizzjonijiet huma stabbiliti wkoll fil-Kostituzzjoni nazzjonali u meta l-imsemmija qrati jippreżumu li dawn id-dispożizzjonijiet ġew miksura fil-kuntest tal-kawżi li tressqu quddiemhom, li jikkonferma li l-imsemmija qrati ġew miċħuda mill-possibbiltà li japplikaw immedjatament id-dritt tal-Unjoni Ewropea, għall-inqas fil-każ fejn l-imsemmija qorti superjuri diġà ddeċidiet fuq kwistjoni identika?


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Palermo (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2011 — Proċeduri kriminali kontra Fabio Caronna

(Kawża C-7/11)

2011/C 80/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Palermo (l-Italja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Fabio Caronna.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 77(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1) għandu jiġi interpretat li anki l-ispiżjara għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali bl-ingrossa, jew l-intenzjoni tal-leġiżlatur Komunitarju kienet dik li teżenta lill-ispiżjara milli jitolbu tali awtorizzazzjoni, kif tidher li tagħti x’tifhem is-sitta u tletin premessa ta’ din id-direttiva?

(2)

B’mod iktar ġenerali, kif għandha tiġi interpretata l-leġiżlazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqassim ta’ prodotti mediċinali skont l-Artikoli 76 sa 84 tad-Direttiva 2001/83/KE, b’mod partikolari għar-rekwiżiti meħtieġa sabiex l-ispiżjar (bħala persuna fiżika u mhux kumpannija), ikun jista’ jiddistribwixxi ukoll prodotti mediċinali bl-ingrossa, meta bħala spiżjar, huwa diġà awtorizzat mid-dritt nazzjonali li jbigħhom bl-imnut?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dublin Metropolitan District Court (l-Irlanda) fl-10 ta’ Jannar 2011 — Denise McDonagh vs Ryanair Ltd

(Kawża C-12/11)

2011/C 80/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Dublin Metropolitan District Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Denise McDonagh

Konvenuta: Ryanair Ltd

Domandi preliminari

(1)

Ċirkustanzi bħalma huma l-għeluq tal-ispazju tal-ajru Ewropew minħabba l-eruzzjoni tal-vulkan Eyjafjallajökull fl-Islanda, li kkawża diżordni kbir u pprolongat fit-trasport bl-ajru, imorru lil hinn mill-ambitu taċ-“ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tar-Regolament 261/2004 (1)?

(2)

Jekk għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, ir-responsabbiltà marbuta mal-obbligu li jittieħed ħsieb tal-passiġġieri hija eskluża taħt l-Artikoli 5 u 9 f’dawn iċ-ċirkustanzi?

(3)

Jekk għat-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikoli 5 u 9 huma invalidi inkwantu jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità u nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ “bilanċ ekwu tal-interessi” stipulat fil-Konvenzjoni ta’ Montréal, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

(4)

L-obbligu previst fl-Artikoli 5 u 9 għandu jiġi interpretat li jinkludi limitazzjoni impliċita , bħalma huwa limitu temporali u/jew monetarju, meta jittieħed ħsieb tal-passiġġieri f’każijiet fejn il-kanċellazzjoni hija kkawżata minn “ċirkostanzi straordinarji”?

(5)

Jekk għar-raba’ domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikoli 5 u 9 huma invalidi inkwantu jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ “bilanċ ekwu tal-interessi” stipulat fil-Konvenzjoni ta’ Montréal, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-24/05: Alliance One International, Inc. (li qabel kienet Standard Commercial Corp.), Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-14/11 P)

2011/C 80/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier, R. Sauer, aġenti)

Appellati: Alliance One International, Inc. (li qabel kienet Standard Commercial Corp.), Standard Commercial Tobacco Company, Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata

tiċħad ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali fl-intier tiegħu

tikkundanna lil TCLT għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tikkundanna lit-tliet rikorrenti għall-ispejjeż kollha tal-proċedura tal-ewwel istanza

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

(1)

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ trattament ugwali u naqset milli tosserva ġurisprudenza stabbilita sewwa li tipprovdi li r-responsabbiltà ta’ kull kumpannija għandha tiġi evalwata fuq il-merti proprji tagħha.

(2)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat xi kumpanniji parent iddetermina r-regola applikabbli li żżomm kumpanniji parent oħra responsabbli, anki jekk din ir-regola marret lil hinn minn dak meħtieġ mill-ġurisprudenza.

(3)

Meta ċaħħdet lill-Kummissjoni milli tressaq l-argumenti b’risposta għal motivi bbażati fuq id-diskriminazzjoni, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Kummissjoni għal proċedura kontradittorja u interpretat b’mod żbaljat l-obbligu ta’ motivazzjoni.

(4)

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali peress li Trans-Continental Leaf Tabacco Corp. Ltd. kienet f’sitwazzjoni oġġettivament differenti minn dik ta’ Intabex u ta’ Universal.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-20/11)

2011/C 80/29

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Hadjiyiannis u Ł. Habiak, agenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar, u fi kwalunkwe każ, peress li ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 17(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE skada fis-26 ta’ Novembru 2009.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis-17 ta’ Jannar 2011 — Finnair Oyj vs Timy Lassooy

(Kawża C-22/11)

2011/C 80/30

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finnair Oyj

Konvenut: Timy Lassooy

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament Nru 261/2004 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 4 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu hija limitata biss għall-każijiet fejn il-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu fuq it-titjira minħabba li l-kumpannija tal-ajru ħadet wisq riżervazzjonijiet għal raġunijiet ekonomiċi, jew jista’ jiġi applikat ukoll f’każijiet fejn il-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu fuq it-titjira minħabba raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi?

(2)

L-Artikolu 2(j) tar-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġunijiet ammissibbli stabbiliti fih huma llimitati biss għall-fatturi li jirrigwardaw lill-passiġġieri, jew każijiet fejn il-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu fuq it-titjira jistgħu jitqiesu bħala iġġustifikati għal raġunijiet oħra? Jekk ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li każijiet fejn il-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu fuq it-titjira jistgħu jkunu validament iġġustifikati minn raġunijiet barra dawk li jirrigwardaw lill-passiġġieri, għandu jiġi kkunsidrat li l-każijiet fejn il-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu fuq it-titjira jistgħu jkunu ġġustifikati wkoll minn ippjanar mill-ġdid tat-titjiriet minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali fis-sens tal-premessi 14 u 15 tar-regolament?

(3)

Dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur tal-ajru jista’ jkun eżentat minn responsabbiltà taħt l-Artikolu 5(3) mhux biss fir-rigward ta’ titjira li huwa kkanċella minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, iżda wkoll fir-rigward tal-passiġġieri fuq titjiriet sussegwenti, meta jipprova jqassam l-effetti negattivi ikkawżati minn ċirkustanzi eċċezzjonali li ltaqgħa magħhom, bħal pereżempju strajk, fost il-membri ta’ grupp usa ta’ passiġġieri minn dik tal-passiġġieri tat-titjira kkanċellata billi jippjana mill-ġdid it-titjiriet sussegwenti, sabiex l-ebda passiġġier ma jkun suġġett għal dewmien mhux raġjonevoli? Fi kliem ieħor, it-trasportatur tal-ajru jista’ jinvoka ċirkustanzi eċċezzjonali anki fir-rigward ta’ passiġġier fuq titjira sussegwenti li l-vjaġġ tagħha ma kienx direttament affettwat minn dawn iċ-ċirkustanzi? F’dan ir-rigward, teżisti differenza sinjifikattiva skont jekk l-istatus tal-passiġġier u d-dritt għal kumpens jiġux evalwati fid-dawl tal-Artikolu 4 tar-regolament, dwar il-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu fuq it-titjira, jew mal-Artikolu 5 tiegħu, dwar il-kanċellazzjoni ta’ titjira?


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/16


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-37/11)

2011/C 80/31

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li, billi pprovdiet fil-paragrafu 1(2)(q) tad-Digriet Nru 77/2003 Coll. li “butir sabiex jiddellek” (pomazánkové máslo) tfisser prodott tal-ħalib magħmul minn krema qarsa, miżjud bi trab tal-ħalib jew xorrox tal-butir, li fih, bil-piż, mhux inqas minn 31 % xaħam tal-ħalib u 42 % materja niexfa, u billi ppermettiet li dan il-prodott jitqiegħed fis-suq taħt l-isem ta’ “butir sabiex jiddellek”, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 115 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (1) flimkien mal-Punt I, Klawżola 2, l-ewwel u t-tieni subklawżoli tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u Parti A punti 1 u 4 tal-Appendiċi għall-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 115 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, flimkien mal-Punt I, Klawżola 2, l-ewwel u t-tieni subklawżola tal-Anness XV u Parti A, punt 1 tal-Appendiċi għall-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jipprovdi li l-isem kummerċjali “butir” huwa rriżervat għal prodotti b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mill-inqas 80 % u kontenut tal-ilma li ma jaqbiżx is-16 %. Fir-Repubblika Ċeka, permezz tal-Paragrafu 1(2)(q) tad-Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura Nru 77/2003 Coll., tas-6 ta’ Marzu 2003, tqiegħed prodott fis-suq taħt l-isem “butir sabiex jiddellek”. Dan il-prodott huwa taħlita solida u malleabbli tat-tip ilma fiż-żejt, miksuba primarjament minn krema qarsa li jkun fiha, bil-piż, mhux inqas minn 31 % xaħam tal-ħalib u 42 % materja niexfa. Minħabba l-kontenut ta’ xaħam mill-ħalib ogħla milli dak preskritt, il-prodott “butir sabiex jiddellek” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-użu tal-isem kummerċjali “butir”, u għalhekk inkisru l-imsemmija dispożizzjonijiet tal-UE.

Punt I, it-tieni subklawżola tal-Anness XV, flimkien mal-Parti A, punt 4 tal-Appendiċi għall-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jeħtieġ li, għal prodotti tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib inqas minn 39 %, jintuża l-isem kummerċjali “Xaħmijiet għall-frix [sabiex jiddellku] X %”. “Butir sabiex jiddellek” ma huwiex imqiegħed fis-suq taħt dan l-isem u, għalhekk, l-imsemmija dispożizzjoni tal-UE hija miksura.

Bħala eċċezzjoni, prodotti jistgħu jitqiegħdu fis-suq taħt l-isem kummerċjali “butir” anki jekk ma jissodisfawx il-parametri msemmija iktar ’il fuq, jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt I, Klawżola 2, it-tielet subklawżola (a) tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġu sodisfatti. Dawn il-prodotti huma elenkati b’mod eżawrjenti fil-lista tal-prodotti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2007 (2). “Butir sabiex jiddellek” ma tinsabx fil-lista, peress li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-Punt I, Klawżola 2, it-tielet subklawżola (a) tal-Anness XV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għalhekk, “butir sabiex jiddellek” ma tistax tuża dawn l-eċċezzjonijiet.


(1)  ĠU 2007 L 299, 16.11.2007, p. 1

(2)  ĠU 2007 L 106, 24.04.2007, p. 24


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-455/09) (1)

2011/C 80/32

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Repubblika Portughiża

(Kawża C-525/09) (1)

2011/C 80/33

Lingwa tal-kawża: Il-Portughiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


Il-Qorti Ġenerali

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Frar 2011 — Oyster Cosmetics vs UASI — Kadabell (Oyster cosmetics)

(Kawża T-437/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Oyster cosmetics - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Kadus AUTO STOP PROTECTION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 80/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oyster Cosmetics SpA (Castiglione delle Stiviere, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, agent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kadabell GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1367/2008-1), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kadabell GmbH & Co. KG u Oyster Cosmetics SpA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Oyster Cosmetics SpA hija kkundanatta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2011 — Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/07) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Telekomunikazzjonijiet - Taxxa fuq beni immobbli tal-impriżi fir-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

2011/C 80/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vtesse Networks Ltd (Hertford, Hertforsdshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Mercer, barrister, u J. Ballard, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u H. Van Vliet, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: AboveNet Communications UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit); Gamma Telecom Ltd (Newbury, Berkshire, ir-Renju Unit); u VTL (UK) Ltd (Egham, Surrey, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, C. Arhold u K. Struckmann, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: British Telecommunications plc (Londra) (rappreżentanti: G. Robert u C. Berg, solicitors); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, aġent, assistit minn C. Vajda, QC, u T. Morshead, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/951/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2006, dwar l-applikazzjoni lir-Renju Unit tat-taxxa fuq il-beni immobbli tal-impriżi fis-settur tat-telekomomunikazzjonijiet fir-Renju Unit [C-4/2005 (ex NN 57/2004, ex CP 26/2004)] (ĠU L 383, p. 70).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Vtesse Networks Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, AboveNet Communications UK Ltd, Gamma Telecom Ltd, VTL (UK) Ltd u l-British Telecommunications plc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 82, 14.04.2007.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/19


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI — Parfums Givenchy (only givenchy)

(Kawża T-586/10)

2011/C 80/36

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Christiansen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Parfums Givenchy SA (Levallois Perret, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 1556/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur “only givenchy”, għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3980241.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Daniża Nru VR 2001 03359 “ONLY”, inter alia għal prodotti fil-klassijiet 3 u 9; it-trade mark verbali Daniża Nru VR 2000 02183 “ONLY”, għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali Komunitarja Nru 638833 “ONLY”, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li ma hemm l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni u li l-pubbliku rilevanti ma jistabbilixxix rabta jew konnessjoni bejn it-trade marks preċedenti u t-trade mark ikkontestata.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — El Corte Inglés vs UASI — Technisynthese (BTS)

(Kawża T-592/10)

2011/C 80/37

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. E. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technisynthese SARL (Saint Pierre Montlimart, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1380/2009-1, kollha kemm hi; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BTS” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18, 25 u 28.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Technisynthese SARL.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji li jinkludu l-element verbali “TBS” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni milqugħa

Motivi invokati: nuqqas ta’ prova tar-reputazzjoni u tal-użu tat-trade marks preċedenti u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — El Corte Inglés vs UASI

(Kawża T-593/10)

2011/C 80/38

Lingwa tal-kaw'ża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jian Min Ruan (Mem Martins, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Ottubru 2010, mogħtija fil-Każ R 576/2010-2, u tiddikjara li skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, il-UASI kellu jilqa’ l-appell tal-parti li ressqet l-oppożizzjoni u li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “B” (MIXTA) fl-intier tagħha, taħt in-Nru 6.379.721 kellha tiġi miċħuda; u

tikkundanna għall-ispejjeż il-parti jew partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Jian Min Ruan.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva ħamra u bajda li tinkludi l-ittra “B” għal prodotti fil-klassi 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “B” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) inkwantu hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/20


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2010 — Almunia Textil vs UASI — FIBA Europe (EuroBasket)

(Kawża T-596/10)

2011/C 80/39

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Almunia Textil SA (La Almunia de Doña Godina, Spanja) (rappreżentant: J. E. Astiz Suárez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FIBA Europe eV (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 280/2010-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: FIBA Europe eV.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EuroBasket” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 26, 28, 35, 38 u 41.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja u nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Basket”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għall-prodotti fil-klassijiet 9, 25, 28 u 41 miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (BIESUL)

(Kawża T-597/10)

2011/C 80/40

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul International, SL (Ponferrada, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 1519/2009-1, u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra intervenjenti eventwali favur tiegħu quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li għandha l-element verbali “BIESUL” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul International, SL.

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li għandhom l-elementi verbali “MANASUL” u “MANASUL ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma jeżisti l-ebda xebh bejn it-trade marks konfliġġenti u l-Bord tal-Appell naqas li jeżamina l-prova tal-użu tat-trade mark preċedenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Biodes vs UASI — Manasul International (LINEASUL)

(Kawża T-598/10)

2011/C 80/41

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manasul International, SL (Ponferrada, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 1520/2009-1, u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra intervenjenti eventwali favur tiegħu għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li għandha l-element verbali “LINEASUL” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Manasul International, SL

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali li għandhom l-elementi verbali “MANASUL” u “MANASUL ORO” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 31.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma jeżisti l-ebda xebh bejn it-trade marks konfliġġenti u l-Bord tal-Appell naqas li jeżamina l-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/11)

2011/C 80/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Timab Industries (Dinard, Franza) u Cie financière et de participations Roullier (CFPR) (Saint-Malo, Franza) (rappreżentant: N. Lenoir, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Novembru 2010 dwar iċ-ċaħda impliċita tal-aċċess għal dokumenti tal-Kummissjoni marbuta mal-proċedura miftuħa mill-Kummissjoni fil-Kawża COMP/38.866 dwar akkordju fis-suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tirrispondi għat-talba konfermattiva għal aċċess għad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet tagħha li jiffissaw il-parametri ta’ multi probabbli fir-rigward tad-destinatarji tad-deċiżjoni C(2010) 5004 finali, adottata fit-tmiem ta’ proċedura ta’ tranżazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni, matul il-proċedura ta’ eżamina tat-talba għall-aċċess tad-dokumenti, invokat l-ewwel u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) biex tiġġustifika ċ-ċaħda tal-aċċess. Ir-rikkorrenti sostnew li d-dokumenti mitluba:

ma humiex opinjonijiet, iżda deċiżjonijiet li ma huwiex stabbilit li jistgħu jikkawżaw ħsara gravi lill-proċess deċiżjonali jekk dawn jiġu kkomunikati;

ma fihom l-ebda informazzjoni kummerċjali sensittiva;

ma għandhom l-ebda rabta ma’ attivitajiet ta’ spezzjoni, investigazzjoni u verifika.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2011 — El Corte Inglés vs UASI — BA&SH (ba&sh)

(Kawża T-23/11)

2011/C 80/43

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. López Camba u J. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BA&SH SAS (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 94/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ba&sh”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5679758

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2211312 għat-trade mark figurattiva bil-kulur “BASS10”, għal prodotti fil-klassi 3; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2140717 għat-trade mark figurattiva bil-kulur “BASS10”, għal prodotti fil-klassi 18; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2140718 għat-trade mark figurattiva bil-kulur “BASS10”, għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2223832 għat-trade mark figurattiva bil-kulur “BASS10”, għal prodotti fil-klassi 14

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2) u 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li ma ġiet ipprovduta l-ebda prova ta’ użu ġenwin tal-prodotti kkonċernati. Ir-rikorrenti tikkunsidra wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi t-trade marks jixtiebhu b’mod li jagħtu lok għal konfużjoni u billi l-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata huma parzjalment identiċi u parzjalment jixtiebhu ma’ dawk koperti mir-reġistrazzjonijiet preċedenti.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-24/11)

2011/C 80/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J. -M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010, inkwantu tirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010, inkwantu jirrigwarda lir-rikorrent;

tiddikjara d-Deċiżjoni 2010/413/PESK inapplikabbli għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-4/11, Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/23


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2011 — Germans Boada vs UASI (Forma ta’ magna għall-qtugħ taċ-ċeramika)

(Kawża T-25/11)

2011/C 80/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Germans Boada, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

timmodifika d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 771/2010-1, skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u minħabba ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-Artikoli 7(1) u 7(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, filwaqt li tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark tridimensjonali 7.317.911;

sussidjarjament, u esklużivament fl-eventwalità li t-talba preċedenti tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2010, fil-Każ R 771/2010-1, minħabba ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inkonformità mal-Artikolu 87(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ magna għall-qtugħ taċ-ċeramika, għal prodotti fil-klassi 8

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv, u ksur tal-Artikolu 7(3) tal-istess regolament, peress li ġie pprovat li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv permezz tal-użu. Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, peress li l-UASI kien imissu ħa inkunsiderazzjoni biss il-fatti u l-provi ppreżentati mill-partijiet fit-terminu previst; ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-UASI ma ħax inkunsiderazzjoni fatti u provi ppreżentati mir-rikorrenti fil-forma meħieġa u fit-terminu previst


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/23


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2011 — Technische Universität Dresden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/11)

2011/C 80/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Technische Universität Dresden (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2010, bin-nota ta’ debitu Nru 3241011712, dwar il-ħlas lura ta’ somma fl-ammont ta’ EUR 55 377,62;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka:

(1)

Ksur tad-dritt Komunitarju minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-fatti jew minħabba nuqqas li ssir evalwazzjoni tal-fatti

Ir-rikorrenti ssostni li saret evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, jew li ma saret ebda evalwazzjoni tal-fatti, fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ ċertu nfiq marbut mal-persunal, bħalma huwa l-infiq marbut mal-għajxien u mal-ivvjaġġar. Barra minn hekk, hija ssostni li saret evalwazzjoni żbaljata tal-fatti, jew li ma saret ebda evalwazzjoni tal-fatti, inkonnessjoni ma’ diversi servizzi.

(2)

Ksur tad-dritt Komunitarju minħabba żball serju fil-motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li n-nota ta’ debitu hija nieqsa minn motivazzjoni, li l-motivazzjoni għall-aċċettazzjoni jew għar-rifjut tal-infiq marbut mal-għajxien u mal-ivvjaġġar hija żbaljata u li ż-żieda fl-ammont li ma huwiex eliġibbli taħt it-titolu “servizz varji” hija nieqsa minn motivazzjoni.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Peeters Landbouwmachines vs UASI — Fors MW (BIGAB)

(Kawża T-33/11)

2011/C 80/47

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peeters Landbouwmachines BV (Etten-Leur, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: P.N.A.M. Claassen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AS Fors MW (Saue, ir-Repubblika tal-Estonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Novembru 2010, fil-Każ R 210/2010-1;

tordna lill-UASI jiddikjara invalida it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, jew tordna lill-UASI jiddikjara invalida it-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità sa fejn tirrigwarda r-registrazzjoni għall-klassi 7; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “BIGAB” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7 u 12 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4363842

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: AS Fors MW

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Peeters Landbouwmachines BV

Bażi tal-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qiegħda titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti ta’ invalidità u raġunijiet relattivi ta’ invalidità, skont l-Artikoli 52(1)(b) u 53(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu ta’ mala fide, u naqas milli jirrikonoxxi l-importanza tax-xebh bejn il-prodotti koperti mit-trade marks ipparagunati.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/24


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Canon Europa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/11)

2011/C 80/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canon Europa NV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1) u b’mod partikolari s-subdiviżjonijiet introdotti taħt is-Sistema Armonizzata (iktar ’il quddiem is-“SA”) subintestatura 8443 31 u r-rati ta’ dazju korrispondenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1) u b’mod partikolari tas-subdiviżjonijiet introdotti taħt is-SA subintestatura 8443 31 u tar-rati ta’ dazju korrispondenti.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka s-segwenti motivi:

 

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli taħt l-Artikolu 263 TFUE peress li l-miżura kkontestata hija att regolatorju li jikkonċernha direttament u peress li din il-miżura ma tinvolvi ebda miżura ulterjuri ta’ implementazzjoni.

 

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-att ikkontestat ma huwiex validu minħabba li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tas-SA 2007 subintestatura 8443 31 billi jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-makkinarju multifunzjonali (iktar il-quddiem il-“MMF”) li kien preċedentement klassifikabbli taħt is-SA 2002 subintestatura 8471 60, filwaqt li l-konvenuta ma tistax tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tas-subintestaturi tas-SA skont l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni SA (1), u l-Artikolu 1.2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2).

 

It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-att ikkontestat huwa invalidu peress li jbiddel r-rati tad-dazju applikabbli għal ċertu MMF li kien preċedentement klassifikabbli taħt is-SA 2002 subintestatura 8471 60 u 8517 21, u għalhekk jikser l-Artikolu 9.2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87.

 

Fl-aħħar nett, l-att ikkontestat jikser l-Artikolu II tal-GATT 1994 (3) u l-obbligi sottoskritti mill-UE fl-iskeda tal-konċessjonijiet minħabba li jimponi dazju fuq certu MMF li fir-rigward tiegħu l-UE impenjat ruħha li tneħħi d-dazji doganali kollha.


(1)  International Convention on the Harmonized Commodity Description and Coding System tal-14 ta’ Ġunju 1983.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).

(3)  Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tas-sena 1994.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Rikors ippreżentat fil-24 ta’ Jannar 2011 — Kyocera Mita Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-35/11)

2011/C 80/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kyocera Mita Europe BV (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (1) u b’mod partikolari s-subdiviżjonijiet introdotti taħt is-Sistema Armonizzata (iktar ’il quddiem is-“SA”) subintestatura 8443 31 u r-rati ta’ dazju korrispondenti, u

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motivi li huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrent fil-Kawża T-34/11, Canon Europa vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2010 L 284, p. 1


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/25


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Japan Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/11)

2011/C 80/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Japan Airlines International Co., Ltd. (rappreżentanti: J.-F. Bellis u K. Van Hove, avukati, u R. Burton, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010;

b’mod alternattiv, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti u AL u Japan Airlines Corporation; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, fil-Każ COMP/39.258 — ġarr ta’ merkanzija bl-ajru. Dik id-deċiżjoni tistabbilixxi li r-rikorrenti, flimkien ma’ Japan Airlines Corporation (JAC) (li ġiet assorbita mir-rikorrenti u li ma baqgħetx teżisti), kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE billi kkoordinaw ma’ operaturi oħra fl-industrija tal-ġarr, l-aġir fil-qasam tal-prezz għal servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru fir-rigward (i) tas-supplimenti marbuta mal-karburant, (ii) tas-supplimenti marbuta mas-sigurtà, u (iii) tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ kummissjonijiet fuq supplimenti.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE sa fejn din tiddefinixxi li l-portata tal-ksur li ġie deċiż li r-rikorrenti pparteċipat fih kien tinkludi rotot li r-rikorrenti ma kinitx twettaq u li ma kellhiex dritt legali li twettaq.

(2)

It-tieni motiv jallega li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 10 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE meta tiddikjara ġurisdizzjoni fuq servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru lura lejn il-post tat-tluq fuq rotot bejn iż-ŻEE u pajjiżi terzi sa fejn tali servizzi jinbiegħu lil konsumaturi li jinsabu barra miż-ŻEE.

(3)

Il-tielet motiv jallega li d-deċiżjoni tikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità billi tapplika gradi ta’ prova differenti fil-konfront ta’ operaturi differenti fl-industrija tal-ġarr.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega li d-deċiżjoni tikser il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità billi fil-valur rilevanti ta’ bejgħ użat bħala l-bażi għall-kalkolu tal-multa tinkludi dħul idderivat minn elementi tal-prezz għal servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru li ma humiex relatati mal-ksur.

(5)

Il-ħames motiv jallega li d-deċiżjoni tikser il-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 u l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi billi fil-valur rilevanti ta’ bejgħ użat bħala l-bażi għall-kalkolu tal-multa tinkludi dħul idderivat minn servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru lura lejn il-post tat-tluq fuq rotot bejn iż-ŻEE u pajjiżi terzi.

(6)

Is-sitt motiv jallega li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tillimita t-tnaqqis tal-multa mogħti lir-rikorrenti skont il-qafas regolatorju għal 15 %.

(7)

Is-seba’ motiv jallega li d-deċiżjoni tikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni billi tonqos milli tagħti lir-rikorrenti tnaqqis ta’ 10 % mill-multa abbażi tal-involviment limitat fil-ksur meta tali tnaqqis ingħata lil persuni indirizzati oħra tad-deċiżjoni li jinsabu f’pożizzjoni oġġettivament simili għal dik tar-rikorrenti.

(8)

It-tmien motiv jallega li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi tonqos li tieħu kont taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/26


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Cargolux Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-39/11)

2011/C 80/51

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cargolux Airlines International SA (Sandweiler, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Joshua, Barrister, u G. Goeteyn, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1sa 4 fl-intier tagħhom jew parzjalment sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti;

tannulla l-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 5;

sussidjarjament, sostanzjalment tnaqqas il-multa imposta skont il-ġurisdizzjoni illimitata tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, fil-Każ COMP/39.258 — Trasport bl-ajru, sa fejn tikkonstata li r-rikorrenti kisret l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-ftehim ŻEE billi kkoordinat ma’ trasportaturi oħrajn l-aġir tagħha fir-rigward tal-prezzijiet għas-servizzi ta’ trasport bl-ajru fir-rigward ta’ (i) ħlasijiet addizzjonali fuq il-fjuwil (ii) ħlasijiet addizzjonali fuq is-servizzi tas-sigurtà, u (iii) in-nuqqas ta’ ħlas ta’ kummissjonijiet fuq il-ħlasijiet addizzjonali.

Insostenn tar-rikors tagħha ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi:

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-Kummissjoni b’mod żbaljat ikklassifikat l-aġir bħala restrizzjoni bl-għan u ma ppruvat l-ebda effett antikompetittiv. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tissottometti li:

l-eżistenza tal-kunċett ta’ restrizzjoni bl-għan ma jeżonerax lill-Kummissjoni mill-obbligu li twettaq evalwazzjoni, haġa li hija naqset li tagħmel;

id-deċiżjoni ma tinkludi l-ebda argument teoriku fir-rigward tal-inkonvenjenti, b’mod partikolari peress li l-allegazzjonijiet kollha dwar l-iffissar tar-rati bażiċi twaqqgħu.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali, nuqqas ta’ motivazzjoni, ksur ta’ drittijiet tad-difiża u żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni naqset li tidentifika bi speċifiċità suffiċjenti l-portata u l-parametri tal-aġir li allegatament jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li l-Kummissjoni naqset li tistabilixxi bażi ta’ provi ta’ min joqgħod fuqha insostenn tal-konklużjonijiet tagħha jew li tipprova, skont ir-rekwiżiti legali meħtieġa, l-fatti li fuqhom hija ssejjes il-konklużjonijiet tagħha. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tissottometti li:

l-ebda wieħed mill-iżbalji fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u li dak iż-żmien ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni ma ġie ikkoreġut fid-deċiżjoni;

il-Kummissjoni abbużat mill-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu billi baqgħet tinsisti dwar il-possibbiltà li aġir kompletament innoċenti jifforma parti minn impriża illegali u użat il-klassifikazzjoni ta’ “akkordju dinji” bħala skuża biex iddaħħal provi li huma totalment di parte u irrilevanti.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi li l-Kummissjoni wettqet meta baljatament iddikjarat li kienet kompetenti fir-rigward tal-allegata koordinazzjoni antikompetittiva fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruporti ta’ pajjiżi terzi lejn ajruporti li jinsabu fiż-ŻEE (“titjiriet lura”). Ir-rikorrenti ssostni li tali attivitajiet jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(5)

Il-ħames motiv, imressaq insostenn tat-talba għar-reviżjoni tal-multa taħt il-kompetenza illimitata tal-Qorti Ġenerali, huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tissottometti li:

il-Linji gwida dwar il-Multi tal-2006 ma humiex kompatibbli mar-rekwiżit tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) li l-multa tiġi stabbilita fid-dawl tal-gravità u t-tul tal-ksur;

il-Kummissjoni issopravalutat b’mod grossolan il-gravità totali tal-allegat ksur. La l-livell perċentwali (16 % tal-valur tal-bejgħ), u lanqas l-ammont addizzjonali ma huma ġustifikati fil-każ preżenti;

fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat it-tul tal-ksur, ċaħdet b’mod żbaljat iċ-ċirkustanzi attenwanti u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, fosthom l-ekwità ġenerali tas-sanzjonijiet u s-sitwazzjoni ekonomika tar-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 81 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Lan Airlines u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/11)

2011/C 80/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lan Airlines SA u Lan Cargo SA (Santjago, iċ-Ċilì) (rappreżentanti: B. Hartnett, Barrister, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti;

alternattivament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-Trasport bl-ajru (Każ COMP/39.258 — ġarr ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega li l-Kummissjoni naqset milli tipprova, sal-grad rikjest mill-liġi, li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur wieħed u kontinwat u, bħala riżultat, wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt meta applikat l-Artikolu 101 TFUE, peress li:

Il-Kummissjoni ma pprovatx li Lan Cargo kienet konxja jew kellha tkun konxja mill-eżistenza ta’ pjan antikompetittiv komuni;

Il-Kummissjoni ma pprovatx li Lan Cargo kellha l-intenzjoni li, permezz tal-aġir tagħha, tikkontribwixxi għal tali pjan antikompetittiv komuni; u

Il-Kummissjoni ma pprovatx li Lan Cargo kienet konxja minn ksur relatat mas-suppliment marbut mas-sigurtà jew mal-kummissjoni fuq is-supplimenti.

(2)

It-tieni motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, peress li:

Il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi bbażat ruħha fuq provi li ma saritx referenza għalihom fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

Il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi bbażat ruħha fuq interpretazzjoni tal-provi li ma kinitx stabbilita b’mod ċar fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

Il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi fid-deċiżjoni kkontestata qajmet oġġezzjonijiet li r-rikorrenti ma kellhomx l-opportunità li jikkummentaw dwarhom.

(3)

It-tielet motiv jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ responsabbiltà individwali u ta’ proporzjonalità meta ffissat l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, peress li:

L-iffissar mill-Kummissjoni tat-tul tal-ksur ma kienx jikkorrispondi mal-konklużjoni kemm ta’ xjenza kif ukoll ta’ intenzjoni ta’ parteċipazzjoni fl-allegat pjan antikompetittiv komuni;

Il-Kummissjoni żbaljat fil-kalkolu tal-ammont bażiku;

Il-kalkolu tal-Kummissjoni tal-element bażiku tal-multa naqas milli jirrifletti l-parteċipazzjoni limitata tar-rikorrenti fl-allegat ksur; u

Il-kalkolu tal-Kummissjoni tal-element bażiku tal-multa naqas milli jirrifletti li l-allegat ksur ma kienx ikopri l-prezz sħiħ tas-servizzi rilevanti.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali u naqset milli tagħti raġunijiet meta aġġustat l-ammont bażiku tal-multa minħabba ċirkustanzi mitiganti, peress li:

Il-Kummissjoni naqqset milli tagħti spjegazzjoni għad-differenzi ferm sinjifikanti bejn il-grad ta’ parteċipazzjoni tar-rikorrenti u l-parteċipazzjoni wisq ikbar ta’ linji tal-ajru oħrajn; u

Il-Kummissjoni naqset milli oġġettivament tiġġustifika t-trattament ugwali tagħha ta’ linji tal-ajru differenti minkejja s-sitwazzjonijiet sinjifikattivament differenti tagħhom.

(5)

Il-ħames motiv jallega li l-Kummissjoni naqset milli tagħti raġunijiet għall-esklużjoni li wettqet ta’ ħdax-il persuna indirizzata mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fid-deċiżjoni kkontestata, għall-konklużjoni tagħha li l-applikanti kienu involuti fi ksur wieħed u kontinwat, u għall-kalkolu tagħha tal-multi imposti peress li:

Il-Kummissjoni naqset milli tagħti r-raġunijiet tagħha għall-esklużjoni mid-deċiżjoni kkontestata ta’ ħdax-il operatur fl-industrija tal-ġarr li kienu indirizzati mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

Il-Kummissjoni naqset milli tagħti r-raġunament tagħha fir-rigward tal-elementi kostituttivi rikjesti mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-konklużjoni li r-rikorrenti kienu involuti fi ksur wieħed u kontinwat; u

Il-Kummissjoni naqset milli tagħti r-raġunament tagħha li jsejjes il-kalkolu tagħha tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 5 tad-deċiżjoni kkontestata.

(6)

Is-sitt motiv jallega li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti u, bħala riżultat, kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, peress li:

Ir-rikorrenti ġew imċaħħda mill-opportunità li jwettqu eżami jew kontroeżami tax-xhieda;

Ir-rikorrenti ġew imċaħħda mill-opportunità li jikkummentaw fuq il-kalkolu tal-multa imposta fuqhom;

Il-multa ġiet imposta wara seduta għas-sottomissjonijiet orali li ma kinitx pubblika u li ma attendietx għaliha l-persuna li tieħu d-deċiżjonijiet; u

Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata minn korp amministrattiv, u l-ebda korp ġudizzjarju ma għandu ġurisdizzjoni sħiħa sa biex jistħarreġ l-aspetti kollha tagħha.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/28


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Universal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/11)

2011/C 80/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Corp. (Richmond, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. R. A. Swaak, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata stabbilita fl-ittri tat-12 u tat-30 ta’ Novembru 2010; u/jew

tiddikjara li r-rikorrenti ma tistax tiġi obbligata tħallas il-multa kollha jew parti minnha imposta f’din il-kawża sakemm tingħata sentenza definittiva fil-Kawża T-12/06, Deltafina vs Il-Kummissjoni, jew f’kull proċeduri sussegwenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinstab fl-ittra tagħha tat-12 ta’ Novembru 2010, indirizzata lil Universal Corporation, u kkonfermata bl-ittra tat-30 ta’ Novembru 2010, li teżiġi lil din tal-aħħar tħallas il-multa flimkien u in solidum imposta fuq Universal Corporation u Deltafina SpA fil-Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux ipproċessat — Italja, tal-20 ta’ Ottubru 2005, wara l-irtirar tal-Kawża T-34/06 Universal Corp. vs Il-Kummissjoni iżda qabel ir-riżoluzzjoni tal-Kawża T-12/06 Deltafina SpA vs Il-Kummissjoni u kull proċeduri sussegwenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

Skont l-ewwel motiv, id-deċiżjoni hija vvizzjata bi żball:

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball inkwantu l-multa hija kompletament koperta mill-garanzija pprovduta mis-sussidjarja tagħha Deltafina. Ir-rikorrenti hija responsabbli flimkien u in solidum bħala l-kumpannija parent 100 % għall-ħlas tal-multa imposta mill-Kummissjoni fuq Deltafina għall-parteċipazzjoni diretta tagħha fil-ksur. Għaldaqstant, l-irtirar tar-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti ma għandux effett fuq il-kwistjoni dwar meta għandha titħallas il-multa.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi:

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi fir-rigward tal-validità tal-garanzija bankarja sal-konklużjoni tal-proċeduri ta’ Deltafina. Billi aċċettat garanzija bankaraja relatata mar-rikors għal annullament minn Deltafina, il-Kummissjoni ħolqot l-aspettattiva leġittima li hija kienet ser tastjeni ruħha milli titlob il-ħlas tal-multa qabel ma tingħata sentenza definittiva fil-Kawża T-12/06. Barra minn hekk il-Kummissjoni kisret l-aspettattiva leġittima tar-rikorrenti fir-rigward ta’ trattament konsistenti, mill-Kummissjoni, tar-rikorrenti u ta’ Deltafina bħala impriża waħda għall-għanijiet ta’ responsabbiltà u ta’ eżekuzzjoni forzata.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta mill-Artikolu 266 TFUE:

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta mill-Artikolu 266 TFUE billi teżiġi ħlas antiċipat tal-multa in solidum qabel ma tkun ingħatat deċiżjoni fil-proċeduri Deltafina, li magħha l-Kummissjoni għandha tikkonforma ruħha. Fil-każ li Deltafina tirbaħ kompletament jew parzjalment il-kawża, il-Kummissjoni tkun obbligata tnaqqas jew tneħħi l-ammont li fir-rigward tiegħu Universal hija responsabbli flimkien u in solidum.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/29


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/11)

2011/C 80/54

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: L. Ventrella, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla in parte qua id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali (Artikolu 269 TUE, ex Artikolu 253 KE) taħt il-forma ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni. Żnaturament tal-fatti. Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ksur tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999, tas-17 ta’ Diċembru 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 28, p. 110).

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet rettifiki finanzjarji fis-settura tat-trab tal-ħalib xkumat minħabba allegata applikazzjoni żbaljata tat-tnaqqis tal-għajnuna u tas-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni. B’mod partikolari, abbażi ta’ interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, żbaljata u mhux konformi mal-ispirtu tal-leġiżlazzjoni stess, il-Kummissjoni sostniet li l-verifika trimestrali, li saret ġimgħa wara dik meta sar il-ħals irregolari, ma kinitx dik tal-investigazzjoni speċjali prevista mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, u għalhekk ma setgħetx tissostitwiha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, minn każijiet żgħar speċifiċi għamlet ġeneralizzazzjonijiet fuq nuqqasijiet eventwali, kompletament ipotetiċi dwar sanzjonijiet min-naħa tal-awtoritajiet Taljani, b’mod li żnaturat il-fatti. Fl-aħħar nett, peress li t-total tas-sanzjonijiet li ma ġewx imposti huma estremament inqas mit-total kumplessiv li permezz tiegħu hemm l-intenzjoni li tiġi ppenalizzata l-Italja, huwa diffiċli li tinftiehem ir-raġuni tal-applikazzjoni ta’ rettifiki f’somma waħda, li huma madankollu sproporzjonati u eżorbitanti. Għaldaqstant, minbarra n-nuqqas ta’ motivazzjoni evidenti, jirriżulta wkoll ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali (Artikolu 269 TUE, ex Artikolu 253 KE) taħt il-forma ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni. Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ksur tal-Artikolu 6(3) TUE, minħabba ksur tal-prinċipji fundamentali ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali kif ukoll nuqqas ta’ retroattività tal-liġijiet sostantivi. Ksur tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1). Ksur tal-prinċipju tan-“ne bis in idem”.

Ir-rikorrenti ssostni dwar dan il-punt li l-Kummissjoni, wara investigazzjoni li bdiet fl-2003, applikat rettifika għall-Istat Membru għas-sena finanzjarja 2009, rigward l-organizzazzjoni tas-sistema ta’ rimbors tal-aġenziji tal-ħlas, proporzjonata għall-valur tal-każijiet fejn, peress li ma ġewx deċiżi dak iż-żmien mill-Kummissjoni stess, skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ dak iż-żmien, wieħed jistenna li tapplika l-leġiżlazzjoni l-ġdida, u għalhekk li jiġu suġġetti għar-regola tal-imsejjaħ fifty — fifty adottata mir-Regolament (KE) Nru 1290/05. Ir-rettifika finanzjarja inkwistjoni tidher illeġittima peress li ddeterminat l-issuġġettar għall-Istat Membru ta’ 50 % tat-totali relattivi, awtomatikament, skont dak li hu previst fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/05, applikat retroattivament b’mod illeġittimu fir-rigward ta’ investigazzjoni dwar il-ġestjoni tad-djun li għandha bħala suġġett, essenzjalment, “is-sitwazzjoni osservata fl-2002/2003”, kif ammess espressament mill-Kummissjoni stess. Barra minn hekk, għall-istess każijiet suġġetti tal-investigazzjoni, jirriżulta li diġà saret korrezzjoni finanzjarja ta’ 50 % lill-Istat Taljan, skont l-Artikolu 32 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1901 tas-27 ta’ April 2007. Issa, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tapplika, għall-istess każijiet u abbażi tal-istess kontestazzjonijiet, korrezzjoni finanzjarja oħra puntwali li tammonta għal 100 % tat-total tal-krediti mhux irkuprati. Għalhekk jidher illeġittimu u deċiżament sproporzjonat li wara snin jiġi impost 50 % oħra bħala sanzjoni, speċjalment bi ksur ċar tal-prinċipju tan-“ne bis in idem”.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq it-tmiem tas-setgħa tal-Kummissjoni li timponi sanzjonijiet. Qbiż tat-terminu raġonevoli għall-konklużjoni tal-investigazzjonijiet ikkonċernati. Ksur tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/05. Ksur tal-prinċipju tan-“ne bis in idem”.

Sussidjarjament għat-tielet motiv, fl-ipoteżi remota fejn l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/05, applikat retroattivament mill-Kummissjoni għall-investigazzjoni inkwistjoni, kellu jiġi kkunsidrat bħala regola ta’ proċedura, hija osservata l-illeġittimità tar-rettifika inkwistjoni permezz ta’ intervent li sar wara li kien iddekorra t-terminu ta’ erba’ snin għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni. Iktar sussidjarjament, hija osservata l-illeġittimità tar-rettifiki inkwistjoni minħabba li nqabeż it-terminu raġonevoli tal-investigazzjoni inkwistjoni. Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ konklużjoni ta’ dawn l-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli (tmien snin mill-bidu tal-investigazzjoni), il-bilanċ nazzjonali sofra dannu finanzjarju serju konsegwenza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 1901 ta’ korrezzjoni f’somma waħda ta’ 50 % fir-rigward tal-istess każijiet li huma s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata, barra minn hekk bi ksur ċar tal-prinċipju tan-“ne bis in idem”.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/30


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/11)

2011/C 80/55

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7893 finali, tal-10 ta’ Novembru 2010, innotifikata lir-Repubblika Taljana b’nota tal-11 ta’ Novembru 2010 SG-Greffe (2010) D/18018, li tiċħad ir-rinviju tal-Każ COMP/M.5960 — Crédit Agricole/Cassa di Risparmio della Spezia/Agenzie Intesa SanPaolo.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tal-Awtorità Taljana dwar il-kompetizzjoni għal rinviju, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), tal-konċentrazzjoni nnotifikata lill-Kummissjoni, li permezz tagħha Crédit Agricole S.A. takkwista, permezz tal-kontrollata Cassa Di Risparmio di Parma e Paicenza S.p.A., il-kontroll esklużiv ta’ Cassa di Risparmio della Spezia S.p.A., attwalment ikkontrollata minn Intesa SanPaolo.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, sa fejn il-Kummissjoni qieset li t-talba għal rinviju kienet tardiva u mhux motivata.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(2)(a) u (b) u l-ewwel paragrafu tal-punt (3)(b) u t-tieni paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni tat importanza lill-fatt li wara l-konċentrazzjoni, l-ishma tas-suq ma nbidlux. Fil-fatt, Crédit Agricole ser takkwista dawn l-ishma tas-suq permezz tal-konċentrazzjoni, u mhux bħal Intesa SanPaolo qabel il-konċentrazzjoni, permezz ta’ espansjoni interna. Għalhekk kien hemm effett fuq is-suq provinċjali tas-servizzi bankarji bl-imnut.

(3)

It-tielet motiv, dwar il-ksur tal-Artikolu 9(2)(a) u (b) l-ewwel paragrafu tal-punt 3(b) u t-tieni paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti tqis li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, is-suq provinċjali tas-servizzi jeżisti: l-utenti ta’ tali servizzi, fil-fatt, ma għandhomx intenzjoni jiċċaqilqu għal post ieħor, u hemm diffikultajiet għal operaturi oħra sabiex jidħlu f’suq provinċjali li ma jesgħax iktar. Għalhekk kien jeżisti suq ristrett li ma jikkostitwiex parti sostanzjali tas-suq komuni.

(4)

Ir-raba’ motiv, dwar il-ksur tal-Artikolu 9(2)(a) u (b) l-ewwel paragrafu tal-punt 3(b) u t-tieni paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

Fir-rigward ta’ dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-proċeduri ta’ nuqqas ta’ osservanza mibdija mill-Awtorità Garanti tal-Kompetizzjoni kontra Crédit Agricole u Intesa SanPaolo, li għalhekk kellhom, għall-finijiet ta’ effett fuq is-suq, jiġu meqjusa bħala partijiet relatati u mhux kompetituri.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1 u 9(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u fuq il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti tikkunsidra li l-konċentrazzjoni ma kinitx ta’ relevanza Komunitarja u li l-Awtorità Garanti tal-Kompetizzjoni kienet fl-aħjar pożizzjoni sabiex tkun taf dan. Tal-anqas, il-Kummissjoni kellha tirrinvija l-parti tal-konċentrazzjoni li kienet tolqot is-swieq provinċjali msemmija fid-deċiżjoni.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/31


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — Deutsche Lufthansa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/11)

2011/C 80/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja), Lufthansa Cargo AG (Kelsterbach, il-Ġermanja) u Swiss International Air Lines AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, E. Arsenidou u A. Israel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali tad-9 ta’ Novembru 2010 fil-Każ COMP/39.258 — Merkanzija li tinġarr bl-ajru dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu erba’ motivi:

(1)

L-ewwel motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(1) tal-Ftehim KE-Svizzera għaliex hija bbażata fuq kuntatti bejn kompetituri li seħħew fl-Isvizzera

(2)

It-tieni motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 3975/87 (1) għaliex hija bbażata fuq kuntatti bejn kompetituri li seħħew qabel l-1 ta’ Mejju 2004 f’ġurisdizzjonijiet lil hinn miż-ŻEE sabiex tistabbilixxi:

ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE li jinvolvi kumpanniji tal-ajru Ewropej (inklużi r-rikorrenti) qabel l-1 ta’ Mejju 2004;

il-bidu ta’ ksur wieħed u kontinwu qabel l-1 ta’ Mejju 2004 sabiex tikkonstata ksur li jibda immedjatament min dik id-data.

(3)

It-tielet motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim KE-Svizzera billi kkwalifikat il-kuntratti bejn il-kompetituri li seħħew f’ġurisdizzjonijiet lil hinn miż-ŻEE bħala li jikkostitwixxu parti minn ksur wieħed u kontinwu fejn il-kuntatti bejn il-kompetituri seħħew fuq livell ta’ kwartieri ġenerali.

(4)

Ir-raba’ motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sal-punt li hija bbażata fuq il-kunċett li l-kuntatti bejn il-kompetituri li qed iseħħu lil hinn miż-ŻEE jikkostitwixxu per se ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE, jiġifieri irrispettivament mill-fatt dwar jekk huma jikkostitwixxux parti mill-ksur wieħed u kontinwu b’kuntatti bejn il-kompetituri li seħħew fuq livell ta’ kwartieri ġenerali. Ftehim jew prattiki miftiehma dwar merkanzija diretta lejn iż-ŻEE la jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan iż-ŻEE u lanqas ma jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-intervent tal-Gvern f’ċerti ġurisdizzjonijiet rilevanti jipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87, tal-14 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 262)


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/32


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2011 — British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-48/11)

2011/C 80/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Airways plc (Harmondsworth, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, R. O’Donoghue, Barristers, u B. Louveaux, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tistabbilixxi li r-rikorrenti pparteċipat fi ksur li jikkonċerna kummissjonijiet fuq supplimenti u/jew li tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni tagħha fuq dik il-kwistjoni;

tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tistabbilixxi li d-data meta r-rikorrenti bdiet il-ksur kienet it-22 ta’ Jannar 2001 u li tissostitwixxi dik id-data bl-1 ta’ Ottubru 2001 u/jew li tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni tagħha fuq dik il-kwistjoni;

tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tistabbilixxi li kwistjonijiet relatati ma’ Hong Kong, mal-Ġappun, mal-Indja, mat-Tajlandja, ma’ Singapor, mal-Korea u mal-Brażil jiksru l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim Svizzeru u/jew li tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Kummissjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni tagħha fuq dik il-kwistjoni;

tannulla jew tnaqqas b’mod sostanzjali l-multa imposta fuq ir-rikorrenti skont id-deċiżjoni b’referenza għall-kull wieħed mill-punti msemmija iktar ’il fuq u/jew għall-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti u għal spejjeż oħra relatati ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali tad-9 ta’ Novembru 2010, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, l-Artikou 53 tal-Ftehim dawr iż-ŻEE, u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39.258 — ġarr ta’ merkanzija bl-ajru) li tikkonċerna l-koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezz li għandu jintalab għal servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru fuq: (i) rotot bejn ajruporti fiż-ŻEE; (ii) rotot bejn ajruporti fl-UE u ajruporti barra ż-ŻEE; (iii) rotot bejn ajruporti fil-pajjiżi taż-ŻEE li ma humiex Stati Membri tal-UE u pajjiżi terzi; u rotot bejn ajruporti fl-UE u l-Isvizzera. Il-koordinazzjoni stabbilita fid-deċiżjoni tirrigwarda supplimenti marbuta mal-karburant, supplimenti marbuta mas-sigurtà, u l-ħlas ta’ kummissjoni fuq is-supplimenti lil operaturi tat-trasport.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u raġunijiet inadegwati sa fejn il-Kummissjoni ma pprovdietx provi suffiċjentement preċiżi li juru li r-rikorrenti pparteċipat fil-koordinazzjoni tal-ħlas tal-kummissjoni fuq supplimenti, filwaqt li injorat ammont sinjifikanti ta’ provi li hija kellha fil-pussess tagħha li kienu juru l-oppost.

(2)

It-tieni motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-obbligu tal-konvenuta li tipprova sal-grad rikjest mil-liġi d-data ta’ meta beda l-ksur mir-rikorrenti. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tissottometti li:

l-provi prodotti ma jissodisfawx il-kriterji tal-preċiżjoni u tal-konsistenza fir-rigward tat-tul tal-ksur;

l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar id-data tal-bidu tikser il-prinċipju in dubio pro reo.

(3)

It-tielet motiv jallega żbalji ta’ liġi u ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni abbażi tal-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u/jew l-Artikolu 53 ŻEE fir-rigward tas-sitwazzjoni li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni regolatorja tal-avjazzjoni u s-sistemi ta’ amministrazzjoni f’Hong Kong, fil-Ġappun, fl-Indja, fit-Tajlandja, f’Singapor, fil-Korea, u fil-Brażil, u/jew naqset milli teżerċita s-setgħat tagħha skont il-prinċipju ta’ korteżija internazzjoni u/jew naqset milli tieħu kont jew milli tieħu kont adegwat tal-prinċipju ta’ korteżija internazzjonali fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha.

(4)

Ir-raba’ motiv jallega l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju li l-multi għandhom jikkorrispondi għall-ksur u l-prinċipju ta’ trattament ugwali, peress li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti hija sproporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-ksur. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tissottometti li:

fil-każ ta’ ksur awtomatiku, il-Kummissjoni hija obbligata li tieħu inkunsiderazzjoni n-“natura” u l-“kapaċità” fis-suq u fil-kuntest ekonomiku tiegħu meta tevalwa u tikkalibra l-gravita’ tiegħu;

meta analizzati b’mod adegwat, f’dan il-każ kien hemm raġunijiet qawwija li jwasslu sa biex il-ksur tar-rikorrenti jiġi kkunsidrat bħala inqas gravi milli kkunsidrat il-Kummissjoni fl-applikazzjoni tagħha tal-multiplikatur skont il-gravità.

(5)

Il-ħames motiv jallega ksur tal-obbligu li jingħataw raġunijiet adegwati u tal-prinċipju ta’ propozjonalità fir-rigward taż-żieda fl-ammont bażiku tal-multa ta’ ammont addizzjonali ta’ 16 % bħala deterrent.

(6)

Is-sitt motiv jallega żball ta’ liġi u ta’ fatt, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, u ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u/jew ta’ trattament ugwali u tal-Avviż dwar il-Klemenza, sa fejn il-Kummissjoni kkonċediet lir-rikorrenti l-inqas livell ta’ tnaqqis tal-multa fir-rigward tal-klemenza minkejja li kienet l-ewwel impriża li applikat għal tnaqqis tal-multa taħt l-Avviż dwar il-Klemenza.

(7)

Is-seba’motiv jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi ma tatx lir-rikorrenti tnaqqis tal-multa bħala mitigazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni naqset milli tieħu kont ugwali tal-fatt li r-rikorrenti kellha parteċipazzjoni limitata fil-ksur u ma pparteċipatx fl-elementi kollha tal-ksur.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2011 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/11)

2011/C 80/58

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7700, tas-16 ta’ Novembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Programa Operativo Integrado objetivo 1 de Andalucía (programm operattiv integrat għan 1 ta’ Andalucía) (2000-2006) Nru CCI 2000.ES.16.1.PO.003, inkwantu din timponi korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % tal-ispejjeż iffinanzjati mill-FEŻR fir-rigward tal-kuntratti Nri 2075/2003 u 2120/2005.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jressaq żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31), inkwantu l-Kummissjoni ma osservatx it-terminu ta’ tliet xhur sabiex tagħti d-deċiżjoni kkontestata, li jibda jiddekorri mis-seduta, jew jekk ikun il-każ, mill-għoti tal-informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Spanjoli.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur, minħabba applikazzjoni indebita, tal-Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament Nru 1260/1999 iċċitat iktar ’il fuq, peress li l-Kummissjoni tapplika korrezzjoni finanzjarja fir-rigward tal-kuntratti Nri 2075/2003 u 2120/2005, minħabba l-eżistenza ta’ irregolaritajiet preżunti fil-proċedura segwita għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti, filwaqt li l-applikazzjoni tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubbliċità kienet perfettament legali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 6, Vol. 2, p. 110).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/33


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2011 — Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/11)

2011/C 80/59

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Castelnou Energía, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Garayar, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż inkorsi minn Castelnou Energía S.L. f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors għal annullament tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi:

l-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), sa fejn l-adozzjoni tad-deċiżjoni ma ġietx preċeduta mill-ftuħ ta’ investigazzjoni formali, minkejja l-eżistenza ta’ dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha;

it-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, tal-Artikolu 107 TFUE meħud flimkien mal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999, sa fejn il-Kumissjoni wettqet analiżi mhux kompluta tal-miżura minħabba li naqset milli tanalizzza l-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni kollha kemm hi, peress li din tal-aħħar tikkonsisti fi tliet elementi distinti (jiġifieri l-kumpens finanzjarju mħallas lill-produtturi tal-elettriku, il-mekkaniżmu tad-dħul preferenzali u l-obbligu ta’ xiri ta’ faħam lokali);

it-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, peress li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet li wassluha sabiex ma tanalizzax il-kompatibbiltà tal-elementi kollha tal-miżura;

ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li għandhom jirregolaw il-proċedura amministrattiva, peress li Castelnou kienet imċaħħda mill-possibbiltà li tippreżenta l-argumenti tagħha fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali li l-Kumissjoni kellha tibda;

il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, fuq il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (ĠU C 297, p. 4), u tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211), fid-dawl tal-fatt li (i) il-miżura ma hijiex iġġustifikata minn riskju dwar il-provvista tal-elettriku li jiddetermina, kif il-Kummissjoni tallega, il-ħtieġa ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u (ii) anki li kieku jeżisti riskju għall-provvista tal-elettriku (quod non), il-miżura hija fi kwalunkwe każ sproporzjonata meta mqabbla mal-għan li tiġi żgurata l-provivista tal-elettriku u għaldaqstant, hija illegali;

is-sitt motiv tar-rikors huwa bbażat fuq abbuż ta’ poter mill-Kummissjoni peress li, anki meta jeżistu indizji oġġettivi, rilevanti u konkordanti li juru li l-miżura ma hijiex iddestinata li tiżgura l-provvista tal-elettriku, iżda sabiex issostni l-industrija tal-minjieri, il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha ta’ kompatibbiltà tal-miżura fuq motiv li hija kienet taf li ma kienx minnu, u li għaldaqstant adottat deċiżjoni għal motivi oħra għajr dawk imressqa;

is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni, peress li l-adozzjoni tagħha timplika ksur min-naħa tal-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE li jiggarantixxu l-moviment liberu tal-merkanzija (Artikoli 28 u 34 TFUE) kif ukoll il-libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE);

It-tmien motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi imwettaq mill-Kummissjoni, minħabba li l-approvazzjoni tal-miżura tikser ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju mill-Unjoni, jiġifieri: id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 140, p. 63); id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2006, dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (ĠU L 33, p. 22); u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170).


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2011 — Basell Polyolefine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/07) (1)

2011/C 80/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007.