ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.079.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 079/01

Għajnuniet mill-Istat – Deċiżjonijiet rigward proposti ta' miżuri utli konformi mal-Artikolu 108, paragrafu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ meta l-Istat Membru kkonċernat ikun aċċetta l-miżuri msemmija ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 079/02

Rata tal-kambju tal-euro

4

2011/C 079/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Novembru 2010 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/39.398 – VISA MIF – Rapporteur: Malta

5

2011/C 079/04

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Deċiżjoni ta' Impenn fil-Każ COMP/39.398 – VISA MIF

6

2011/C 079/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ COMP/39.398 – VISA MIF) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8760 finali)  ( 1 )

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 079/06

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

10

2011/C 079/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

15

2011/C 079/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 079/09

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 079/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6066 – Kia Motors Europe/Kia Motor SPA) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

21

 

Rettifika

2011/C 079/11

Rettifika għall-awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax (ĠU C 269, 5.10.2010)

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/1


Għajnuniet mill-Istat – Deċiżjonijiet rigward proposti ta' miżuri utli konformi mal-Artikolu 108, paragrafu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-każ meta l-Istat Membru kkonċernat ikun aċċetta l-miżuri msemmija

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 79/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

E 4/08

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Presstöd

Il-bażi legali

Presstödsförordningen (1990:524)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-pluraliżmu tal-media

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Presstödsnämnden

Aktar informazzjoni

Il-Kummissjoni tinnota li l-Iżvezja aċċettat il-miżuri xierqa proposti sabiex il-miżuri ta' għajnuna għall-istampa jkunu kompatibbli mas-suq intern. Hi taċċetta li dawn il-miżuri se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 481/10

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

R&D and YIE Scheme Brandenburg

Il-bażi legali

Richtlinie des Ministeriums für Wirtschaft zur Föderung von Forschungs- und Entwicklungsvorhaben im Land Brandenburg — Große Richtlinie

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Ir-riċerka u l-iżvilupp, Innovazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

L-estimi

Baġit annwali: EUR 25 miljun

Baġit globali: EUR 100 miljun

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

sal- 31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitionsbank des Landes Brandenburg (ILB)

Steinstraße 104-106

14480 Potsdam

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

16.12.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 520/10

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Västra Götaland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

State guarantee in favour of Volvo Personvagnar AB

Il-bażi legali

Förordning (1988:764) om statligt stöd till näringslivet Garantiförordning (1997:1006) Regeringens proposition 2008/2009:95

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 500 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

2010-2020

Setturi ekonomiċi

Vetturi bil-mutur

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Swedish National Debt Office (Riksgäldskontoret)

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 542/10

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Województwo podlaskie, warmińsko-mazurskie, mazowieckie, lubelskie

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Budowa transgranicznego elektroenergetycznego połączenia międzysystemowego Polska–Litwa

Il-bażi legali

Ustawa z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju; Program Operacyjny Infrastruktura i Środowisko, Narodowe Strategiczne Ramy Odniesienia 2007–2013; Program Operacyjny Infrastruktura i Środowisko, Narodowe Strategiczne Ramy Odniesienia 2007–2013, Szczegółowy opis priorytetów, Działanie 10.1; Lista indywidualnych projektów kluczowych dla Programu Operacyjnego Infrastruktura i Środowisko.

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali, It-twettiq ta' proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: PLN 1 246,7 miljun

L-intensità

57 %

It-tul ta' żmien

2010-2015

Setturi ekonomiċi

Il-provvista ta' dawl, gass u ilma

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Instytut Nafty i Gazu

ul. Lubicz 25A

31-503 Kraków

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Marzu 2011

2011/C 79/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3773

JPY

Yen Ġappuniż

113,24

DKK

Krona Daniża

7,4582

GBP

Lira Sterlina

0,86120

SEK

Krona Żvediża

8,8130

CHF

Frank Żvizzeru

1,2842

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8055

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,335

HUF

Forint Ungeriż

272,80

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7067

PLN

Zloty Pollakk

4,0412

RON

Leu Rumen

4,1883

TRY

Lira Turka

2,1861

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3768

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3488

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,7315

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8678

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7540

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 552,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,5653

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,0551

HRK

Kuna Kroata

7,3928

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 093,52

MYR

Ringgit Malażjan

4,1891

PHP

Peso Filippin

60,172

RUB

Rouble Russu

39,5820

THB

Baht Tajlandiż

41,953

BRL

Real Brażiljan

2,2915

MXN

Peso Messikan

16,5368

INR

Rupi Indjan

62,3090


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Novembru 2010 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/39.398 – VISA MIF

Rapporteur: Malta

2011/C 79/03

(1)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tagħha tad-Deċiżjoni hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fit-8 ta’ Novembru 2010 skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti li jikkonċernaw il-MIFs tal-kards ta' debitu għall-ħlas immedjat ta' Visa Europe, jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(3)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Visa Europe huma xierqa, neċessarji u proporzjonati u għandhom isiru jorbtu legalment fuq Visa Europe.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn Visa Europe, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni kontra l-MIFs tal-kards ta' debitu għall-ħlas immedjat ta' Visa Europe, mingħajr l-ebda preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(5)

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Deċiżjoni ta' Impenn fil-Każ COMP/39.398 – VISA MIF

2011/C 79/04

L-abbozz tad-Deċiżjoni ta' Impenn ippreżentat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 huwa relatat ma' parti mill-Każ COMP/39.398 – VISA MIF, li bħalissa qed jiġi segwit mill-Kummissjoni. F'Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) iddatata t-3 ta' April 2009, indirizzata, fost l-oħrajn, lil Visa Europe Limited (“Visa Europe”), il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni proviżorja li Visa Europe kisret l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi stabbilixxiet Tariffi ta' Skambju Multilaterali (“MIFs”) li japplikaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards ta' debitu, il-kards ta' debitu differit u l-kards ta' kreditu tal-konsumatur għall-ħlas fi ħdan iż-ŻEE (“il-proċedimenti prinċipali”).

L-abbozz tad-Deċiżjoni huwa relatat biss mal-MIFs stabbiliti minn Visa Europe li japplikaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards ta' debitu tal-konsumatur għall-ħlas immedjat bħall-VISA, il-VISA Electron u l-V PAY, fi ħdan iż-ŻEE. B'mod partikolari, l-abbozz ma jindirizzax il-kwistjoni tal-MIFs ta' Visa Europe għal tranżazzjonijiet meta jintużaw il-kards ta' kreditu u l-kards ta' debitu differit tal-konsumatur, li għadhom jiġu investigati mill-Kummissjoni.

L-Uffiċjal tas-Seduta oriġinarjament responsabbli minn dan il-każ kienet is-Sinjorina Karen Williams. Wara l-ħatra tiegħi bħala Uffiċjal tas-Seduta mis-16 ta' Settembru 2010, jien assumejt r-responsabbiltà għal dan il-każ.

1.   Proċeduri bil-Miktub u Proċeduri Orali

Fit-28 ta' Novembru 2006, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni ex officio tal-MIFs li japplikaw għal tranżazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards tal-konsumatur għall-ħlas bħall-VISA u l-V PAY, fi ħdan iż-ŻEE. B'riżultat ta' din l-investigazzjoni, fis-6 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti dwar l-antitrust skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, u sussegwentement ġiet indirizzata Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lil Visa Europe fit-3 ta' April 2009.

Fil-15 ta' Ġunju 2009, il-EuroCommerce ressqet ilment kontra Visa Europe billi argumentat li t-tariffi, stabbiliti minn Visa Europe u mill-banek membri tagħha u li ġew imposti fuq il-bejjiegħa bl-imnut, jikkostitwixxu ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE. Il-EuroCommerce ġiet ammessa bħala kwerelant fil-proċedimenti prinċipali.

Matul il-proċedura bil-miktub tal-proċedimenti prinċipali, Visa Europe ngħatat aċċess għall-fajl, u abbażi ta' talba motivata, dik li qabel kienet l-Uffiċjal tas-Seduta tat estensjoni sat-30 ta' Lulju 2009 biex Visa Europe twieġeb għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Visa Europe wieġbet fil-ħin. Visa Europe talbet aċċess addizzjonali għall-fajl, sabiex tkun tista' tanalizza l-evidenza relatata mal-istħarriġ dwar in-negozjanti u l-akkwirenti li sar mill-Kummissjoni matul il-fażi investigattiva tal-proċedura. B'reazzjoni għat-talbiet għall-kunfidenzjalità magħmula minn uħud mill-fornituri tad-dejta, ġiet stabbilita kamra għad-dejta fi ħdan il-bini tal-Kummissjoni mit-28 ta' Settembru sas-6 ta' Ottubru 2009 li kienet tippermetti li jsir dan l-aċċess. Hekk kif ntemmet il-proċedura tal-kamra għad-dejta, ġiet stabbilita skadenza li fiha Visa Europe kellha tissottometii risposta supplimentari għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, li b'segwitu għal talba motivata, ġiet estiża sat-30 ta' Ottubru 2009. Visa Europe rrispettat din l-iskadenza.

Sitt partijiet terzi interessati ġew ammessi fil-proċedimenti prinċipali. Huma ġew ipprovduti bl-informazzjoni dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedura ulterjorment għall-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2). Fir-rigward ta' MasterCard b'mod partikolari, fit-talba tagħha ddatata t-23 ta' Novembru 2009, biex tiġi ammessa bħala parti terza interessata, hija talbet li jkollha kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Din it-talba ġiet irripetuta f'diversi okkażjonijiet minn hemm 'il quddiem. Jien irrifjutajt it-talba ta' MasterCard permezz tad-deċiżjoni meħuda fit-13 ta' Ottubru 2010 f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Mandat, fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 li jagħmel distinzjoni ċara bejn l-istatus ta' kwerelant u dak ta' parti terza: l-ewwel wieħed għandu d-dritt li jirċievi kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, filwaqt li tal-aħħar għandu biss id-dritt li jkun informat bil-miktub dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedura (3). Barra minn dan, fid-dawl tal-involviment ta' MasterCard f'dawn il-proċedimenti, inqis li MasterCard setgħet tesprimi l-opinjonijiet tagħha u teżegwixxi d-drittijiet tagħha bħala parti terza.

Fil-proċedimenti prinċipali, Visa Europe allegat li d-drittijiet tad-difiża tagħha ġew miksura minħabba l-fatt li, fl-opinjoni tagħha, kien hemm xi evidenza importanti u/jew evidenza li tiskolpa dwar il-fajl li ma ġietx żvelata lilha. Hija allegat ukoll li ġiet obbligata twieġeb għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet qabel ma kellha aċċess għall-“evidenza ewlenija” fuq il-fajl tal-Kummissjoni. Għalhekk, Visa Europe talbet lill-Uffiċjal tas-Seduta biex jirrevedi l-fajl fl-intier tiegħu sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm fuqu xi evidenza li tiskolpa li kellha tiġi żvelata lill-Visa Europa. Permezz ta' ittra tas-16 ta' Novembru 2009, dik li qabel kienet l-Uffiċjal tas-Seduta, ġibdet l-attenzjoni ta' Visa Europe rigward il-fatt li d-DĠ għall-Kompetizzjoni u mhux l-Uffiċjal tas-Seduta għandu qabel xejn jistabbilixxi jekk l-evidenza fuq il-fajl tal-Kummissjoni għandhiex tiġi żvelata lil waħda mill-partijiet jew le. Għalhekk Visa Europe indirizzat din il-kwistjoni lid-DĠ għall-Kompetizzjoni. Fl-20 ta' Novembru 2009, id-DĠ għall-Kompetizzjoni informat lil Visa Europe li t-talba biex l-evidenza fil-fajl tal-każ terġa' tiġi evalwata setgħet tiġi kkunsidrata biss fuq il-bażi ta' informazzjoni aktar preċiża li tiġġustifika t-talba għal kull dokument, minħabba l-interessi ta' kunfidenzjalità tal-partijiet terzi fir-rigward ta' dawn id-dokumenti. Visa Europe ma segwitx din il-kwistjoni aktar. Għalhekk, jien inqis li d-drittijiet tad-difiża tagħha ma ġewx imtellfa.

Il-partijiet kollha fil-proċedimenti prinċipali eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu fi Smigħ Orali, li seħħ fit-30 ta' Novembru u fl-1 ta' Diċembru 2009.

2.   Abbozzi ta' Impenji Proposti

Wara s-Smigħ Orali fil-proċedimenti prinċipali, fis-26 ta' April 2010, Visa Europe pproponiet sensiela ta' impenji li jikkonċernaw il-MIFs intrareġjonali tagħha għall-kards ta' debitu tal-konsumatur għall-ħlas immedjat, kif ukoll ċerti regoli oħra ta' netwerk.

Fit-28 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni ppubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-impenji proposti u li jistieden lill-partijiet terzi biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwarhom fi żmien xahar minn din il-pubblikazzjoni (4). B'kollox ġew rċevuti tlettax-il osservazzjoni, sottomessi mill-kwerelant, mingħand sistemi oħra tal-kards għall-ħlas, minn istituzzjonijiet ta' ħlas u assoċjazzjonijiet ta' negozjanti. Il-Kummissjoni informat lil Visa Europe bl-osservazzjonijiet li rċeviet u, fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet fl-10 ta' Settembru 2010, Visa Europe ssottomettiet l-impenji riveduti. Fil-verità, Visa Europe impenjat ruħha li tillimita l-medja peżata ta’ kull sena tal-MIFs transkonfinali li japplikaw għal tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards ta' debitu tal-konsumatur għall-ħlas immedjat, u pproponiet impenji oħra li huma relatati ma' ċerti regoli ta' netwerk.

Permezz tal-ittra tagħha tas-27 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni informat lil EuroCommerce li l-impenji proposti riveduti kienu jidhru li indirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni sa fejn kellhom x'jaqsmu l-MIFs tal-kards ta' debitu għall-ħlas immedjat ta' Visa Europe (5). Fil-21 ta' Ottubru 2010, EuroCommerce ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar din l-ittra.

Il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl tal-impenji riveduti u mingħajr l-ebda preġudizzju fir-rigward tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-proċedimenti, sa fejn għandhom x'jaqsmu l-MIFs tal-kards ta' debitu għall-ħlas immedjat ta' Visa Europe, għandhom jiġu mitmuma.

Ma saru l-ebda mistoqsijiet jew sottomissjonijiet lill-Uffiċjal tas-Seduta b'rabta mal-impenji proposti minn Visa Europe, mill-kwerelant jew minn xi partijiet terzi.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, inqis li d-dritt li wieħed jinstema’ ġie rrispettat.

Brussell, 26 ta’ Novembru 2010.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar it-termini ta’ referenza ta’ Uffiċjali tas-Seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21) (il-“Mandat”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(3)  L-Artikoli 6(1) u 13(1).

(4)  ĠU C 138, 28.5.2010, p. 34.

(5)  Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/8


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Diċembru 2010

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Każ COMP/39.398 – VISA MIF)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8760 finali)

(It-test bil-Ingliż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 79/05

Fit-8 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penalitajiet imposti, fir-rigward tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

(1)

Il-każ jirrigwarda t-tariffi multilaterali tal-interkambju (“MIFs”) stabbiliti minn Visa Europe limited (“Visa Europe”), Visa Inc. u Visa International Services Association applikabbli għal tranżazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi (2) fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards tal-konsumatur għall-ħlas bħall-VISA, VISA Electron u V PAY, fi ħdan iż-ŻEE.

1.   TĦASSIB PRELIMINARI DWAR IL-KOMPETIZZJONI

(2)

Fit-3 ta' April 2009, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet kontra Visa Europe Limited (“Visa Europe”), Visa Inc. u Visa International Services Association. Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet tikkostitwixxi valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(3)

Fir-rigward ta' Visa Europe, fid-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni waslet għal konklużjoni proviżorja li Visa Europe kisret l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftheim dwar iż-ŻEE meta stabbilixxiet il-MIFs applikabbli għal tranżazzjonijiet transkonfinali u għal ċerti tranżazzjonijiet domestiċi fil-punt tal-bejgħ meta jintużaw il-kards tal-konsumatur għall-ħlas bħall-VISA, VISA Electron u V PAY, fi ħdan iż-ŻEE.

(4)

Fil-fatt it-tariffi ta’ interkambju jitħallsu minn bank kummerċjali (“l-akkwirent”) lill-bank ta’ detentur ta’ kard (“l-emittent”) għal kull tranżazzjoni li tkun saret fi stabbiliment kummerċjali permezz ta' kard għall-ħlas. Meta detentur ta’ kard juża kard għall-ħlas sabiex jixtri oġġetti jew servizzi mingħand negozjant, in-negozjant fil-fatt iħallas tariffa għas-servizz tan-negozjant lill-akkwirent tiegħu. L-akkwirent iżomm parti minn din it-tariffa (il-marġni tal-akkwirent), parti minnha tgħaddi lill-emittent (l-MIF) u parti żgħira minnha tgħaddi lill-operatur tal-iskema (f'dan il-każ Visa). Fil-prattika, parti kbira mit-tariffa għas-servizz tan-negozjant hija ddeterminata mill-MIF.

(5)

Id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet esprimiet tħassib li l-MIFs għandhom bħala għan u effett restrizzjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-akkwist b'detriment għan-negozjanti u indirettament għall-klijenti tagħhom. L-MIFs dehru li kienu qegħdin jgħollu l-bażi li fuqha l-akkwirenti jistabbilixxu t-tariffi għas-servizzi tan-negozjant billi joħolqu element sostanzjali ta' spiża li hu komuni għall-akkwirenti kollha. Skont l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni, il-MIFs ta’ Visa Europe mhumiex oġġettivament bżonnjużi. L-effett restrittiv fis-swieq tal-akkwist qed jiġi msaħħaħ aktar bl-effett tal-MIFs fuq is-swieq tan-netwerk u fuq dawk emittenti kif ukoll b'regoli u prattiki oħrajn tan-netwerk (Regola li għandek Tonora l-Kards Kollha (Honour All Cards Rule – “HACR”), Regola tal-Ebda Diskriminazzjoni (No Discrimination Rule – “NDR”), it-taħlit u l-applikazzjoni ta' MIFs differenti għal akkwirenti transkonfinali meta mqabbla ma' akkwirenti domestiċi). Barra minn hekk, skont id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet, il-MIFs ma jidhrux li qegħdin jissodisfaw ir-rekwiżiti sabiex jirċievu eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) tat-TFUE billi jipprovdu titjib fl-effiċjenza filwaqt li jgħaddu sehem ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw minnhom lill-konsumatur.

2.   DEĊIŻJONI TA’ IMPENN

(6)

Visa Europe offriet impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, sabiex ittaffi t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni fil-qasam tal-kards ta' debitu għall-ħlas immedjat.

(7)

Fit-28 ta’ Mejju 2010, ġie ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jagħti taqsira tal-każ u tal-impenji proposti u li jistieden lill-partijiet terzi interessati jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-impenji fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni. Fit-23 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni kkomunikat lil Visa Europe l-osservazzjonijiet li waslu mill-partijiet terzi interessati wara l-pubblikazzjoni tal-avviż. Fl-10 ta’ Settembru 2010, Visa Europe ressqet verżjoni riveduta tal-impenji tagħha.

(8)

Permezz tad-deċiżjoni tagħha tat-8 ta' Diċembru 2010, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni rendiet dawn l-impenji riveduti bħala vinkolanti fuq Visa Europe għal erba’ snin. Il-kontenut ewlieni tal-impenji huwa miġbur fil-qosor hawn taħt.

(a)

Visa Europe timpenja ruħha li tillimita l-medja peżata ta’ kull sena tal-MIFs transkonfinali tagħha applikabbli għal tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards tagħha ta' debitu tal-konsumatur għall-ħlas immedjat, għal 20 punti bażi (0,2 %) xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' impenn lil Visa Europe. Dan il-limitu se japplika wkoll separatament f'kull wieħed minn dawk il-pajjiżi taż-ŻEE li għalihom Visa Europe tistabbilixxi direttament ir-rati domestiċi speċifiċi tal-MIF għad-debitu immedjat għall-konsumaturi u f'dawk il-pajjiżi taż-ŻEE fejn ir-rati transkonfinali tal-MIF japplikaw fin-nuqqas ta' MIFs oħrajn.

(b)

Il-limitu tal-medja peżata jista’ jiġi mmodifikat mill-Kummissjoni bi qbil ma' Visa Europe jekk dejta aktar affidabbli dwar il-kalkolu tar-rata tal-medja peżata tal-MIFs applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' Debitu Immedjat abbażi tal-“Merchant Indifference Test (‘MIT’)” (jew it-“Tourist Test”), issir disponibbli, pereżempju wara t-tlestija tal-istudju tal-Kummissjoni fuq il-kostijiet u l-benefiċċji lil negozjanti li jaċċettaw metodi differenti ta’ ħlas.

(ċ)

Barra minn hekk, Visa Europe timpenja ruħha li tkompli timplimenta u ttejjeb aktar il-miżuri ta' trasparenza li ġew introdotti mill-Bord ta’ Visa Europe f'Marzu 2009. B’mod partikolari, l-impenji jipprovdu għan-nuqqas ta' taħlit fit-tariffi għas-servizzi tan-negozjant, għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni tat-tariffi kollha tal-MIF, għall-viżibbiltà sħiħa u l-identifikazzjoni elettronika tal-kards kummerċjali, għas-separazzjoni tal-akkwirenti, u għall-possibbiltà għan-negozjanti sabiex jagħżlu bil-libertà kollha li jaċċetaw il-kards ta' debitu bħall-VISA, VISA Electron, jew V PAY (HACR distinta għall-kards tal-VISA, VISA Electron u V PAY).

(d)

Visa Europe għandha taħtar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ sabiex jivverifika li Visa Europe tkun konformi mal-impenji tagħha. Qabel il-ħatra, il-Kummissjoni ser ikollha s-setgħa li tapprova jew li tirrifjuta l-Fiduċjarju propost.

(9)

Il-limitu pprovdut fl-impenji, għall-medja peżata tal-MIFs applikabbli għat-tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards ta' debitu għall-ħlas immedjat, ġie vvalutat skont il-MIT. Id-deċiżjoni ssib li l-impenji huma xierqa u meħtieġa sabiex jindirizzaw it-tħassib indirizzat mid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet mingħajr ma jkunu disproporzjonati.

(10)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni fis-26 ta' Novembru 2010. Fl-istess ġurnata, l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu.

(11)

Id-deċiżjoni temmet il-proċedimenti f’dak li jirrigwarda l-MIFs ta’ Visa Europe għat-tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards ta' debitu tal-konsumatur għall-ħlas immedjat. Madankollu, id-deċiżjoni ma tkoprix il-MIFs ta’ Visa Europe għat-tranżazzjonijiet li jsiru bil-kards ta' kreditu tal-konsumatur u bil-kards ta' debitu differit, li dwarhom il-Kummissjoni se tkompli tinvestiga. Id-deċiżjoni hija wkoll mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tibda jew li tkompli proċedimenti kontra r-regoli l-oħra tan-netwerk tal-Visa, bħall-HACR, l-MIFs ta' Visa Europe għat-tranżazzjonijiet li jsiru b'kards kummerċjali, jew il-MIFs Interreġjonali.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Bħalissa, ir-rati domestiċi tal-MIF huma stabbiliti minn Visa Europe f'disa' kontinenti. Fil-pajjiżi li jifdal taż-ŻEE, ir-rati domestiċi tal-MIF huma stabbiliti mill-membri ta‘ Visa Europe.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 79/06

Għajnuna Nru: XA 157/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides aux investissements collectifs en CUMA (coopératives d'utilisation de matériel agricole)

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales.

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 400 000 skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna:

 

Benefiċjarji li mhumiex bdiewa żgħażagħ

(il-perċentwali tal-bdiewa żgħażagħ fil-CUMA (kooperattivi għall-użu tat-tagħmir agrikulturali) inferjuri jew ugwali għal 70 %)

Benefiċjarji li huma bdiewa żgħażagħ (1)

(il-perċentwali tal-bdiewa żgħażagħ superjuri jew ugwali għal 70 %)

Żoni inqas vantaġġati + ZAP (żoni protetti ta' żvilupp)

30 %

40 %

Żoni ta’ pjanura

20 %

30 %

L-ammont tal-għajnuna ma jistax jaqbeż l-intensità massima tal-għajnuniet awtorizzati.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u soġġetta għall-fondi korrispondenti.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi korrispondenti).

Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-iskema tal-għajnuna huwa l-ħarsien tal-ambjent skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Tagħmir agrikulturali eliġibbli għal skopijiet ambjentali huwa:

tagħmir għat-tkabbir tal-ħaxix: magni taż-żriegħ b'ramel fin kontra l-molluski (li jagħmlu ħsara l-pjanti) + xtiebi bi snien fini, magni taż-żrigħ ċentrifugi jew għaż-żrigħ taċ-ċerali + rombli, magni speċjalizzati għat-tħawwil mill-ġdid tax-xtieli jew għar-rinovazzjoni;

tagħmir li jintuża għaż-żieda tal-materjal organiku: makkinarju għat-tixrid tal-kompost, makkinarju għat-tixrid tal-materjal organiku, makkinarju għat-tixrid tad-demel, makkinarji li jqattgħu l-ħxejjex u kontenituri b'fertilizzant likwidu mgħammar b'sistema li tferrex, mwejjed fejn jinfirex id-demel, mħaret mgħammra bi snien u b’diski, makkinarju bil-pendlu u li jdur għat-tifrix tad-demel (“rotary and pendulum muck spreaders”), dawwara tal-għammar għall-kompostjar mid-demel (“windrow turner”);

tagħmir għax-xogħol fil-ħaxix: magni tal-ħsad, għammara, magni tal-ħsad tal-ħuxlief, magni li jagħmlu l-balal tal-ħuxlief, pressi, dawwara tal-għammar;

tagħmir li jintuża fil-produzzjoni tal-għalf u l-manifattura tal-ikel li ġej minn annimali mrobbija fil-beraħ: magni tad-dħin, tagħmir mobbli għad-dħin u għat-taħlit (mingħajr magni).

tagħmir mobbli għall-ġbir u għall-użin.

Ix-xiri ta’ tagħmir agrikolu ġdid jikkostitwixxi nefqa eleġibbli. Madanakollu, mhux eleġibbli x-xiri biex jinbidlu tagħmir u vetturi bħalma huma t-trakters u l-vetturi għall-bexx.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-ażjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-intrapriżi li mhumiex f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-CUMA kollha li jkunu qed joperaw mid-département de la Moselle irrispettivament minn dak li jipproduċu l-membri tagħhom.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/Reduction_des_couts_de_mecanisation_CUMA.pdf

Informazzjoni oħra: Sabiex tiġi żgurata konformità stretta mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti Komunitarji għal kull tip ta' għajnuna, l-ammont ta' għajnuna jitnaqqas, fejn hu meħtieġ, għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

L-għajnuniet se jkunu limitati għall-CUMA li ma bbenefikawx minn għajnuna bħal din fil-ħames snin ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' dawk li ħallsu l-bilanċ tal-każijiet preċedenti.

Għajnuna Nru: XA 158/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide au remplacement (assistance technique).

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales.

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 40 000 skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: Rata fissa ta' 12 % tal-ispiża massima sa' EUR 145 kull ġurnata, għall-massimu ta' 14-il ġurnata, u EUR 910 għal kull benrfiċjarju kull sena,

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni u soġġetta għall-fondi korrispondenti.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: tliet snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi korrispondenti).

Għan tal-għajnuna: L-għan ta' din l-iskema ser ikun biex tikkontribwixxi għall-ispejjeż (minbarra spejjeż għas-sostituzzjoni ta' bdiewa li jkun qed jibbenefikaw minn kreditu tat-taxxa) marbuta mas-sostituzzjoni tal-bdiewa fl-azjendi minħabba mard, inċidenti, jew liv għall-paternità jew għall-maternità.

Skont il-punt l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna se tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati, mingħajr ebda ħlas dirett ta' flus lill-bdiewa. Il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 15 ta' dak ir-regolament se jiġu rispettati.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-intrapriżi agrikoli li mhumiex intrapriżi f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli kollha li jkunu qed joperaw fit-territoju tad-département de la Moselle (bdiewa jew grupp ta' bdiewa)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/aide_au_remplacement_AT.pdf

Informazzjoni oħra: Jekk ikun il-każ, l-ammont tal-għajnuna jista' jitnaqqas għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

Għajnuna Nru: XA 159/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Programme de génomique, bio-informatique et audit de reproduction.

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales.

Projet de délibération du Conseil général de la Moselle.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta' EUR 125 000 kull sena skont il-ħtieġa u skont il-mezzi baġitarji disponibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: Ġenotip:

40 % tal-ispejjeż, sa massimu ta' EUR 30 biex jittieħdu l-kampjuni tad-demm.

40 % tal-ispejjeż, sa massimu ta' EUR 71 għall-analiżi u l-interpretazzjoni tar-riżultati.

Verifika u monitoraġġ tar-riproduzzjoni:

verifika: 80 % tal-ispejjeż (100 % għall-bdiewa żgħażagħ), sa EUR 270 kuljum għal 80 jum għal espert tekniku għar-“Raħħala li jrabbu l-bhejjem tal-Moselle”.

apparat għall-monitoraġġ: 40 % tal-ispejjeż, sa massimu ta' EUR 5 000 f' investiment eleġibbli għal kull azjenda.

L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-massimu għall-għajnuna pubblika, jiġifieri 40 % għall-investiment u 80 % (100 % għall-bdiewa żgħażagħ) għall-ispejjeż tal-verifika fil-forma ta' servizzi sussidjati u dan jista' jitnaqqas mill-ammont mogħti minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: 3 snin mid-data tal-konferma tal-wasla mill-Kummissjoni (soġġetta għall-fondi korrispondenti disponibbli).

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema ta’ għajnuna hija skont l-Artikolu 4, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Programm ġenomiku u bijoinformatiku

L-istat ta' saħħa tal-merħliet u l-benessri tal-annimali huma fatturi prinċipali għall-ġestjoni u s-sostenibilità tal-merħliet. Madanakollu, ir-raħħala tal-bovini għandhom jibbenefikaw mill-progress fil-ġenomika. L-għodod il-ġodda għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta' kull annimal għandhom jippermettu lir-raħħala jiżviluppaw kwalità għolja għall-merħliet u għandhom jimmiraw li jiksbu l-awtonomija fir-rigward tal-iskop li għalih jitrabbew il-bhejjem.

Verifika riproduttiva

Il-verifika riproduttiva għandha tgħin biex jiġi stabbilit netwerk ta' referenza għal raħħala volontiera, billi jintużaw metodi innovattivi għall-kontroll tal-perjodu ta' fertilità tal-annimali u għall-monitoraġġ tat-tqala. Fir-rigward tas-saħħa tal-annimali, l-għan tan-netwerk hu li jiġi ggwidat mill-qawl “il-prevenzjoni hi aħjar mill-kura”, u b'hekk jitnaqqas kemm l-użu tal-prodotti farmaċewtiċi u kemm tal-ispejjeż tal-bdiewa.

F'konformità mar-riżultati, ġew iddiżinjati għodod u proċeduri biex jitwettqu esperimenti, jinġabru r-riżultati u jiġu estrapolati l-konklużjonijiet abbażi ta' din id-dejta.

L-għajnuniet ser ikunu limitat għall-bdiewa li ma bbenifikawx minn għajnuniet simili fil-ħames snin preċedenti u li jkunu solvew kwalunkwe każ ta' għajnuna agrikola preċedenti mal-Kunsill Ġenerali tal-Moselle.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-azjendi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-azjendi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-intrapriżi agrikoli li mhumiex intrapriżi f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Skont l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuniet ser jingħataw permezz ta' forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhomx jinvolvu l-ebda pagamenti diretti lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Bdiewa u grupp ta' bdiewa li jkunu joperaw bħala SMEs fit-territotju tad-département de la Moselle

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural (SAEN)

Service de l'agriculture et des espaces naturels

Hôtel du département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/programme_procreation_et_audit_reproduction.pdf

Informazzjoni oħra: Jekk ikun il-każ, l-ammont tal-għanjnuna jista' għall-ammont li ngħata minn finanzjaturi pubbliċi oħra.

Għajnuna Nru: XA 179/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Il-Provinċja ta' Zuid-Holland

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Steunregeling: Projectsubsidies onderhoud landschapselementen

Bażi legali: De Algemene subsidieverordening Zuid-Holland, art 3. Op basis hiervan is de Subsidieregeling landelijk gebied vastgesteld waarvan de subsidieparagraaf „Projectsubsidies onderhoud landschapselementen”, deel uit maakt. Deze subsidieparagraaf is momenteel ter kennisgeving aangeboden.

De genoemde documenten worden als volgt ontsloten:

Subsidieregeling landelijk gebied via e-loket: http://www.zuid-holland.nl/loket/c_content-alle_subsidieregelingen.htm

Subsidieparagraaf Projectsubsidies onderhoud landschapselementen: http://www.zuid-holland.nl/staten_informatie_systeem/Provinciale_bladen/2010/opendocument.htm?llpos=210681892&llvol=-2000

Zie voorts doelstelling van de steun.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għall-2011 il-limitu tas-sussidju għal din l-iskema se jkun iffissat għal EUR 116 108. Kull sena se jiġi determinat limitu tas-sussidju ġdid.

Intensità massima tal-għajnuna: L-aktar sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli; skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, fis-sena jista' jingħata massimu ta' EUR 10 000 lir-riċevitur. Skont l-Artikolu 5(2) l-intesità tal-għajnuna hija 100 % u fil-fatt tista' tkun iżjed minn EUR 10 000, iżda l-kumpens għall-kostijiet tax-xogħol li jsir mill-bidwi jista' jkun l-aktar EUR 10 000 fis-sena. L-għajnuna għalhekk tista' tingħata kemm għal konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-binjiet tradizzjonali (100 %) u kif ukoll għax-xogħol li sar (sa EUR 10 000 fis-sena).

Data tal-implimentazzjoni: It-13 ta' Ottubru 2010, bil-fehim li l-iskema tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-gazzetta uffiċjali tal-provinċja. L-iskema tidħol fis-seħħ biss wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sommarja fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Id-dispożizzjoni konċernata hija ta' dewmien indefinit (ara l-anness għan-notifika). Madankollu, il-gvern tal-provinċja jiffissa l-baġit kull sena. Għal kompletezza: it-tul ta' żmien ta' sussidju individwali skont id-dispożizzjoni huwa 6 snin mid-data tad-deċiżjoni tas-sussidju.

L-iskema tinfetaħ kull sena għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Is-sejħa li jmiss hija mis-16 ta' Novembru 2010 sal-15 ta' Jannar 2011.

Għan tal-għajnuna: Biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-partikularitajiet eżisteni tal-pajsaġġi li huma karatteristiċi ta' Zuid-Holland.

L-attivitajiet eliġibbli huma indikati fil-Pjan ta' Ġestjoni tan-Natura u fil-Kapitolu 4 tal-Indiċi tan-Natura u l-Pjanura bbażat fuqu (ara l-ħolqa li ġejja – id-dokumenti jinsabu fil-window tad-dokument): http://www.zuid-holland.nl/overzicht_alle_themas/thema_bodem_landelijkgebied/content_natuur/natuurbeheer.htm

Il-kostijiet eliġibbli jinsabu stabbiliti fit-Tarievenbesluit (deċiżjoni dwar it-tariffi), li tinsab fl-anness għan-notifika taħt Documenten:“tekst publicatie provinciaal blad openstelling.doc”.

L-attivitajiet skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament mhumiex sussidjati.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura, applikabbli għall-intrapriżi agrikoli żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Zuid-Holland

Postbus 90602

2509 LP Den Haag

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.zuidholand.nl/staten_informatie_systeem/Provinciale_bladen/2010/opendocument.htm?llpos=210681892&llvol=-2000

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 181/10

Stati Membri: Id-Danimarka

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Vækstkaution.

Bażi legali: Lovbekendtgørelse nr. 549 af den 1. juli 2002 (med ændringer), bekendtgørelse nr. 1013 af den 17. august 2007, samt ændringsbekendtgørelse nr. 237 af den 17. marts 2010, samt Finansudvalgets bevilling.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna fil-forma ta' garanziji. L-ammont totali disponibbli taħt l-iskema tal-għajnuna huwa ta' DKK 300 miljun. L-iskema tikkonċerna s-setturi primarji u l-industriji relatati, u l-ammont imsemmi jirrapreżenta l-kostijiet kumplessivi tal-iskema. Il-garanziji jkopru sa massimu ta' 75 % tal-ammont tas-self għal kull kumpanija, sa massimu ta' DKK 10 miljun. Il-metodu użat għall-kalkolu tal-għotja ekwivalenti tal-iskema ta' garanzija ġie notifikat lil u approvat mill-Kummissjoni skont l-għajnuna N 682/09.

Intensità massima tal-għajnuna:

 

Intensità medja tal-għajnuna: 15,23 % tal-garanzija

 

Intensità massima tal-għajnuna: 19,02 % tal-garanzija

Data tal-implimentazzjoni: Il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni sommarja tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-internet.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 4

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikolutra, l-ortikultura, it-tkabbir tal-frott; ma tapplika l-ebda restrizzjoni partikolari fir-rigward tan-natura tal-produzzjoni.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vækstfonden

Strandvejen 104 A

2900 Hellerup

DANMARK

Indirizz tal-Internet:

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Bekendtgoerelsen%20%20%20Retsinformation.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/underskrevne%20bekendtgoerelse.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Lov%20nr%20549%20af%20den%202%20juli%202002%20%20m%20som%20aendret%20%20tom%202009.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Aktstykke.ashx

Informazzjoni oħra: —


(1)  Is-suppliment fuq ir-rati tal-għajnuniet favur il-bdiewa żgħażagħ, skont il-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' eżenzjoni agrikola, huwa riżervat għall-investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ sa ħames snin wara l-bidu tal-istabbiliment tagħhom.


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/15


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 79/07

Għajnuna Nru: XA 189/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Il-Provinċja ta' Overijssel

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Uitvoeringsbesluit Subsidies Overijssel 2007 (UBS 2007), paragraaf 8.34 Stimulering toepassing stikstofemissiebeperkende maatregelen en technieken op landbouwbedrijven in het kader van Natura 2000.

Bażi legali: Wet inrichting landelijk gebied,

Algemene Wet Bestuursrecht

Algemene Subsidieverordening Overijssel 2005 en PS-besluit van 11 oktober 2006, kenmerk PS/2006/760 (PS hebben op grond van artikel 11, lid 4 van de Wet inrichting landelijk gebied de bevoegdheid tot het vaststellen van steunmaatregelen ten laste van het investeringsbudget overgedragen aan GS).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: In-nefqa kumplessiva ppjanata hija ta' EUR 20 miljun għall-perjodu 2010-2016.

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Miżuri ta' investiment (l-Artikolu 4):

40 % tal-kostijiet sa EUR 400 000 għal kull intrapriża fuq perjodu ta' tliet snin finanzjarji, li jibdew mid-data tad-deċiżjoni favur l-investimenti f'miżuri għal-limitazzjoni tal-emissjonijiet tan-nitroġenu fl-impriżi agrikoli sabiex dawn l-intrapriżi jiġġeneraw emissjonijiet aktar baxxi ta' nitroġenu minn dawk meħtieġa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. (It-Taqsima 8.34, l-Artikolu 8.149(2) UBS 2007);

60 % tal-kostijiet eliġibbli sa EUR 400 000,00 għal kull intrapriża fuq perjodu ta' tliet snin finanzjarji, li jibdew mid-data tad-deċiżjoni favur l-investimenti f'miżuri għal-limitazzjoni tal-emissjonijiet tan-nitroġenu li jwasslu għal kostijiet addizzjonali marbutin mal-protezzjoni ambjentali u ma jirriżultawx f'żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni (it-Taqsima 8.34, l-Artikolu 8.149(3) UBS 2007);

(2)

Appoġġ tekniku (l-Artikolu 15):

75 % tal-kostijiet eliġibbli għal proġetti favur l-iżvilupp tal-għarfien u t-tqassim tal-għarfien marbut ma' tekniki u metodi għat-tnaqqis ta' emissjonijiet tan-nitroġenu mill-impriżi agrikoli (it-Taqsima 8.34, l-Artikolu 8.149(1) UBS 2007).

F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3), għajnuna għall-appoġġ tekniku hija mogħtija skont dan permezz ta' servizzi sussidjati.

Data tal-implimentazzjoni: L-implimentazzjoni tibda wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3).

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , kif stipulat fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, sal-31 ta' Diċembru 2016.

Għan tal-għajnuna: It-tnaqqis tal-emissjonijiet tan-nitroġenu mill-impriżi agrikoli f'Overijssel.

Għal dan il-għan, qed jiġu applikati l-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 li ġejjin:

L-Artikolu 4: Investiment fl-impriżi agrikoli;

L-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Għall-kostijiet eliġibbli, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima “Intensità massima tal-għajnuna”.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-iskema tapplika għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fis-setturi kollha involuti fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gedeputeerde Staten van Overijssel

Luttenbergstraat 2

Postbus 10078

8000 GB Zwolle

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.overijssel.nl/loket/subsidies/uitvoeringsbesluit

Tista’ tikkonsulta t-test komplut għall-iskema tas-sussidju (it-Taqsima 8.34 UBS) permezz tal-ħolqa t’hawn fuq. Tikklikjax il-ħolqa, sempliċiment ikkopja l-indirizz fil-Windows Internet Explorer.

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 192/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu ffinanzjati wkoll mill-awtoritajiet territorjali (kunsilli reġjonali u ġenerali) jekk ikunu jixitequ, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ intervent tal-Fond Nazzjonali dwar il-Ġestjoni tar-Riskji fl-Agrikoltura (Fonds national de gestion des risques en agriculture (FNGRA)) u l-livelli definiti mill-Kodiċi rurali u għas-sajd marittimu.

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Indemnisation par le Fonds national de gestion des risques en agriculture (FNGRA) et par les collectivités territoriales des dommages causés aux exploitations agricoles par les calamités.

Bażi legali: Article L 361-5 du code rural et de la pêche maritime.

Articles L 1511-1 et suivants du code général des collectivités territoriales.

Arrêté interministériel du 29 décembre 2010 fixant la liste des risques considérés comme assurables pour la gestion du Fonds national de gestion des risques en agriculture.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 360 miljun

EUR 180 miljun mill-Fond u EUR 180 miljun mill-awtoritajiet territorjali, fuq medja multiannwali. Madanakollu, il-livell tan-nefqa jiddependi mill-gravità klimatika: għaldaqstant, minħabba f'dan in-nefqa tkun imprevedibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 80 % (għal żoni mhux żvantaġġati) jew 90 % (għal żoni żvantaġġati) b'massimu tal-għajnuna akkumulata tal-FNGRA u ta' awtorità territorjali.

Skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament, għandhom jitnaqqsu bin-nofs l-għajnuniet lill-bdiewa, sakemm dawn ma jkunux koperti b'assigurazzjoni ta' mill-anqas 50 % tal-produzzjoni medja annwali tagħhom jew li d-dħul tagħhom għall-produzzjoni u r-riskju klimatiku jkun statistikament l-aktar wieħed frekwenti fir-reġjun tagħhom.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-avviż tal-wasla tal-miżura li jkun fiha n-numru ta' identifikazzjoni tal-miżura u mill-pubblikazzjoni tas-sommarju tal-miżura fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-aħħar tas-sena 2013.

Għan tal-għajnuna: L-iskema hi ppreżentata skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 Commission. Il-miżura hija intiża biex tagħti kumpens għat-telf mġarrab mill-bdiewa minħabba fenomenu klimatiku fuq skala eċċezzjonali li jkun affettwa b'mod sinifikanti l-produzzjoni agrikola.

Fil-każ ta’ fenomenu klimatiku fuq skala eċċezzjonali, jekk l-uffiċjal tad-dipartiment ikkonċernat iqis li dan huwa meħtieġ, għandu jiftaħ inkjesta li tipprovdilu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-fenomenu li minnu rriżulta t-telf, partikolarment in-natura preċiża tiegħu, il-karattru eċċezzjonali tiegħu, u dwar il-ħsarat imġarrba osservati.

Abbażi tal-inkjesta u tal-opinjoni tal-Kumitat ta’ esperti tad-dipartiment li jkun laqqa’, l-uffiċjal għandu jistaqsi huwiex xieraq li l-ħsarat imġarrba jiġu rikonoxxuti bħala diżastru naturali.

Wara l-analiżi u l-parir tal-Kumitat Nazzjonali tal-Assigurazzjoni, il-Ministru tal-Agrikoltura għandu jieħu deċiżjoni fejn jirrikonoxxi l-istat tad-diżastru agrikolu fuq il-prodotti definiti u fuq żona delimitata b’mod preċiż.

Biex diżastru jiġi rikonoxxut, huwa meħtieġ li għal żona partikolari u prodott definit, jiġi stabbilit li jkun seħħ telf sinifikanti meta mqabbel mar-referenza kkalkulata.

Din ir-referenza, imsejħa “barème” fil-Kodiċi Rurali, stabbilita fuq il-livell dipartimentali, tikkorrispondi għar-rendiment medju trijennali bbażat fuq il-ħames snin preċedenti bl-esklużjoni tal-ogħla valur u tal-valur l-aktar baxx. Il-prezzijiet inklużi fit-tabella huma dawk osservati lokalment għall-wiċċ ikkultivat ikkonċernat matul il-kampanja ta’ qabel dik li fiha tfasslet it-tabella.

It-telf li jkun soġġett għar-rikonoxximent uffiċjali mill-awtoritajiet pubbliċi bħala diżastru naturali, għandu jkun aktar minn 30 % (jew 42 % jekk il-produzzjoni tibbenefika wkoll minn għajnuna akkoppjata mill-PAK.) tal-produzzjoni medja annwali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-ammont tat-telf eliġibbli għall-kumpens jitnaqqas minn kull ammont imħallas minn xi skema ta' assigurazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż li ma jkunux iġġarrbu minħabba l-ħsara klimatika.

Setturi agrikoli li huma meqjusa bħala dawk li jistgħu jkunu ġew assigurati mill-FNGRA, b’mod partikolari l-bini agrikolu li jista’ jiġi kopert b’assigurazzjoni, huma esklużi mil-lista minħabba li diġà jkollhom assigurazzjoni adattata għalihom.

Biex ikunu eleġibbli għall-proċedura ta' diżastri agrikoli, il-bdiewa jridu jressqu l-provi li t-tagħmir prinċipali tal-impjanti tagħhom ta' produzzjoni jkunu assigurati (b’mod partikolari l-assigurazzjoni kontra l-ħsarat).

L-għajnuna hija indirizzata direttament lil kull bidwi kkonċernat. Id-deċiżjonijiet dwar il-kumpens għandhom jittieħdu sa mhux aktar tard minn tliet snin wara li jkun jseħħ id-diżastru u l-pagamenti għandhom jingħataw sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara.

L-għajnuna għandha tingħata skont il-baġit disponibbli u għandha tkun riżervata lill-intrapriżi agrikoli li jkunu sofrew telf fil-produzzjoni ta' aktar minn 30 % (jew 42 % fil-każ li tibbenefika wkoll minn għajnuna mill-PAK) tal-produzzjoni medja annwali.

Tista’ tingħata għajnuna għall-kumpens għal telf imġarrab minħabba n-nixfa. F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE dwar l-ilma għas-settur agrikolu. Għal dan il-għan ġiet adottata u applikata l-Liġi Nru 2006-1772 tat-30 ta' Diċembru 2006 dwar l-ilma u l-ambjent akwatiku biex tiġi assigurata t-transpożizzjoni tal-Artikolu 9 msemmi hawn fuq fit-territorju Franċiż. Id-dispożizzjonijiet adottati jipprovdu:

minn naħa waħda l-ġestjoni tal-użu tal-ilma skont l-analiżi biex jittejbu r-riżorsi u l-ambjent, b'tali mod li l-istat tagħhom jinżamm b'mod tajjeb,

minn naħa l-oħra tariffi adattati permezz ta' miżati speċifiċi għal attivitajiet agrikoli, bl-ispejjeż ambjentali għal dawn l-attivitajiet.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli kollha, minbarra l-intrapriżi kbar, li jassiguraw il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, li mhumiex intrapriżi f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarja u li jkunu sofrew danni riknoxxuti bħala diżastri naturali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'alimentation, de l'agriculture et de la pêche

Direction générale des politiques agricole, agroalimentaire et des territoires

Sous-direction des entreprises agricoles — Bureau du crédit et de l’assurance

3 rue Barbet de Jouy

75349 Paris 07 SP

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://agriculture.gouv.fr/sections/thematiques/europe-international/aides-d-etatprojets/downloadFile/FichierAttache_2_f0/regimecalam16fev10_pour_site.pdf?nocache=1266389918.43 (dans: http://agriculture.gouv.fr/sections/thematiques/europe-international)

Informazzjoni oħra: —


12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/18


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 79/08

Għajnuna Nru: SA.31971 (2010/XA)

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Provincia Autonoma di Trento

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Disciplina relativa alla concessione degli indennizzi per i danni agli allevamenti colpiti da «Micoplasma agalactiae» (Agalassia contagiosa)

Bażi legali: Livell provinċjali

L.P. 4 del 28 marzo 2003«Sostegno dell’economia agricola, disciplina dell’agricoltura biologica e della contrassegnazione di prodotti geneticamente non modificati». Capo IX «Eventi calamitosi»; articolo 52 «Altri eventi naturali»,

deliberazione della Giunta provinciale n. 2362 del 15 ottobre 2010, con la quale sono state approvate le Direttive all’Azienda provinciale per i Servizi Sanitari per l’attuazione del Piano di controllo finalizzato all’eradicazione della Agalassia contagiosa negli allevamenti di soli caprini e negli allevamenti misti con prevalenza di animali caprini sugli ovini,

deliberazione n. 2623 del 19 novembre 2010 avente per oggetto: «Disciplina relativa alla concessione degli indennizzi per i danni agli allevamenti colpiti da “Micoplasma agalactiae” (Agalassia contagiosa)».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Il-kwantifikazzjoni tal-ħsara u tal-kontribut pubbliku relatat saret abbażi tal-informazzjoni rigward l-epidemija verifikata mill-awtorità sanitarja; abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment fuq perjodu ta' validità tal-iskema ta' għanjuniet sal-31 ta’ Diċembru 2013, tista' tiġi stmata nefqa totali annwali ta' EUR 200 000.

Intensità massima tal-għajnuna: Huwa mistenni li jkun hemm kumpens ta' bejn 90 u 70 % tal-ħsara stmata.

Il-kumpens previst b'din l-iskema ta' għajnuna għandu jittieħed direttament mill-intrapriża agrikola –li hija proprjetarja u li żżomm id-dritt tal-proprjetà tal-annimali maqtulin – li sofriet il-ħsara.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-DĠ AGRI.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-kumpens jista' jingħata sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-iskema tal-għajnuna huwa li jingħata kumpens lil dawk li jrabbu l-bhejjem li joperaw fuq it-territorju provinċjali u li ntlaqtu minn każijiet ta' Agalassia għal valur tal-annimal li jkollu jinqatel, għat-telf tal-produzzjoni tal-ħalib u tal-ħlasijiet marbut mal perjodu tas-sekwestru prekawzjonarju tal-bhejjem.

L-għajnuna hija skont l-ambitu ta' implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Kodiċi NACE: A00122 (Trobbija tan-nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tal-irkib (wild żiemel u ħmara)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincia Autonoma di Trento

Servizio Aziende agricole e territorio rurale

Via G.B. Trener 3

38100 Trento TN

ITALIA

Indirizz tal-Internet:

http://www.consiglio.provincia.tn.it/banche_dati/codice_provinciale/clex_ricerca_per_campi.it.asp (huwa biżżejjed li ddaħħal in-numru u s-sena tal-liġi provinċjali li tixtieq tikkonsulta);

http://www.delibere.provincia.tn.it/ricerca_delibere.asp (huwa biżżejjed li ddaħħal in-numru u s-sena tal-liġi provinċjali li tixtieq tikkonsulta)

Informazzjoni oħra: Il-kumpens li jingħata skont din l-iskema ta' għajnuna jingħata fl-ambitu ta' programm pubbliku ta' prevenzjoni u kontroll epiżotiku. F'dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat li bid-deċiżjoni Nru 2362 tal-15 ta' Ottubru 2010, ġew approvati l-istruzzjonijiet lill-“Azienda provinciale per i Servizi Sanitari” (Intrapriża provinċjali għas-servizzi sanitarji) sabiex jitwettaq il-Pjan ta' kontroll bl-iskop tal-qerda tal-Agalassia li tittieħed fit-trobbija tal-mogħoż biss u fit-trobbija ta' bhejjem imħalltin fejn il-maġġoranza jkunu mogħoż u l-minoranza jkunu bhejjem bovini.

Għajnuna Nru: SA.32084 (2010/XA)

Stati Membri: Ir-Renju Unit

Reġjun: L-Iskozja

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Cairngorms and Loch Lomond & The Trossachs National Park Authorities’ Provision of Technical Support.

Bażi legali: National Parks (Scotland) Act 2000

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: It-total tan-nefqa għall-iskema ser ikun ta' GBP 990 000

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tibda fl-1 ta' Jannar 2011. Madanakollu mhu ser jitħallas xejn sakemm il-kummissjoni tkun qablet li l-iskema tkun tista' tibda.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema se tibda fl-1 ta' Jannar 2011 u tagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-iskema ser tipprovdi assistenza teknika lill-produtturi li jkunu attivi fis-siti tal-Parks Nazzjonali b'konformità mad-dispożizzjonijiet li huma permessi fl-Artikolu 15. L-iskema ser tirrispetta l-kondizzjonijiet u l-intensitajiet tal-għajnuna awtorizzati u mhux ser tinkludi pagament dirett lil produtturi iżda ser tingħata permezz ta' servizzi sussidjati.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-iskema tapplika għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

National Park H.Q

Carrochan Road

Balloch

L-Iskozja

G83 8EG

UNITED KINGDOM

Indirizz tal-Internet: http://www.lochlomond-trossachs.org/looking-after/support-for-land-managers/menu-id-653.html

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/20


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 79/09

1.   Il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jingħatax bidu għal reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data mniżżla fit-tabella ta’ hawn taħt, kif stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010 tad-19 ta' Jannar 2010 li jimponi dazju definittiv ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-etanolamini li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (1).

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 4/92, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (3).

Il-prodott

Il-pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Etanolamini

USA

Dazju tal-antidumping

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2010 (ĠU L 17, 22.1.2010, p. 1)

23.1.2012


(1)  ĠU L 17, 22.1.2010, p. 1.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6066 – Kia Motors Europe/Kia Motor SPA)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 79/10

1.

Fl-4 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunisll (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Kia Motors Europe GmbH (“KME”, il-Ġermanja), ikkontrollata b’mod indirett minn Hyundai Motor Company (“HMC”, il-Korea), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet in-negozju tad-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-vetturi u spare parts relatati tal-Kia fl-Italja (“the Business”, l-Italja), li bħalissa hija kkontrollata minn Kia Motors Italia SpA (“KMI”, l-Italja), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal KME: distribuzzjoni tal-vetturi u spare parts tal-Kia fl-Ewropa,

għal HMC: manifattur globali ta’ vetturi bil-mutur,

għal the Business: l-importazzjoni u distribuzzjoni tal-vetturi u spare parts tal-Kia fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6066 – Kia Motors Europe/Kia Motor SPA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/22


Rettifika għall-awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Każijiet fejn il-Kummissjoni ma toġġezzjonax

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 269 tal-5 ta’ Ottubru 2010 )

2011/C 79/11

Fl-ewwel paġna, għajnuna mill-Istat N 339/09:

minflok:

“It-tul ta’ żmien

sal-31.12.2010”

aqra:

“It-tul ta’ żmien

Sal-31.12.2012”