ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.074.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 74

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
8 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 074/01

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Marzu 2011 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2011/16)

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 074/02

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fil-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-Ewropa ta' għada – Possibbiltajiet ta' innovazzjoni u kollaborazzjoni

2

2011/C 074/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 074/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 074/05

Komunikazzjoni mingħand il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

7

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/1


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta’ Marzu 2011

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2011/16)

2011/C 74/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-18 ta’ Frar 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (1) dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrikkmanda illi Peter Praet jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2011.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni li l-kandidat propost huwa persuna ta’ statura rikonoxxuta u esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Peter Praet bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta’ Marzu 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU C 56, 22.2.2011, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/2


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-investiment fil-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-Ewropa ta' għada – Possibbiltajiet ta' innovazzjoni u kollaborazzjoni

2011/C 74/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

1.

IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkomplementa l-linji ta' politika nazzjonali u tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika; hija għandha wkoll tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk meħtieġ, tagħti appoġġ lill-azzjoni tagħhom, u tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u l-kura medika;

2.

IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-linji ta' politika u l-programmi tagħhom;

3.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, li notevolment jindikaw l-ħtieġa li jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-provvediment ta' kura ta’ kwalità għolja, sikura, u bbażata fuq l-evidenza;

4.

IFAKKAR fil-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “il-forza tax-xogħol Ewropea għas-saħħa” tal-10 ta' Diċembru 2008 u fir-Rapport dwar il-konsultazzjoni miftuħa dwar il-Green Paper dwar il-forza tax-xogħol Ewropea għas-saħħa tal-15 ta' Diċembru 2009, li identifikaw il-kwistjoni urġenti tan-nuqqas, attwali u futur, ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa, b'mod partikolari tobba speċjalisiti u infermiera;

5.

IFAKKAR fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020, strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” tat-3 ta' Marzu 2010, fejn huma ppreżentati seba' inizjattivi ewlenin, inkluż “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”, li timmira għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet għall-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol bil-għan li jogħlew il-livelli tal-impjiegi u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudelli soċjali tagħna, u “Żgħażagħ attivi”;

6.

IFAKKAR fil-Kodiċi ta' Prattika Globali tal-WHO li ġie adottat fl-Assemblea Dinjija dwar is-Saħħa tal-21 ta' Mejju 2010 li jservi bħala qafas ta' etika biex jiggwida lill-Istati Membri fir-reklutaġġ ta' ħaddiema fis-settur tas-saħħa;

7.

JILQA' l-Konferenza Ministerjali dwar “l-investiment fil-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-Ewropa ta' għada: possibbiltajiet ta' innovazzjoni u kollaborazzjoni”, organizzata f'La Hulpe fid-9-10 ta' Settembru 2010, li ssottolinjat il-ħtieġa li jiġu żviluppati inizjattivi adegwati biex isir investiment f'numru adegwat ta' professjonisti fis-settur tas-saħħa li huma motivati u mħarrġa sew sabiex jiġu protetti l-vijabbiltà u l-aċċessibbiltà tas-sistemi tas-saħħa;

8.

JISSOTTOLINJA li n-numru dejjem jikber ta' mard serju u kroniku, it-tixjiħ tal-popolazzjoni u tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa, il-ħtiġijiet li jinbidlu tal-pazjenti u tas-sistemi tas-saħħa, il-mobbiltà li dejjem qed tiżdied tal-pazjenti u l-professjonisti fis-settur tal-kura tas-saħħa, il-progress xjentifiku u l-feġġ ta' teknoloġiji ġodda joħolqu sfidi ewlenin għall-Istati Membri kollha, u jeħtieġu approċċi innovattivi għall-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa tal-futur;

9.

JIRRIKONOXXI l-interdipendenza bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-linji ta' politika dwar ir-riżorsi umani fis-settur tal-kura tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tal-mobbiltà tal-professjonisti f'dan is-settur;

10.

JISTIEDEN lill-Istati Membri biex:

isaħħu l-kollaborazzjoni u l-iskambju ta' prattika tajba, inkluż dwar il-ġbir ta' data komparabbli u ta' kwalità għolja, biex jiġi appoġġat aħjar l-iżvilupp tal-linji ta' politika tal-Istati Membri dwar il-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa għall-futur, li jikkontribbwixxu lejn aċċess ugwali għall-kura għal kulħadd, b'attenzjoni partikolari għall-previżjoni tal-ħtigijiet tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa għall-futur u għall-ippjanar effettiv tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa madwar l-Unjoni Ewropea;

iqajmu kuxjenza dwar l-importanza ta' ambjenti tax-xogħol attraenti, kondizzjonijiet tax-xogħol u opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali li jimmotivaw il-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa u jiggarantixxu l-kwalità u s-sikurezza tal-kura mogħtija;

jistimolaw it-taħriġ u l-edukazzjoni tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa bil-għan li l-kwalità u s-sikurezza tal-kura jitmexxew aktar 'il quddiem u jqisu kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-għodod tal-UE biex dan jiġi iffinanzjat, mingħajr preġudizzju għall-qafas Finanzjarju futur;

jaderixxu mal-Kodiċi ta' Prattika Globali tal-WHO dwar ir-reklutaġġ internazzjonali;

11.

JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:

jiżviluppaw pjan ta' azzjoni li jipprovdi għażliet għall-appoġġ tal-iżvilupp tal-linji ta' politika tal-Istati Membri dwar il-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa, u li jirrikonoxxi l-kompetenzi tal-Istati Membri, b'mod partikolari fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-profili ta' kompetenza, it-titjib tal-metodoloġiji tal-ippjanar b'kont meħud tal-ħtiġijiet għas-saħħa identifikati, l-Iżvilupp Professjonali Kontinwu u l-istrateġiji għar-reklutaġġ u ż-żamma, u biex jiġu ttrattati l-isfidi ewlenin għall-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa madwar l-UE fil-perspettiva medji u dik għal perijodu fit-tul;

jinvolvu rappreżentanti tal-pazjenti u professjonisti fis-settur tas-saħħa fl-iżvilupp ta' dan il-pjan ta' azzjoni, kif ukoll partijiet interessati rilevanti oħra mis-settur tas-saħħa;

jieħdu kont tal-kontribut potenzjali ta' oqsma oħra ta' politika fl-iżvilupp ta' dan il-pjan ta' azzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni, ix-xogħol, l-affarijiet soċjali u s-suq intern;

12.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex:

tinkoraġġi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tappoġġa l-iżvilupp tal-pjan ta' azzjoni sal-2012;

tinkludi t-taħriġ u l-edukazzjoni tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa bħala qasam ta' prijorità u tikkunsidra kif tagħmel l-aħjar użu mill-għodod tal-UE għall-finanzjament ta' dan, mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju futur, f'konformità mal-inizjattivi ewlenin “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda” u “Żgħażagħ attivi” tal-istrateġija Ewropa 2020;

tiżgura li l-pjan ta' ħidma tal-2011 tal-Programm tas-Saħħa jista' jinkludi azzjoni konġunta li tipprovdi pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri għat-tbassir tal-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa u għall-ippjanar tal-forza tax-xogħol fis-settur tas-saħħa f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurostat, l-OECD u d-WHO.


8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/4


Konklużjonijiet tal-Kunsill “Approċċi innovattivi għall-mard kroniku fis-saħħa pubblika u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa”

2011/C 74/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.

IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkomplementa l-linji ta' politika nazzjonali u tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika; hija għandha wkoll tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk meħtieġ, tagħti appoġġ lill-azzjoni tagħhom, u tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u l-kura medika;

2.

IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom il-linji ta' politika u l-programmi tagħhom;

3.

JISSOTTOLINJA l-fatt li l-prinċipji u l-valuri supremi tal-universalità, l-aċċess għal kura ta' kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà, kif approvati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-UE tat-2 ta' Lulju 2006, huma tal-akbar importanza għall-pazjenti b'mard kroniku;

4.

IFAKKAR li, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-mard kroniku huwa mard fit-tul u ġeneralment jipprogressa bil-mod. Il-mard kroniku huwa l-kawża prinċipali tal-mortalità fid-dinja, billi jirrappreżenta 60 % tal-imwiet kollha madwar id-dinja u jimponi piż enormi fuq il-ħajja ta' kuljum tal-pazjenti u l-qraba tagħhom u fuq is-soċjetà kollha kemm hi. Fl-għaxar snin li jmiss ser ikun hemm żieda fil-mard kroniku inkluż minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni Ewropea;

5.

IFAKKAR li l-Kummissjoni, fil-White Paper tagħha: Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 tat-23 ta' Ottubru 2007 (1), li tiżviluppa l-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa, osservat li t-trawwim ta' saħħa tajba f'Ewropa li qed tixjiħ u l-appoġġ ta' sistemi tas-saħħa u teknoloġiji ġodda dinamiċi huma objettivi ewlenin għas-snin li ġejjin;

6.

IFAKKAR fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” tat-3 ta' Marzu 2010 (2), speċjalment l-Inizjattiva Ewlenija Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020 Unjoni tal-Innovazzjoni” tas-6 ta' Ottubru 2010 (3), li tipprevedi sħubija Ewropea pilota għall-innovazzjoni fil-qasam tat-tixjiħ attiv u b’saħħtu;

7.

JILQA' l-konferenza Ministerjali: Approċċi Innovattivi għall-Mard Kroniku fis-Saħħa Pubblika u fis-Sistemi tal-Kura tas-Saħħa, li saret fi Brussell fl-20 ta' Ottubru 2010, li ssottolinjat il-ħtieġa li jinstabu modi innovattivi għall-prevenzjoni kosteffettiva ta' fatturi ta' riskju komuni, sabiex jinħoloq ambjent fejn iċ-ċittadini jsibuha aktar faċli biex jagħmlu għażliet tajbin għas-saħħa, li jittieħed kont tal-inugwaljanzi soċjoekonomiċi kemm fil-promozzjoni tas-saħħa kif ukoll fil-kura tas-saħħa, li tiġi ffaċilitata koordinazzjoni aħjar fis-sistemi kollha tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi żgurata kura integrata ċċentrata fuq il-pazjent u biex tiġi stimulata riċerka integrata fil-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni primarja, il-prevenzjoni sekondarja (inkluża dijanjosi bikrija), it-trattament u l-kura ta' mard kroniku;

8.

JISTIEDEN lill-Istati Membri biex:

jiżviluppaw aktar linji ta' politika ċċentrati fuq il-pazjent għall-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni primarja, il-prevenzjoni sekondarja, it-trattament u l-kura ta' mard kroniku, f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, speċjalment l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

jiżguraw li dawn il-linji ta' politika jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-inugwaljanzi fis-saħħa, b'kont meħud tal-approċċ ta' Saħħa fil-Linji kollha ta' Politika;

jidentifikaw u jiskambjaw prattika tajba fir-rigward ta' dawn il-linji ta' politika u ta' data eżistenti komparabbli dwar l-inċidenza u l-prevalenza ta', u r-riżultati kliniċi u soċjali għal, mard kroniku;

9.

JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:

jagħtu bidu għal proċess ta' riflessjoni bil-għan li jiġu identifikati l-possibbiltajiet ta' kif tiġi ottimizzata r-rispons għall-isfidi tal-mard kroniku, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jagħtu sommarju tar-riżultati ta' dan f'dokument ta' riflessjoni sal-2012;

imexxu dan il-proċess ta' riflessjoni bi djalogu mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż il-pazjenti, il-professjonisti, dawk li jipprovdu u dawk li jħallsu għall-kura tas-saħħa, u jieħdu kont tal-kura elettronika u l-kontribut potenzjali ta' oqsma ta' politika oħra rilevanti, b'mod partikolari l-impjieg, id-diżabbiltà, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni;

jinkludu f'dan il-proċess ta' riflessjoni, fost l-oħrajn, skop għal azzjoni f'dawn l-oqsma li ġejjin:

il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard kroniku: li jiġu ffaċilitati fil-ħajja għażliet tajbin għas-saħħa għaċ-ċittadini kollha, li jiġu stabbiliti messaġġi ta' komunikazzjoni għall-promozzjoni tas-saħħa u interventi għall-mard kroniku kollu, li s-saħħa tiġi integrata fil-programmi ta' edukazzjoni; li tiġi żviluppata aktar l-analiżi kwantitattiva tal-kosteffettività ta' u l-gwadann fis-saħħa mill-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni; li jiġi investigat, ibbażat fuq evidenza xjentifika, l-iskop għall-osservazzjoni bikrija ta' fatturi ta' riskju rilevanti għall-mard kroniku; li tissaħħaħ il-prevenzjoni bl-applikazzjoni tal-prinċipji tas-saħħa fil-linji kollha ta' politika;

il-kura tas-saħħa: li jiġu identifikati u kondiviżi prattiki tajba fir-rigward ta' modi kif il-pazjenti b'mard kroniku jkunu jistgħu jimmassimizzaw l-awtonomija u l-kwalità tal-ħajja tagħhom; dwar interventi bikrija, effettivi u proattivi; dwar il-prevenzjoni sekondarja; dwar l-affordabbiltà u l-aċċess ta' kura għall-mard kroniku; dwar l-implimentazzjoni ta' mudelli innovattivi għall-kura kronika, speċjalment fil-kura tas-saħħa primarja u dik fil-komunità, u dwar modi biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa f'dan il-qasam;

ir-riċerka dwar il-mard kroniku: dwar kif l-implimentazzjoni prattika tal-prevenzjoni, l-intervent u l-kura bikrin jiġu bbażati fuq l-għarfien xjentifiku eżistenti tal-mard kroniku, bl-għan li l-istrateġiji, it-teknoloġiji u l-appoġġ jitjiebu biex jippermettu tixjiħ attiv u b'saħħtu;

informazzjoni komparabbli fil-livell Ewropew dwar l-inċidenza, il-prevalenza, il-fatturi ta' riskju u r-riżultati li jikkonċernaw il-mard kroniku, b'kont meħud tal-mekkaniżmi differenti li jeżistu bħall-EHES, l-iżvilupp tal-istatistika dwar il-morbożità skont l-ESTAT, ir-reġistri u s-sorsi l-oħra eżistenti, sabiex ikunu jistgħu jsiru punti ta' riferiment u politika bbażata fuq l-evidenza;

10.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex:

tappoġġa lill-Istati Membri u l-partijiet interessati fil-proċess ta' riflessjoni u tagħti sommarju tar-riżultati tagħha f'dokument ta' riflessjoni sal-2012;

tintegra, fejn possibbli, il-mard kroniku bħala prijorità fil-programmi Ewropej ta' riċerka u azzjoni kemm attwali kif ukoll futuri u tieħu kont tar-riżultat tal-proċess ta' riflessjoni fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva UE 2020;

issaħħaħ aktar il-kooperazzjoni dwar il-mard kroniku mad-WHO u l-OECD.


(1)  14689/07.

(2)  7110/10.

(3)  14035/10.


Il-Kummissjoni Ewropea

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Marzu 2011

2011/C 74/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4028

JPY

Yen Ġappuniż

115,15

DKK

Krona Daniża

7,4572

GBP

Lira Sterlina

0,86100

SEK

Krona Żvediża

8,8755

CHF

Frank Żvizzeru

1,2960

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7600

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,226

HUF

Forint Ungeriż

271,66

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7061

PLN

Zloty Pollakk

3,9732

RON

Leu Rumen

4,2005

TRY

Lira Turka

2,2473

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3803

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3616

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9242

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8985

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7733

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 565,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,6253

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

9,1975

HRK

Kuna Kroata

7,4072

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 321,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,2470

PHP

Peso Filippin

60,659

RUB

Rouble Russu

39,4734

THB

Baht Tajlandiż

42,673

BRL

Real Brażiljan

2,3211

MXN

Peso Messikan

16,8308

INR

Rupi Indjan

63,2000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 74/7


Komunikazzjoni mingħand il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2011/C 74/05

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qiegħed hawnhekk javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta’ idrokarburi fil-blokk E5 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni jistieden lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta’ idrokarburi fil-blokk E5 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma mniżżlin fl-Att dwar il-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van dhr. P. Jongerius, directie Energiemarkt

ALP/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mingħand is-Sur E. J. Hoppel fuq dan in-numru tat-telefown: +31 703797088.