ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.072.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
5 ta' Marzu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 072/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 63, 26.2.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 072/02

Kawża C-266/10 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 minn Sistemul electronic de arhivare, criptare și indexare digitalizată Srl (Seacid) kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-530/09, Sistemul electronic de arhivare, criptare și indexare digitalizată Srl (Seacid) vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

2

2011/C 072/03

Kawża C-544/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2010 — Deutsches Weintor eG vs Land Rheinland-Pfalz

2

2011/C 072/04

Kawża C-560/10 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-300/07: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

3

2011/C 072/05

Kawża C-561/10 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-387/08: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

3

2011/C 072/06

Kawża C-564/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Diċembru 2010 — Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft

4

2011/C 072/07

Kawża C-572/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion (Franza) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

4

2011/C 072/08

Kawża C-574/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

5

2011/C 072/09

Kawża C-575/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

6

2011/C 072/10

Kawża C-577/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

7

2011/C 072/11

Kawża C-578/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financïen vs L.A.C. van Putten

7

2011/C 072/12

Kawża C-579/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs P. Mook

8

2011/C 072/13

Kawża C-580/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financïen vs G. Frank

8

2011/C 072/14

Kawża C-581/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Emeka Nelson, Bill Chinazo Nelson, Brian Cheimezie Nelson vs Deutsche Lufthansa AG

8

2011/C 072/15

Kawża C-584/10 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-85/09, Yassin Abdullah Kadi vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2011/C 072/16

Kawża C-593/10 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-85/09, Yassin Abdullah Kadi vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2011/C 072/17

Kawża C-595/10 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-85/09, Yassin Abdullah Kadi vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2011/C 072/18

Kawża C-596/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika Franċiża

11

2011/C 072/19

Kawża C-599/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd (ir-Repubblika Slovakka) fis-17 ta’ Settembru 2010 – SAG ELV Slovensko as, FELA Management AG, ASCOM (l-Isvizzera) AG, Asseco Central Europe as, TESLA STROPKOV as, Autostrade per ľItalia SpA, EFKON AG, STALEXPORT Autostrády SA vs Úrad pre verejné obstarávanie

11

2011/C 072/20

Kawża C-606/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (Anafé) vs Ministre de l’intérieur, de l’outre-mer, des collectivités territoriales et de l’immigration

12

2011/C 072/21

Kawża C-610/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

12

2011/C 072/22

Kawża C-614/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

13

2011/C 072/23

Kawża C-615/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Insinööritoimisto InsTiimi Oy

14

2011/C 072/24

Kawża C-617/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Haparanda Tingsrätten (l-Isveżja) fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Åklagaren vs Hans Åkerberg Fransson

14

2011/C 072/25

Kawża C-619/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvija) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Trade Agency Ltd vs Seramico Investments Ltd

15

2011/C 072/26

Kawża C-620/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Migrationsverket vs Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati

15

2011/C 072/27

Kawża C-621/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (Il-Bulgarija) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Balkan and Sea Properties ADSITS vs Direttur tal-Uffiċċju ta’ Varna Appelli u l-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni (Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto — Varna)

15

2011/C 072/28

Kawża C-624/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

16

2011/C 072/29

Kawża C-628/10 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 minn Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc. mis-sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2010 tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-24/05, Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Co., Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 072/30

Kawża T-370/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2011 — Rubinetterie Teorema vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Dannu finanzjarju — Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Nuqqas ta’ urġenza)

18

2011/C 072/31

Kawża T-567/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Vivendi vs Il-Kummissjoni

18

2011/C 072/32

Kawża T-568/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Vivendi vs Il-Kummissjoni

19

2011/C 072/33

Kawża T-572/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Millau

19

2011/C 072/34

Kawża T-589/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Just Music Fernsehbetrieb vs UASI — France Télécom (Jukebox)

20

2011/C 072/35

Kawża T-590/10: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

20

2011/C 072/36

Kawża T-595/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Zenato vs UASI — Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona (RIPASSA)

21

2011/C 072/37

Kawża T-599/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Eurocool Logistik vs UASI — Lenger (EUROCOOL)

22

2011/C 072/38

Kawża T-4/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

22

2011/C 072/39

Kawża T-5/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

23

2011/C 072/40

Kawża T-6/11 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ottubru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/09, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 072/41

Kawża T-8/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill

24

2011/C 072/42

Kawża T-9/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2011 — Air Canada vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 072/43

Kawża T-15/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2011 — Sina Bank vs Il-Kunsill

26

2011/C 072/44

Kawża T-16/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2011 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 072/45

Kawża T-22/11: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

28

2011/C 072/46

Kawża T-26/11: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2011 — Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, beige, kannella, aħmar skur u griż)

29

2011/C 072/47

Kawża T-27/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Rheinischer Sparkassen — und Giroverband vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 072/48

Kawża T-28/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2011 — Koninklijke Luchtvaart Maatschappij vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 072/49

Kawża T-31/11: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2011 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri roża, vjola, beige u griż skur)

32

2011/C 072/50

Kawża T-38/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 072/51

Kawża T-389/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2011 — Labate vs Il-Kummissjoni

33

2011/C 072/52

Kawża T-198/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2011 — Maximuscle vs UASI — Foreign Supplement Trademark (GAKIC)

33

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 072/53

Kawża F-121/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Ammissibbiltà — Att li jikkawża preġudizzju)

34

2011/C 072/54

Kawża F-132/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Artikoli 17, 17a u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġu żvelati dokumenti — Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġi ppubblikat test — Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jintużaw konstatazzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali — Ammissibbiltà)

34

2011/C 072/55

Kawża F-106/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

34

2011/C 072/56

Kawża F-113/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2010 — AT vs EACEA

35

2011/C 072/57

Kawża F-120/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — AR vs Il-Kummissjoni

35

2011/C 072/58

Kawża F-127/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Bömcke vs BEI

36

2011/C 072/59

Kawża F-1/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2011 — Soukup vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 072/60

Kawża F-2/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Descamps vs Il-Kummissjoni

36

 

Rettifika

2011/C 072/61

Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-507/10 (ĠU C 13, 15.1.2011, p. 28)

38

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/1


2011/C 72/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 63, 26.2.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 55, 19.2.2011

ĠU C 46, 12.2.2011

ĠU C 38, 5.2.2011

ĠU C 30, 29.1.2011

ĠU C 13, 15.1.2011

ĠU C 346, 18.12.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/2


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2010 minn Sistemul electronic de arhivare, criptare și indexare digitalizată Srl (Seacid) kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-530/09, Sistemul electronic de arhivare, criptare și indexare digitalizată Srl (Seacid) vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-266/10 P)

2011/C 72/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sistemul electronic de arhivare, criptare și indexare digitalizată Srl (Seacid) (rappreżentant: N. O. Curelea, avukat)

Appellati: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-22 ta’ Ottubru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Novembru 2010 — Deutsches Weintor eG vs Land Rheinland-Pfalz

(Kawża C-544/10)

2011/C 72/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsches Weintor eG

Konvenut: Land Rheinland-Pfalz

Domandi preliminari

(1)

Il-klassifikazzjoni ta’ stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, fis-sens tal-Artikolu 4(3), moqri flimkien mal-Artikolu 2(2)(5) jew mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (2), teħtieġ effett ta’ benefiċċju nutrittiv jew fiżjoloġiku għal titjib sostenibbli tal-kundizzjoni fiżika jew huwa wkoll biżżejjed effett temporanju, b’mod partikolari limitat għat-tul tal-assorbiment u tad-diġestjoni tal-prodott tal-ikel?

(2)

Fil-każ li l-affermazzjoni ta’ effett ta’ benefiċċju temporanju tista’ diġà kklassifikata bħala stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa:

Huwa biżżejjed, sabiex jiġi kkunsidrat li tali effett huwa ġġustifikat min-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas ta’ sustanza fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-premessa 15 ta’ dan ir-regolament, li l-affermazzjoni sempliċement tindika li effett ġeneralment prodott minn prodotti tal-ikel ta’ dan it-tip, u kkunsidrat minn ħafna nies bħala negattiv, huwa f’każ partikolari limitat?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda:

Huwa kompatibbli mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa, fil-verżjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007, moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) (il-libertà professjonali), u mal-Artikolu 16 (il-libertà tal-intrapriża) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħha tat-12 ta’ Diċembru 2007 (3) li tipprojbixxi, mingħajr eċċezzjoni, produttur jew distributur ta’ nbejjed milli jirreklama permezz ta’ stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa tat-tip inkwistjoni fil-kawża, anki jekk din l-istqarrija hija korretta?


(1)  ĠU L 404, p. 9.

(2)  ĠU L 37, p. 16.

(3)  ĠU L 303, p. 1.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/3


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-300/07: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-560/10 P)

2011/C 72/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (DĠ ENTR) li tirrifjuta l-offerta tal-appellanti fil-Lott 1, magħmula b’risposta għas-sejħa għal offerti ENTR/05/078 — L-EWROPA TIEGĦEK Lott 1 (Xogħol ta’ Editjar u ta’ Traduzzjoni) għall-“Ġestjoni u Manutenzjoni tal-Portal L-Ewropa Tiegħek” (ĠU 2006/S 143-153057), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor;

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-kwistjonijiet li fadal fiż-żewġ Lottijiet, inkluża t-talba għad-danni, li għadha ma ġietx eżaminata mill-Qorti Ġenerali;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali u l-ispejjeż l-oħra tal-appellanti inklużi dawk sostnui fir-rigward tal-proċedura inizjali, anki jekk dan l-appell jiġi miċħud, kif ukoll dawk sostnuti f’dan l-appell, f’każ li jiġi milqugħ.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssosnti li fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali wettet żball ta’ liġi u interpretat ħażin l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikolu 149 tar-Regoli għall-Implementazzjoni billi aċċettat li, peress li l-offerta tal-appellanti ma laħqitx il-limitu ta’ 70 %, il-Kummissjoni kellha raġun ma tikkomunikax lill-appellanti l-vantaġġi relattivi tal-offerent li ntgħażel. Barra minn hekk, l-appellanti ssosnti li s-sentenza ma hijiex immotivata biżżejjed peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx bir-reqqa u individwalment il-motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/3


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-387/08: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-561/10 P)

2011/C 72/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni tal-OPOCE (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Europea) li tirrifjuta l-offerta tal-appellanti, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, u li takkorda d-danni;

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-kwistjonijiet li fadal fiż-żewġ Lottijiet, inkluża t-talba għad-danni, li għadha ma ġietx eżaminata mill-Qorti Ġenerali;

tordna lill-OPOCE iħallas l-ispejjeż legali u l-ispejjeż l-oħra tal-appellanti inklużi dawk sostnui fir-rigward tal-proċedura inizjali, anki jekk dan l-appell jiġi miċħud kif ukoll dawk sostnuti f’dan l-appell, f’każ li jiġi milqugħ..

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssosnti li fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali wettet żball ta’ liġi u interpretat ħażin l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikolu 149 tar-Regoli għall-Implementazzjoni billi aċċettat li, peress li l-offerta tal-appellanti ma laħqitx il-limitu ta’ 70 %, il-Kummissjoni kellha raġun ma tikkomunikax lill-appellanti l-vantaġġi relattivi tal-offerent li ntgħażel. Barra minn hekk, l-appellanti ssosnti li s-sentenza ma hijiex immotivata biżżejjed peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx bir-reqqa u individwalment il-motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

L-appellanti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, billi, għalkemm irrikonoxxiet li f’diversi sottokriterji l-kummenti fid-deċiżjoni kkontestata kienu vagi u ġeneriċi u ma jispjegawx il-marki mogħtija lill-offerta tal-appellanti, u li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward ta’ sottokriterji ta’ għoti speċifiċi, hija kkonkludiet li “l-motivazzjoni fir-rigward ta’ diversi kriterji u sottokriterji ta’ għoti oħrajn hija suffiċjenti” [traduzzjoni mhux ufficiali]. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni, billi kkunsidrat li diversi kummenti tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni ssodisfaw l-obbligu ta’ motivazzjoni, u ma eżamintax bir-reqqa u ma mmotivatx individwalment u b’mod suffiċjenti l-argumenti tal-appellanti fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Diċembru 2010 — Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft

(Kawża C-564/10)

2011/C 72/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Konvenuta: Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (1) japplika wkoll għat-terminu ta’ limitazzjoni ta’ krediti ta’ interessi dovuti skont id-dritt nazzjonali b’żieda mar-rimbors tal-vantaġġ miksub fuq il-bażi ta’ irregolarità?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

(2)

It-tqabbil tat-termini meħtieġ skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament jipprevedi biss it-tul tat-terminu jew għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijet nazzjonali li jipposponu l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu, mingħajr il-ħtieġa ta’ ċirkustanzi oħra, għat-tmiem tas-sena kalendarja li matulha jinħoloq il-kreditu (tal-interessi)?

(3)

It-terminu ta’ limitazzjoni, inkluż dak għal krediti tal-interessi, jibda jiddekorri mill-mument li fih issir irregolarità jew, rispettivament, mill-waqfien tal-irregolarità kontinwa jew ripetuta, anki meta l-krediti tal-interessi jirrigwardaw biss perijodi sussegwenti u, għalhekk, jinħolqu biss iktar tard? Fil-każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ limitazzjoni huwa wkoll pospost taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament, fir-rigward ta’ krediti tal-interessi, sal-mument tat-tmiem tal-irregolarità?

(4)

F’liema mument jieqaf l-effett ta’ interruzzjoni ta’ att tal-awtorità kompetenti skont it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament, li fuq il-bażi tiegħu ġie kkonstatat il-kreditu inkwistjoni (f’dan il-każ, il-kreditu tal-interessi)?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion (Franza) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

(Kawża C-572/10)

2011/C 72/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Clément Amedee

Konvenuti: Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État.

Domandi preliminari

(1)

Is-sistema implementata permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L.12(b) tal-Kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari ta’ rtirar (code des pensions civiles et militaires de retraite), kif emendati bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 48 tal-Liġi tal-21 ta’ Awwissu 2003, u bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu R.13 tal-istess kodiċi, kif emendati bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Digriet tas-26 ta’ Diċembru 2003, tista’ titqies li twettaq diskriminazzjoni indiretta, fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-ġenituri ta’ wlied bijoloġiċi fir-rigward tal-proporzjoni tal-irġiel eliġibbli sabiex jissodisfaw il-kundizzjoni marbuta mal-interruzzjoni tal-attività tax-xogħol tagħhom għal tul kontinwu ta’ mhux inqas minn xahrejn u dan b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ qafas legali li jippermettilhom jissottoskrivu ruħhom għal din il-kundizzjoni fil-kuntest ta’ leave remunerat?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, id-diskriminazzjoni indiretta hekk implementata tista’ tiġi leġittimata permezz tal-provvedimenti tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 6 tal-ftehim anness mal-Protokoll Nru 14 fuq il-politika soċjali?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 79/7/KEE (1) jostakolaw iż-żamma tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli L.12(b) u R.13 tal-Kodiċi tal-pensjonijiet ċivili u militari ta’ rtirar?

(4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u risposta fin-negattiv għat-tieni u t-tielet domandi, it-tqegħid inkwistjoni tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija artikoli għandu jkun limitat biss għad-diskriminazzjoni li huma jimplikaw jew ikun ifisser li hemm impossibbiltà għall-uffiċjali taż-żewġ sessi li jitolbu dan il-benefiċċju?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/5


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-574/10)

2011/C 72/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u C.Zadra, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tal-parti rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li l-konvenuta kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 20, flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 tad-Direttiva 2004/18/KE (1), billi allokat servizzi ta’ arkitettura dwar ir-ristrutturazzjoni tal-Autalhalle permezz tal-komun ta’ Niedernhausen mingħajr proċedura għall-għoti ta’ kuntratt fl-Ewropa;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett tal-kawża preżenti jirrigwarda kuntratti għal servizzi bi ħlas relatati ma’ servizzi ta’ arkitettura li l-komun ta’ Niedernhausen, li huwa l-awtorità kontraenti, ikkonkluda ma’ uffiċċju ta’ arkitetti. Għalkemm is-servizzi ta’ arkitettura inkwistjoni jikkonċernaw proġett wieħed ta’ xogħlijiet, jiġifieri r-ristrutturazzjoni tal-Autalhalle, dawn ingħataw separatament bħala servizzi ta’ ppjanar għall-partijiet individwali tal-bini lill-istess uffiċċju ta’ arkitetti, mingħajr ma saret sejħa għal offerti fl-Ewropa. Konsegwentement, il-valuri tal-kuntratti ġew iddeterminati separatament fir-rigward tal-kuntratti individwali.

Il-kuntratti ta’ arkitettura jikkostitwixxu kuntratti bi ħlas għall-provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 2004/48/KE. Is-servizzi ta’ arkitettura huma servizzi ta’ prijorità fis-sens tal-Anness IIA, Kategorija 12 tad-direttiva.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-servizzi ta’ ppjanar inkwistjoni jikkostitwixxu kuntratt pubbliku wieħed, li fir-rigward tiegħu ma hemmx raġunijiet oġġettivi għat-tqassim f’kuntratti individwali separati. Dawn huma servizzi parzjali tar-ristrutturazzjoni ta’ bini wieħed, li tfasslu, ġew approvati u twettqu bħala proġett wieħed. Dawn iservu l-imsemmi għan uniku u huma marbuta mill-qrib, b’mod spazjali, ekonomiku u funzjonali. Għaldaqstant, l-ammont tal-kuntratt kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-ammont kollu tas-servizzi arkitetturali akkwistati fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni. F’dan il-każ, l-ammont tal-kuntratt qabeż il-limitu speċifikat fl-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18/EC, u kellha ssir sejħa għal offerti fl-Ewropa għall-kuntratt ta’ arkitettura.

L-istess ristrutturazzjoni tal-Autalhalle tikkostitwixxi kuntratt pubbliku għal xogħlijiet wieħed fis-sens tad-dritt Ewropew dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Dan jindika minn tal-inqas li anki s-servizzi ta’ ppjanar għandhom jitqiesu li huma kuntratt pubbliku wieħed. Jekk, bħal fil-każ inkwistjoni, is-servizzi arkitetturali huma konnessi ma’ kuntratt pubbliku wieħed għal xogħlijiet u l-kontenut tagħhom huwa ddeterminat mis-suġġett tax-xogħol ippjanat, ma hemm ebda raġuni għalfejn għandu jingħażel metodu ta’ kalkolu ieħor. Fil-fatt, is-servizzi arkitetturali huma sa ċertu punt accessorji meta mqabbla max-xogħlijiet. Il-Kummissjoni ma tara ebda raġuni għalfejn proġett wieħed ta’ xogħlijiet jeħtieġ diversi servizzi ta’ arkitettura.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-funzjoni ekonomika u teknika unika tal-partijiet individwali tal-kuntratt pubbliku hija indizju tal-eżistenza ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt wieħed. Minkejja li l-imsemmi kriterju funzjonali ġie żviluppat għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, il-Kummissjoni madankollu tikkunsidra li dan huwa wkoll applikabbli għal kuntratti pubbliċi għal servizzi. Il-kriterju tal-unità teknika u ekonomika tas-servizzi ta’ ppjanar għall-partijiet individwali tal-bini ġie osservat f’dan il-każ, peress li dan jirrigwarda r-ristruturazzjoni ta’ bini wieħed.

Tqassim kważi arbitrarju tal-kuntratti jmur kontra l-effett utli tad-direttiva. Fil-fatt, f’ħafna każijiet, dan ibaxxi superfiċjalment il-limitu u, b’hekk, jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza l-importanza tad-direttivi dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għall-finijiet tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-kompetizzjoni leali fl-Ewropa. “Diviżjoni” arbitrarja u irrazzjonali tal-kuntratti għal servizzi unitari tippreġudika dawn l-għanijiet.

Raġunijiet li huma stabbiliti mir-regoli tal-baġit għat-tqassim f’lottijiet ta’ xogħlijiet lanqas ma jiġġustifikawx it-tqassim artifiċjali tal-valur unitarju ta’ kuntratt. Li jitqies li kuntratt pubbliku unitarju li, għal motivi biss ta’ regoli dwar il-baġit jitwettaq f’diversi fażijiet, b’mod li jkun magħmul minn diversi kuntratti pubbliċi awtonomi għal dan il-motiv biss, u b’hekk ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, b’mod partikolari peress li l-Artikolu 9(3) jipprekludi dan it-tqassim artifiċjali ta’ kuntratt Pubbliku, imur kontra l-għanijiet tad-direttivi Ewropej dwar l-għoti ta’ kuntratti.

Bħala konklużjoni, huwa ċar li l-kuntratti inkwistjoni jirrappreżentaw kuntratt pubbliku wieħed li, meta ngħata l-kuntratt, il-valur tiegħu qabeż il-limitu stabbilit fid-direttiva. Għalhekk, dan il-kuntratt kellu jkun suġġett għal sejħa għal offerti fl-Ewropa u jingħata skont il-proċeduri stabbiliti fid-direttiva. Għalhekk, peress li naqset milli tivverifika dan, il-konvenuta kisret id-Direttiva 2004/18/KE.


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/6


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-575/10)

2011/C 72/09

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika tal-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE (1), kif ukoll taħt l-Artikolu 54(5) u (6) tad-Direttiva 2004/17/KE (2), billi ma żguratx li, fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu, skont il-każ, jibbażaw ruħhom fuq il-ħiliet ta’ entitajiet oħra, indipendentement min-natura legali tar-rabtiet li huma għandhom magħhom.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Kemm id-Direttiva 2004/17 kif ukoll id-Direttiva 2004/18 jagħtu lill-offerenti fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi l-possibbiltà li jibbażaw ruħhom, biex jippruvaw il-ħiliet tagħhom u t-twettiq tal-kriterji ta’ għażla, fuq il-ħiliet ta’ entitajiet oħra, indipendentement minn natura legali tar-rabtiet li huma għandhom magħhom.

Skont il-Kummissjoni, leġiżlazzjoni Ungeriża li, fil-każ ta’ kriterji ta’ ħila speċifiċi, tippermetti biss lill-offerenti jużaw ir-riżorsi ta’ entitajiet oħra li ma jipparteċipawx direttament fit-twettiq tal-kuntratt jekk għandhom sehem maġġoritarju fl-imsemmija entitajiet li jippermettilhom jinfluwenzaw lil dawn tal-aħħar, ma hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-imsemmija direttivi. Għaldaqstant, fil-każ ta’ entitajiet li ma jipparteċipawx bħala subkuntratturi fit-twettiq tal-kuntratt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata timponi rekwiżit addizzjonali sabiex l-offerent ikun jista’ jibbaża ruħu fuq il-ħiliet ta’ tali entitajiet matul il-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi huma inekwivoċi: mingħajr ma teħtieġ li l-entitajiet li jqegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi jkunu direttament implikati fit-twettiq tal-kuntratt, id-direttiva teħtieġ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiżgura l-possibbiltà li wieħed jibbaża ruħu fuq ir-riżorsi ta’ tali entitajiet, indipendentement minn natura legali tar-rabtiet li l-offerent għandu ma’ dawn l-entitajiet. L-uniku rekwiżit huwa li l-offerent ikun jista’ juri lill-awtorità kontraenti li effettivament għandu r-riżorsi neċessarji għat-twettiq tal-kuntratt.

Bla dubju, tkompli l-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni Ungeriża li hija s-suġġett tar-rikors preżenti tillimita, minn din il-perspettiva, il-possibbiltajiet tal-offerenti, inkwantu, fl-prattika ma tħallilhomx għażla oħra ħlief li jimplikaw fit-twettiq tal-kuntratt, bħala subkuntratturi, l-entitajiet li jqegħdu għad-dispożizzjoni l-imsemmija riżorsi, sakemm, mill-bidu nett, dawn ma għandhomx sehem maġġoritarju fl-imsemmija entitajiet, li jippermettilhom jeżerċitaw influwenza fuqhom.

Il-Kummissjoni tafferma li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata ma tistax tiġi ġġustifikata mill-għan li jitneħħew il-prattiki intiżi sabiex jiġu evitati r-regoli dwar il-kuntratti pubbliċi, peress li tali għan ma jistax jiġi invokat sabiex jiġġustifika dispożizzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi li tirristrinġi b’mod sproporzjonat id-drittijiet u l-obbligi proċedurali li jirriżultaw mid-direttivi. Naturalment l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, fil-limiti imposti mid-direttivi, li jiddeċiedu l-forma li fiha l-offerenti għandhom jippruvaw li effettivament jiddisponu mir-riżorsi ta’ entitajiet oħra, madankollu għandhom jagħmlu dan mingħajr ma jagħtu lok għal distinzjonijiet abbażi tan-natura ġuridika tar-rabtiet ma’ tali entitajiet.

Il-Kummissjoni tiċħad l-argument tar-Repubblika tal-Ungerija li entità li ma tipparteċipax fit-twettiq tal-kuntratt ma tistax tipprova li tissodisfa l-kriterji minimi ta’ għażla li jikkonsistu f’li tkun tista’ effettivament tqiegħed għad-dispożizzjoni r-riżorsi neċessarji fil-mument tat-twettiq tal-kuntratt. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirrileva li l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE jipprevedi espressament li l-offerent jista’ jibbaża ruħu fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi ta’ entitjiet oħra “billi jipproduċi garanzija mingħand dawk l-entitajiet li jpoġġi r-riżorsi meħtieġa għad-disposizzjoni ta’ l-operatur ekonomiku”. Minn dan jista’ jiġi dedott li entità li ġġib r-riżorsi tagħha tista’ tipprova li għandha r-riżorsi li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-mument tat-twettiq tal-kuntratt, mingħajr ma għandha għalfejn tipparteċipa direttament fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Fl-aħħar il-Kummissjoni tirrileva li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata tista’ tipproduċi effetti diskriminatorji fir-rigward tal-offerenti barranin. Għalkemm il-leġiżlazzjoni Ungeriża rilevanti tapplika fir-rigward tal-offerenti kollha, madankollu hija effettivament tillimita l-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni fl-offerti b’mod partikolari fil-każ tal-offerenti barranin, peress li, bħala regola ġenerali, dawn ma jiddisponux, fil-post tat-twettiq tal-kuntratt, mir-riżorsi kollha neċessarji għal dan il-għan, u għalhekk, fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, ikunu obbligati jirrikorru, iktar ta’ spiss mill-offerenti Ungerizi, għall-ħiliet ta’ operaturi ekonomiċi lokali indipendenti minnhom.


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

(2)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/7


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-577/10)

2011/C 72/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u C. Vrignon, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi adotta l-Artikolu 137 no 8, it-tielet inċiż tal-Artikolu 138, l-Artikolu 153 u l-Artikolu 157 no 3, tal-Liġi Programm (I) tas-27 ta’ Diċembru 2006 (1), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ mill-1 ta’ April 2007, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel fuq fornituri ta’ servizzi indipendenti stabbiliti fi Stati Membri oħra (id-dikjarazzjoni “Limosa”), li jkunu jixtiequ joffru servizzi fil-Belġju fuq bażi temporanja, tikkostitwixxi ostaklu għall-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Il-Kummissjoni tirrileva, fl-ewwel lok, li d-dispożizzjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu restrizzjoni ta’ natura diskriminatorja sa fejn, minn naħa, huma jimponu formalitajiet amministrattivi addizzjonali mhux negliġibbli u dissważivi fuq fornituri ta’ servizzi indipendenti kkonċernati u, min-naħa l-oħra, huma jistabbilixxu sistema ta’ kontroll li tirrigwarda biss lill-fornituri stabbiliti fi Stat Membru ieħor, meta din id-differenza fit-trattament ma hijiex iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tallega l-fatt li din ir-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, anki li kieku ma tkunx diskriminatorja, ma hijiex iġġustifikata fir-rigward tal-għanijiet tal-interess ġenerali, la taż-żamma ta’ bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali, la tal-prevenzjoni tal-frodi, u lanqas tal-protezzjoni tal-ħaddiema.


(1)  Moniteur belge tat-28 ta’ Diċembru 2006, p. 75178.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financïen vs L.A.C. van Putten

(Kawża C-578/10)

2011/C 72/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financïen

Konvenut: L.A.C. van Putten.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), hija sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju dik fejn Stat Membru jissuġġetta l-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk tat-toroq tat-territorju tiegħu għal taxxa, f’każ fejn din il-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, din il-vettura tissellef lil persuna residenti f’dan l-Istat Membru l-ieħor, u resident tal-ewwel Stat Membru jiċċirkola fuq it-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru bil-vettura inkwistjoni?


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs P. Mook

(Kawża C-579/10)

2011/C 72/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën.

Konvenut: P. Mook.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), id-dritt Komunitarju jirregola s-sitwazzjoni li fiha Stat Membru jissuġġetta għal taxxa l-ewwel użu ta’ vettura fit-toroq tat-territorju tiegħu, f’każ fejn din il-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, din il-vettura ġiet mislufa lil resident ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor u resident tal-ewwel Stat membru jsuq il-vettura inkwistjoni għal skopijiet privati bejn dan l-ewwel Stat Membru u l-Istat Membru l-ieħor?


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financïen vs G. Frank

(Kawża C-580/10)

2011/C 72/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financïen

Konvenut: G. Frank

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), is-sitwazzjoni fejn Stat Membru jissuġġetta għal taxxa l-ewwel użu ta’ vettura fin-netwerk tat-toroq tat-territorju tiegħu, fil-każ fejn din il-vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor tkun ġiet mislufa mingħand resident ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor u resident tal-ewwel Stat Membru li għandu ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru l-ieħor isuq il-vettura inkwistjoni għal finijiet privati fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru, hija sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju?


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Köln (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Emeka Nelson, Bill Chinazo Nelson, Brian Cheimezie Nelson vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-581/10)

2011/C 72/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emeka Nelson, Bill Chinazo Nelson, Brian Cheimezie Nelson

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) jikkostitwixxi dritt għal danni fuq bażi li ma hijiex dik tal-kumpens fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, iffirmata f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999 (iktar ’il quddiem il-Konvenzjoni ta’ Montréal)?

(2)

X’relazzjoni hemm bejn, minn naħa, id-dritt għal kumpens ibbażat fuq l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jista’ jkun pretiż, skont is-sentenza tad-19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et (C-402/07 u C-432/07, Ġabra p. I-10923), mill-passiġġieri li jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom tliet sigħat jew iktar wara l-ħin tal-wasla inizjalment previst mit-trasportatur tal-ajru u, min-naħa l-oħra, id-dritt għal kumpens tad-danni kkawżati minn dewmien, previst fl-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, fid-dawl tal-esklużjoni, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 29 ta’ din l-istess konvenzjoni, ta’ danni fuq bażi li ma hijiex dik tal-kumpens?

(3)

Kif jista’ l-kriterju ta’ interpretazzjoni li fuqu hija bbażata s-sentenza Sturgeon et, iċċitata iktar ’il fuq, li jippermetti li d-dritt għal kumpens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 jiġi estiż għal każijiet ta’ dewmien, jiġi rrikonċiljat mal-kriterju ta’ interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tapplika għal dan l-istess regolament fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C-344/04, Ġabra p. I-403)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jitħassar ir-regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/9


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-85/09, Yassin Abdullah Kadi vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-584/10 P)

2011/C 72/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, S. Boelaert, E. Paasivirta u M. Konstantinidis, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Yassin Abdullah Kadi, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tiċħad bħala infondat ir-rikors ta’ Yassin Abdullah Kadi għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1190/2008 (1) safejn dan jikkonċernah;

tikkundanna lil Yassin Abdullah Kadi għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni għal dan l-appell u għal proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma vvizzjati bi żbalji ta’ liġi peress li huma bbażati fuq livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju ġuridikament żbaljat. L-aggravji mressqa mill-Kummissjoni huma s-segwenti:

(1)   Aggravji relatati mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar il-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju applikabbli: il-Kummissjoni ssostni li l-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju adottat mill-Qorti Ġenerali huwa ġuridikament żbaljat peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx dwar il-livell preċiż ta’ stħarriġ ġudizzjarju applikabbli għal din il-kawża u peress li l-livell partikolari ta’ stħarriġ ġudizzjarju adottat mill-Qorti Ġenerali ma jistax jintalab mill-Unjoni Ewropea.

(2)   Aggravji relatati mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjara effettiva kif ukoll tal-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità: il-Kummissjoni ssostni Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-proċeduri implementati mill-Kummissjoni ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli fil-qasam tad-drittijiet fundamentali għal din it-tip ta’ sistema ta’ miżuri restrittivi, li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat l-argument tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri nazzjonali mressqa minn Kadi fl-Istati Uniti, u li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat l-argumenti tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta’ reviżjoni amministrattiva u ta’ eżami mill-ġdid stabbiliti skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1822(2008) u 1904(2009) – inkluża l-proċedura ta’ Punt Ċentrali u l-Uffiċċju tal-Ombudsman.


(1)  ĠU L 322, p. 25


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/9


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-85/09, Yassin Abdullah Kadi vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/10 P)

2011/C 72/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, E. Finnegan u R. Szostak, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Yassin Abdullah Kadi, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-85/09;

tiċħad bħala infondat ir-rikors tal-appellat għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni 1190/2008 safejn dan jikkonċernah;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan l-appell il-Kunsill jikkontesta d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali. Il-Kunsill isostni li:

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-regolament ikkontestat ma jibbenefikax minn immunità ġudizzjarja;

Sussidjarjament, il-Kunsill isostni li:

il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja billi kkunsidrat li l-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jsir għandu jkun “komplet u rigoruż” u billi rrikjediet il-komunikazzjoni tal-provi sottostanti lill-persuna jew lill-entità indikata kif ukoll lill-qrati tal-Unjoni bl-għan li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża ta’ dik il-persuna jew entità; u

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset li debitament tirrikonoxxi l-istabbilment tal-Uffiċċju tal-Ombudsman mir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/10


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-85/09, Yassin Abdullah Kadi vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-595/10 P)

2011/C 72/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, aġent, D. Beard u M. Wood, barristers)

Partijiet oħra fil-proċedura: Yassin Abdullah Kadi, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-85/09;

tiċħad ir-rikors ta’ Yassin Abdullah Kadi għall-annullament tar-Regolament 881/2002 (1) safejn dan jikkonċernah;

tikkundanna lill-Yassin Abdullah Kadi għall-ispejjeż tar-Renju Unit quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li stħarriġ ġudizzjarju komplet huwa xieraq fil-konfront ta’ miżuri tal-Unjoni Ewropea li jimplementaw b’mod fidil ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tmur kontra t-termini tat-Trattati UE u l-ġurisprudenza tal-qrati tagħha. Din tmur direttament kontra l-istorja u l-għan tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-iżvilupp tal-kompetenza tal-politika barranija u ta’ siġurtà komuni.

Il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tirrikjedi li l-Istati Membri tagħha jikkonformaw ruħhom mal-obbligi tagħha. Tali obbligi jipprevalu fuq l-obbligi li jistgħu jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ieħor. Tali obbligi jinkludu dawk imposti mir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà intiżi sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu internazzjonali.

Fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikoli 3(5) u 21 TUE u tal-Artikolu 321 TFUE, l-obbligu tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jikkonformaw ruħhom mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà jipprevali fuq kwalunkwe obbligu li jista’ jirriżulta mit-Trattati UE.

L-Unjoni Ewropea għandha tikkunsidra lilha nnifisha bħala marbuta bit-termini tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u bid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà meħuda taħtha.

Huwa inkonsistenti mal-effett vinkolanti tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà li qorti tal-Unjoni twettaq stħarriġ ġudizzjarju komplet tal-miżuri tal-Unjoni Ewropea intiżi sabiex jimplementaw id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

Sakemm kwalunkwe stħarriġ tal-miżuri tal-Unjoni Ewropea li jimplementaw riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà huwa xieraq, il-qorti tal-Unjoni għandha tirrikonoxxi in-natura u l-għan tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-rwol tal-Kunsill tas-Sigurtà bħala l-korp prinċipali inkarigat sabiex jiżgura l-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Fid-dawl tan-natura tal-Kunsill tas-Sigurtà u tar-rwol importanti li huwa għandu, b’kont meħud tal-istabbilment u l-operazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman u b’kunsiderazzjoni tas-sunt ta’ raġunijiet pprovduti lill-Kummissjoni u lil Yassin Abdullah Kadi, ma hemmx lok li jiġi annullat ir-Regolament 881/2002 safejn dan jikkonċerna lil Yassin Abdullah Kadi.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/11


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-596/10)

2011/C 72/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: F. Dintilhac u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li, billi applikat rata mnaqqsa ta’ VAT għat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ekwini u b’mod partikolari maż-żwiemel, meta ma humiex normalment intiżi li jintużaw fil-preparazzjoni tal-ikel jew fil-produzzjoni agrikola, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 99 u l-Anness III tad-Direttiva VAT (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha l-Kummissjoni tqajjem żewġ ilmenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tad-Direttiva VAT mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta, minn naħa, it-tranżazzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Anness III ta’ din id-direttiva għar-rata mnaqqsa ta’ 5,5 % u, min-naħa l-oħra, ċerti tranżazzjonijiet għar-rata mnaqqsa ta’ 2,10 %.

Permezz tal-ewwel ilment tagħha, ir-rikorrenti tirrileva li, minbarra l-fatt li tapplika rata tal-VAT mnaqqsa ta’5,5 % għat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-ekwini ħajjin u mingħajr ma tagħmel distinzjoni abbażi tal-użu tagħhom, il-leġiżlazzjoni Franċiża tistipula wkoll dispożizzjonijiet oħra li ma humiex skont id-Direttiva VAT u, b’mod partikolari, fil-punti 1 u 11 tal-Anness III ta’ din id-direttiva.

Permezz tat-tieni ilment tagħha, il-Kummissjoni tikkritika l-prattika amministrattiva tal-konvenuta li tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata ta’ 2,10 % fuq il-bejgħ lil persuni mhux taxxabbli għall-VAT ta’ annimali ħajjin mhux intiżi għall-użu mill-biċċier, u b’mod partikolari ta’ żwiemel tal-korsa, tat-tlielaq, dawk użati bħala passatemp u għal taħriġ.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd (ir-Repubblika Slovakka) fis-17 ta’ Settembru 2010 – SAG ELV Slovensko as, FELA Management AG, ASCOM (l-Isvizzera) AG, Asseco Central Europe as, TESLA STROPKOV as, Autostrade per ľItalia SpA, EFKON AG, STALEXPORT Autostrády SA vs Úrad pre verejné obstarávanie

(Kawża C-599/10)

2011/C 72/19

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SAG ELV Slovensko a., FELA Management AG, ASCOM (l-Isvizzera) AG, Asseco Central Europe as, TESLA STROPKOV as, Autostrade per ľItalia SpA, EFKON AG, STALEXPORT Autostrády SA.

Konvenut: Úrad pre verejné obstarávanie.

Intervenjenti: Národná dialnicná spolocnost, a.s.

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 51 u 2 tal-imsemmija direttiva, fid-dawl tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jobbligaw lill-awtorità kontraenti titlob kjarifika tal-offerta, filwaqt li jkunu rispettati d-drittijiet proċedurali suġġettivi tal-individwu li jiġi mistieden jissuplimenta jew jiċċara ċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati skont l-Artikoli 45 u 50 tad-direttiva ċcitata iktar ’il fuq fil-każ fejn in-natura diffiċilment li tinftiehem u ftit ċara tal-offerta tista’ twassal għall-esklużjoni tagħha mill-kuntratt?

(2)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 51 u 2 tal-imsemmija direttiva, fid-dawl tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, ma jobbligawx lill-awtorità kontraenti titlob kjarifika tal-offerta jekk din tal-aħħar għandha l-prova li l-kundizzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt ma jkunux sodisfatti?

(3)

Dispożizzjoni ta’ dritt intern li tipprovdi li l-kummissjoni stabbilita għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-offerti tista’ biss titlob bil-miktub lill-parteċipanti iċċaraw l-offerta hija kompatibbli mal-Artikoli 51 u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti?

(4)

Il-pożizzjoni tal-awtorità kontraenti li tikkonsisti fl-affermazzjoni li ma huwiex kompitu tagħha titlob lill-offerent jispjega prezz anormalment baxx hija konformi mal-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18/KE inkwantu, abbażi tal-ifformular tad-domanda indirizzata mill-awtorità kontraenti lir-rikorrenti rigward il-prezz anormalment baxx, l-ewwel u t-tieni rikorrenti kellhom il-possibbiltà jispjegaw b’mod suffiċjenti l-kompożizzjoni tal-offerta ppreżentata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (Anafé) vs Ministre de l’intérieur, de l’outre-mer, des collectivités territoriales et de l’immigration

(Kawża C-606/10)

2011/C 72/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (Anafé).

Konvenut: Ministre de l’intérieur, de l’outre-mer, des collectivités territoriales et de l’immigration.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) japplika għad-dħul mill-ġdid ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru li jkun ħareġ lil dan tal-aħħar permess temporanju ta’ residenza meta d-dħul mill-ġdid fit-territorju tiegħu la jkun jeħtieġ id-dħul, it-tranżitu u lanqas is-soġġorn fit-territorju ta’ Stati Membri oħra?

(2)

F’liema ċirkustanzi Stat Membru jista’ joħroġ liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi “viża ta’ dħul mill-ġdida” fis-sens tal-Artikolu 5(4)(a) tal-istess regolament? B’mod partikolari, din il-viża tista’ tillimita d-dħul biss għall-punti ta’ dħul fit-territorju nazzjonali?

(3)

Sa fejn ir-Regolament tal-15 ta’ Marzu 2006 jeskludi kwalunkwe possibbiltà ta’ dħul fit-territorju tal-Istati Membri għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kulma għandhom huwa permess temporanju ta’ residenza mogħti sakemm tiġi eżaminata l-ewwel talba għal permess ta’ residenza jew talba għall-ażil, kuntrarjament għal dak li kienu jippermettu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen, tad-19 ta’ Ġunju 1990, fil-verżjoni tagħha qabel ma ġiet emendata bir-regolament, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi jimponu l-ħtieġa li jiġu pprovduti miżuri tranżitorji għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu telqu mit-territorju tagħhom meta huma kellhom biss permess temporanju ta’ residenza maħruġ sakemm tiġi eżaminata l-ewwel talba għal permess ta’ residenza jew talba għall-ażil u li jkunu jixtiequ jerġgħu jidħlu wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-15 ta’ Marzu 2006?


(1)  ĠU L 105, p. 1


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/12


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-610/10)

2011/C 72/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/1/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1989, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Gvern Spanjol u mill-Gvernijiet tad-diversi komunitajiet awtonomi Spanjoli lil Magefesa, produttriċi ta’ oġġetti tad-dar magħmula mill-azzar li ma jissaddadx u ta’ strumenti elettriċi żgħar għad-dar (ĠU L 5, p. 18, iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni 91/1”), u taħt l-Artikolu 260 TFUE, peress li naqas milli jadotta l-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-2 ta’ Lulju 2002, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-499/99, Ġabra p. I-603; iktar ’il quddiem is-“sentenza tal-2002”), dwar in-nuqqas tar-Renju ta’ Spanja li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-direttiva msemmija.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità bl-ammont ta’ EUR 131 136 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-2002, mill-ġurnata li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ġurnata li fiha tiġi eżegwita kompletament is-sentenza tal-2002.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni somma ta’ ħlas f’daqqa, li l-ammont tagħha għandu jirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ somma għal kull ġurnata ta’ EUR 14 343 bin-numru ta’ ġranet li matulhom baqa’ jippersisti l-ksur u li jkunu għaddew bejn il-ġurnata li fih ngħatat is-sentenza tal-2002:

sal-ġurnata li fiha r-Renju ta’ Spanja jirkupra l-għajnuna ddikjarata illegali permezz tad-Deċiżjoni 91/1, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-irkupru effettivament sar qabel ma tingħata s-sentenza f’din il-kawża;

sal-ġurnata li fiha tingħata din is-sentenza jekk is-sentenza tal-2002 ma tkunx ġiet eżegwita kompletament qabel din il-ġurnata.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-miżuri adottati minn Spanja ma rriżultawx f’eżekuzzjoni immedjata tas-sentenza tal-2002 u tad-Deċiżjoni 91/1, u lanqas ma rriżultaw f’irkupru totali u immedjat tal-għajnuna illegali u inkompatibbli.

Skont ġurisprudenza stabbilita, l-unika eċċezzjoni li Stat Membru jista’ jressaq kontra rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija l-impossibbiltà assoluta li jeżegwixxi d-deċiżjoni b’mod korrett.

Fil-kawża ineżami, fil-korrispondenza voluminuża skambjata bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Spanjoli dwar il-miżuri adottati sabiex tiġi implementata d-Deċiżjoni 91/1, l-awtoritajiet Spanjoli qatt ma invokaw impossibbiltà assoluta li jeżegwixxu d-deċiżjoni msemmija u invokaw biss diffikultajiet interni vagi.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/13


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-614/10)

2011/C 72/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

Il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE, minħabba li s-sitwazzjoni ġuridika eżistenti fl-Awstrija fir-rigward tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data stabbilita bħala awtorità ta’ superviżjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data ma tissodisfax il-kriterju ta’ indipendenza sħiħa;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li, fl-Awstrija, l-independenza tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data bħala awtorità ta’ superviżjoni responsabbli mis-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data ma hijiex iggarantita.

Il-Kummissjoni ssostni li l-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data hija marbuta mill-qrib mal-Kanċellerija Federali fuq livell organizzattiv. Hija tindika li din tal-aħħar teżerċita kontroll ġerarkiku fuq il-kollaboraturi tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data u li din hija wkoll responsabbli mit-tagħmir materjali tagħha. Ma’ dan, il-Kummissjoni żżid li l-amministrazzjoni tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data hija fdata lil uffiċjal tal-Kanċellerija Federali li, fil-kuntest ta’ din l-attività, huwa wkoll suġġett għall-istruzzjonijiet tas-superjur tiegħu u jaqa’ taħt il-kontroll ġerarkiku tiegħu. Din is-sitwazzjoni twassal għal kunflitti ċari ta’ lealtà u ta’ interessi.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrileva li l-Kanċillier Federali li, bħal awtoritajiet pubbliċi oħra, jaqa’ taħt is-superviżjoni tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data għandu, fir-rigward ta’ din tal-aħħar, dritt ġenerali ta’ kontroll u ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni tiddeduċi li dan jippermetti lill-Kanċillier Federali jżomm ruħu informat f’kull mument u mingħajr raġuni konkreta fuq dak kollu li jirrigwarda l-ġestjoni tal-attività tal-kummissjoni tal-protezzjoni tad-data. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm riskju ta’ użu ta’ dan id-dritt għal finijiet ta’ influwenza politika.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ Diċembru 2010 — Insinööritoimisto InsTiimi Oy

(Kawża C-615/10)

2011/C 72/23

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiz

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Insinööritoimisto InsTiimi Oy

Konvenut: Puolustusvoimat

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], fid-dawl tal-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, tal-Artikolu 346(1)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-lista ta’ armi, munizzjon u materjal tal-gwerra addottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-15 ta’ April 1958, tapplika għal kuntratt li, barra minn dan, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, meta skont l-awtorità kontraenti, il-materjal li huwa s-suġġett ta’ dan il-kuntratt huwa intiż għal finijiet speċifikament militari, iżda jeżistu wkoll applikazzjonijiet tekniċi ta’ użu essenzjalment simili fis-suq ċivili?


(1)  ĠU L 134, p. 114


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Haparanda Tingsrätten (l-Isveżja) fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Åklagaren vs Hans Åkerberg Fransson

(Kawża C-617/10)

2011/C 72/24

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Haparanda Tingsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Åklagaren

Konvenut: Hans Åkerberg Fransson

Domandi preliminari

(1)

Taħt id-dritt Svediż huwa meħtieġ li jkun hemm bażi ċara fil-Konvenzjoni Ewropea, tal-4 ta’ Novembru 1950, għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) jew fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex qorti nazzjonali tkun tista’ ma tapplikax dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu jkunu kuntrarji għall-prinċipju ta’ ne bis in idem taħt l-Artikolu 4 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 7 tal-KEDB u li għalhekk jistgħu jkunu kuntrarji wkoll għall-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Diċembru 2000 (iktar ’il quddiem il-“Karta”). Tali kundizzjoni taħt id-dritt nazzjonali sabiex ma jiġux applikati dispożizzjonijiet nazzjonali hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt, inklużi l-prinċipji ta’ supremazija u ta’ effett dirett tad-dritt tal-Unjoni?

(2)

L-ammissibbiltà ta’ akkuża għal reati fiskali taqa’ taħt il-prinċipju ta’ ne bis in idem taħt l-Artikolu 4 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 7 tal-KEDB u taħt l-Artikolu 50 tal-Karta meta sanzjoni finanzjarja partikolari (żieda fit-taxxa) tkun diġà ġiet imposta fuq l-akkużat fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-istess fatt, jiġifieri l-għoti ta’ informazzjoni falza?

(3)

Ir-risposta għad-domanda 2 hija affettwata mill-fatt li hija meħtieġa koordinazzjoni ta’ dawn is-sanzjonijiet b’tali mod li l-qrati ordinarji jistgħu jnaqqsu l-piena fil-proċeduri kriminali jekk l-akkużat kien diġà suġġett għal żieda fit-taxxa minħabba l-istess fatt, jiġifieri l-għoti ta’ informazzjoni falza?

(4)

Taħt ċerti ċirkustanzi, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ne bis in idem imsemmi fid-domanda 2, jista’ jkun permess li jiġu ordnati sanzjonijiet addizzjonali fi proċeduri ġodda fir-rigward tal-istess aġir li kien diġà eżaminat u li kien ta’ lok għal deċiżjoni li jiġu imposti sanzjonijiet fuq il-persuna kkonċernata. Jekk ir-risposta għad-domanda 2 tkun fl-affermattiv, il-kundizzjonijiet tal-prinċipju ta’ ne bis in idem għall-impożizzjoni ta’ diversi sanzjonijiet fi proċeduri separati jkunu sodisfatti meta fil-proċeduri ulterjuri jitwettaq eżami taċ-ċirkustanzi tal-każ li jkun ġdid u indipendenti mill-eżami li jkun sar fil-proċeduri preċedenti?

(5)

Is-sistema Svediża fejn l-impożizzjoni ta’ żieda fit-taxxa u l-eżami tar-responsabbiltà għal reati fiskali jitwettqu fi proċeduri separati hija mmotivata min-numru ta’ raġunijiet ta’ interess ġenerali […]. Jekk ir-risposta għad-domanda 2 tkun fl-affermattiv, sistema bħal dik Svediża hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ne bis in idem meta jista’ jkun possibbli li tiġi stabbilita sistema li ma taqax taħt il-prinċipju ta’ ne bis in idem mingħajr ma jkun meħtieġ li jew ma tiġix imposta żieda fit-taxxa jew ma tingħatax deċiżjoni dwar responsabbiltà għal reati fiskali billi, jekk ir-responsabbiltà għal reati fiskali tkun rilevanti, id-deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ żieda fit-taxxa tiġi ttrasferita mingħand l-iSkatteverket u, jekk ikun il-każ, mingħand il-qrati amministrattivi, lill-qrati ordinarji inkonnessjoni mal-eżami tagħhom tal-akkuża għal reati fiskali?


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvija) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Trade Agency Ltd vs Seramico Investments Ltd

(Kawża C-619/10)

2011/C 72/25

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trade Agency Ltd

Konvenuta: Seramico Investments Ltd

Domandi preliminari

(1)

Meta deċiżjoni ta’ qorti barranija tkun akkumpanjata mill-formola prevista fl-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 44/2001 (1), iżda minkejja dan il-konvenut jikkontesta li ma ġiex innotifikat bl-azzjoni ġudizzjarja mressqa fl-Istat Membru ta’ oriġini tad-deċiżjoni, il-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni hija kompetenti, meta tanalizza raġuni għal rifjut ta’ rikonoxximent prevista fl-Artikolu 34(2), tar-Regolament Nru 44/2001, li tivverifika hija stess jekk l-informazzjoni li tinsab fil-formola hijiex konformi mal-provi? Ġurisdizzjoni daqshekk wiesgħa tal-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni hija konformi mal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja stabbilit fil-premessi 16 u 17 tar-Regolament Nru 44/2001?

(2)

Deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja, li permezz tagħha l-kwistjoni dwar il-mertu tiġi deċiża mingħajr ma jiġu eżaminati la s-suġġett tat-talba u lanqas il-bażi tagħha u li ma tesponi ebda argument fuq il-fondatezza tar-rikors fir-rigward tal-mertu, hija konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta u tirrispetta d-dritt tal-konvenut għal smigħ xieraq, kif stabbilit minn din id-dispożizzjoni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Migrationsverket vs Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati

(Kawża C-620/10)

2011/C 72/26

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Migrationsverket.

Konvenuti: Nurije Kastrati, Valdrina Kastrati, Valdrin Kastrati.

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl, b’mod partikolari, ta’ dak li jipprevedi l-Artikolu 5(1) tiegħu, u/jew tan-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tmiem tar-responsabbilità sabiex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil minbarra t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(5), u l-Artikolu 16(3) u (4), ir-Regolament Nru 343/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-irtirar ta’ applikazzjoni għall-ażil jaffettwa l-possibbiltà tal-applikazzjoni tiegħu?

(2)

L-istadju ta’ trattament tal-applikazzjoni għall-ażil li fih isir l-irtirar ta’ dik it-talba jaffettwa r-risposta għall-ewwel domanda?


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Varna (Il-Bulgarija) fid-29 ta’ Diċembru 2010 — “Balkan and Sea Properties” ADSITS vs Direttur tal-Uffiċċju ta’ Varna “Appelli u l-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni” (Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna)

(Kawża C-621/10)

2011/C 72/27

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:‘Balkan and Sea properties’ ADSITS

Konvenuti: Direttur tal-Uffiċċju ta’ Varna ‘Appelli u l-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni’ (Direktor na Direktsia ‘Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto’ — Varna)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jkun hemm provvista bejn persuni relatati, sa fejn il-korrispettiv ikun ogħla mill-valur tas-suq miftuħ, l-ammont taxxabbli huwa l-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni biss jekk il-fornitur ma għandux dritt għal tnaqqis tal-VAT kollha dovuta fuq ix-xiri/il-bejgħ tal-merkanzija li hija s-suġġett tal-provvista?

(2)

L-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li meta fornitur ikun eżerċita d-dritt għal tnaqqis tal-VAT kollha dovuta fuq prodotti u servizzi li kienu s-suġġett ta’ provvista sussegwenti bejn persuni relatati bi prezz ogħla mill-valur tas-suq miftuħ u d-dritt għal tnaqqis ma kienx korrett skont l-Artikoli 173 sa 177 tad-Direttiva, Stat Membru ma jistax jadotta miżuri fejn l-ammont taxxabbli jkun esklużivament il-valur tas-suq miftuħ?

(3)

L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2006/112/KE jikkostitwixxi lista eżawrjenti tal-każijiet li jirrappreżentaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri fejn l-ammont taxxabbli fir-rigward ta’ provvisti jkun il-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni?

(4)

Dispożizzjoni nazzjonali bħall-punt 1 tal-Artikolu 27(3) taz-Zakon za danak varhu dobavenata soynost (Liġi dwar il-VAT) hija ammissibbli f’ċirkustanzi oħra minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 80(1)(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE?

(5)

F’każ bħal dan inkwistjoni, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE għandha effett dirett u l-qorti nazzjonli tista’ tapplikaha direttament?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/16


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-624/10)

2011/C 72/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi fit-Titolu IV tal-Ordni Amministrattiv Nru 105 tat-23 ta’ Ġunju 2006 (3 A-9-06) tipprovdi għal konċessjoni amministrattiva li tidderoga mis-sistema tal-VAT ta’ awtolikwidazzjoni u li tinvolvi, fost oħrajn, il-ħatra ta’ intimat fiskali mill-bejjiegħ jew mill-fornitur stabbilit barra minn Franza, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-VAT u b’mod partikolari l-Artikoli 168, 171, 193, 194, 204 u 214;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjoni Franċiża li tidderoga mis-sistema ta’ awtolikwidazzjoni tal-VAT hija, f’ħafna modi, kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Fl-ewwel lok, il-persuni taxxabbli li jixtiequ jibbenefikaw mill-mekkaniżmu introdott bit-Titolu IV tal-Ordni Amministrattiv 3-A-9/06 huma meħtieġa li jaħtru rappreżentant fiskali, ħaġa li ma hijiex konformi mal-Artikolu 204 tad-Direttiva tal-VAT. Dan l-artikolu jippermetti lill-Istati Membri li jimponu obbligu bħal dan biss jekk, fil-pajjiż fejn tkun stabbilita l-persuni taxxabbli, ma jkun jeżisti l-ebda strument li jistabilixxi għajnuna reċiproka fir-rigward ta’ taxxi indiretti simili għal dawk ipprovduti fl-Unjoni.

Fit-tieni lok, il-konċessjoni amministrattiva hija wkoll suġġetta għall-obbligu minn naħa tal-bejjiegħ li jirreġistra għall-VAT fi Franza, ħaġa li ma hijiex konformi mal-Artikolu 214(1) tad-Direttiva tal-VAT. Joħroġ ċar minn din id-dispożizzjoni li r-rekwiżit ta’ identifikazzjoni għall-VAT ma japplikax għal persuni taxxabbli li jwettqu, fit-territorju ta’ Stat Membru li ma humiex stabbiliti fih, fornimenti ta’ oġġetti jew ta’ servizzi suġġetti għas-sistema ta’ awtolikwidazzjoni mill-klijent, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 194 tad-Direttiva tal-VAT.

Fit-tielet u fl-aħħar lok, id-dispożizzjoni tipprovdi għat-tpaċija tal-VAT deduċibbli tal-bejjiegħ jew tal-fornitur ta’ servizzi mill-VAT miġbura minn wieħed jew iktar mill-klijenti tagħhom. Dan ma huwiex konsistenti mal-Artikoli 168 u 171 tad-Direttiva tal-VAT, li taħthom it-tpaċija bejn il-VAT deduċibbli u l-VAT miġbura trid isseħħ fil-livell ta’ kull persuna taxxabbli. Din il-konċessjoni lanqas ma tista’ tkun ibbażata fuq l-Artikolu 11 tal-istess direttiva.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/17


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 minn Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc. mis-sentenza tas-27 ta’ Ottubru 2010 tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawża T-24/05, Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Co., Inc., Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-628/10 P)

2011/C 72/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Alliance One International, Inc., Standard Commercial Tobacco Company, Inc. (rappreżentanti: M. Odriozola Alén, avukat, A. João Vide, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Trans-Continental Leaf Tobacco Corp. Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża T-24/05 sa fejn tiċħad il-motivi bbażati fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament 1/2003 (1), ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, meta ddeċidiet li Alliance One International, Inc., li kienet Standard Commercial Corp. u Standard Commercial Tobacco Co. kienu responsabbli in solidum;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2004 fil-Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja, sa fejn tirrigwarda lill-appellanti, u konsegwentement, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel nett, l-appellanti jallegaw li l-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali kisru l-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 billi żammew lil SCC u SCTC responsabbli tal-ksur imwettaq minn WWTE. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-kontroll konġunt ma huwiex suffiċjent sabiex jintwera li kienu f’pożizzjoni li jeżerċitaw influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ WWTE waqt il-perijodu preċedenti għal Mejju 1998. F’kull każ, anki kieku kien possibbli li tintwera responsabbiltà b’dan il-mod, iż-żewġ kumpanniji parent li kienu jeżerċitaw kontroll konġunt kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi identifikata unità ekonomika unika. Sussidjarjament, l-appellanti jsostnu li, billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti li tiġġustifika li jinżammu responsabbli, il-Kummissjoni, u wara l-Qorti Ġenerali, kisru l-Artikolu 296 TFUE. Barra minn hekk, fir-rigward tal-perijodu ta’ wara Mejju 1998, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali ċċaħħad lill-appellanti mid-drittijiet mogħtija lilhom mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, kif ukoll mid-drittijiet li jidhru fil-KEDB u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li issa huma parti mit-Trattat ta’ Lisbona u għandhom għaldaqstant l-istess valur ġuridiku tad-dritt primarju.

It-tieni nett, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti u l-Artikolu 296 TFUE billi awtorizzat lill-Kummissjoni tippreżenta argument ġdid u sabiex temenda in-noti tagħha b’risposta għal domanda bil-miktub. L-appellanti jżidu li l-Qorti Ġenerali ma tistax tikkjarifika fis-sentenza (u għaldaqstant a posteriori) ir-raġunament adottat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni.

Fl-aħħar, l-appellanti jsostnu li, billi ttrattat lil impriżi oħra b’mod iktar favorevoli, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Minn naħa, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddefinixxiet il-metodu intiż sabiex jiġu stabbiliti r-responsabbiltajiet, billi adottat b’mod partikolari, metodu bbażat fuq bażi doppja, li serva sabiex titwettaq diskriminazzjoni bejn il-kumpanniji skont is-saħħa tal-argumenti tagħhom fil-kuntest tal-appell, iżda madankollu, naqset milli tistabbilixxi standard. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali applikat il-metodu ta’ attribuzzjoni tar-responsabbiltà b’mod diskriminatorju, kemm billi naqset milli tapplika l-kriterju bbażat fuq bażi doppja lil Universal Corporation u Universal Leaf, kif ukoll billi naqset milli tapplika lil SCC u SCTC il-metodu li ġie applikat lil Universal Corporation u Universal Leaf.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Il-Qorti Ġenerali

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2011 — Rubinetterie Teorema vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/10 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza)

2011/C 72/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rubinetterie Teorema SpA (Flero, l-Italja) (rappreżentanti: R. Cavani, M. di Muro u P. Preda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, F. Castillo de la Torre u L. Malferrari, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 34185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju)

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/18


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Vivendi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-567/10)

2011/C 72/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vivendi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, J.-Y. Ollier u M. Struys, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex jogħġobha:

tiddikjara r-rikors preżenti bħala ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2010 li permezz tagħha ċaħdet l-ilment imressaq minn Vivendi fit-2 ta’ Marzu 2009 (irreġistrat bin-Numru 2009/4267) għall-ksur imwettaq mir-Repubblika Franċiża, tad-Direttiva 2002/77/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’riżultat ta’ dan, ksur tal-Artikolu 106(1) TFUE, bl-għoti ta’ vantaġġ leġiżlattiv fil-qasam tal-iffissar tal-livell tal-abbonament telefoniku;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, fejn il-Kummissjoni llimitat ruħha għal eżami sommarju tal-ilment li ġie mressaq quddiemha mir-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ drittijiet speċjali u esklużivi skont id-Direttiva 2002/77/KE (1) u l-Artikolu 106(3) TFUE.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma tistax ma tippenalizzax il-fatt li r-Repubblika Franċiża tat vantaġġ leġiżlattiv lill-France Télécom meta ffissat it-tariffa tal-abbonament telefoniku ta’ servizz universali fuq livell li jeskludi kwalunkwe servizz li jikkompeti ma’ dak ta’ France Télécom, b’referenza għall-fatt li l-ebda operatur privat ma għamel talba sabiex jitneħħa l-vantaġġ leġiżlattiv.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li tali talbiet kienu ġew magħmula.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jirrigwarda l-firxa tal-obbligi tar-regolatur nazzjonali li jirriżultaw mid-direttivi fil-qasam tal-kommunikazzjonijiet elettroniċi, l-aġir tal-Istat Membru ma jistax jiġi skużat minħabba l-inkompletezza jew l-impreċiżjoni tal-qafas leġiżlattiv.


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Volum 2, p. 178).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/19


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Vivendi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-568/10)

2011/C 72/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vivendi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, J.-Y. Ollier u M. Struys, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex jogħġobha:

tiddikjara r-rikors preżenti bħala ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2010 li permezz tagħha ċaħdet l-ilment imressaq minn Vivendi fit-2 ta’ Marzu 2009 (irreġistrat bin-Numru 2009/4267) għall-ksur imwettaq mir-Repubblika Franċiża, tad-Direttiva 2002/77/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, u b’riżultat ta’ dan, ksur tal-Artikolu 106(1) TFUE, bl-għoti ta’ vantaġġ leġiżlattiv li jirriżulta mir-rifjut tal-ARCEP li tuża l-poteri tagħha sabiex tobbliga lill-operatur eżistenti sabiex jagħti lill-operaturi li qed jitolbu aċċess għan-netwerk lokali, is-somom miġbura li jmorru lil hinn mill-ispejjeż effettivi tal-provvista suġġetti għall-orjentament lejn l-ispejjeż.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “dritt speċjali” fis-sens tad-Direttiva 2002/77/KE (1).

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Kummissjoni tad-dmirijiet tagħha ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 106(3) TFUE.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat li l-obbligu li xi tariffi jiġu orjentati lejn l-ispejjeż ma jaqax fuq xi direttiva tal-Unjoni Ewropea, iżda tkun responsabbiltà tar-regolatur nazzjonali.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li d-drittijiet tal-operaturi privati mhux se ssirilhom ħsara, u li dawn ikunu jistgħu imorru quddiem il-qrati kummerċjali nazzjonali sabiex jieħdu rimbors tas-somom żejda miġbura minn France Télécom, filwaqt li l-kumplessità ta’ tali kawża tagħmilha impossibbli li jseħħ it-twettiq sħiħ tad-dritt għar-rimbors quddiem tali qrati.


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Volum 2, p. 178).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/19


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Commune de Millau

(Kawża T-572/10)

2011/C 72/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, aġent u E. Bouttier, avukat)

Konvenut: Commune de Millau (Millau, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li l-Commune de Millau huwa responsabbli in solidum għall-impenji u għad-djun tas-Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) fir-rigward tal-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Commune de Millau iħallas lir-rikorrenti, in solidum ma’ SEMEA, somma ta’ EUR 41 012 bħala kapital, flimkien mal-interessi dovuti mill-10 ta’ Marzu 1992 jew, sussidjarjament, mis-27 ta’ April 1993;

tordna l-kapitalizzazzjoni tal-interessi;

tikkundanna lill-Commune de Millau, in solidum ma’ SEMEA, għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 5 000 abbażi tan-nuqqas ta’ ħlas abbużiv min-naħa ta’ SEMEA;

tikkundanna lill-Commune de Millau, in solidum ma’ SEMEA, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża;

tordna li din il-kawża tiġi magħquda mal-Kawża T-168/10, Il-Kummissjoni vs SEMEA.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-168/10, Il-Kummissjoni vs SEMEA (1), u barra minn hekk il-Kummissjoni tosserva li l-Commune de Millau huwa responsabbli in solidum għar-rimbors tad-dejn ta’ SEMEA, sa fejn il-Commune de Millau akkwista l-attiv u l-passiv ta’ SEMEA, inkluż il-kuntratt konkluż bejn SEMEA u l-Kummissjoni li jifforma l-bażi tal-kawża.


(1)  ĠU 2010, C 161, p. 48.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Just Music Fernsehbetrieb vs UASI — France Télécom (Jukebox)

(Kawża T-589/10)

2011/C 72/34

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Just Music Fernsehbetrieb GmbH (Landshut, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kaus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: France Télécom SA (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 1408/2009-1;

tordna lill-konvenut jiċħad id-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni tat-30 ta’ Settembru 2010 fil-Każ B 1304494 u jilqa’ r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni Nru 6163778 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; u

Sussidjarjament, tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar ir-rikors għal revoka ppreżentat mir-rikorrenti fil-21 ta’ Diċembru 2010 fl-UASI kontra t-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 3693108.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Jukebox”, għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6163778

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3693108 tat-trade mark figurattiva “JUKE BOX”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tikser: (i) l-Artikoli 15 u 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark iċċitata fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3693108 “JUKE BOX”, (ii) l-Artikoli 8(1)(b), 9 u 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta evalwa x-xebh tat-trade mark ikkontestata, u (iii) l-Artikolu 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jeżerċita s-setgħat investigattivi tiegħu u naqas milli jeżerċita l-kompetenza kollha tiegħu.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża T-590/10)

2011/C 72/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP (Londra, ir-Renju Unit), (rappreżentanti: M.H. Stephens u R.C. Lands, solicitors)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti;

tordna lill-Bank Ċentrali Ewropew jagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dawn id-dokumenti, skont id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (1), u

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed jitolbu, bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li permezz tagħha l-Bank Ċentrali Ewropew ċaħad it-talba tagħhom għal aċċess għad-dokumenti li ġejjin bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3):

(i)

nota intitolata The impact on government deficit and debt from off-market swaps. The Greek case (SEC/GovC/X/10/88a);

(ii)

nota oħra, intitolata The Titlos transaction and possible existence of similar transactions impacting on the euro area government debt or deficit levels (SEC/GovC/X/10/88b).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

L-ewwel nett, huma jsostnu illi l-Bank Ċentrali Ewropew interpreta ħażin u/jew applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(1)(a) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004 (ECB/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, inkwantu:

(i)

il-Bank Ċentrali Ewropew ma interpretax l-Artikolu 4(1)(a) bħala li jirrikjedi li jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi ta’ interess pubbliku favur l-iżvelar;

(ii)

il-Bank Ċentrali Ewropew ma tax biżżejjed attenzjoni jew ma tax l-attenzjoni adegwata għall-fatturi ta’ interess pubbliku favur l-iżvelar tad-dokumenti mitluba;

(iii)

il-Bank Ċentrali Ewropew ta importanza żejda u/jew identifika b’mod żbaljat l-interess pubbliku meta mqabbel mal-iżvelar tad-dokumenti mitluba.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Bank Ċentrali Ewropew interpreta ħażin u/jew applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004 (ECB/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, inkwantu:

(i)

il-Bank Ċentrali Ewropew messu interpreta l-kunċett ta’ interess pubbliku “superjuri” bħala interess pubbliku suffiċjenti sabiex jirbaħ fuq kwalunkwe interess pubbliku sabiex tinżamm l-eċċezzjoni;

(ii)

il-Bank Ċentrali Ewropew messu kkonkluda li kien hemm interess pubbliku superjuri, f’dan is-sens, favur l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Bank Ċentrali Ewropew interpreta ħażin u/jew applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(3) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004 (ECB/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, inkwantu:

(i)

il-Bank Ċentrali Ewropew messu interpreta l-kunċett ta’ interess pubbliku “superjuri” bħala interess pubbliku suffiċjenti sabiex jirbaħ fuq kwalunkwe interess pubbliku sabiex tinżamm l-eċċezzjoni;

(ii)

il-Bank Ċentrali Ewropew messu kkonkluda li kien hemm interess pubbliku superjuri, f’dan is-sens, favur l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba;

(iii)

il-Bank Ċentrali Ewropew ta importanza żejda u/jew identifika b’mod żbaljat l-interess pubbliku meta mqabbel mal-iżvelar tad-dokumenti mitluba.


(1)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/21


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Zenato vs UASI — Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona (RIPASSA)

(Kawża T-595/10)

2011/C 72/36

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alberto Zenato (Verona, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara bħala ammissibbli ir-rikors preżenti flimkien mal-annessi tiegħu

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkumpensa l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell

konsegwentement, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “RIPASSA” (Applikazzjoni Nru 106 955), għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Taljana “VINO DI RIPASSO” (Nru 528 778), għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u rinviju tal-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/22


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2010 — Eurocool Logistik vs UASI — Lenger (EUROCOOL)

(Kawża T-599/10)

2011/C 72/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eurocool Logistik GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Secklehner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peter Lenger (Weinheim, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 451/2010-1, li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Jannar 2010 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 75 570; tiċħad l-oppożizzjoni u tirrinvija t-trade mark quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni sabiex jipproċedi bil-proċedura ta’ reġistrazzjoni kif ukoll tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha marbuta mal-proċedimenti, b’mod partikolari, l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EUROCOOL” għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Peter Lenger.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “EUROCOOL LOGISTICS”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39, kif ukoll l-isem kummerċjali “EUROCOOL LOGISTICS” użat għal servizzi partikolari fil-kummerċ nazzjonali.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 63(2) u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li, fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li twieġeb għal argumenti insostenn tal-oppożizzjoni li saru mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78. p. 1)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-4/11)

2011/C 72/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Export Development Bank of Iran (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 961/2010, sa fejn jikkonċerna lilu;

tiddikjara d-Deċiżjoni 2010/413/PESK bħala inapplikabbli għar-rikorrent;

tannulla l-Artikoli 16(2)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 961/2010, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill li tinkludi lir-rikorrent fil-lista li tidher fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 961/2010;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi legali tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (1) u/jew tal-Artikoli 16(2)(a) u (b) tiegħu

Fir-rigward tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li l-Artikolu 215 TFUE ma jistax iservi bħala bażi legali għar-Regolament Nru 961/2010 peress li d-Deċizjoni 2010/413/PESK ma tipprevedix dan;

Fir-rigward tat-tieni parti, ir-rikorrent isostni li l-Artikolu 215 TFUE ma jistax iservi bħala bażi legali għar-Regolament Nru 961/2010 peress li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK ma ġietx adottata b’mod konformi mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE. Din id-deċiżjoni għandha għaldaqstant tiġi eskluża bħala inapplikabbli għal dan il-każ.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt internazzjonali permezz tal-Artikolu 16(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 961/2010, peress li dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux l-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà u jiksru l-prinċipju stabbilit mid-dritt internazzjonali.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 215 TFUE, fejn il-proċedura tat-tniżżil fil-lista tal-Anness VIII tmur kontra dik preskritta permezz tal-Artikolu 215 TFUE.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, tad-dritt ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dritt tal-protezzjoni ġuridika effettiva, sa fejn il-Kunsill ma rrispettax id-dritt għal smigħ tar-rikorrent, ma tax motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjonijiet tiegħu u ma taħx aċċess għall-proċess.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità

Ir-rikorrent qabelxejn isostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma inadegwati, sa fejn l-iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi oħra amministrati mir-rikorrent iwasslu għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi li hu ma għandux aċċess liberu għalihom u li huma proprjetà ta’ klijenti tiegħu.

Ir-rikorrent isostni wkoll li l-multa imposta fuqu hija sproporzjonata fir-rigward tal-fatti li ġew attribwiti lilu u li hi bbażata fuq fatti antiki u mhux fondati.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għar-rispett tal-proprjetà, fejn ir-restrizzjoni tad-dritt tiegħu għall-proprjetà kienet sproporzjonata, sa fejn id-drittijiet tiegħu għad-difiża ma ġewx osservati matul il-proċeduri.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, sa fejn ir-rikorrent ġie mmultat mingħajr ma ġie stabbilit li hu pparteċipa deliberatament u volontarjament f’attivitajiet bl-iskop jew bl-effett li jevitaw xi miżuri restrittivi.


(1)  ĠU L 281, p. 1.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/23


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-5/11)

2011/C 72/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Export Development Bank of Iran (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill indirizzata lir-rikorrent tat-28 ta’ Ottubru 2010;

tiddikjara li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija inapplikabbli għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-4/11, Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/24


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2011 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ottubru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/09, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-6/11 P)

2011/C 72/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, il-Belġju), Niina Lehtinen (Brussell) u Myriam Menchen (Brussell)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-28 ta’ Ottubru 2010 fil-Kawża F-9/09, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni;

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jeżamina l-aggravji mqajma mill-appellanti;

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku laqa’ motiv li ma tqajjimx fil-kawża inkwistjoni, lanqas ex officio, iżda li tqajjem fil-kuntest ta’ kawża oħra.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat sussidjarjament fuq ksur tal-Artikoli 1, 5 u 7 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda b’mod żbaljat li l-EPSO ma kellux kompetenza li ma jinkludix lill-persuni kkonċernati fil-lista ta’ kandidati mistiedna jissottomettu kandidatura kompleta wara l-fażi ta’ preselezzjoni.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/24


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Bank Kargoshaei et vs Il-Kunsill

(Kawża T-8/11)

2011/C 72/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Kargoshaei, Bank Melli Iran Investment Company, Bank Melli Iran Printing and Publishing Company, Cement Investment & Development Co., Mazandaran Cement Company, Melli Agrochemical Company, Shomal Cement Co., (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: L. Defalque u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 5 li jinsab fit-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), kif ukoll l-paragrafu 5 li jinsab fit-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (2), u tannulla d-deċiżjoni li hemm fl-ittra tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010;

tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 (3) u l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 huma illegali u li ma humiex applikabbli fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jressqu motivi li huma identiċi għal dawk imressqa mir-rikorrenti fil-Kawża T-7/11, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill.


(1)  ĠU L 281, p. 81.

(2)  ĠU L 281, p. 1.

(3)  2010/413/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, JO L 195, p. 39.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2011 — Air Canada vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-9/11)

2011/C 72/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Air Canada (Saint Laurent, Canada) (rappreżentanti: J. Pheasant u T. Capel, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni, inklużi l-Artikoli 2 u 3, jew, sussidjarjament, tannulla partijiet mid-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 TFUE;

tannulla l-multa jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa, inkluż tnaqqis tal-multa għal żero, skont l-Artikolu 263 TFUE;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 266 TFUE; u

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż sostnuti minn Air Canada għar-rikors tagħha u għall-istadji kollha sussegwenti ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq sitt motivi:

(1)

Bl-ewwel motiv, hija tallega ksur tad-drittijiet tad-difiza tagħha peress li l-Kummissjoni bidlet sostanzjalment il-każ tagħha bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni, u għaldaqstant ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq evalwazzjoni fattwali u legali ġdida, li fuqha r-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li tinstema’.

(2)

Bit-tieni motiv, hija tallega li:

id-deċiżjoni hija bbażata fuq provi inammissibbli peress li l-provi materjali li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni tagħha kontra r-rikorrenti, huma inammissibbli;

billi żammet ċerti provi kontra r-rikorrenti filwaqt li kkunsidrat l-istess provi jew provi li huma essenzjalment simili bħala insuffiċjenti sabiex jiġi ppruvat ksur kontra ċerti destinatarji oħrajn tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, u billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni korrezzjonijiet u kjarifiki fattwali min-naħa tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju tad-dritt tal-UE ta’ trattament ugwali, u naqset milli tapplika r-rekwiżiti ta’ prova korretti skont id-dritt tal-UE.

(3)

Bit-tielet motiv, hija tallega li ma pparteċipat fl-ebda ksur peress li:

fl-Artikoli 2 u 3 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni ma hemm l-ebda konstatazzjoni li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur uniku u kontinwu msemmi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet;

il-Kummissjoni ma ssodisfatx ir-rekwiżiti legali rilevanti skont l-Artikolu 10(1) TFUE u l-ġurisprudenza applikabbli sabiex tattribwixxi r-responsabbiltà għal ksur uniku u kontinwu lir-rikorrenti;

fuq il-bażi tal-provi li, fid-dawl tat-tieni motiv, il-Kummissjoni hija legalment obbligata li żżomm sabiex twettaq evalwazzzjoni mill-ġdid tal-oġġezzjonijiet kontra r-rikorrenti, id-deċiżjoni ma turix ksur min-naħa tar-rikorrenti.

(4)

Bir-raba’ motiv, hija tallega nuqqas ta’ definizzjoni jew, sussidjarjament, ta’ definizzjoni korretta tas-suq rilevanti, bi ksur tal-obbligu legali applikabbli, li huwa stabbilit mill-ġurispurdenza tal-UE u b’mod partikolari, bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità.

(5)

Bil-ħames motiv, hija tallega li l-multa għandha tiġi annullata kollha kemm hi jew, sussidjarjament, għandha tiġi mnaqqsa sostanzjalment (inkluż sa żero) abbażi tal-motivi l-oħrajn u abbażi tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tapplika l-prinċipu tad-dritt tal-UE ta’ trattament ugwali meta evalwat il-livell tal-multa.

(6)

Bis-sitt motiv, hija tallega motivazzjoni insuffiċjenti, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2011 — Sina Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-15/11)

2011/C 72/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sina Bank (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punt 8 tat-taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010 (1) sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti;

tannulla l-ittra dwar deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010;

tiddikjara bħala inapplikabbli l-punt 8 tat-taqsima B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti;

tiddikjara l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 bħala inapplikabbli għar-rikorrenti;

tiddikjara l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK bħala inapplikabbli għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha:

(1)

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, hija tallega li l-kriterji sostanzjali tal-indikazzjoni skont ir-regolament u d-deċiżjoni kkontestati tal-2010 ma humiex sodisfatti fir-rigward tar-rikorrenti u/jew li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċieda jekk il-kriterji kinux sodisfatti jew le. Konsegwentement, l-indikazzjoni tar-rikorrenti ma hijiex ġustifikata.

(2)

Permezz tat-tieni motiv tagħha, hija tallega li l-indikazzjoni tagħha tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali;

ir-rikorrenti ġarrbet nuqqas ta’ trattament ugwali fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ banek Iranjani oħra;

ir-rikorrenti ġarrbet nuqqas ta’ trattament ugwali fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ banek Iranjani oħra inklużi fil-lista, kif ukoll fir-regolament u fid-deċiżjoni tal-2010;

ir-rikorrenti ġarrbet nuqqas ta’ trattament ugwali fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ “Daftar” u tal-Fondazzjoni Mostaz’afan.

(3)

Permezz tat-tielet motiv tagħha, hija tallega li ma ġewx irrispettati d-drittijiet tad-difiża u li ma ġiex sodisfatt ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni tas-sanzjonijiet peress illi:

ir-rikorrenti ma rċeviet l-ebda informazzjoni mill-Kunsill sabiex issostni l-pożizzjoni tiegħu, ħlief motivazzjoni lakonika ta’ żewġ linji, ġenerali u mhux eżatta;

għalkemm ir-rikorrenti għamlet lill-Kunsill talbiet għall-informazzjoni preċiża fir-rigward tal-indikazzjoni tagħha, dan tal-aħħar la wieġeb lir-rikorrenti u lanqas għall-ittri tal-avukati tiegħu;

dik is-sitwazzjoni tirrendi impossibbli li jiġi ddeterminat jekk il-miżura hijiex fondata jew ivvizzjata bi żball;

kull prova prodotta kontra r-rikorrenti kellha tiġi kkomunikata lilu, sa fejn dan huwa possibbli, jew simultanjament mal-adozzjoni ta’ deċiżjoni inizjali tal-iffriżar tal-fondi tagħha jew inkella kemm jista’ jkun malajr wara li dan ikun sar.

(4)

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, hija tallega li l-miżuri restrittivi jiksru d-dritt ta’ proprjetà tagħha u ma humiex propozjonati, u dan bi ksur tal-prinċipju Komunitarju ta’ propozjonalità ta’ deċiżjoni peress illi:

ma teżisti l-ebda rabta bejn l-għan segwit mill-Kunsill u l-miżura restrittiva imposta fuq ir-rikorrenti;

il-Kunsill ma identifika l-ebda tranżazzjoni li kienet involuta fiha r-rikorrenti;

jeżistu miżuri possibbli oħra, iktar proporzjonati, kontra r-riskju marbut mal-allegati “attivitajiet nukleari” Iranjani u l-finanzjament ta’ dawn tal-aħħar.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, 27.10.2010, p. 1)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39)


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2011 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-16/11)

2011/C 72/44

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Ree u M. Noort, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni jikkonċerna l-Pajjiżi l-Baxxi u r-rettifika finanjarja li tammonta (b’kollox) għal EUR 28 947 149,31, li tiġi applikata għall-ispejjeż idikjarati fis-snin 2003-2008 fil-kuntest tas-sistema ta’ kwoti għall-produzzjoni tal-lamtu tal-patata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/668/KE, il-Kummissjoni għamlet rettifika fil-forma ta’ somma waħda ta’ 10 % tal-ammonti ddikjarati mill-awtoritajiet Olandiżi li tħallsu matul is-snin 2003-2008 fil-kuntest tas-sistemi ta’ għajnuna Ewropea għal-lamtu tal-patata. Skont il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Olandiżi kienu jħallsu għajnuna lill-produtturi tal-lamtu u lill-bdiewa li jkabbru l-patata qabel mal-ammont totali tal-prezz minimu tal-patata pprovduta jkun tħallas lill-bdiewa li jkabbru l-patata.

Il-Gvern Olandiż isostni li l-prezz minimu tħallas fl-intier tiegħu qabel l-għoti tal-għajnuna lill-produttur tal-lamtu u lill-bdiewa li jkabbru l-patata. Il-prezz minimu tħallas minn naħa permezz ta’ kumpens ta’ parti tal-prezz minimu bi kreditu (tad-dritt privat) eżiġibbli tal-produttur fil-konfront tal-bdiewa u, min-naħa l-oħra, permezz ta’ ħlas tal-bilanċ tal-prezz minimu fuq kont kurrenti indikat mill-bdiewa.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq ħames motivi:

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/99 (1) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (2), moqrija flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1868/94 (3), l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 97/95 (4), l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2236/2003 (5), l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2237/2003 (6) u l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1973/2004 (7), bl-esklużjoni mill-finanzjament ta’ ċerti spejjeż filwaqt li kienet soddisfatta l-kundizzjoni għar-rikonoxximent tal-premium u tal-għajnuna diretta, peress li l-prezz minimu kien tħallas permezz ta’ kumpens u ħlas.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/99 u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005, flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1868/94, l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 97/95, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2236/2003, l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2237/2003 u l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1973/2004, bl-esklużjoni mill-finanzjament ta’ ċerti spejjeż, filwaqt li l-bdiewa setgħu jużaw liberament il-prezz minimu qabel l-għoti tal-premju u tal-għajnuna diretta.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1258/99, tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1663/95 (8), tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005, tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006 (9), kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża, bl-esklużjoni tal-finanzjament ta’ xi spejjeż filwaqt li l-proċedura kontradittorja skont dawn id-dispożizzjonijiet ma ġietx segwita għall-konstatazzjonijiet li hija bbażata fuqhom din il-miżura.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/99 u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005, moqrija flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 97/95, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2236/2003, l-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 2237/2003 u tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1973/2004, bl-esklużjoni mill-finanzjament ta’ ċerti spejjeż filwaqt li l-ħlas tal-prezz minimu seta’ jiġi kkontrollat mill-korp li jħallas abbażi tad-dħul.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/99, tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba l-applikazzjoni ta’ rettifika fil-forma ta’ somma waħda ta’ 10 %, filwaqt li n-nuqqas huwa limitat għall-adozzjoni ta’ punt ta’ tluq mhux korrett għall-finijiet tal-applikazzjoni u tal-kontroll tal-osservanza tal-kundizzjoni dwar il-ħlas tal-prezz minimu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) tas-27 ta’ Lulju 1994, li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 331).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti f'’ak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 331).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) tat-23 ta’ Diċembru 2003, li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti fir-rigward tal-produzzjoni tal-lamtu mill-patata (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 515).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljayi għall-applikazzjoni ta’ ċertu skemi ta’ appoġġ previsti fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġg għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 522).

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU L 330M, p. 58).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) tas-7 ta’ Lulju 1995, li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 31).

(9)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) tal- 21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 332M p. 162).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/28


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2011 — Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/11)

2011/C 72/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Liebach u A. Rosenfeld, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010, C(2010) 9525 finali, għajnuna mill-Istat, MC 8/2009 u C 43/2009 — il-Ġermanja — WestLB, sa fejn din tirrifjuta li testendi lil hinn mill-15 ta’ Frar 2011, hekk kif kienet talbitha l-Ġermanja fit-28 ta’ Ottubru 2010, it-terminu previst għall-bejgħ tal-kumpannija Westdeutsche Immobilienbank AG u l-abbandun tal-attivitajiet kummerċjali l-ġodda tagħha;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Diċembru 2010, C(2010) 9525 finali, għajnuna mill-Istat, MC 8/2009 u C-43/2009 — il-Ġermanja — WestLB, billi l-Kummissjoni ddeċidiet b’mod impliċitu li l-Ġermanja kienet sempliċement ippreżentat talba waħda għal estensjoni sal-15 ta’ Frar 2011 tat-terminu previst għall-bejgħ tal-kumpanija Westdeutsche Immobilienbank AG u l-abbandun tal-attivitajiet kummerċjali l-ġodda tagħha u li konsegwentement l-ebda deċiżjoni ma għandha għalhekk tittieħed dwar estensjoni wara dik id-data;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors tagħha:

(1)   L-ewwel motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet għalfejn hija għaqqdet f’talba waħda ż-żewġ talbiet għal estensjoni li l-Ġermanja indirizzatilha.

Dejjem skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġunijiet għaliex f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet previsti għall-estensjoni tat-termini fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2900) 3900 finali kkoreġuta, tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja biħsiebha tagħti għar-ristrutturazzjoni ta’ WestLB AG (C-43/2008 [N 390/2008]) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2009”) ma humiex sodisfatti.

(2)   It-tieni motiv: żbalji ta’ evalwazzjoni u abbuż ta’ poter

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tibbaża d-deċiżjoni diskrezzjonali tagħha ta’ estensjoni ta’ terminu fuq konstatazzjoni żbaljata tal-fatti billi kkunsidrat b’mod żbaljat li l-estensjoni tat-terminu ġiet biss mitluba sal-15 ta’ Frar 2011 u kkonstat b’mod impliċitu li ma kienx għadu neċessarju li tiddeċiedi fuq talba oħra għal estensjoni itwal.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ma kinitx għamlet użu mill-possibbiltà ta’ estensjoni tat-terminu previst espressament fl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2009, meta l-kundizzjonijiet kienu ġew sodisfatti. Minflok, il-Kummissjoni invokat dritt ta’ estensjoni mhux miktub sui generis li ma huwa bbażat fuq l-ebda bażi legali u li l-kundizzjonijiet dettaljati tiegħu huma estremament vagi.

(3)   It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-abbandun tal-attivitajiet kummerċjali l-ġodda ta’ Westdeutsche Immobilienbank AG mill-15 ta’ Frar 2011 hija sproporzjonata meta mqabbla mal-inkonvenjenzi kkawżati minn dan.

(4)   Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Ir-rikorrenti ssostni li, f’każijiet oħra relatati mal-kriżi finanzjarja, fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji kienu rċevew għajnuna manifestament ogħla, il-Kummissjoni tat termini ferm itwal għall-bejgħ ta’ azzjonijiet u ta’ kumpanniji ta’ finanzjament ta’ proprjetà immobbli.

(5)   Il-ħames motiv: ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda dritt li tinterpreta t-talbiet ta’ Stat Membru b’mod kontradittorju għall-ifformular espress tagħhom, l-għan tagħhom u l-iskop tagħhom jew li tieħu deċiżjoni skont tali interpretazzjoni.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2011 — Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, beige, kannella, aħmar skur u griż)

(Kawża T-26/11)

2011/C 72/46

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ Novembru 2010, fil-Każ R 1317/2010-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, beige, kannella, aħmar skur u griż għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), billi t-trade marks Komunitarji kunfliġġenti għandhom karattru distintiv, u minħabba ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma kienx analizza l-allegazzjonijiet estensivi ta’ fatt u ta’ dritt magħmula mir-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Rheinischer Sparkassen — und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/11)

2011/C 72/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rheinischer Sparkassen- und Giroverband (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Rosenfeld u I. Liebach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010, C(2010) 9525 finali, Għajnuna mill-istat, MC 8/2009 u C-43/2009 — il-Ġermanja — WestLB, sa fejn tiċħad l-applikazzjoni tal-Ġermanja tat-28 ta’ Ottubru 2010 intiża li testendi oltre l-15 ta’ Frar 2011 it-terminu previst għall-bejgħ u t-terminazzjoni tal-operazzjonijiet il-ġodda ta’ Westdeutsche Immobilienbank AG;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010, C(2010) 9525 finali, Għajnuna mill-istat, MC 8/2009 u C-43/2009 — il-Ġermanja — West LB, sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod impliċitu li l-Ġermanja kienet ippreżentat applikazzjoni waħda biss intiża li testendi sal-15 ta’ Frar 2011 it-terminu previst għall-bejgħ u t-terminazzjoni tal-operazzjonijiet il-ġodda ta’ Westdeutsche Immobilienbank AG u, għalhekk, ma setgħetx tittieħed deċiżjoni fuq estensjoni oħra lil hinn minn din id-data;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors tagħha:

(1)   L-ewwel motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFEU

Ir-rikorrenti tqis li f’dan ir-rigward il-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn ġabret iż-żewġ applikazzjonijiet ippreżentati mill-Ġermanja għall-estensjoni tat-terminu f’applikazzjoni waħda.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tat-terminu skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2009) 3900 finali, korretta fit-12 ta’ Mejju 2009 dwar għajnuna mill-Istat, li l-Ġermanja beħsiebha talloka favur ir-ristrutturazzjoni ta’ WestLB AG (C-43/2008 [ 390/2008] (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2009”) ma humiex sodisfatti.

(2)   It-tieni motiv: żbalji ta’ evalwazzjoni u abbuż tal-poteri

Ir-rikorrenti ssostni li, fir-rigward tal-għoti tal-estensjoni tat-terminu, il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni diskrezzjonali tagħha fuq konstatazzjoni fattwali żbaljata. Fil-fehma tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tippresupponi b’mod żbaljat li l-estensjoni tat-terminu ntalbet sal-15 ta’ Frar 2011 biss, jew impliċitament tikkonstata li ma huwiex iktar neċsssarju li tingħata deċiżjoni dwar applikazzjoni oħra għal terminu itwal.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni ma għamlitx użu tal-possibbiltà li testendi t-terminu espliċitament stabbilita fl-Aritkolu 2(2) tad-Deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2009, minkejja li l-kundizzjonijiet kienu sodisfatti. Minflok ma għamlet dan, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq dritt mhux miktub għall-estensjoni sui generis, li ma għandux bażi legali u li l-kundizzjonijiet tiegħu huma tassew vagi.

(3)   It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni fost l-oħrajn li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-terminazzjoni tal-operazzjonijiet il-ġodda ta’ Westdeutsche Immobilienbank AG b’effett mill-15 ta’ Frar 2011 hija spoporzjonata meta mqabbla mal-iżvantaġġi li jirriżultaw minnha.

(4)   Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

F’dan il-kuntest ir-rikorrenti ssostni li, f’każijiet oħra marbuta mal-kriżi finanzjarja, li fihom istituzzjonijiet finanzjarji ngħataw għajnuna ikbar, il-Kummissjoni allokat termini itwal għal bejgħ ta’ holding u għall-kumpanniji li jiffinanzjaw proprjetà.

(5)   Il-ħames motiv: ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma għandhiex id-dritt tinterpreta u tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet ta’ Stat Membru b’mod li jmur kontra l-formulazzjoni espressa, l-objettiv u l-għan tagħhom.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/30


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2011 — Koninklijke Luchtvaart Maatschappij vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-28/11)

2011/C 72/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij (Amstelveen, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali tad-9 ta’ Novembru 2010, u, sussidjarjament,

tnaqqas il-multa imposta.

Motivi u argumenti prinċipali

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “TFUE”) (li qabel kien l-Artikolu 230 KE) għall-istħarriġ u l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 81 KE), l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ COMP/39.258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), indirizzata lil KLM N.V.; u, sussidjarjamanet, għat-tnaqqis tal-multa imposta skont l-Artikolu 261 TFUE (li qabel kien l-Artikolu 229 KE).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas, fid-deċiżjoni kkontestata, ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqajjem l-argumenti li ġejjin:

inkoerenza fundamentali bejn id-dispożittiv tad-deċiżjoni u l-motivazzjoni;

l-inkoerenzi bejn id-dispożittiv tad-deċiżjoni u l-motivazzjoni li jipprekludu l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali;

l-inkoerenzi u l-ambigwità fil-motivazzjoni fir-rigward (i) tal-portata tal-ksur u d-destinatarji tad-deċiżjoni, (ii) tan-nuqqas ta’ kommissjoni fuq it-taxxi addizzjonali (iii) tal-introduzzjoni ta’ taxxi addizzjonali fuq il-karburant jipprekludu l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali;

l-inkoerenzi u l-ambigwità fil-motivazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-linji gwida tal-2006 dwar il-multi u l-impożizzjoni ta’ multi jipprekludu l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-adozzjoni tad-deċiżjoni bi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq fis-sens tal-Artikoli 41, 47, 48, 49, u 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqajjem l-argumenti li ġejjin:

il-Kummissjoni naqset milli tirrispetta d-dritt għal smigħ xieraq, id-dritt għal proċess imparzjali u l-preżunzjoni tal-innoċenza taħt l-Artikoli 41(2)(a), 47 u 48 tal-Karta, billi naqset milli tisma’ lid-destinatarji fuq il-bidliet varji li seħħew fil-portata tal-kawża u n-numru ta’ destinatarji;

ksur tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tal-multi taħt l-Artikolu 49 tal-Karta, billi inkludiet il-qligħ totali ta’ KLM Cargo fil-valur tal-bejgħ skont il-linji gwida tal-2006 dwar il-multi, u ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema’ f’dan ir-rigward;

ksur tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ proporzjonalità tal-multi taħt l-Artikolu 49 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ non bis in idem fl-Artikolu 50 tal-Karta, billi l-Kummissjoni inkludiet il-bejgħ li sar barra miż-ŻEE fil-valur tal-bejgħ skont il-linji gwida tal-2006 dwar il-multi u billi użat kriterju mhux distint sabiex tillimita dan il-valur tal-bejgħ, u ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema’ f’dan ir-rigward.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iffissar tal-multa bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1) u tal-linji gwida tal-2006 dwar il-multi, peress li:

il-linji gwida tal-2006 dwar il-multi ma jippermettux li l-valur ta’ bejgħ li ma huwiex direttament jew indirettament marbut mal-ksur jiġi inkluż fil-valur tal-bejgħ;

il-linji gwida tal-2006 dwar il-multi ma jippermettux li l-multa tiġi ffissata abbażi ta’ bejgħ li seħħ barra miż-ŻEE.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-determinazzjoni tal-multi skont il-linji gwida tal-2006 dwar il-multi huwa manifestament żbaljat u jikser il-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqajjem l-argumenti li ġejjin:

il-konstatazzjoni li tipprovdi li l-bejgħ marbut direttament jew indirettament mal-ksur huwa l-bejgħ totali ta’ KLM Cargo hija manifestament żbaljata u tikser il-prinċipji tal-aspettativi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali;

il-konstatazzjoni li tipprovdi li l-bejgħ marbut direttament jew indirettament mal-ksur għandu jinkludi l-bejgħ ta’ KLM Cargo li jseħħ barra miż-ŻEE hija manifestament żbaljata u tikser il-prinċipji tal-aspettativi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali;

id-determinazzjoni tal-gravità tal-ksur mingħajr riferiment għan-natura tat-taxxi addizzjonali kif ukoll id-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ u tal-gravità tal-ksur b’riferiment għall-portata globali tal-ksur huma manifestament żbaljati u jiksru l-prinċipji tal-aspettativi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali;

id-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali tal-multa (“miżata għad-dħul”) indipendentement mid-dewmien tal-ksur hija manifestament żbaljata u tikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali;

it-tnaqqis tal-multa ta’ 15 % minħabba l-intervent tal-Gvern huwa manifestament żbaljat u jikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2011 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri roża, vjola, beige u griż skur)

(Kawża T-31/11)

2011/C 72/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-15 ta’ Novembru 2010 fil-Każ R 1284/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri roża, vjola, beige u griż skur, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark Komunitarja inkwistjoni hija distintiva, kif ukoll ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni d-diversi argumenti ta’ fatt u ta’ dritt ippreżentati mir-rikorrenti


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, 78, p. 1).


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/32


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/11)

2011/C 72/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cathay Pacific Airways Ltd (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, R. Kreisberger, barrister, B. Bär-Bouyssière, lawyer, u M. Rees, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-Artikolu 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn timponi multa ta’ EUR 57 120 000 fuq Cathay Pacific jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont ta’ din il-multa;

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti qed tfittex li tikseb l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, fil-Każ COMP/39.258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rikorrenti kienet responsabbli għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi kkoordinat diversi prezzijiet li għandhom jinżammu għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru fir-rigward ta’ (i) it-taxxi addizzjonali fuq il-karburant, (ii) it-taxxi addizzjoni fuq is-sigurtà (iii) ir-rifjut ta’ ħlas ta’ kommissjonijiet fuq it-taxxi addizzjonali, fuq rotot (i) bejn ajruporti li jinsabu fiż-ŻEE u ajruporti li jinsabu barra ż-ŻEE u (ii) bejn ajruporti li jinsabu f’pajjiżi li huma partijiet kontraenti tal-Ftehim ŻEE mingħajr ma huma Stati Membri u l-ajruporti li jinsabu f’pajjiżi terżi. Sussidjarjament, ir-rikorrenti qed tfittek li tikseb l-annullament jew tnaqqis sostanzjali tal-multa imposta fuqha.

Ir-rikorrenti tressaq tmien motivi insostenn tar-rikors tagħha:

(1)

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li hija kkontribwiet għal ksur globali uniku u kontinwu. Il-parti l-kbira tal-avvenimenti rraportati fid-deċiżjoni kontra r-rikorrenti:

ma jikkostitwux ksur, sa fejn jirrigwardaw l-iskambju ta’ informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku, jew

huma parti minn proċess ta’ approvazzjoni leġiżlattiva kollettiva obbligatorja, jew

seħħew barra l-perijodu ta’ ksur jew ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma stabbilixxitx li l-attivitajiet tal-Kummissjoni rraportati fid-deċiżjoni juru li r-rikorrenti segwit pjan komuni sabiex jintlaħaq għan uniku.

(2)

Fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrent ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li r-rikorrenti ma kinitx marbuta sabiex tieħu sehem fil-proċess ta’ applikazzjoni kollettiva fid-dawl li tinkiseb approvazzjoni tat-taxxi addizzjonali mid-dipartiment tal-avvjazzjoni ċivili (DAĊ) tar-Reġjun ta’ Hong Kong fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPC). Kif id-DAĊ ta’ Hong Kong jafferma b’mod ċar f’ittra, tat-3 ta’ Settembru 2009, indirrizzata lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, it-trasportaturi kienu marbuta li jiftehmu fuq id-dettalji tal-applikazzjonijiet kollettivi, inkluż l-ammont ta’ taxxa addizzjonali li għalih intalbet l-approvvazzjoni u li jiġbru t-taxxi addizzjonali stabbiliti mid-DAĊ.

(3)

Fil-kuntest tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-argument tal-obbligu impost mill-Istat ma japplikax fuq l-aġir tar-rikorrenti f’Hong Kong (l-istess fl-Indja, fis-Sri Lanka, fil-Ġappun, fil-Filippini u f’Singapor) u barra minn hekk tqis li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, li jipprovdu li l-aġir tar-rikorrenti jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, huma manifestament ivvizzjati minn diffetti.

(4)

Fil-kuntest tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ liġi billi kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur, sa fejn din il-konstatazzjoni tikkostitwixxi interferenza diretta fl-affarijiet interni ta’ Hong Kong, u b’hekk:

kisret il-prinċipju ta’ korteżija u ta’ nuqqas ta’ interferenza fid-dritt pubbliku internazzjonali u

ħolqot kunflitt ta’ liġi dirett li jippreġudika l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(5)

Fil-kuntest tal-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi fit-trattament tas-sistema leġiżlattiva ta’ Hong Kong meta mqabbel mas-sistema leġiżlattiva relevanti ekwilevanti ta’ Dubai. Il-Kummissjoni kellha teskludi lil Cathay Pacific u Hong Kong bl-istess mod li eskludiet lid-Dubai mill-kamp tal-ksur.

(6)

Fil-kuntest tas-sitt motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-attivitajiet tagħha f’Hong Kong u fil-pajjiżi terzi l-oħra setgħu kellhom bħala għan li jostakolaw, li jirrestrinġu jew li joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni jew fiż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma sostnitx li l-ksur kien ipproduċa effetti antikompetittivi.

(7)

Fil-kuntest tas-seba’ motiv tagħha, li jirrigwarda t-titjiriet minn Hong Kong u minn pajjiż terzi lejn iż-ŻEE, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u sabiex timponi multi, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe effett fuq il-kompetizzjoni fi ħdan tal-Unjoni jew fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(8)

Fil-kuntest tat-tmien motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, anki fil-każ fejn il-ksur li hija allegatament wettqet ma jiġix annullat, il-multa xorta waħda għandha tiġi annullata jew imnaqqsa. Il-valur tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni huwa eċċessiv wisq u l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-livell ta’ involviment tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fis-sens tal-Artikolu 261 TFUE sabiex timponi multa simbolika fuqha jew tnaqqas sostanzjalment il-multa.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2011 — Labate vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-389/09) (1)

2011/C 72/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2011 — Maximuscle vs UASI — Foreign Supplement Trademark (GAKIC)

(Kawża T-198/10) (1)

2011/C 72/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-121/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Att li jikkawża preġudizzju)

2011/C 72/53

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — L-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ċaħdu l-aċċess immedjat u sħiħ għad-data u dokumenti differenti li jikkonċernaw lir-rikorrent — Talba għal danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 315, 22.12.2007, p. 50.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 — Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/07) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Artikoli 17, 17a u 19 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġu żvelati dokumenti - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġi ppubblikat test - Talba għal awtorizzazzjoni sabiex jintużaw konstatazzjonijiet quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali - Ammissibbiltà)

2011/C 72/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku — Annullament ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talba tar-rikorrent għal awtorizzazzjoni, minn naħa, tal-pubblikazzjoni ta’ ċerti dokumenti u, min-naħa l-oħra, tal-introduzzjoni ta’ lment fil-konfront ta’ (ex) kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni — Talba għal danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

G. Strack għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008, p. 44.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/34


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-106/10)

2011/C 72/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ivo Gross (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentant: J. Kayser, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet riprodotti fl-istqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u fl-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jaġġustaw ir-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti, kif riflessi fin-noti ta’ aġġustament retroattivi ta’ remunerazzjoni 12/2009, imqassma fl-2010, fin-noti ta’ remunerazzjoni 1/2010, 2/2010, 3/2010, 4/2010, 5/2010, 6/2010, 7/2010, 8/2010, 9/2010 u fin-noti ta’ remunerazzjoni kollha sussegwentement stabbiliti sad-data tad-deċiżjoni li ttemm din l-istanza definittivament, sa fejn dawn japplikaw illegalment rata ta’ aġġustament tar-remunerazzjoni ta’ 1,85 %, minflok rata ta’ 3,7 %

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/35


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2010 — AT vs EACEA

(Kawża F-113/10)

2011/C 72/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AT (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Agence exécutive “éducation, audiovisuel et culture”

Suġġett

L-ewwel nett, it-talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2008, it-tieni nett, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, li xxolji minn qabel il-kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat tar-rikorrent u, it-tielet nett, it-talbiet għall-ħlas tad-dannu subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera 2008 tar-rikorrent, hekk kif adottat permezz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg tad-29 ta’ Ottubru 2009;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg tat-12 ta’ Frar 2010, li permezz tagħha hija xoljiet il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent; u, sa fejn meħtieġ,

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg li tiċħad l-ilmenti magħmula mir-rikorrent kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera 2008 tiegħu u kontra d-deċiżjoni ta’ xoljiment; tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta’ ammont li ma jistax ikun inferjuri għall-ammont ta’ remunerazzjoni tar-rikorrent (u tal-vantaġġi kollha previsti mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg) ikkalkolat minn meta temm il-funzjonijiet tiegħu fit-12 ta’ Frar 2010 u sad-data li jerġa’ jibda jaħdem mal-Aġenzija wara d-deċiżjoni ta’ annullament tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-kuntratt, bi ħlas għad-dannu professjonali u finanzjarju, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament għal EUR 10 000 bi ħlas għad-dannu fiżiku, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 50 000 bi ħlas għad-dannu morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-EACEA għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 10 000 bi ħlas għad-dannu subit minħabba d-dekorriment tat-terminu raġonevoli fir-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera 2008, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-EACEA għall-ispejjeż.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — AR vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-120/10)

2011/C 72/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Parti rikorrenti: AR (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez, C. Bernard Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li l-parti rikorrenti tiġi eskluża mill-proċedura fir-rigward tal-kompetizzjoni interna COM/INT/EU2/10/AD5 għal amministraturi b’ċittadinanza Bulgara jew Rumena minħabba li ma għaddietx mit-testijiet ta’ aċċess kif ukoll tad-deċiżjoni fuq l-ilment li tawtorizza lill-parti rikorrenti terġa’ tagħmel it-testijiet ta’ aċċess għall-kompetizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

Talbiet tal-parti rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tal-31 ta’ Marzu 2010 li l-parti rikorrenti tiġi eskluża mill-kompetizzjoni interna COM/INT/EU2/10/AD5 sabiex il-parti rikorrenti tkun tista’ tipparteċipa fit-testijiet;

tannulla d-deċiżjoni adottata fit-3 ta’ Awwissu 2010 mill-Awtorità tal-Ħatra inkwantu ma tilqax, għalkollox, l-ilment tal-parti rikorrenti;

titlob lill-Kummissjoni, jekk hemm bżonn permezz ta’ miżura istruttorja jew ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, tforni l-lista tad-domandi magħmula kif ukoll ir-risposti mogħtija fit-testijiet magħmula fi Brussell fil-5 ta’ Marzu 2010 fis-13h00;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Bömcke vs BEI

(Kawża F-127/10)

2011/C 72/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tal-elezzjoni tar-rappreżentant tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment, imħabbra mill-uffiċċju elettorali tal-BEI fit-8 ta’ Diċembru 2010.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-elezzjoni tar-rappreżentant kollettiv tal-persunal tal-BEI mħabbra mill-uffiċċju elettorali tal-BEI fit-8 ta’ Diċembru 2010 u d-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2010 tal-uffiċċju elettorali tal-BEI li tiċħad l-ilment ippreżentat, skont l-Artikolu 17 tal-Anness IV tal-Konvenzjoni dwar ir-rappreżentanza tal-persunal tal-BEI, mir-rikorrent fid-9 ta’ Diċembru 2010.

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2011 — Soukup vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-1/11)

2011/C 72/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Zdenek Soukup (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: E Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/144/09 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva u d-deċiżjoni li tinkludi kandidat ieħor f’din il-lista kif ukoll il-kumpens għad-danni morali u materjali subiti.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/144/09 tas-27 ta’ April 2010 meħuda wara eżami mill-ġid tal-eżami orali tar-rikorrent, li tikkonferma r-riżultati tiegħu lil dan l-aħħar imsemmi, jiġifieri marka iktar baxxa mill-minimu meħtieġ u, konsegwent, id-deċiżjoni li ma tinkludihx fil-lista ta’ riżerva;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/144/09 li taċċetta kandidat ieħor għall-eżamijiet bil-miktub u orali u sussegwentement, li tinkludih fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni;

tannulla l-operat kollu tal-Bord tal-Għażla li pproċeda għalih il-bord sa mill-istadju fejn seħħew l-irregolaritajiet imsemmija;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas, bħala kumpens għad-danni morali u materjali u l-preġudizzju għall-karriera tar-rikorrent, is-somma ta’ EUR 25 000, suġġett għall żieda jew tnaqqis matul il-proċeduri, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 7 % fis-sena mit-28 ta’ Ġunju 2010, data li fiha tressaq l-ilment;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Descamps vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/11)

2011/C 72/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eric Descamps (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jitkeċċa r-rikorrent fit-tmiem tal-perijodu ta’ prova tiegħu, kif ukoll kumpens għad-dannu li ħolqitlu din id-deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni adottata fil-1 ta’ Marzu 2010 mid-Direttur tad-Direttorat HR.B-Proċessi ċentrali RH 1: Karriera, Direttorat Ġenerali riżorsi umani u sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, li ir-rikorrent jitkeċċa b’effett mill-31 ta’ Marzu 2010;

jannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

konsegwentement, jintegra mill-ġdid lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu fil-kwalità ta’ uffiċjal b’effett mill-1 ta’ April 2010 u tattribwilu l-ammont ta’ remunerazzjoni li kellu jirċievi bħala uffiċjal minn din id-data, inklużi d-drittijiet relatati kollha (fosthom id-drittijiet tal-pernsjoni), li huwa jevalwa għas-somma stabbilita b’mod provviżorju u ex aequo et bono għal EUR 39 600;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma stabbilita b’mod provviżorju u ex aequo et bono għal EUR 10 000, bħala kumpens għad-dannu morali subit;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-interessi moratorji fuq il-kapital dovut;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Rettifika

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/38


Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-507/10

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 13 tal-15 ta’ Jannar 2011, p. 28 )

2011/C 72/61

L-avviż fil-ĠU fil-kawża T-507/10, Uspaskich vs Il-Parlament, għandu jinqara kif ġej:

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2010 — Viktor Uspaskich vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-507/10)

2011/C 72/61

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentant: Vytautas Sviderskis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew Nru P7_TA(2010)0296, tas-7 ta’ Settembru 2010, dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Victor Uspaskich;

tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 10 000 għad-danni morali mġarrba;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jibbaża r-rikors tieghu fuq erba’ motivi.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jissottometti li l-konvenut kiser id-drittijiet tiegħu ta’ difiża u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fil-proċedura 2009/2147 (IMM). Il-Parlament Ewropew irrifjuta li jisma’ lir-rikorrent waqt il-proċedura għat-tneħħija tal-immunità tiegħu kemm fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u kif ukoll waqt is-sessjoni plenarja. Huwa naqas li jieħu inkunsiderazzjoni l-parti l-kbira tal-argumenti tar-rikorrent u ma wieġeb għall-ebda wieħed minnhom.

Fit-tieni lok, il-Parlament Ewropew adotta d-deċiżjoni kkontestata fuq bażi legali żbaljata u kiser il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea billi straħ fuq interpretazzjoni kjarament żbaljata tal-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni Litwana. Ir-rikorrent jirreferi għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06, Gollnisch vs Il-Parlament, fejn il-Qorti ddikjarat li kien hemm ksur analogu mill-Parlament Ewropew.

Fit-tielet lok, il-konvenut naqas milli josserva l-prinċipju ta’ fumus persecutionis u għamel żball evidenti ta’ evalwazzjoni meta evalwah. Il-konvenut injora totalment id-deċiżjonijiet preċedenti tiegħu stess fir-rigward tal-fumus persecutionis. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew naqas ukoll milli jikkunsidra l-fatt illi fiż-żmien tad-deċiżjoni illi jinbdew proċeduri kriminali, mexxej politiku ma kienx responsabbli għal ksur relatat mal-amministrazzjoni, u illi kien ġie ppubblikat materjal minn investigazzjoni preliminari.

Fir-raba’ lok, il-konvenut kiser id-dritt tar-rikorrenti li jissottometti talba sabiex jiddefendi l-immunità tiegħu skont ir-Regola 6(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew. Huwa rrifjuta li jeżamina t-talba tar-rikorrent sabiex tiġi difiża l-immunità tiegħu għar-raġuni li l-miżura li teżiġi li huwa jħallas garanzija ta’ EUR 436 000 hija sproporzjonata meta mqabbla mal-multa potenzjali massima għar-reat kriminali li tiegħu huwa akkużat.