|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.070.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 070/01 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 070/02 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 070/03 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 070/04 |
||
|
2011/C 070/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6133 – FSI/STMicroelectronics) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 070/06 |
||
|
|
||
|
2011/C 070/07 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/1 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020
2011/C 70/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
WAQT LI JISSOTTOLINJA li hu kompletament lest li jqiegħed il-kompetenza tal-Kunsill dwar il-linji ta' politika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għas-servizz tal-Kunsill Ewropew u li jikkontribwixxi b'mod attiv għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-impjiegi u t-tkabbir u s-Semestru Ewropew;
WAQT LI JFAKKAR fl-għanijiet tal-istrateġija li jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, bl-appoġġ ta' numru ta' miri ewlenin tal-UE u sensiela ta' inizjattivi ewlenin;
U FID-DAWL tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2011 tal-Kummissjoni, inkluż ir-Rapport ta' Progress dwar Ewropa 2020, ir-Rapport Makroekonomiku u l-Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi, u tal-Linji Gwida Integrati ta' Ewropa 2020;
JENFASIZZA LI
L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol fundamentali x'jaqdu biex jintlaħqu l-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ta' Ewropa 2020, partikolarment billi ċ-ċittadini jiġu mgħammra bil-ħiliet u l-kompetenzi li l-ekonomija Ewropea u s-soċjetà Ewropea jeħtieġu sabiex jibqgħu kompetittivi u innovattivi, iżda wkoll billi jgħinu biex jippromwovu l-koeżjoni u l-inklużjoni soċjali. Ir-rwol ewlieni tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandu għalhekk ikun rifless b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Kunsill matul is-“Semestru Ewropew” il-ġdid stabbilit mill-bidu tal-2011. B'mod partikolari, u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jiżgura li kwistjonijiet bħal miżuri ta' politika u riformi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kontribut tagħhom għall-miri Ewropej u l-iskambju ta' politika u prattika tajba jiġu indirizzati bis-sħiħ.
IQIS LI
|
1. |
Il-qafas “ET 2020” u l-erba' objettivi strateġiċi tiegħu (1) jikkostitwixxu pedament b'saħħtu għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u b'hekk jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-kisba tal-objettivi ta' Ewropa 2020. |
|
2. |
Il-proċess ta' Kopenħagen, li l-prijoritajiet strateġiċi tiegħu għall-għaxar snin li ġejjin ġew riveduti f'laqgħa ministerjali fi Bruges f'Diċembru 2010 (2), jisħaq li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) għandhom rwol kruċjali fl-appoġġ għall-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 billi jipprovdu ħiliet u kompetenzi rilevanti ta' kwalità għolja. |
|
3. |
Tnejn mill-inizjattivi proposti ewlenin ta' Ewropa 2020 huma ta' rilevanza speċjali għall-edukazzjoni u t-taħriġ:
|
|
4. |
L-edukazzjoni u t-taħriġ ukoll għandhom kontribut sostanzjali x'jagħtu fl-inizjattivi ewlenin l-oħra, bħall-Aġenda Diġitali u l-Unjoni tal-Innovazzjoni. Is-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ tal-Ewropa jeħtieġu jipprovdu t-taħlita adatta ta' ħiliet u kompetenzi, jiżguraw provvista suffiċjenti ta' gradwati fix-xjenza, il-matematika u l-inġinerija, jgħammru lill-persuni b'ħiliet bażiċi u l-motivazzjoni u l-kapaċità biex jitgħallmu, irawmu l-iżvilupp ta' kompetenzi trasversali, inkluż dawk li jippermettu l-użu tat-teknoloġiji diġitali moderni, jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u ċ-ċittadinanza attiva, u jħeġġu l-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. |
|
5. |
Bi tweġiba għall-għanijiet tal-inizjattiva Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar, jinħtieġu wkoll sforzi akbar biex jingħata appoġġ u jinfetħu opportunitajiet għal studenti mhux tradizzjonali u dawk żvantaġġati. Fatturi bħal aċċess aħjar għal edukazzjoni u servizzi li jieħdu ħsieb lit-tfal fit-tfulija bikrija ta' kwalità għolja, l-għoti ta' opportunitajiet innovattivi ta' edukazzjoni u taħriġ għal gruppi żvantaġġati huma importanti biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali u biex ikun possibbli għaċ-ċittadini kollha li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. |
JISĦAQ LI
I. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' Ewropa 2020
|
1. |
L-investiment effiċjenti f'edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għolja, modernizzati u riformati huwa urġenti kemm għax dan iqiegħed is-sisien għall-prosperità fit-tul tal-Ewropa kif ukoll, billi jagħti iktar ħiliet u kompetenzi aħjar lin-nies, huwa jgħin biex iwieġeb fil-perijodu qasir għall-effetti tal-kriżi. |
|
2. |
It-tisħiħ tal-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd u f'kull livell ta' edukazzjoni u taħriġ huwa essenzjali, partikolarment billi jagħmel l-ETV aktar attraenti u rilevanti u billi jżid il-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti, u r-rilevanza tiegħu. |
|
3. |
L-indirizzar bħala kwistjoni ta' urġenza tal-qagħda ta' nisa żagħżagħ u rġiel żagħżagħ li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet eċċezzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol minħabba s-severità tal-kriżi. |
|
4. |
It-titjib tar-reattività ta' sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għal domandi u xejriet ġodda , biex jiġu ssodisfati aħjar il-ħtiġijiet għal ħiliet tas-suq tax-xogħol u l-isfidi soċjali u kulturali ta' dinja globalizzata. |
II. Ser jinħtieġu aktar sforzi sabiex jintlaħqu l-miri ewlenin fl-edukazzjoni
|
5. |
L-ilħiq taż-żewġ miri ewlenin tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ - jiġifieri li jitnaqqas is-sehem ta' dawk li jieqfu mill-iskola kmieni għal inqas minn 10 %, u li jiżdied il-proporzjon ta' dawk ta' bejn 30-34 sena li jiggradwaw mill-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti għal mill-inqas 40 % – ser ikollu effett pożittiv fuq l-impjiegi u t-tkabbir. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda fis-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ ser jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri f'oqsma oħra, bħaż-żieda fir-rati tal-impjiegi, il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp, u t-tnaqqis tal-faqar. |
|
6. |
Fir-rigward tal-ewwel minn dawn iż-żewġ miri, it-tluq kmieni mill-iskola huwa fenomenu kumpless influwenzat minn fatturi edukattivi, individwali u soċjoekonomiċi. It-trattament tal-problema jeħtieġ miżuri preventivi u kumpensatorji, bħal “edukazzjoni li 'tagħti ċans ieħor”, kif ukoll koordinazzjoni mill-qrib bejn is-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u ma' oqsma relatati ta' politika oħrajn. Miżuri ta' politika li jistgħu jagħmlu differenza jistgħu jinkludu edukazzjoni aħjar fit-tfulija bikrija, kurrikuli aġġornati, edukazzjoni aħjar għall-għalliema, metodi ta' tagħlim innovattivi, appoġġ individwalizzat – l-iktar għal gruppi żvantaġġati, fosthom il-migranti u r-Rom – u kooperazzjoni aktar qawwija mal-familji u l-komunità lokali. |
|
7. |
It-tieni mira wkoll teħtieġ approċċ multidimensjonali. Sabiex ikunu attraenti u effiċjenti, sistemi ta' edukazzjoni terzjarji jew ekwivalenti jeħtieġu livell għoli ta' investiment effiċjenti, kurrikuli modernizzati u governanza aħjar. L-innovazzjoni għandha tiġi promossa kemm fil-livell sistemiku kif ukoll f'dak istituzzjonali, filwaqt li għandu jsir użu aktar effettiv tal-finanzjament, u jeħtieġ li jinstabu sorsi aktar varjati ta' finanzjament. Jinħtieġu wkoll inċentivi biex jiġu stabbiliti rabtiet aħjar mad-dinja aktar wiesgħa, permezz ta' sħubijiet man-negozji u r-riċerka, u biex ikun hemm ftuħ għal studenti mhux tradizzjonali, billi jiġu mogħtija inċentivi adegwati u billi jiġu promossi l-validazzjoni, l-iskemi ta' appoġġ u s-servizzi ta' gwida. |
GĦALDAQSTANT JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, SA FEJN HUMA KKONĊERNATI KWISTJONIJIET MARBUTA MAL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ, BIEX
|
1. |
Jadottaw il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR), li huma mmirati lejn u bbażati fuq l-azzjoni, u li ser jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, inklużi l-miri ewlenin tal-UE. |
|
2. |
Jieħdu azzjonijiet ta' politika f'konformità ma' miri nazzjonali, filwaqt li jieħdu kont tal-pożizzjonijiet inizjali relattivi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali tal-Istati Membri, u skont proċeduri nazzjonali tat-teħid ta' deċiżjonijiet. |
|
3. |
Jikkooperaw b'mod orizzontali u mill-qrib ma' setturi oħra rilevanti involuti fil-proċess Ewropa 2020 fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari mal-ministeri tal-impjiegi, iżda anke ma' partijiet interessati oħra bħall-imsieħba soċjali, meta jkunu qed ifasslu u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta' linji ta' politika nazzjonali dwar l-impjiegi fid-dawl tal-Linji Gwida Integrati nru 8 u 9 (3). |
|
4. |
Jippromwovu kooperazzjoni msaħħa bejn l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja, l-istituti tar-riċerka u l-intrapriżi bil-għan li jissaħħaħ it-trijangolu tal-għarfien bħala l-bażi għal ekonomija iktar innovattiva u kreattiva, f'konformità mal-Linja Gwida Integrata nru 4 (4). |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX
|
1. |
Isaħħu l-kooperazzjoni orizzontali u l-kondiviżjoni ta' esperjenzi u prattika tajba fost l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-PNR, u jinkludu dawn l-aspetti f'attivitajiet futuri ta' tagħlim bejn il-pari, fejn hu adatt. |
|
2. |
Ikomplu jippromwovu l-opportunitajiet għat-tagħlim dwar il-politika, partikolarment fl-oqsma koperti mill-Istrateġija Ewropa 2020, u jagħmlu l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (MMK) aktar rilevanti għall-ħtiġijiet u l-interessi tal-Istati Membri, billi jagħmlu użu aktar effettiv tar-riżultati tal-kooperazzjoni Ewropea, iżidu t-trasparenza u jappoġġjaw kollaborazzjoni aktar konċentrata. |
|
3. |
Isaħħu r-rabtiet bejn il-miri u l-objettivi ta' Ewropa 2020, partikolarment billi jsaħħu l-bażi ta' evidenza f'dan il-qasam u billi jinvolvu s-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ aktar mill-qrib fl-identifikazzjoni ta' ostakoli għat-tkabbir u l-impjiegi. |
|
4. |
Kif imfisser fl-inizjattiva Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi, isaħħu l-kapaċità li jiġu antiċipati u ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u tal-ħiliet, kif ukoll li jipprovdu t-taħlita adatta ta' ħiliet, fosthom il-kompetenzi trasversali bħall-kompetenzi diġitali u intraprenditorjali, u jiżviluppaw strateġija komprensiva biex jittejjeb l-aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX
|
1. |
Issaħħaħ aktar – bi qbil sħiħ mal-Istati Membri – rabtiet bejn l-arranġamenti tal-implimentazzjoni għall-qafas strateġiku “ET 2020” u dawk għall-Istrateġija Ewropa 2020, partikolarment f'dawk li huma ċikli ta' ħidma, rappurtaġġ u ffissar tal-objettivi. Għandu jittieħed kont partikolari tal-miri ewlenin u ta' miżuri adatti meħudin taħt l-inizjattivi Żgħażagħ Attivi u Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi, meta jkunu qed jiġu proposti l-prijoritajiet ta' nofs it-terminu għaċ-ċiklu li jmiss ta' “ET 2020”. |
|
2. |
Tħeġġeġ li r-rapporti ta' progress konġunti dwar “ET 2020” biex jieħdu kont mistħoqq tal-objettivi ta' Ewropa 2020, filwaqt li tirrikonoxxi l-valur miżjud distint li joffru dawk ir-rapporti peress li jipprovdu ħarsa aktar fil-fond lejn il-linji ta' politika nazzjonali dwar l-edukazzjoni tal-Istati Membri. |
|
3. |
Tipprovdi analiżi profonda tal-progress li sar lejn il-miri ewlenin u l-punti ta' riferiment ta' “ET 2020”, bħala l-bażi għal skambju ta' fehmiet fil-Kunsill matul kull Semestru Ewropew. |
|
4. |
Issaħħaħ il-viżibbiltà u t-trasparenza ta' miżuri meħudin fil-kuntest tal-MMK, billi tiżgura koordinazzjoni operattiva effettiva li tinvolvi l-Istati Membri u tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti. |
|
5. |
Tipprovdi analiżi biex tappoġġja l-iskambju fil-qafas tal-MMK dwar ir-rabta bejn l-investiment edukattiv u l-approċċi ta' politika bil-għan li jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020. |
(2) Komunikat ta' Bruges dwar kooperazzjoni Ewropea msaħħa fl-ETV: http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-policy/doc/vocational/bruges_en.pdf
|
Nru 8: |
L-iżvilupp ta' forza tax-xogħol b'ħiliet li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u l-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja. |
|
Nru 9: |
It-titjib tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha u ż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni terzjarja jew dik ekwivalenti. |
|
Nru 4: |
L-ottimizzazzjoni tal-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-tisħiħ tat-trijanglu tal-konoxxenza u l-isfruttar tal-potenzjal tal-ekonomija diġitali. |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-3 ta’ Marzu 2011
2011/C 70/02
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3850 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,43 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4564 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85130 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,7576 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2844 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7145 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,208 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
270,90 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7045 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9826 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2045 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,2243 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3609 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3469 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,7889 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,8581 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7578 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 553,71 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,5409 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
9,0995 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4125 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 196,03 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1979 |
|
PHP |
Peso Filippin |
60,068 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,0585 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
42,256 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,2985 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,7066 |
|
INR |
Rupi Indjan |
62,3840 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/5 |
Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking
2011/C 70/03
B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma ENIAC Joint Undertaking
Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja: ENIAC-2011-1.
Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinkludi l-iskadenza u l-baġit jinsabu fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit li ġej:
http://www.eniac.eu/web/divers/important.php
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/6 |
Komunikazzjoni mill-Irlanda skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi
Avviż dwar il-Ħruġ tal-Liċenzji għall-Marġni Atlantiku għall-2011
2011/C 70/04
F'konformità mal-Artikolu 3, il-paragrafu 2(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994, il-Ministru tal-Istat fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni, Enerġija u Riżorsi Naturali hawnhekk javża b'bidla fir-rigward taż-żoni disponibbli għall-ħruġ ta' liċenzji fl-ibħra lil hinn mill-kosta tal-Irlanda.
Ġiet iddeżinjata żona li tkopri madwar 252 500 kilometru kwadru fil-Marġni tal-Atlantiku fl-Irlanda f'Żona mal-Fruntiera u din ġiet magħżula biex tkun inkluża fil-Ħruġ tal-Liċenzji għall-Marġni Atlantiku għall-2011.
Il-Ministru tal-Istat fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni, l-Enerġija u r-Riżorsi Naturali qed jistieden li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għal Għażliet ta' Liċenzjar fir-rigward tal-art inkluża fil-Ħruġ ta' Liċenzji għall-Marġni Atlantiku għall-2011. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu primarjament għal żoni ta' forma regolari, kontinwi u jkunu jinkludu żoni li huma ekwivalenti għal mhux anqas minn blokka waħda sħiħa jew mhux aktar minn sitt blokok sħaħ.
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar “Ħruġ ta' Liċenzji għall-2011 – Marġni Atlantiku” u għandhom jiġu indirizzati lil “The Secretary General, Department of Communications, Energy and Natural Resources, Petroleum Affairs Division, 29-31 Adelaide Road, Dublin 2, Ireland”. L-applikazzjonijiet għandhom jaslu sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta l-31 ta' Mejju 2011.
Skont l-Artikolu 5, il-paragrafi 1(a) u 1(b) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994, il-Ministru tal-Istat fid-Dipartiment tal-Komunikazzjoni, l-Enerġija u r-Riżorsi Naturali b'hekk qed javża li ser ikunu applikati l-kriterji li ġejjin/sistema ta' marki għall-applikazzjonijiet irċevuti taħt dan il-Ħruġ ta' Liċenzji:
|
(a) |
L-istrateġija globali għall-proposta biex isir programm ta' esplorazzjoni fil-baħar – 15-il Marka |
|
(b) |
Il-kwalità tal-programm ta' ħidma proposta mill-applikant (il-marki ser jingħataw biss għall-impenji sodi) – 40 Marka |
|
(ċ) |
Il-livell ta' kompetenza teknika u esperjenza ta' ħidma lil hinn mill-kosta mit-tim li jkun ser jamministra u jmexxi l-programm ta' esplorazzjoni – 30 Marka |
|
(d) |
Evidenza ta' kapaċità finanzjarja biex ikun iffinanzjat il-programm ta' ħidma propost – 15-il Marka |
L-applikanti jridu jiksbu 50 % tal-marki fil-każ ta' a, b u c u jridu juru li għandhom il-kapaċità finanzjarja biex jiffinanzjaw il-programm ta' ħidma offrut. Fejn ikun rilevanti, tista' tiġi kkunsidrata prestazzjoni preċedenti mill-applikant taħt kwalunkwe awtorizzazzjoni li l-applikant kien jifforma parti minnha.
It-termini speċifiċi marbuta mal-Ħruġ ta' Liċenzji għall-Marġni Atlantiku flimkien ma' mappa tal-art offruta u ma' linji gwida għall-applikazzjonijiet huma disponibbli fil-ħolqa li ġejja:
http://www.dcenr.gov.ie/Natural/Petroleum+Affairs+Division/2011+Atlantic+Margin+Licensing+Round.htm
jew billi tikkuntattja lil:
|
Philip McMahon |
|
Petroleum Affairs Division |
|
Department of Communications, Energy and Natural Resources |
|
29-31 Adelaide Road |
|
Dublin 2 |
|
IRELAND |
|
Posta elettronika: philip.mcmahon@dcenr.ie |
|
Tel. +353 016782693 |
L-irċevuta għal applikazzjoni mhi ser toħloq l-ebda obbligazzjoni min-naħa tal-Ministru biex jagħti Għażla ta' Liċenzjar għall-parti miż-żona jew għaż-żona kollha li tkun is-suġġett tal-applikazzjoni.
Ħruġ ta' Liċenzji għall-Marġni Atlantiku għall-2011 – Lista ta' blokok disponibbli:
|
|
1/6(p), 1/7(p), 1/8(p), 1/9(p), 1/10(p), 1/11, 1/12, 1/13, 1/14, 1/15, 1/16, 1/17, 1/18, 1/19, 1/20, 1/21, 1/22, 1/23, 1/24, 1/25, 1/26, 1/27, 1/28, 1/29, 1/30 |
|
|
2/6(p), 2/7(p), 2/8(p), 2/9(p), 2/11, 2/12, 2/13, 2/14, 2/15(p), 2/16, 2/17, 2/18, 2/19, 2/20, 2/21, 2/22, 2/23, 2/24, 2/25, 2/26, 2/27, 2/28, 2/29, 2/30 |
|
|
3/11(p), 3/12(p), 3/13(p), 3/14(p), 3/15(p), 3/16, 3/17, 3/18, 3/19, 3/20, 3/21, 3/22, 3/23, 3/24, 3/25, 3/26, 3/27, 3/28, 3/29, 3/30 |
|
|
4/11(p), 4/12(p), 4/13(p), 4/16, 4/17, 4/18(p), 4/19(p), 4/20(p), 4/21, 4/22, 4/23, 4/24, 4/25, 4/26, 4/27, 4/28, 4/29, 4/30 |
|
|
5/16(p), 5/19(p), 5/20(p), 5/21, 5/24, 5/25(p), 5/26, 5/29, 5/30 |
|
|
6/26, 6/27(p), 6/28(p), 6/29(p) |
|
|
8/1, 8/2, 8/3, 8/4, 8/5, 8/6, 8/7, 8/8, 8/9, 8/10, 8/11, 8/12, 8/13, 8/14, 8/15, 8/16, 8/17, 8/18, 8/19, 8/20, 8/21, 8/22, 8/23, 8/24, 8/25, 8/26, 8/27, 8/28, 8/29, 8/30 |
|
|
9/1, 9/2, 9/3, 9/4, 9/5, 9/6, 9/7, 9/8, 9/9, 9/10, 9/11, 9/12, 9/13, 9/14, 9/15, 9/16, 9/17, 9/18, 9/19, 9/20, 9/21, 9/22, 9/23, 9/24, 9/25, 9/26, 9/27, 9/28, 9/29, 9/30 |
|
|
10/1, 10/2, 10/3, 10/4, 10/5, 10/6, 10/7, 10/8, 10/9, 10/10, 10/11, 10/12, 10/13, 10/14, 10/15, 10/16, 10/17, 10/18, 10/19, 10/20, 10/21, 10/22, 10/23, 10/24, 10/25, 10/26, 10/27, 10/28, 10/29, 10/30 |
|
|
11/1, 11/2, 11/3, 11/4, 11/5, 11/6, 11/7, 11/8, 11/9, 11/11, 11/12, 11/13, 11/14, 11/16, 11/17, 11/18, 11/19, 11/21, 11/22, 11/23(p), 11/26, 11/27, 11/28(p), 11/29, 11/30 |
|
|
12/2(p), 12/3(p), 12/4, 12/5, 12/7(p), 12/8(p), 12/9, 12/10, 12/11(p), 12/12(p), 12/13, 12/14, 12/15, 12/16(p), 12/17, 12/18, 12/19, 12/21, 12/22, 12/23, 12/24, 12/26, 12/27 |
|
|
13/1, 13/2, 13/3, 13/4, 13/5, 13/6, 13/7, 13/8, 13/9, 13/10, 13/11, 13/12, 13/13, 13/14, 13/15 |
|
|
14/1, 14/2, 14/3, 14/4(p), 14/6, 14/7, 14/8, 14/9, 14/10(p) |
|
|
16/1, 16/2, 16/3, 16/4, 16/5, 16/6, 16/7, 16/8, 16/9, 16/10, 16/11, 16/12, 16/13, 16/14, 16/15, 16/16, 16/17, 16/18, 16/19, 16/20, 16/21, 16/22, 16/23, 16/24, 16/25, 16/26, 16/27, 16/28, 16/29, 16/30 |
|
|
17/1, 17/2, 17/3, 17/4, 17/5, 17/6, 17/7, 17/8, 17/9, 17/10, 17/11, 17/12, 17/13, 17/14, 17/15, 17/16, 17/17, 17/18, 17/19, 17/20, 17/21, 17/22, 17/23, 17/24, 17/25, 17/26, 17/27, 17/28, 17/29, 17/30 |
|
|
18/1, 18/2, 18/3, 18/4, 18/5, 18/6, 18/7, 18/8, 18/9, 18/11, 18/12, 18/13, 18/14(p), 18/15(p), 18/16, 18/17, 18/18, 18/19(p), 18/20(p), 18/21, 18/22, 18/23, 18/24, 18/25(p), 18/26, 18/27, 18/28, 18/29, 18/30 |
|
|
19/2(p), 19/3(p), 19/4, 19/5, 19/7(p), 19/8(p), 19/11(p), 19/12(p), 19/16(p), 19/21, 19/22, 19/26 |
|
|
20/1 |
|
|
25/1, 25/2, 25/3, 25/4, 25/5, 25/6, 25/7, 25/8, 25/9, 25/10, 25/11, 25/12, 25/13, 25/14, 25/15, 25/16, 25/17, 25/18, 25/19, 25/20, 25/21, 25/22, 25/23, 25/24, 25/25, 25/26, 25/27, 25/28, 25/29, 25/30 |
|
|
26/1, 26/2, 26/3, 26/4, 26/5, 26/6, 26/7, 26/8, 26/9, 26/10, 26/11, 26/12, 26/13, 26/14, 26/15, 26/16, 26/17, 26/18, 26/19, 26/20, 26/21, 26/22, 26/23, 26/24, 26/25, 26/26, 26/27(p), 26/29, 26/30 |
|
|
27/1, 27/2, 27/3, 27/5(p), 27/6, 27/7, 27/8, 27/10, 27/11, 27/12, 27/13, 27/14, 27/15, 27/16, 27/17(p), 27/19, 27/21, 27/22(p), 27/24, 27/26, 27/27, 27/28 |
|
|
34/1, 34/2, 34/3, 34/4, 34/5, 34/6, 34/7, 34/8, 34/9, 34/10, 34/11, 34/12, 34/13, 34/14, 34/15, 34/16, 34/17, 34/18, 34/19, 34/20, 34/21, 34/22, 34/23, 34/24, 34/25, 34/26, 34/27, 34/28, 34/29, 34/30 |
|
|
35/1, 35/5, 35/6, 35/7(p), 35/10, 35/11, 35/12, 35/13, 35/14, 35/15, 35/16, 35/17, 35/18, 35/19, 35/20, 35/21, 35/22, 35/23, 35/24, 35/25, 35/26, 35/27, 35/28, 35/29, 35/30 |
|
|
36/1, 36/6, 36/11, 36/16, 36/21, 36/22, 36/26, 36/27 |
|
|
43/1, 43/2, 43/3, 43/4, 43/5, 43/6, 43/7, 43/8, 43/9, 43/10, 43/11, 43/12, 43/13, 43/14, 43/15, 43/16, 43/17, 43/18, 43/21, 43/22, 43/23, 43/26, 43/27, 43/30 |
|
|
44/1, 44/2, 44/3, 44/4, 44/5, 44/6, 44/7, 44/8, 44/9, 44/10, 44/11, 44/12, 44/13, 44/14, 44/15, 44/16, 44/17, 44/19, 44/20, 44/21, 44/22, 44/25, 44/26, 44/27, 44/28 |
|
|
45/1, 45/2, 45/6, 45/7, 45/11, 45/12, 45/16, 45/17, 45/21, 45/22, 45/23, 45/24, 45/26, 45/27, 45/28, 45/29, 45/30 |
|
|
52/1, 52/2, 52/3, 52/4, 52/6, 52/7, 52/8, 52/9, 52/11, 52/12, 52/13(p), 52/16, 52/17, 52/21, 52/22, 52/24(p), 52/25, 52/26, 52/27, 52/28, 52/29, 52/30 |
|
|
53/2, 53/3, 53/4, 53/5, 53/7, 53/8, 53/9, 53/10, 53/12, 53/13, 53/14, 53/15, 53/16, 53/17, 53/18, 53/19, 53/20, 53/21, 53/22, 53/23, 53/24, 53/25, 53/26, 53/27, 53/28, 53/29, 53/30 |
|
|
54/1, 54/2, 54/3, 54/4, 54/5, 54/6, 54/7, 54/8, 54/9, 54/10, 54/11, 54/12, 54/13, 54/14, 54/15, 54/16, 54/17, 54/18, 54/19, 54/20, 54/21, 54/22, 54/23, 54/24, 54/25, 54/26, 54/27, 54/28, 54/29, 54/30 |
|
|
60/1, 60/2, 60/3, 60/4, 60/5, 60/6, 60/7, 60/8, 60/9, 60/10, 60/11, 60/12, 60/13, 60/14, 60/15, 60/16, 60/17, 60/18, 60/19, 60/20, 60/22, 60/23, 60/24, 60/25, 60/29, 60/30 |
|
|
61/1, 61/2, 61/3, 61/4, 61/5, 61/6, 61/7, 61/8, 61/11, 61/12, 61/13, 61/14, 61/15, 61/16, 61/17, 61/18, 61/19, 61/20, 61/21, 61/22, 61/23, 61/24, 61/25, 61/26, 61/27, 61/28, 61/29, 61/30 |
|
|
62/1, 62/2, 62/3, 62/4, 62/5, 62/7, 62/8, 62/9, 62/10, 62/11, 62/12, 62/13, 62/14, 62/15, 62/16, 62/17, 62/18, 62/19, 62/20, 62/21, 62/22, 62/23, 62/24, 62/25, 62/26, 62/27, 62/28, 62/29, 62/30 |
|
|
71/2, 71/3, 71/4, 71/5, 71/8, 71/9, 71/10, 71/15 |
|
|
72/1, 72/2, 72/3, 72/4, 72/5, 72/6, 72/7, 72/8, 72/9, 72/10, 72/11, 72/12, 72/13, 72/14, 72/15, 72/16, 72/17, 72/18, 72/19, 72/20, 72/21, 72/22, 72/23, 72/24, 72/25, 72/26, 72/27, 72/28, 72/29, 72/30 |
|
|
73/1, 73/2, 73/3, 73/4, 73/5, 73/6, 73/7, 73/8, 73/9, 73/10, 73/11, 73/12, 73/13, 73/14, 73/15, 73/16, 73/17, 73/18, 73/19, 73/20, 73/21, 73/22, 73/23, 73/24, 73/25, 73/26, 73/27, 73/28, 73/29, 73/30 |
|
|
74/1, 74/2, 74/3, 74/4, 74/5, 74/6, 74/7, 74/8, 74/9, 74/10, 74/11, 74/12, 74/13, 74/14, 74/15, 74/16, 74/17, 74/18, 74/19, 74/20, 74/21, 74/22, 74/23, 74/24, 74/25, 74/26, 74/27, 74/28, 74/29, 74/30 |
|
|
75/1, 75/2, 75/3, 75/4, 75/5, 75/6, 75/7, 75/8, 75/9, 75/10, 75/11, 75/12, 75/13, 75/14, 75/15, 75/16, 75/17, 75/18, 75/19, 75/20, 75/21, 75/22, 75/23, 75/24, 75/25, 75/26, 75/27, 75/28, 75/29, 75/30 |
|
|
76/1, 76/2, 76/3, 76/4, 76/5, 76/6, 76/7, 76/8, 76/9, 76/10, 76/11, 76/12, 76/13, 76/14, 76/15, 76/16, 76/17, 76/18, 76/19, 76/20, 76/21, 76/22, 76/23, 76/24, 76/25, 76/26, 76/27, 76/28, 76/29, 76/30 |
|
|
77/1, 77/2, 77/3, 77/4, 77/5, 77/6, 77/7, 77/8, 77/9, 77/10, 77/11, 77/12, 77/13, 77/14, 77/15, 77/16, 77/17, 77/18, 77/19, 77/20, 77/21, 77/22, 77/23, 77/24, 77/25, 77/26, 77/27, 77/28, 77/29, 77/30 |
|
|
78/15, 78/19, 78/20, 78/23, 78/24, 78/25, 78/27, 78/28, 78/29, 78/30 |
|
|
80/10, 80/14, 80/15, 80/19, 80/20, 80/23, 80/24, 80/25, 80/28, 80/29, 80/30 |
|
|
81/2, 81/3, 81/4, 81/5, 81/7, 81/8, 81/9, 81/10, 81/12, 81/13, 81/14, 81/15, 81/17, 81/18, 81/19, 81/20, 81/22, 81/23, 81/24, 81/25, 81/27, 81/28, 81/29, 81/30 |
|
|
82/2, 82/3, 82/4, 82/5, 82/7, 82/8, 82/9, 82/10, 82/12, 82/13, 82/14, 82/15, 82/17, 82/18, 82/19, 82/20, 82/22, 82/23, 82/24, 82/25, 82/27, 82/28, 82/29, 82/30 |
|
|
83/2, 83/3, 83/4, 83/5, 83/7, 83/8, 83/9, 83/10, 83/11, 83/12, 83/13, 83/14, 83/15, 83/16, 83/17, 83/18, 83/19, 83/20, 83/21, 83/22, 83/23, 83/24, 83/25, 83/26, 83/27, 83/28, 83/29, 83/30 |
|
|
84/1, 84/2, 84/3, 84/4, 84/5, 84/6, 84/7, 84/8, 84/9, 84/10, 84/12, 84/13, 84/14, 84/15, 84/17, 84/18, 84/19, 84/20, 84/22, 84/23, 84/24, 84/25, 84/28, 84/29, 84/30 |
|
|
85/3, 85/4, 85/5, 85/9, 85/10, 85/14, 85/15, 85/20 |
(p)– parti minn blokk
Lista aġġornata u mappa tal-art li qed tiġi offruta jinsabu disponibbli fil-ħolqa li ġejja:
http://www.dcenr.gov.ie/Natural/Petroleum+Affairs+Division/2011+Atlantic+Margin+Licensing+Round.htm
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6133 – FSI/STMicroelectronics)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 70/05
|
1. |
Fil-28 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Fonds Stratégique d’Investissement SA (“FSI”, Franza), ikkontrollata biss minn Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regoalment dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ STMicroelectronics NV (“STM”, l-Isvizzera), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt mit-Teżor Taljan (Italja) u minn Areva SA (“Areva”, Franza), permezz tax-xiri tal-ishma kollha miżmuma indirettament fil-kumpanija minn Areva. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6133 – FSI/STMicroelectronics, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2011/C 70/06
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“KOČEVSKI GOZDNI MED”
Nru tal-KE: SI-PDO-0005-0425-29.10.2004
DPO ( X ) IĠP ( )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal skopijiet informattivi.
1. L-Awtorità responsabbli fl-Istat Membru:
|
Isem: |
Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano RS (Ministeru tal-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel) |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+386 14789109 |
|||
|
Fax |
+386 14789055 |
|||
|
Posta elettronika: |
varnahrana.mkgp@gov.si |
2. Applikant:
|
Isem: |
Združenje Kočevski med (L-assoċjazzjoni tal-għasel Kočevje) |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+386 18939339 |
|||
|
Fax |
— |
|||
|
Posta elettronika: |
dragan.stijepic@nlb.si |
|||
|
Kompożizzjoni: |
produtturi/manifatturi ( X ) oħrajn ( ) |
3. Tip ta’ prodott:
|
Klassi 1.4. |
Prodotti oħra li ġejjin mill-animali (bajd, għasel, diversi prodotti tal-ħalib minbarra butir, eċċ). |
4. Speċifikazzjoni:
(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem:
“Kočevski gozdni med”
4.2. Deskrizzjoni:
It-tipi ta' Kočevski gozdni med huma:
(a)
huwa ta' oriġini mħallta mis-sustanzi ħelwin li joħorġu mis-siġar (honeydew), li fih ħafna sustanzi minerali. Il-kulur tiegħu huwa kannella ċar għal skur bi sfumaturi ta' aħmar jew aħdar, jista' jkun trasparenti jew le, b'aroma ta' raża, ġewż, u x-xropp tat-truf tal-arżnu. Il-konduttività elettrolitika hija anqas minn 0,85 mS/ċm.
(b)
għandu kulur kannella fl-aħmar u huwa pjuttost magħqud anke meta jkun fi stat likwidu. Għandu togħma ta'raża, xropp tat-truf tal-arżnu, ta' ħelu tal-ħxejjex aromatiċi, te magħmul minn weraq li mhumiex iffermentati għalkollox, (green tea) kafè inkaljat, frott imnixxef, tin, ħelu tal-kafè, idum u jeħel mal-ilsien u s-saqaf tal-ħalq. Il-konduttività elettrolitika hija mill-anqas 0,95 mS/ċm.
(c)
għandu kulur griż fil-kannella skur b'rifless aħdar. Għandu togħma ta' karamella, zokkor maħruq, raża, injam frisk koniferu, xropp tat-truf tal-arżnu, duħħan, te iswed bil-ħalib, u ta' ħelu tal-ħxejjex aromatiċi. Il-konduttività elettrolitika hija mill-anqas 0,95 mS/ċm.
(d)
għandu kulur isfar li jvarja minn ċar għal medju jew lewn l-ambra. L-aroma hija qawwija ta' mentol, ta' te tas-siġra tal-lajmu taż-żahar tagħha. Il-konduttività elettrolitika hija mill-anqas 0,8 mS/ċm.
Barra minn hekk, l-Għasel Kočevski gozdni med għandu jilħaq il-parametri li ġejjin:
|
— |
kontenut massimu ta’ ilma: 18,6 %, |
|
— |
HMF massimu: 10, |
|
— |
m'għandux jissaħħan għal iżjed minn 40 °C, |
|
— |
ma jistax jirriżulta minn zokkor jew għasel miżjud li ġej minn barra ż-żona ġeografika tal-produzzjoni, |
|
— |
ma jistax jiġi ffiltrat minn passatur b'toqob iżgħar minn 0,2 mm, |
|
— |
il-kontenut totali ta’ fruttożju u glukożju għandu jkun mill-anqas 45 g għal kull 100 g ta' għasel, |
|
— |
il-piż speċifiku ta’ għasel ivarja minn 1,40 sa 1,45 g/ċm3, |
|
— |
fl-evalwazzjoni sensorjali, l-għasel għandu jikseb punteġġ suffiċjenti għad-dehra, ir-riħa u t-togħma (mill-anqas 9,5 punti minn total ta' 12-il punt). |
4.3. Żona ġeografika:
Fil-Majjistral, il-limiti tar-reġjun jinsabu tul il-linja li tiddefinixxi l-konfini tal-muniċipalità ta' Loški potok u jgħaddu minn mal-għoljiet tal-parti t'isfel tal-muntanja Racna gora. Lejn it-Tramuntana jkomplu lil hinn mill-bliet ta' Lužarje, Krvava peč u Rob, imbagħad iduru mal-Wied ta' Raščica fid-direzzjoni tal-belt ta' Ponikve, u wara jerġgħu iduru lejn il-Lbiċ matul l-għoljiet tal-parti t'isfel tal-muntanja Mala gora. Minn hemm il-limiti jduru lejn il-Lvant għax-xmara ta' Krka u jkomplu matul l-għoljiet tal-parti t'isfel tal-muntanji Rog u Poljanska sax-xmara Kolpa. Il-komunitajiet ewlenin li jinsabu fuq il-limiti taż-żona tal-Lvant huma: Dvor, Soteska u Črmošnjice. Lejn il-Lbiċ u n-Nofsinhar, il-limiti taż-żona jgħaddu b'mod parallel mal-fruntiera tal-Kroazja, matul ix-xmara Čabranka u x-xmara Kolpa. Il-komunitajiet ewlenin li jinsabu matul din il-parti li tiddefinixxi l-limiti taż-żona huma: Čabar, Osilnica, Brod na Kolpi u Stari trg ob Kolpi.
Dawn il-lokalitajiet kollha jinsabu fiż-żona ġeografika definita.
4.4. Prova tal-oriġini:
Il-pożizzjonijiet tad-doqqajs għall-produzzjoni tal-Għasel tal-Foresta ta' Kočevje għandhom ikunu fiż-żona ġeografika definita.
Il-kontroll tal-oriġini tal-Kočevski gozdni med jitwettaq fi stadji differenti minn min irabbi n-naħal, mill-Assoċjazzjoni Kočevski med (Għasel Kočevje), mill-kontrolluri, u fl-aħħar, mill-korp indipendenti taċ-ċertifikazzjoni.
Il-persuna li trabbi n-naħal għandha żżomm diversi rekords, bħar-reġistru ta' meta n-naħal joħorġu jimirħu għall-ikel (lokazzjoni, numru ta' doqqajs, il-ħin ta' meta joħorġu jieklu, kwantitajiet tar-rendiment tal-għasel, serje, eċċ), rekords tal-miżuri li jittieħdu għall-ħarsien tas-saħħa tan-naħal, u għall-analiżi tal-għasel. L-Assoċjazzjoni Kočevski med iżżomm reġistru tal-persuni li jrabbu n-naħal li jipproduċu l-Kočevski gozdni med (il-lokazzjoni tal-kaxex tan-naħal, in-numru ta' doqqajs, il-produzzjoni ta' għasel għal kull doqqajs), reġistru tat-tikketti li jissiġġillaw bin-numru maħruġa bil-kitba “Kočevski gozdni med” reġistru ta' persuni li jqiegħdu l-għasel Kočevski gozdni med fil-vażetti, u r-reġistru tal-kontrolluri. Il-kontrollur (persuna mħarrġa speċjalment u li tkun ingħatat liċenzja) għandu jispezzjona l-persuna li trabbi n-naħal u li tixtieq li tqiegħed il-Kočevski gozdni med fil-vażetti, sabiex jiġi żgurat li t-trobbija tan-naħal tiegħu/tagħha, tal-produzzjoni, il-ħażna u t-tqegħid fil-vażetti tal-għasel tiegħu/tagħha jitwettqu kif suppost. Jekk l-għasel jissodisfa r-rekwiżiti, il-kontrollur japprova l-ammont mitlub ta' tikketti li jissiġġilaw għall-Għasel Kočevski gozdni med lill-persuna li trabbi n-naħal, b'kunsiderazzjoni tal-ammont ta' għasel iddikjarat. Il-kontrollur għandu jżomm rekords dwar il-livell xieraq fil-prattiki tat-trobbija tan-naħal milħuq mill-persuna li trabbihom, u tal-analiżi tal-għasel imwettqa fuq il-post.
4.5. Metodu ta' produzzjoni:
Il-pożizzjonijiet tad-doqqajs għandhom ikunu fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4.3. Il-persuni li jrabbu n-naħal għandhom jżommuhom skont il-prinċipji ta' prattika tajba tat-trobbija tan-naħal. Il-produzzjoni tal-għasel hija soġġetta għal kondizzjonijiet iġjeniċi stretti biex tiġi assigurata kwalità għolja tal-għasel prodott.
Ix-xehda maħsuba għall-kisba tal-għasel m'għandhiex tkun esposta għal aġenti kimiċi li jintużaw għall-kontroll tal-mard u l-pesti. Fiż-żmien meta joħorġu jfittxu l-għalf, in-naħal (bee colony) m'għandhomx jingħataw għalf. Il-metodi li jintużaw biex jitnaffru n-naħal huma l-knis (sweeping), l-użu tal-minfaħ, filwaqt li jiġi minimizzat id-duħħan; u l-użu ta' kimiċi li jbiegħdu l-insetti mhux permess. It-tqegħid tal-għasel fil-vażetti jibda meta l-għasel jimmatura u l-kontenut tal-ilma ma jaqbiżx it-18,6 %. L-għasel qatt ma għandu jinġabar mix-xehda li jkun għad fiha d-doqqajs (brood). L-għasel qatt ma jitqiegħed fil-vażetti direttament mill-iżmillatur.
It-tnixxif tal-għasel mhux permess. L-għasel dejjem jiġi ffiltrat, iżda mhux minn passatur li jżomm frak iżgħar minn 0,2 mm. L-għasel kristallizzat jista' jiddewweb bit-tisħin, iżda biss b'temperatura massima ta' 40 °C fil-punt tal-kuntatt bejn l-apparat tat-tisħin u l-għasel. It-tidwib tal-għasel b'tisħin tal-majkrowejv mhux permess.
It-tqegħid tal-Kočevski gozdni med f'vażetti għandu jsir fiż-żona ġeografika definita, peress li b’dan il-mod biss tiġi żgurata u miżmuma kwalità għolja tal-għasel u fl-istess ħin jiġi evitat kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi tal-għasel. Qabel jiqiegħed f'vażetti u qabel isir it-tikkettar bl-isem “Kočevski gozdni med”, huwa obbligatorju li jitwettqu l-kontroll u l-klassifikazzjoni ta' kull lott tal-għasel. Dan il-kontroll jitwettaq mill-kontrolluri (ara l-punt 4.4), filwaqt li kontrolli addizzjonali jitwettqu wkoll mill-korp tal-ispezzjoni msemmi fil-punt 4.7. L-Għasel Kočevski gozdni med jitqiegħed f'kontenituri ta' daqs differenti għall-bejgħ bl-imnut. Immedjatament wara li jimtela l-vażett, l-għatu u l-vażett jingħalqu b'tikketta li tissiġilla sabiex il-vażett ma jkunx jista jinfetaħ mingħajr ma titqatta' t-tikketta li tissiġillah. Il-kontroll strett tal-fażijiet kollha u l-verifika tat-traċċabilità jnaqqsu wkoll ir-riskju li dan it-tip ta' għasel jitħallat ma' tipi oħra ta' għasel u t-tikkettar ta' tipi oħra ta' għasel bl-isem Kočevski gozdni med.
4.6. Rabta:
Il-boskijiet tar-reġjun ta' Kočevje għandhom kwalitajiet eċċezzjonali ta’ ambjent naturali ippreservat sew, u għaldaqstant jikklassifikaw fost l-aħjar żoni ppreservati fl-Ewropa. Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott l-għasel Kočevski gozdni med hija kważi l-istess żona ta' Kočevsko-Kolpa, li hija waħda mill-partijiet importanti tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats flimkien mad-Direttiva dwar l-Għasafar fir-reġjuni ta' Natura 2000. Iż-żona Kočevsko – Kolpa hija waħda mill-akbar żoni ta’ foresta mhux mittiefsa fis-Slovenja. Ir-reġjun ta' Dinaric hemmhekk huwa miksi b’foresti tal-fagu Illiriċi, li jagħmlu parti mill-ħabitats protetti fl-Ewropa.
B'mod partikolari ż-żona fejn jimirħu n-naħal għall-għalf hija mimlija siġar, il-parti ċentrali tagħha hija kbira 800 km2 u 95 % tagħha hija miksija b'siġar tal-foresta. Iż-żona tiftaħar b'varjeta' sħiħa ta' flora, mogħnija b'veġetazzjoni tal-foresta tal-għoljiet tal-mergħat u tal-art mistagħdra. Iż-żoni individwali jvarjaw fid-dehra ta' gruppi ta' pjanti li jagħtu l-għasel, id-diversità tal-ħabitats individwali, il-kondizzjonijiet klimatiċi u ż-żoni tal-altitudni. Il-persuni li jrabbu n-naħal jafu kif għandhom japproffittaw mill-flora rikka u l-perjodi differenti tat-tkabbir. Għalhekk, iż-żnuber jagħti l-għasel f'Ġunju, u ħafna drabi f'Lulju u f'Awwissu. Is-siġra tal-arżnu, xi drabi, tagħti l-għasel fl-aħħar ta' Mejju, inkella f'Ġunju, is-siġra tal-lajm ikollha ż-żahar diġà f'Ġunju u tilħaq l-aqwa tagħha madwar ġimagħtejn wara li ma tibqax tagħmel fjuri. Biex jagħmlu l-aqwa użu mill-artijiet li jipprovdu l-għalf, il-persuni li jrabbu n-naħal jittrasportawhom minn żona għall-oħra fi ħdan iż-żona ġeografika definita. B'hekk dawn jimmonitorjaw b'attenzjoni r-rapporti tal-aġenzija għat-tbassir tal-produzzjoni tan-nektar. Dan il-mod tat-trobbija tan-naħal iwwassal sabiex jiġu prodotti diversi tipi tal-għasel Kočevski gozdni med.
It-tradizzjoni twila diversi sekli ta' trobbija tan-naħal fiż-żona ġeografika hija evidenzjata fost l-oħrajn bl-għażla ta' Sant'Ambroġ bħala patrun tan-naħal. Huwa magħruf biss li dan għex fir-raba' seklu qabel Kristu, li kien isqof u għalliem ekkleżjastiku. Għall-unur u l-foħrija tiegħu, għad hemm persuni li jrabbu n-naħal li jitolbuh għas-saħħa tan-naħal u għal rendiment tajjeb tal-għasel. Fi Stari trg ob Kolpi hemm statwa kbira ta' Sant'Ambroġ b'doqqajs immaljat ħdejn saqajh fuq l-altar tal-knisja parrokkjali.
Fil-kappella fil-villaġġ ta' Lazi ob Kolpi mbagħad wieħed jista' jara affresk li ġie mpitter fl-1557, iżda skopert biss ftit snin ilu, ta' xbieha ta' Sant Ambroġ flimkien ma' tliet qaddisin oħrajn. Iż-żewġ xbihat għalhekk jixhdu t-tradizzjoni twila tat-trobbija tan-naħal fiż-żona usa' ta' Kočevje.
Numru ta' patrijotti, b'livell tajjeb ta' edukazzjoni u li kienu kapaċi jiktbu dwar ix-xogħol tagħhom man-naħal, kellhom ukoll influwenza importanti fuq l-iżvilupp tat-trobbija tan-naħal fir-reġjun ta' Kočevje. Fost dawn kien hemm il-kappillan, l-imħallef u s-Sindku Jurij Jonke, li twieled fl-1777 fi Svetli Potok ħdejn Kočevje. Hu kien ukoll irabbi ħafna n-naħal u kkontribwixxa sew għall-promozzjoni tat-trobbija domestika tan-naħal. Hu rrapporta dwar dan fil-gazzetta Ġermaniża dwar it-trobbija tan-naħal Bienenzeitung, u kiteb ukoll għal Novice u Ilirischer Blatt ippubblikati f'Ljubljana. Barra minn hekk, fl-1836 kiteb ktejjeb dwar it-trobbija tan-naħal, li jġib l-isem ta' “Anleitung zur praktischen Behandlung der Bienenzucht” (Gwida prattika għat-trobbija tan-naħal).
Kien irabbi ħafna n-naħal ukoll il-kittieb Fran Levstik, li twieled f'Retje ħdejn Velike Lašče. Dan kiteb ktieb bl-isem ta' “Bučelstvo” (Trobbija tan-naħal), ippubblikat fl-1853.
It-trobbija tan-naħal espandiet b’mod sinifikanti wara l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918), meta ġew stabbiliti l-ewwel fergħat tat-trobbija tan-naħal.
Wieħed mill-inizjaturi kien il-persuna progressiva li trabbi n-naħal Josip Kajfež (1881-1944) minn Nova Sela ob Kolpi, li sa mill-1918 kellu 100 kolonja tan-naħal. Mhux biss kien mudell fit-trobbija tan-naħal u fondatur tat-trobbija tan-naħal organizzata fil-Wied ta' Kostelska, iżda kien ukoll magħruf għat-trobbija tan-naħal irġejjen. Hu kiteb ukoll għar-rivista “Slovenski čebelar” (Trobbija tan-naħal Slovena) u għal pubblikazzjonijiet oħra simili.
4.7. Awtorità tal-kontroll:
|
Isem: |
Bureau Veritas, d.o.o. |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+386 14757670 |
|||
|
Fax |
+386 14747602 |
|||
|
Posta elettronika: |
info@bureauveritas.si |
4.8. Tikkettar:
L-għasel li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni għandu jiġi tikkettat bl-isem “Kočevski gozdni med” bid-dikjarazzjoni “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini”, is-simbolu tal-Komunità rilevanti u s-simbolu nazzjonali tal-kwalità.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/s3 |
AVVIŻ
Fl-4 ta’ Marzu 2011, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 70 A, se jiġi ppubblikat il-“Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli – it-tieni suppliment tad-29 edizzjoni kompluta” u “Katalgu Komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ ħxejjex – it-tieni suppliment tad-29 edizzjoni kompluta”
L-abbonati tal-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jiksbu l-istess numru ta’ kopji u verżjonijiet lingwistiċi ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali bħal dawk li jiksbu mingħajr ħlas. L-abbonati huma mitluba jirritornaw il-formola mehmuża hawnhekk, mimlija u bin-numru sħiħ tal-abbonament tagħhom (il-kodiċi jidher fuq ix-xellug ta’ kull tikketta u jibda: O/…). Dan il-Ġurnal Uffiċjali se jibqa’ disponibbli mingħajr ħlas għal sena mid-data ta’ meta jiġi ppubblikat.
Non-abbonati jistgħu jordnaw dan il-Ġurnal Uffiċjali bi ħlas f’wieħed mill-uffiċini tal-bejgħ tagħna (ara http://publications.europa.eu/others/agents/index_mt.htm).
Dan il-Ġurnal Uffiċjali – bħall-Ġurnali Uffiċjali kollha (L, C, CA, CE) – jista’ jiġi kkonsultat mingħajr ħlas online fuq http://eur-lex.europa.eu