ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.069.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 069/01 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2011 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' finanzjament għall-2011 fil-qafas tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta' dan il-programm ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
3.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Frar 2011
dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' finanzjament għall-2011 fil-qafas tat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) u dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta' dan il-programm
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 69/01
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Programm tas-Saħħa”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) ta' dan,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala r-“Regolament Finanzjarju”), u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala r-“Regoli tal-Implimentazzjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 90 ta' dan,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem “Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika”, għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni, l-impenn għall-infiq mill-baġit tal-UE għandu jiġi preċedut b'deċiżjoni ta' finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi l-infiq u li tkun adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati s-setgħat mill-istituzzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 8(1) tal-Programm tas-Saħħa, għandu jiġi adottat pjan ta' ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-saħħa u l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm. |
(3) |
Skont l-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2004/858/KE, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-Programm dwar is-saħħa pubblika u għandha tirċievi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għal dak il-fini. |
(4) |
Billi l-pjan ta' ħidma tal-2011 huwa qafas dettaljat biżżejjed kif mifhum fl-Artikolu 90(2) u (3) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni, id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament għall-infiq previst fil-pjan ta' ħidma għal għotjiet tal-għajnuna finanzjarja, l-akkwist u azzjonijiet oħra. |
(5) |
Taħt l-Artikolu 168(1) punt c) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni, jistgħu jingħataw għotjiet tal-għajnuna finanzjarja mingħajr sejħa għall-proposti lill-korpi b'monopolju de jure jew de facto u taħt l-Artikolu 168(1) punt f) għal azzjonijiet b'karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikolari ta' korp minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni tiegħu jew is-setgħa amministrattiva tiegħu. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni hija wkoll deċiżjoni ta' finanzjament għall-infiq fil-kuntest tal-ġestjoni ċentralizzata jew konġunta indiretta debitabbli lill-baġit tal-UE. |
(7) |
Inkisbet evidenza ta' eżistenza u operat tajjeb tal-elementi mniżżla fl-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju, fl-entità li għandha tiġi fdata mill-Kummissjoni bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE fil-ġestjoni ċentralizzata indiretta. |
(8) |
Id-deċiżjoni ta' finanzjament attwali tista' tkopri wkoll il-ħlas tal-interessi li għandu jsir għal pagament li jitwettaq tard fuq il-bażi tal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju u 106(5) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni. |
(9) |
Huwa xieraq li jiġu definiti t-termini “bidla sostanzjali” kif mifhum fl-Artikolu 90(4) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-pjan ta' ħidma 2011 għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa, kif stabbilit fl-Anness I u relatat mal-Annessi II, III, IV, V, VI, u VII dwar l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm tas-Saħħa, qiegħed b'dan jiġi adottat. Jikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament kif mifhum fl-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 2
Ġie stabbilit li l-kontribuzzjoni massima awtorizzata b'din id-Deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa ta' EUR 49 751 348 li għandu jiġi finanzjat mil-Linji Baġitarji tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2011 li ġejjin:
— |
Linja Baġitarja 17 03 06 – azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa: EUR 47 060 000; |
— |
Linja Baġitarja 17 01 04 02 – Infiq fuq ġestjoni amministrattiva: EUR 1 400 000; |
u stima tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE u l-Kroazja għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tas-Saħħa:
— |
pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: EUR 1 153 348; |
— |
il-Kroazja: EUR 138 000. |
Dan jammonta għal total għal-linja baġitarja 17 03 06 ta' EUR 48 313 028 u total għal-linja baġitarja 17 01 04 02 ta' EUR 1 438 320.
Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jkopru wkoll l-interessi li jkollhom jitħallsu minħabba ħlas li jitwettaq tard skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju.
L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija soġġetta għad-disponibilità tal-approprjazzjonijiet maħsuba fl-abbozz tal-baġit għall-2011 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2011 mill-Awtorità Baġitarja.
Artikolu 3
Is-sistema tal-ġestjoni stabbilita mill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi li għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE tikkonforma mal-kundizzjonijiet għad-delega tax-xogħlijiet taħt ġestjoni ċentralizzata indiretta. L-implimentazzjoni tal-baġit ta' xogħlijiet relatati ma' għotjiet għal proġetti, għotjiet operattivi, għotjiet għal azzjonijiet konġunti, għotjiet għal konferenzi u ftehimiet ta' għotja diretta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u parti mill-akkwist għalhekk jistgħu jiġu fdati lil din l-entità.
L-allokazzjonijiet tal-baġit meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm tas-Saħħa għandhom jiġu delegati lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti tal-ammonti stabbiliti fil-pjan ta' ħidma fl-Anness I.
Is-sussidju operattiv imdaħħal fil-linja baġitarja 17 01 04 30 għandu jitħallas lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi.
Artikolu 4
L-implimentazzjoni tal-baġit ta' xogħlijiet relatati ma' għotjiet diretti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tista' tiġi fdata lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin: il-Kunsill tal-Ewropa (KtE), l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).
Artikolu 5
Il-bidliet kumulattivi tal-allokazzjonijiet lill-azzjonijiet speċifiċi li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni massima awtorizzata b'din id-Deċiżjoni mhumiex ikkunsidrati bħala sostanzjali bil-kundizzjoni li ma jaffettwawx b'mod sinifikanti n-natura u l-għan tal-pjan ta' ħidma. Dan jista' jinkludi żieda tal-kontribuzzjoni massima awtorizzata b'din id-Deċiżjoni sa 20 %.
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista' jadotta bidliet bħal dawn skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità.
Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jiżgura l-implimentazzjoni ġenerali ta' din id-deċiżjoni ta' finanzjament.
Artikolu 6
L-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lil korpi b'monopolju de jure jew de facto taħt l-Artikolu 168(1) punt c) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni u għal azzjonijiet b'karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu tip partikolari ta' korp minħabba l-kompetenza teknika, il-grad għoli ta' speċjalizzazzjoni jew is-setgħa amministrattiva tiegħu taħt l-Artikolu 168(1) punt f), skont il-kundizzjonijiet dettaljati fil-pjan ta' ħidma hawn anness.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(4) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
ANNESS I
Pjan ta' Ħidma 2011 għat-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
1. KUNTEST ĠENERALI
1.1. Politika u kuntest legali
L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-UE tiżgura li livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem ikun parti mill-politika kollha tagħha. L-Unjoni Ewropea għandha taħdem mal-Istati Membri sabiex ittejjeb is-saħħa pubblika, tipprevjeni l-mard tal-bniedem u telimina s-sorsi ta' perikolu għas-saħħa fiżika u mentali.
Għal dan il-fini l-Kummissjoni Ewropea ressqet approċċ ġdid għall-politika tas-saħħa tal-UE għall-perjodu 2008-2013 fil-White Paper tagħha Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE 2008-2013 (COM(2007) 630 finali). Din l-istrateġija tipprevedi qafas ġenerali li jkopri mhux biss kwistjonijiet Ewropej ewlenin dwar is-saħħa iżda wkoll aspetti usa' bħas-saħħa fil-politika kollha u s-saħħa globali.
It-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-13) (minn hawn 'il quddiem imsejjeħ “Programm dwar is-Saħħa” jew “Programm”) jappoġġja l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija. Huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala d-“Deċiżjoni tal-Programm”).
Il-missjoni tal-Programm dwar is-Saħħa hija li jikkumplimenta, jappoġġja u jżid il-valur tal-politika tal-Istati Membri. L-għan tiegħu huwa wkoll li jikkontribwixxi sabiex jiżdiedu s-solidarjetà u l-prosperità fl-Unjoni Ewropea billi jħares u jippromwovi s-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem u billi jtejjeb is-saħħa pubblika. Il-Programm jipprova jilħaq l-għanijiet li ġejjin, kif stabbilit fl-Artikolu 2.2 tad-Deċiżjoni tal-Programm:
(1) |
It-titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; |
(2) |
Il-promozzjoni tas-saħħa, inkluż it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa; |
(3) |
Il-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa. |
Fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm hemm iddikjarat li l-Kummissjoni għandha tadotta:
(a) |
il-Pjan ta' Ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm, li jistabbilixxi:
|
(b) |
l-għażla, l-għoti u kriterji oħra għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm skont l-Artikolu 4. |
Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju (RF) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-komunitajiet Ewropej, l-impenn tal-infiq għandu jiġi preċedut b'deċiżjoni ta' finanzjament adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati setgħat mill-istituzzjoni. Skont l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (IR), id-deċiżjoni li tadotta l-programm annwali tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 110 tar-RF, tista' tiġi kkunsidrata bħala d-deċiżjoni ta' finanzjament bil-kundizzjoni li din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. L-għan tad-dokument huwa li jilħaq dawk l-obbligi u jippreżenta l-attivitajiet differenti skedati għall-2011 li hija r-raba' sena tal-implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa.
Minbarra għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-Programm dwar is-Saħħa huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi. L-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, li huma pajjiżi tal-EFTA/ŻEE, jipparteċipaw fil-Programm skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-ŻEE. Pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari l-pajjiżi tal-politika Ewropea tal-viċinat, il-pajjiżi li qegħdin japplikaw, huma kandidati għal, jew qegħdin jaċċedu għas-sħubija fl-UE kif ukoll il-pajjiżi tal-Balkani tal-punent inklużi fil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni jistgħu jipparteċipaw fil-Programm bil-kundizzjoni li l-ftehimiet meħtieġa jkunu f'posthom. Minn dawn il-pajjiżi terzi l-Kroazja kkonkludiet dawn l-arranġamenti u tipparteċipa fil-Programm.
1.2. Riżorsi
Id-Deċiżjoni tal-Programm tistabbilixxi baġit totali ta' EUR 321 500 000 għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 – 31 ta' Diċembru 2013. L-awtorità baġitarja approvat baġit totali ta' EUR 48 460 000 [ammont indikattiv, soġġett għall-adozzjoni finali tal-baġit min-naħa tal-Awtoritajiet Baġitarji] għall-2011 għal-linji tal-baġit 17 03 06 u 17 01 04 02:
— |
EUR 47 060 000 għal 17 03 06 – azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa (baġit operattiv); |
— |
EUR 1 400 000 għal 17 01 04 02 – Infiq fuq ġestjoni amministrattiva (baġit amministrattiv). |
Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE u l-Kroazja huma stmati li jammontaw għal EUR 1 153 348 mill-EFTA/ŻEE u EUR 138 000 mill-Kroazja.
Dan iwassal għal total għal-linja tal-baġit 17 03 06 ta' EUR 48 313 028 u total għal linja tal-baġit 17 01 04 02 ta' EUR 1 438 320.
L-ammonti mogħtija fil-kapitoli li ġejjin huma indikattivi. Skont l-Artikolu 90(4) tal-IR, varjazzjonijiet mhux sostanzjali fl-ordni ta' +/– 20 % ta' kull unità huma possibbli taħt kull mekkaniżmu ta' finanzjament.
Il-linja tal-baġit 17 01 04 02 – L-infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva għandu jintuża għall-finanzjament ta' attivitajiet bħall-organizzazzjoni ta' konferenzi, laqgħat u workshops ta' esperti, inklużi seminars organizzati fuq livell nazzjonali fost gruppi ta' esperti għall-iskambju tal-aħjar prassi fl-oqsma koperti minn dan il-pjan ta' ħidma. Il-linja tal-baġit għandha wkoll tintuża sabiex tkopri l-pubblikazzjonijiet u l-inizjattivi ta' komunikazzjoni.
L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) tassisti l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' ħidma skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta' Settembru 2008. Il-linja tal-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati ma' EAHC hija 17 01 04 30.
2. MEKKANIŻMI TA' FINANZJAMENT
L-approprjazzjonijiet disponibbli taħt il-linja tal-baġit 17 03 06 – azzjoni tal-UE fil-qasam tas-saħħa għandhom jintużaw biex jingħataw għotjiet għal proġetti, għotjiet operattivi, għotjiet għal azzjonijiet konġunti, għotjiet għal konferenzi u għotjiet diretti lil organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll għall-kopertura tal-akkwist u azzjonijiet oħra. L-għotjiet kollha huma koperti minn ftehim bil-miktub.
Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, għandha tiġi faċilitata l-kollaborazzjoni ma' pajjiżi terzi li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fil-programm. Madankollu, dawn il-pajjiżi ma jistgħu jirċievu l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm dwar is-Saħħa. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn tali pajjiżi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala kostijiet eliġibbli f'każijiet li għandhom jiġu ġustifikati kif għandu jkun u li jkunu eċċezzjonali, fejn dan jikkontribwixxi b'mod dirett għall-għanijiet tal-Programm.
2.1. Għotjiet għall-proġetti
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-għotjiet għall-proġetti hija ta' EUR 4 650 000. Huma jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet eliġibbli li jsiru. Ir-rata massima għall-kofinanzjament tal-UE hija ta' 60 %. Madankollu, din tista' tiżdied għal 80 % f'każ li proposta tilħaq il-kriterji għal utilità eċċezzjonali. L-Anness II fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għoti ta' għotjiet għall-proġetti. L-Anness VII fih il-kriterji għal utilità eċċezzjonali.
Għandhom jiġu kkunsidrati għal finanzjament dawk il-proposti biss li b'mod dirett jikkorrispondu għas-suġgett u d-deskrizzjoni kif stabbilit f'dan il-pjan ta' ħidma u fejn l-“għotja għal proġett” hija indikata bħala l-mekkaniżmu ta' finanzjament. Il-proposti li jindirizzaw biss il-qasam iżjed wiesa' tas-suġġett mingħajr ma jissodisfaw id-deskrizzjoni speċifika ta' azzjoni speċifika ma jiġux ikkunsidrati għall-finanzjament. Għal kull waħda mill-azzjonijiet, proposta waħda biss għandha tiġi ffinanzjata, minbarra fejn jiġi ddikjarat mod ieħor.
L-orarju tal-ħinijiet indikattiv għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għal għotjiet għal proġetti fil-Ġurnal Uffiċjali huwa l-ewwel tliet xhur tal-2011.
2.2. Għotjiet operattivi
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-għotjiet operattivi hija ta' EUR 4 000 000. Huma jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru. Ir-rata massima għall-kofinanzjament tal-UE hija ta' 60 %. Madankollu, din tista' tiżdied sa 80 % fil-każ li proposta tilħaq il-kriterji għal utilità eċċezzjonali.
L-għotjiet operattivi jistgħu jingħataw għat-tiġdid tal-għotjiet operattivi mogħtija lill-korpi mhux governattivi u n-netwerks speċjalizzati taħt il-pjan ta' ħidma għall-2010. Jistgħu isiru għotjiet operattivi ġodda lil korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati li jkunu attivi f'oqsma li jikkorrispondu mal-prijoritajiet tal-Programm dwar is-Saħħa u għall-prijoritajiet ta' dan il-pjan ta' ħidma kif stabbilit hawn taħt fil-punt 3 Prijoritajiet għall-2011.
Kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, it-tiġdid tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbilit fil-paragrafu 1(b) lil korpi mhux governattivi u netwerks speċjalizzati jista' jkun eżenti mill-prinċipju tat-tnaqqis gradwali. Bħala regola ġenerali, din l-eżenzjoni għandha tapplika għall-organizzazzjonijiet applikanti li ma jkunu qegħdin jirċievu l-ebda parti mill-finanzjament tagħhom mis-settur privat (1) jew interess ieħor konflittwali għall-funzjonament tagħhom (finanzjament ewlieni). Għall-għotjiet operattivi l-oħra kollha li ġġeddew, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' ħames punti perċentwal meta mqabbel mal-perċentwal tal-kofinanzjament tal-Komunitarju li fuqu jkun intlaħaq qbil fil-ftehim dwar l-għotja wara s-sejħa għall-proposti 2010. Fi kwalunkwe każ, l-ammont tal-kofinanzjament tal-UE ma jistax ikun ogħla mill-ammont mogħti fl-2010. L-Anness III fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għoti għall-għotjiet operattivi. L-Anness VII fih il-kriterji għall-utilità eċċezzjonali.
L-orarju tal-ħinijiet indikattiv għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għall-għotjiet operattivi fil-Ġurnal Uffiċjali huwa l-ewwel tliet xhur tal-2011.
2.3. Għotjiet għal azzjonijiet konġunti
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-azzjonijiet konġunti hija ta' EUR 17 040 000. L-azzjonijiet konġunti jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri/pajjiżi oħra parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa u l-Kummissjoni Ewropea li jwettqu progress f'xogħol dwar kwistjonijiet identifikati b'mod konġunt. Il-korpi pubbliċi jew il-korpi mhux governattivi bbażati fi Stat Membru jew f'pajjiż ieħor parteċipanti li jipparteċipa f'azzjoni konġunta speċifika jistgħu jipparteċipaw fl-azzjoni konġunta. Madankollu, sabiex jagħmlu dan, għandu jkollhom mandat speċifiku mill-awtoritajiet tal-Istat Membru/pajjiż ieħor parteċipanti kkonċernat.
L-għotjiet għall-azzjonijiet konġunti jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli li jsiru. Ir-rata massima tal-kofinanzjament tal-UE hija ta' 50 %. Madankollu, din tista' tasal sa 70 % f'każijiet ta' utilità eċċezzjonali. Il-ħames azzjonijiet konġunti proposti f'dan il-pjan ta' ħidma jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010)2020 tat-3 ta' Marzu 2010 dwar l-Ewropa 2020, strateġija għal żvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għalhekk huma kkunsidrati ta' utilità eċċezzjonali. Erba' minn dawn għandhom jingħataw kofinanzjament ta' 60 % u waħda ta' 70 %. Dawn l-azzjonijiet konġunti huma:
— |
Appoġġ għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet/strateġiji nazzjonali fuq mard rari u miżuri relatati għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-mard rari; kofinanzjament massimu tal-UE ta' EUR 3 000 000, perċentwal ta' kofinanzjament ta' 60 %; |
— |
Strumenti transkonfinali tas-saħħa elettronika bħala għodod ta' appoġġ għall-informazzjoni u r-riċerka medika; kofinanzjament massimu tal-UE ta' EUR 2 400 000, perċentwal ta' kofinanzjament ta' 60 %; |
— |
Azzjoni konġunta kumplimentari fuq HTAs pilota fuq teknoloġiji mmirati dwar is-saħħa; kofinanzjament massimu tal-UE ta' EUR 6 600 000, perċentwal ta' kofinanzjament ta' 70 %; |
— |
Is-sikurezza tal-pazjenti u l-kwalità tal-kura tas-saħħa; kofinanzjament massimu tal-UE ta' EUR 3 600 000, perċentwal ta' kofinanzjament ta' 60 %; |
— |
Assistenza lill-Istati Membri sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ ta' donazzjoni minn donaturi mejta u ħajjin; kofinanzjament massimu tal-UE ta' EUR 1 440 000, perċentwal ta' kofinanzjament ta' 60 %. |
L-Anness IV fih il-kriterji ta' esklużjoni, eliġibbiltà, għażla, u għoti għall-azzjonijiet konġunti.
L-Istati Membri/il-pajjiżi l-oħra parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa li jixtiequ jipparteċipaw f'azzjonijiet konġunti għandhom jiddikjaraw din l-intenzjoni lill-Kummissjoni. Bl-eċċezzjoni tal-NGOs li joperaw f'livell ta' UE, huma dawk l-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri/il-pajjiżi l-oħra parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa li għamlu din id-dikjarazzjoni biss li jistgħu japplikaw għal parteċipazzjoni f'azzjonijiet konġunti. Il-Kummissjoni, assistita mill-EAHC, għandha toffri għajnuna lill-Istati Membri/il-pajjiżi l-oħra parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa sabiex tiġi żgurata proċedura trasparenti għad-deżinjazzjoni ta' NGOs nazzjonali sabiex jipparteċipaw f'azzjonijiet konġunti.
L-orarju tal-ħinijiet indikattiv għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti fil-Ġurnal Uffiċjali huwa l-ewwel tliet xhur tal-2011.
2.4. Għotjiet għal konferenzi
L-ammont indikattiv totali għall-konferenzi huwa ta' EUR 800 000: EUR 200 000 għall-konferenzi ta' Presidenza, u EUR 600 000 għal konferenzi oħra. Għal raġunijiet amministrattivi, il-konferenzi eliġibbli għall-kofinanzjament, minbarra l-konferenzi ta' Presidenza, għandhom isiru fl-2012.
2.4.1. Konferenzi ta' Presidenza – Monopolju de jure
Skont l-Artikolu 168(1) punt c) tal-IR, jistgħu jiġu allokati għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti lil organizzazzjonijiet f'sitwazzjoni ta' monopolju de jure jew de facto, li għandhom jiġu sustanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni tal-għoti.
Il-konferenzi ta' Presidenza ta' natura politika qawwija u li jinvolvu rappreżentanza fl-ogħla livell kemm mill-Awtoritajiet Nazzjonali kif ukoll mir-rappreżentanti Ewropej għandhom jiġu organizzati esklużivament mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-UE. Peress li l-Presidenza għandha rwol uniku fil-qafas tal-attivitajiet tal-UE, jiġi kkunsidrat li l-Istat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni tal-avveniment għandu monopolju de jure.
Żewġ konferenzi organizzati mill-Presidenzi tal-Unjoni Ewropea, waħda għall-Presidenza fit-tieni nofs tal-2011 u l-oħra għall-Presidenza fl-ewwel nofs tal-2012, jistgħu jirċievu sa EUR 100 000 kull waħda. Ir-rata massima ta' kofinanzjament tal-UE hija ta' 50 % tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu saru.
Il-Presidenza għandha tissottometti talba għal għotja lill-EAHC, permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, għall-konferenza kkonċernata mill-inqas erba' xhur qabel l-avveniment. It-talba għal għotja għandha tispeċifika s-suġġett tal-konferenza, l-abbozz tal-programm, il-baġit provviżorju u l-kompożizzjoni tal-kumitati xjentifiċi u organizzattivi.
Il-konferenzi tal-Presidenza li għandhom jiġu finanzjati taħt dan il-pjan ta' ħidma huma: “Forum Ewropew dwar il-Politika dwar il-Moħħ; ix-Xjuħija, l-Attakk ta' Puplesija u l-Alzheimer – is-sejba ta' soluzzjonijiet innovattivi” li għandha tinżamm f'Novembru tal-2011 taħt il-Presidenza Pollakka, u konferenza li għandha tinżamm fl-ewwel nofs tal-2012 taħt il-Presidenza Daniża li għandha tiġi kkunsidrata f'Deċiżjoni separata ta' finanzjament ladarba jkunu magħrufa d-dettalji.
2.4.2. Konferenzi oħra
Jistgħu jinagħtaw għotjiet għal konferenzi lill-organizzazzjoni ta' konferenzi li jikkorrispondu direttament għall-prijoritajiet tal-Programm dwar is-Saħħa u għall-prijoritajiet ta' dan il-pjan ta' ħidma kif stabbilit hawn taħt fil-punt 3 Prijoritajiet għall-2011 u li għandhom dimensjoni Ewropea wiesa. Għandhom jiġu organizzati minn korp pubbliku jew mingħajr skop ta' qligħ li jkun stabbilit f'pajjiż parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa u li jkollu esperjenza rilevanti ta' kooperazzjoni f'livell ta' UE. Il-konferenzi jistgħu jirċievu sa EUR 100 000 (massimu ta' 50 % tal-baġit totali). L-Anness V fih il-kriterji tal-esklużjoni, l-eliġibbiltà, l-għażla u l-għoti għal konferenzi minbarra l-konferenzi ta' Presidenza.
L-orarju tal-ħinijiet indikattiv għall-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għal konferenzi fil-Ġurnal Uffiċjali huwa l-ewwel tliet xhur tal-2011.
2.5. Ftehimiet ta' għotjiet diretti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-għotjiet diretti hija ta' EUR 3 200 000. Dawn għandhom jiġu bbażati fuq kollaborazzjoni effettiva mal-Kummissjoni.
Għal dan il-pjan ta' ħidma, organizzazzjoni internazzjonali tiġi definita bħala għamla ta' kooperazzjoni intergovernattiva stabbilita minn stati permezz tal-firma ta' ftehim internazzjonali li jiġi rreġistrat jew sottomess għar-reġistrazzjoni għand is-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, jkollu struttura organizzattiva permanenti u jkun mgħammar bi stat legali bbażat fuq il-ftehim internazzjonali rilevanti li jippermetti l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu u t-twettiq tal-għan tiegħu.
Skont l-Artikolu 168(1) punt f) tal-IR, il-finanzjament għal azzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandu jiġi allokat permezz ta' ftehimiet ta' għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti dwar temi identifikati b'mod speċifiku f'dan il-pjan ta' ħidma. L-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-uffiċċji nazzjonali jew reġjonali tagħhom mhumiex eliġibbli għal finanzjament bħala benefiċjarji ewlenin jew assoċjati taħt l-ebda sejħa għall-proposti. Ir-rata massima għal kofinanzjament tal-UE hija ta' 60 % tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu effettivament saru. Skont il-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-Programm, l-attivitajiet li jinvolvu pajjiżi terzi mhux parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli. Madankollu, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-esperti mistiedna minn pajjiżi bħal dawn jew li jivvjaġġaw lejn tali pajjiżi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż eliġibbli f'każijiet eċċezzjonali li għandhom jiġu ġustifikati kif xieraq, fejn dan jikkontribwixxi b'mod dirett għall-finijiet tal-Programm dwar is-Saħħa.
Fl-2011 finanzjament jista' jingħata biss lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin:
— |
il-Kunsill tal-Ewropa (KtE); |
— |
l-Osservatorju Ewropew fuq il-Politika dwar is-Saħħa u s-Sistemi dwar is-Saħħa; |
— |
l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC); |
— |
l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD); |
— |
l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). |
2.6. Akkwist
L-istima tal-ammont indikattiv totali għall-akkwist hija ta' EUR 17 753 028.
Huwa previst li s-sejħiet għal offerti jiġu ppubblikati fl-ewwel semestru tal-2011 fil-Ġurnal Uffiċjali. Il-kuntratti ta' qafas u l-kuntratti ġodda ta' servizzi għandhom jintużaw kif indikat f'dan il-pjan ta' ħidma.
2.7. Azzjonijiet oħra
L-istima tal-ammont indikattiv totali għal azzjonijiet oħra hija ta' EUR 870 000.
Dawn ikopru l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-UE bħala sottoskrizzjonijiet lil korpi li tagħhom huma membri kif mifhum fl-Artikolu 108(2) punt d) tal-Regolament Finanzjarju, u ftehim amministrattiv maċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (JRC) u indennitajiet speċjali mħallsa lil esperti għall-parteċipazzjoni tagħhom f'laqgħat u xogħol fuq opinjonijiet xjentifiċi skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (2): indennitajiet speċjali.
3. PRIJORITAJIET GĦALL-2011
Fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2010) 2020, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta strateġija għat-tqawwija mill-ġdid tal-Ewropa fl-għaxar snin li ġejjin. L-azzjonijiet ippreżentati f'dan il-pjan ta' ħidma huma bbażati b'mod partikolari fuq tnejn mill-prijoritajiet ta' dik l-istrateġija: Żvilupp intelliġenti u Żvilupp inklużiv. Dawn jippruvaw jindirizzaw, fost affarijiet oħra, l-isfida tal-promozzjoni ta' popolazzjoni li qiegħda tixjiħ li tkun attiva u f'saħħitha, u t-tnaqqsi tal-inugwaljanzi fis-saħħa.
Il-prijorità tal-Iżvilupp Intelliġenti tibni fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-inizjattiva ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni tipprova tiffoka l-politika sabiex tindirizza l-bidla demografika fl-UE wara l-ġenerazzjoni tal-baby-boom. Sal-2050 in-numru ta' nies fuq il-50 sena għandu jikber b'35 % u dak tan-nies fuq il-85 sena għandu jittriplika. Dan ifisser li l-piż fuq is-sistemi tas-saħħa se jkompli jiżdied. Fis-Sħubija għall-Innovazzjoni Ewropea fil-qasam tat-tixjiħ attiv u b'saħħtu stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 546 finali tas-6 ta' Ottubru 2010 dwar l-Ewropa 2020, Inizjattiva Ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni, il-Kummissjoni tagħmel sejħa għal miżuri sabiex tipprevjeni u tindirizza l-mard li jaffettwa x-xjuħ b'attenzjoni partikolari fuq il-mard kroniku u rari. Dan il-pjan ta' ħidma jipprova jagħmel dan billi jindirizza fatturi bħan-nutrizzjoni, it-tabakk u l-alkoħol li huma l-oriġini ta' ħafna minn dan il-mard kroniku relatat maż-żmien, u billi jagħmel progress fix-xogħol fuq il-kanċer u l-mard rari. Il-kooperazzjoni tal-UE dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija dwar is-saħħa tappoġġja dan l-għan. Il-pjan ta' ħidma jappoġġja wkoll ix-xogħol fuq is-sigurtà tad-demm, it-tessuti, iċ-ċelloli u l-organi li jikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa matul iċ-ċiklu tal-ħajja u permezz ta' dan jikkontribwixxi għal tixjiħ b'saħħtu.
Inizjattiva ewlenija oħra tal-Iżvilupp Intelliġenti, Aġenda Diġitali għall-Ewropa, għandha l-għan li tipprovdi benefiċċji ekonomiċi u soċjali minn Suq Diġitali Uniku. Il-pjan ta' ħidma jikkontribbwixxi sabiex jintlaħaq dan il-għan billi jappoġġja miżuri li japplikaw teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-qasam tas-saħħa.
L-għan tal-prijorità ta' Żvilupp inklużiv tal-Istrateġija Ewropa 2020 hija ekonomija b'livell ta' imjieg għoli li tipprovdi koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. L-iżgurar ta' forza tax-xogħol b'saħħitha u b'inqas assenteiżmu jista' jikkontribwixxi għall-produttività tal-Ewropa. Dan il-pjan ta' ħidma jkompli jimmira li jikkontribwixxi għat-tkabbir permezz ta' azzjoni li għandha l-għan li tnaqqas l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa biex tiġi żgurata saħħa aħjar għal kullħadd u aċċess aħjar għas-sistemi tal-kura tas-saħħa. Dan, minn naħa tiegħu, se jtejjeb il-kapaċità taċ-ċittadini biex jikkontribwixxu għas-soċjetà u jnaqqas il-faqas u l-esklużjoni soċjali, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-Inizjattiva Ewlenija kontra l-faqar.
Il-pjan ta' ħidma għall-2011 jiffoka fuq ħames oqsma ewlenin. Dawn huma: Informazzjoni u pariri dwar is-saħħa; Mard; Fatturi li jiddeterminaw is-saħħa; Sistemi tas-saħħa; u Leġiżlazzjoni dwar prodotti u sustanzi.
Il-pjan ta' ħidma jappoġġja l-ġenerazzjoni tad-dejta u l-opinjonijiet xjentifiċi li l-partijiet interessati fis-saħħa minn dawk li jagħmlu l-politika għall-individwi jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati. Madankollu, il-ġenerazzjoni tal-informazzjoni mhuwiex biżżejjed. Sabiex tkun effettiva, għandha tilħaq il-miri tagħha. Dan jirrikjedi t-twaqqif ta' kanali ta' disseminazzjoni effiċjenti u faċli għall-utent. Dawn jinkludu b'mod partikolari t-twaqqif u t-tmexxija ta' sistema tal-ġestjoni tal-għarfien.
Ix-xogħol fuq il-mard fil-pjan ta' ħidma tal-2011 jiffoka fuq il-kanċer u l-mard rari. Il-kanċer huwa t-tieni l-ikbar kawża ta' mewt fost l-irġiel u n-nisa. L-għan tal-Kummissjoni kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009) 291 finali tal-24 ta' Ġunju 2009 dwar l-Azzjoni Kontra l-Kanċer: Is-sħubija Ewropea għandha tnaqqas l-inċidenza tal-kanċer bi 15 % sal-2020. Dan il-pjan ta' ħidma jappoġġja l-attivitajiet li huma ddisinjati sabiex jgħinu biex tintlaħaq dik il-mira. L-azzjoni tal-UE dwar il-mard rari tiġbor flimkien riżorsi frammentati minn madwar l-Istati Membri. Dan jikkontribwixxi għal dijanjostiċi u trattament aħjar. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 679 finali tal-11 ta' Novembru 2008 dwar il-Mard rari: L-isfidi tal-Ewropa u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2009/C 151/02 tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari (3) stabbilixxu l-qafas għal attivitajiet appoġġjati minn dan il-pjan ta' ħidma. L-istat ta' preparazzjoni għal pandemija sar importanti aktar minn qabel wara l-kriżijiet tal-infuwenza avjarja u l-H1N1. Ix-xogħol appoġġjat minn dan il-pjan ta' ħidma jiffoka fuq l-applikazzjoni tat-tagħlim miksub mill-pandemija H1N1. Dan il-pjan ta' ħidma jiffinanzja wkoll ix-xogħol dwar l-istrateġiji tal-prevenzjoni għall-HIV u l-koinfezzjonijiet.
Ħafna mill-mard debilitanti tal-lum, bħall-kanċer u d-dijabete, għandhom konnessjoni diretta ma' xiex u kif in-nies jieklu u jixorbu u x'tip ta' stil ta' ħajja għandhom. Ix-xogħol fuq il-fatturi li jiddeterminaw is-saħħa huwa essenzjali għall-promozzjoni tas-saħħa u permezz ta' dan jiġi evitat il-mard, u b'hekk jikkontribwixxi għal tixjiħ attiv u b'saħħtu. Dan il-pjan ta' ħidma jappoġġja attivitajiet fuq numru ta' fatturi ewlenin li jiddeterminaw is-saħħa: fatturi soċjali determinanti u inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa; in-nutrizzjoni u l-attività fiżika; u l-alkoħol u t-tabakk.
Azzjoni taħt din l-intestatura għandha l-għan li tassigura kura tas-saħħa transkonfinali ta' kwalità għolja, sigura u effiċjenti. L-użu ta' teknoloġija ġdida għandu rwol ewlieni sabiex il-kura tas-saħħa transkonfinali tkun ta' suċċess. Dan il-pjan ta' ħidma jappoġġja x-xogħol fuq is-sigurtà tal-pazjenti, it-teknoloġiji fil-qasam tas-saħħa u l-valutazzjoni tagħhom kif ukoll fuq forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa.
L-attivitajiet rigward il-kwalità u s-sigurtà tas-sustanzi tal-bniedem jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 819 finali tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar Pjan ta' Azzjoni dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi (2009-2015): Kooperazzjoni Msaħħa bejn l-Istati Membri u d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta' kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (4). Iż-żewġ oqsma oħra fejn dan il-pjan ta' ħidma jiffinanzja x-xogħol relatat mal-leġiżlazzjoni tal-UE huma t-tabakk u l-prodotti mediċinali.
Minbarra l-azzjonijiet fl-oqsma ta' hawn fuq, jiġi pprovdut finanzjament għall-organizzazzjoni ta' konferenzi li jiffokaw fuq il-prijoritajiet ta' hawn fuq u lill-organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tas-saħħa fl-oqsma ta' hawn fuq. Il-pjan ta' ħidma jiffinanzja wkoll miżuri orizzontali li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa.
It-tieni Programm dwar is-Saħħa għandu l-mira li jippromwovi sinerġiji ma' Programmi Komunitarji oħra attivi fil-qasam tas-saħħa, prinċipalment is-Seba' Programm dwar il-Qafas tar-Riċerka taħt it-Tema tas-Saħħa tiegħu. Il-proposti li jiġu sottomessi taħt it-tieni Programm dwar is-Saħħa m'għandux ikollhom elementi sinifikanti li jirrelataw mar-riċerka. Se jsiru sforzi sabiex jiġu evitati s-sovrappożizzjoni u d-duplikazzjoni bejn it-tieni Programm dwar is-Saħħa, l-FP7 u programmi oħra Komunitarji. Fejn ikun xieraq, se jiġu implimentati azzjonijiet b'attenzjoni partikolari għal oqsma ta' politika oħra, b'mod partikolari s-soċjetà tal-informazzjoni.
3.1. Azzjonijiet taħt l-ewwel għan “Tejjeb is-sikurezza tas-saħħa taċ-ċittadini”
L-azzjonijiet taħt din it-taqsima għandhom il-mira li jtejbu s-sikurezza tas-saħħa taċ-ċittadini billi jħarsuhom kontra t-theddid għas-saħħa u billi jtejbu s-sigurtà tagħhom.
3.1.1. Ħarsu ċ-ċittadini kontra t-theddid għas-saħħa (Punt 1.1.1 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.1.1.1. Proġett dwar l-istat ta' preparazzjoni u s-sikurezza tas-saħħa multisettorjali: l-istat ta' preparazzjoni tas-saħħa pubblika u l-ippjanar tar-rispons fil-qasam tal-influwenza pandemika u theddid ieħor transkonfinali serju ieħor għas-saħħa, inkluż it-theddid bijoloġiku.
Din l-azzjoni se tistudja l-istat ta' preparazzjoni u l-ippjanar tar-rispons f'livell Ewropew għall-istat ta' preparazzjoni tal-influwenza pandemika u theddid ieħor transkonfinali serju għas-saħħa. Se tappoġġja l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2010 dwar it-tagħlim li jkun ittieħed mill-pandemija A/H1N1 u s-sikurezza tas-saħħa. Il-monitoraġġ tal-progress fl-Istati Membri għandu jkun element ewlieni mill-miżuri proposti taħt din l-azzjoni. Il-benefiċċji potenzjali tat-tagħlim meħud u l-għodod żviluppati għall-istat ta' preparazzjoni kontra pandemija għal emerġenzi oħra tas-saħħa għandhom jiġu esplorati flimkien mal-esperjenzi miksuba minn xogħol multisettorjali (pereżempju l-approċċ ta' Saħħa Waħda). L-għan tal-azzjoni huwa li (a) żżid l-għarfien tal-ħtieġa tat-tisħiħ ta' funzjonament robust, kontinwu u koordinat tas-setturi lil hinn mis-settur tas-saħħa; (b) tappoġġja l-Istati Membri fl-ippjanar ta' funzjonament imtejjeb u robust ta' setturi kruċjali fis-soċjetà fl-eventwalità ta' pandemija bbażat fuq l-iskambju tal-aħjar prattika; u (c) tipprovdi linji gwida għall-stat ta' preparazzjoni għal emerġenzi oħra fil-qasam tas-saħħa, b'mod partikolari dawk maħluqa minn theddid bijoloġiku u/jew kimiku bbażati fuq l-istat ta' preparazzjoni għal influwenza pandemika; u (d) tgħin fl-iżvilupp ta' forum effettiv dwar l-informazzjoni dwar l-aħjar prattiċi fil-ġlieda kontra t-theddid bijoloġiku min-naħa tan-netwerks Ewropej eżistenti, inkluż forum dwar is-sigurtà tal-laboratorji u l-elementi ta' reazzjoni.
Din l-azzjoni għandha tistabbilixxi inventarju ta' strutturi, proċeduri u mekkaniżmi eżistenti diġà mwaqqfa mill-Istati Membri sabiex jittejjeb il-funzjonament koordinat ta' setturi fl-eventwalità ta' pandemija u kwalunkwe tip ieħor ta' theddida transkonfinali kbira għas-saħħa; tidentifika kriterji għall-għażla ta' setturi prijorizzati ta' importanza kritika; tidentifika l-aħjar prassi; tidentifika nuqqasijiet li għadhom jeżistu fil-kapaċitajiet ta' rispons u tagħti parir u rakkomandazzjonijiet għal miżuri oħra sabiex ittejjeb l-istat ta' preparazzjoni u l-ippjanar tar-rispons kontra t-theddid għas-saħħa. L-azzjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jaqsmu bejniethom l-esperjenzi tagħhom u jipproponu mudelli għal skambji ta' tagħlim bejn il-pari. Għandha tiġi pprovduta għodda ta' monitoraġġ għall-valutazzjoni u l-evalwazzjoni tal-progress magħmul fl-istat ta' preparazzjoni u l-ippjanar tar-rispons kemm għall-influwenza pandemika kif ukoll għal theddid ieħor għas-saħħa (stat ta' preparazzjoni ġeneriku).
[Għotja għal proġett]
Ammont indikattiv: EUR 500 000.
3.1.1.2. Proġett dwar il-komunikazzjoni ta' kriżi fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju
Din l-azzjoni għandha tappoġġja l-implimentazzjoni ta' komunikazzjoni mtejba lill-pubbliku waqt emerġenza kbira fil-qasam tas-saħħa u tkompli tibni fuq it-tagħlim meħud mir-rispons għall-pandemija tal-H1N1 li ġie rivedut mill-konferenza tal-Presidenza Belġjana li saret f'Lulju tal-2010. Il-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri rigward il-komunikazzjoni waqt il-ġestjoni ta' kriżi għandu jkun element ewlieni tal-miżura. Il-benefiċċju potenzjali tat-tagħlim meħud u l-għodod żviluppati għall-istat ta' preparazzjoni kontra pandemija għal emerġenzi oħra fil-qasam tas-saħħa għandu jiġi esplorat flimkien mal-esperjenzi miksuba minn xogħol multisettorjali (pereżempju approċċ tat-tip Saħħa Waħda). L-azzjoni tkopri l-komunikazzjoni ta' kriżi fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju mal-partijiet interessati ewlenin, b'mod partikolari il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa/il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u mal-pubbliku ġenerali u l-pubbliku destinatarju speċifiku. L-għanijiet tal-azzjoni huma li tfittex appoġġ minn partijiet interessati ewlenin f'livell ta' UE, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa/il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u l-imsieħba soċjali fl-iżvilupp u t-twassil ta' messaġġi koerenti lill-pubbliku; li ttejjeb il-fiduċja tal-pubbliku fl-interventi mediċi għall-istat ta' preparazzjoni għal pandemija (pereżempju metodi ta' prevenzjoni, vaċċini); u li tipprovdi gwida għall-komunikazzjoni ta' kriżi rigward theddid ieħor għas-saħħa bbażata fuq l-esperjenza fl-istat ta' preparazzjoni għal pandemija.
L-azzjoni għandha tidentifika l-partijiet interessati ewlenin f'livell ta' UE, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-professjonisti fil-qasam tas-saħħa/il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, l-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u tuża r-riżultati tal-valutazzjonijiet u r-rapporti dwar il-pandemija tal-H1N1 sabiex tanalizza r-raġunijiet għal reazzjonijiet differenti fil-pubbliku għal miżuri meħuda għall-kontroll tal-H1N1, b'mod partikolari l-miżuri ta' vaċċinazzjoni, u tissuġġerixxi strateġiji u azzjonijiet sabiex ittejjeb il-fiduċja tal-pubbliku fl-interventi mediċi għall-istat ta' preparazzjoni u r-rispons għal pandemija (pereżempju metodi ta' prevenzjoni, vaċċini); toħloq sħubijiet mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati ewlenin għat-tħejjija u t-titjib tal-komunikazzjoni pubblika fi stat ta' kriżi fil-qasam tas-saħħa; li tiżviluppa linji gwida għall-komunikazzjoni ta' kriżi f'livell ta' UE rigward theddid ieħor għas-saħħa bbażati fuq esperjenza fl-istat ta' preparazzjoni għal pandemija u torganizza eżerċizzji u taħriġ man-Netwerk tal-UE tal-Kumitat u l-Komunikaturi tas-Sikurezza tas-Saħħa; tiżviluppa sistema komuni ta' komunikazzjoni waqt kriżi u ssaħħaħ il-kapaċitajiet komuni ta' komunikazzjoni fit-tħejjija għal pandemija; tiżviluppa għodod u mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-impatt f'ħin reali tal-messaġġi pubbliċi dwar is-saħħa; u toħloq rapport ta' implimentazzjoni inkluża gwida għall-komunikazzjoni ta' kriżi li tkun tista' tiġi trasferita wkoll għal emerġenzi oħra fil-qasam tas-saħħa.
[Għotja għall-proġett]
Ammont indikattiv: EUR 300 000.
3.1.1.3. Studju fuq ir-riskji ambjentali tal-prodotti mediċinali
Din l-azzjoni hija maħsuba sabiex tipprovdi lill-Kummissjoni b'valutazzjoni tar-riskji ambjentali tal-prodotti mediċinali u l-impatt fuq is-saħħa pubblika. Din il-valutazzjoni tista' barra dan tintuża f'rapport tal-Kummissjoni fuq din it-tema kif propost fil-ftehim fl-ewwel qari fuq proposta tal-Kummissjoni għall-emenda tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika fil-qasam tal-viġilanza farmakoloġka (5). L-għanijiet tal-azzjoni huma li tiġi eżaminata l-iskala tal-problema tat-tniġġis tal-ilmijiet u l-artijiet bil-prodotti farmaċewtiċi u r-residwi tagħhom, sabiex tiġi valutata l-iskala tal-impatti ta' dak it-tniġġis fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika, għall-identifikazzjoni tal-kawżi tal-problema, u sabiex isiru rakkomandazzjonijiet. Dan għandu jirriżulta f'valutazzjoni fir-reqqa li tippermetti lill-Kummissjoni li tikkunsidra kwalunkwe azzjoni meħtieġa f'dan il-qasam u sabiex tikkontribwixxi għar-rapport imsemmi hawn fuq. B'mod partikolari, l-istudju għandu jippermetti l-ġbir ta' dejta minn medda wiesa ta' sorsi (awtoritajiet farmaċewtiċi kompetenti, awtoritajiet ambjentali kompetenti, operaturi ekonomiċi u partijiet interessati oħra) sabiex jipprovdi lill-Kummissjoni b'analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni attwali. L-istudju għandu jiġi kompletat fl-2012.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.1.1.4. Strateġiji għall-prevenzjoni tal-HIV u l-koinfezzjonijiet – kunċetti għall-futur
L-għan ta' din it-taqsima huwa l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009)569 finali tas-26 ta' Ottubru 2009 dwar il-Ġlieda Kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi konfinanti, 2009-2013. Hija tfittex li tiżviluppa strateġiji ġodda u integrati ta' prevenzjoni tal-HIV u l-infezzjonijiet assoċjati li jiffokaw fuq il-ħtiġijiet tal-pajjiżi konfinanti tal-Ewropa tal-Lvant bi prevalenza għolja ta' HIV/AIDS; li tipprovdi appoġġ għall-implimentazzjoni ta' dawn l-istrateġiji ta' prevenzjoni f'dawn ir-reġjuni prijoritarji; u tgħin fid-disseminazzjoni u l-promozzjoni tagħhom.
L-azzjoni għandha tkopri analiżi dettaljata tal-parametri li għandhom jiġu inklużi fi strateġiji ta' prevenzjoni tal-HIV magħmulin apposta b'attenzjoni partiokolari fuq aspetti mediċi, soċjali u politiċi; valutazzjoni tal-benefiċċju ta' politika effettiva u integrata ta' prevenzjoni tal-HIV u l-infezzjonijiet assoċjati, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet magħmulin apposta għall-akkwist effiċjenti ta' mediċini għall-HIV; u grupp ta' strateġiji ta' prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-HIV u l-koinfezzjonijiet ibbażati fuq evidenza b'attenzjoni partikolari fuq il-ħtiġijiet tar-reġjuni prijoritarji u l-gruppi prijoritarji l-iżjed affettwati mill-HIV u l-infezzjonijiet assoċjati. L-azzjoni għandha tipproduċi gwida dwar l-istrateġiji effiċjenti u integrati ta' prevenzjoni tal-HIV (u infezzjonijiet assoċjati) għall-implimentazzjoni fir-reġjuni prijoritarji b'attenzjoni partikolari fuq il-gruppi prijoritarji l-iżjed affettwati mill-HIV u l-infezzjonijiet assoċjati (kif stabbilit fil-COM/2009/569).
[Sejħa għal offerti]
3.1.2. Tejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini – Parir xjentifiku (Punt 1.2.1 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.1.2.1. Indennitajiet speċjali lil Kumitati Xjentifiċi
Dan l-għan ta' din l-azzjoni huwa li tipprovdi lill-Kummissjoni b'parir ta' kwalità għolja u indipendenti dwar ir-riskji għas-saħħa billi tiżgura l-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi skont id-Deċiżjoni 2008/721/KE. L-indennitajiet speċjali jitħallsu lill-esperti għax-xogħol tagħħom dwar opinjonijiet xjentifiċi.
[Azzjonijiet oħra]
Ammont indikattiv EUR 270 000.
3.1.2.2. Assistenza teknika u organizzattiva għall-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi u l-komunikazzjoni dwar ir-riskji.
L-għan ta' din l-azzjoni huwa relatat max-xogħol sabiex il-Kummissjoni tingħata parir ta' kwalità għolja u indipendenti dwar ir-riskji għall-konsumatur u s-saħħa pubblika bl-operat ta' tliet Kumitati Xjentifiċi indipendenti. Il-Kumitati jagħtu opinjonijiet xjentifiċi fuq talba tal-Kummissjoni sabiex jipprovdu l-elementi xjentifiċi indipendenti u kompetenti meħtieġa mill-Kummissjoni għall-formulazzjoni ta' politika u proposti bbażati fuq ix-xjenza.
Il-funzjonament tal-Kumitati Xjentifiċi jirrikjedi appoġġ tekniku minn korpi kwalifikati. Dan l-appoġġ jinkludi t-tfittxija, l-analiżi u s-sinteżi ta' letteratura xjentifika, it-tħejjija ta' sommarji, it-tfittxija ta' dejta, it-twaqqif ta' bibljografiji ta' temi indirizzati mill-Kumitati, ir-reviżjoni ta' testi għall-kompletezza u l-konsistenza. Bħala parti mill-politika ta' trasparenza u l-komunikazzjoni dwar il-parir xjentifiku stabbilit bid-Deċiżjoni 2008/721/KE, u sabiex titkabbar il-parti tax-xjenza fid-dibattitu politiku tal-UE u ċ-ċittadini jiġu mgħarrfa dwar kwistjonijiet ta' riskju, il-verżjonijiet tal-lajċi tal-opinjonijiet tal-aktar interess għall-pubbliku jitħejjew fil-qafas ta' din l-azzjoni. Din l-azzjoni tkopri wkoll l-organizzazzjoni ta' seduti xjentifiċi u laqgħat ta' ħidma xjentifiċi jew workshops tematiċi konnessi mat-tħejjija ta' ċerti opinjonijiet.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.1.3. Tejjeb is-sikurezza taċ-ċittadini – Sikurezza tad-demm, it-tessuti, iċ-ċelloli u l-organi (Punt 1.2.2. fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.1.3.1. Kooperazzjoni ad hoc mal-Kunsill tal-Ewropa dwar kwistjonijiet speċifiċi konnessi ma' sustanzi ta' oriġini umana.
Il-Kunsill tal-Ewropa u d-Direttorat tiegħu għall-Kwalità tal-Mediċini u l-Kura tas-Saħħa (EDQM) huwa organizzazzjoni Ewropea ewlenija involuta fl-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-istandardizzazzjoni, ir-regolament u l-kontroll tal-kwalità tal-mediċini, it-trasfużjoni tad-demm, it-trapjant tal-organi, il-prodotti farmaċewtiċi u l-kura farmaċewtika. Huwa kkunsidrat bħala organizzazzjoni esperta, ta' min jafda u newtrali fil-qasam tas-sustanzi ta' oriġini umana, li tipprovdi kontinwament lill-Kummissjoni b'parir espert u appoġġ.
Sabiex tippromwovi u tħares is-saħħa umana, il-Kummissjoni tikkoopera fuq bażi kontinwa mal-Kunsill tal-Ewropa fuq l-istandards tal-kwalità għall-ġbir/l-akkwist, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-preservazzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tad-demm u l-komponenti tad-demm. Il-Kunsill tal-Ewropa jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/98/KE u d-direttivi sussegwenti tal-implimentazzjoni). Kull sena jiġu identifikati temi speċifiċi skont il-ħtiġijiet xjentifiċi u tekniċi. Għall-2011 dan ikopri metodi tal-ittestjar konsistenti sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tad-demm minn naħa għal oħra tal-Istati Membri. Din l-azzjoni għandha tappoġġja l-iżvilupp u l-użu ta' metodi tal-ittestjar validati permezz tal-ittestjar tal-profiċjenza. L-ittestjar tal-profiċjenza għandu jinvolvi laboratorji ta' kull wieħed mis-27 Stat Membru, bit-twettiq ta' preparazzjoni fl-għama doppja u t-tqassim tal-kampjuni.
[Għotja diretta lill-KtE]
Ammont indikattiv: EUR 100 000.
3.1.3.2. Organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ għall-ispetturi fil-qasam tad-demm u l-komponenti tad-demm.
Kif stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/98/KE, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti torganizza spezzjonijiet u miżuri ta' kontroll xierqa fl-istabbilimenti tad-demm sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tad-Direttiva jintlaħqu. L-għan ta' din l-azzjoni huwa li torganizza sessjonijiet ta' taħriġ fil-qasam tad-demm u l-komponenti tad-demm għal numru definit ta' spetturi. L-azzjoni tfittex li tilħaq uniformità fl-għarfien u l-mod kif għandhom isiru l-ispezzjonijiet madwar l-UE kollha, u żżid in-numru ta' professjonisti mħarrġa f'dan il-qasam.
B'konformità mad-Direttiva 2002/98/KE, sessjonijiet ta' taħriġ bħal dawn għandhom jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata l-kwalità u s-sikurezza tad-demm u l-komponenti tad-demm fl-UE. Barra dan, l-allinjament tal-prassi tal-ispezzjonijiet għandu jtejjeb il-fiduċja reċiproka u jistimola l-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri. L-azzjoni hija konformi mal-għanijiet tal-Istrateġija tas-Saħħa li titrabba s-saħħa tajba f'Ewropa li qiegħda tixjiħ u jiġu appoġġjati sistemi u teknoloġiji dinamiċi tas-saħħa. It-taħriġ ulterjuri tal-ispetturi tal-istabbilimenti tad-demm għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-kwalità u s-sigurtà tad-demm u l-komponenti tad-demm, għall-benefiċċju tal-pazjenti madwar l-UE kollha. Id-dewmien tal-azzjoni għandu jkun bejn 18 u 24 xahar. Se jitħarrġu mill-inqas żewġ spetturi minn kull Stat Membru. Dan għandu jipproduċi effett ta' multiplikazzjoni, billi dawn l-ispetturi mħarrġa huma mistennija li jħarrġu iżjed spetturi nazzjonali fl-Istat Membru tagħhom. L-għodod u l-materjali tat-taħriġ prodotti għandhom jintużaw mill-ġdid f'livell nazzjonali. Valutazzjoni finali għandha tinkludi l-kejl tar-riżultati tal-azzjoni u tal-effett tal-multiplikazzjoni.
[Sejħa għal offerti]
3.1.3.3. L-assistenza lill-Istati Membri sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ tad-donazzjoni ta' organi mingħand donaturi mejta u ħajjin.
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta' organi umani maħsuba għal trapjanti (6) jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li jinżamm reġistru jew rekord għad-donaturi ħajjin. Din l-azzjoni konġunta tfittex li tappoġġja lill-Istati Membri fit-twaqqif u l-amministrazzjoni ta' programmi ta' donazzjoni minn donaturi ħajjin permezz tal-iżvilupp ta' linji gwida għal sistemi ta' reġistrazzjonijiet/rekords ta' donaturi ħajjin; l-iżvilupp ta' sistemi ta' reġistrazzjonijiet/rekords għal donazzjonijiet minn donaturi ħajjin; u l-provvista lill-Istati Membri ta' għodda prattika għal sistemi ta' reġistrazzjonijiet/rekords. Sistema ta' registrazzjoni/rekord żviluppata tajjeb għad-donazzjonijiet minn donaturi ħajjin mhijiex biss kruċjali għall-valutazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tad-donaturi ħajjin, iżda wkoll għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-organi billi tippermetti lill-Istati Membri li jimmonitoraw u jivvalutaw mill-qrib il-prattika tad-donazzjoni minn donaturi ħajjin fl-UE u min-naħa għal oħra tal-konfini.
Skont id-Direttiva 2010/53/UE u l-Komunikazzjoni (COM)2008 819 finali, l-għan ta' din l-azzjoni konġunta huwa li tappoġġja lill-Istati Membri sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ tad-donazzjoni ta' organi minn donaturi mejta bit-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-unitajiet tal-kura intesiva u l-koordinaturi tad-donaturi tat-trapjant; tipprovdi lill-Istati Membri b'modulu ta' taħriġ għal koordinazzjoni aħjar; tiffaċilita l-identifikazzjoni ta' donaturi potenzjali ta' organi; u tkabbar in-numru ta' organi disponibbli madwar l-Ewropa.
L-azzjoni konġunta għandha wkoll l-għan li ttejjeb l-effiċjenza u l-aċċessibilità tas-sistemi tat-trapjant tal-organi permezz tal-ġemellaġġ ta' sistemi ta' trapjant u r-reviżjonijiet tal-pari.
L-azzjoni għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2010/53/UE fis-27 Stat Membru; tipprovdi assistenza konkreta lill-Istati Membri biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Pjan ta' Azzjoni; ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-donazzjoni u t-trapjant tal-organi permezz ta' ġemellaġġi; u tikkontribbwixxi biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tad-donazzjoni mingħand donaturi mejta billi tagħmel id-ditezzjoni tad-donatur iżjed effiċjenti u għal sikurezza mtejba għad-donaturi ħajjin ta' organi madwar l-Ewropa.
[Azzjoni konġunta]
Ammont indikattiv: EUR 1 440 000.
3.1.3.4. Reġistri ta' appoġġ għas-sistema Ewropea tal-kodifikazzjoni unika għat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem
L-għan ta' din l-azzjoni huwa t-twaqqif u ż-żamma (a) ta' reġistru Ewropew li għandu jaggrega l-informazzjoni li tinsab fir-reġistri nazzjonali tal-istabbilimenti tat-tessuti f'format adatt sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-operaturi u l-pubbliku, u l-użu tajjeb fi-kuntest tas-Sistema Ewropea tal-Kodifikazzjoni għat-tessuti u ċ-ċelloli; u t-twaqqif u ż-żamma (b) tat-tieni reġistru Ewropew b'nomenklatura ta' referenza tat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem għall-użu fis-Sistema Ewropea tal-Kodifikazzjoni għat-tessuti u ċ-ċelloli skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta' ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelloli umani ċelloli (7) u d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (8).
L-azzjoni għandha l-għan li tistabbilixxi (a) punt ta' aċċess uniku għall-ġbir, il-konsolidazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni rigward l-istabbilimenti tat-tessuti tal-UE bħall-koordinati, id-dettalji ta' kuntatt u l-attivitajiet awtorizzati lill-utenti u lill-pubbliku. L-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-bidu tar-reġistru se jeħtieġ xogħol sinifikanti sabiex jinġabru flimkien l-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-Kummissjoni. L-għan tal-azzjoni huwa l-istabbiliment (b) ta' punt ta' aċċess uniku b'definizzjonijiet u deskrizzjonijiet li jkunu saru b'mod konġunt ta' tipi differenti ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem. Id-diskussjonijiet sabiex jinbena kunsens dwar id-definizzjonijiet u l-istabbiliment/manutenzjoni tar-reġistru tan-nomenklatura se jeħtieġu xogħol sinifikanti sabiex jinġabru flimkien l-Istati Membri, il-partijiet interessati u l-Kummissjoni.
Dawn iż-żewġ reġistri għandhom ikunu fundamentali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema Ewropea tal-kodifikazzjoni għat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem. Ir-reġistru Ewropew tal-istabbilimenti tat-tessuti għandu jgħin lill-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom li joriġinaw mid-Direttiva 2004/23/KE. Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-kwalità u s-sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli fl-UE.
[Sejħa għal offerti]
3.1.4. Tejjeb is-sikurezza taċ-ċittadini – It-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti permezz ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u sikura (Punt 1.2.3 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.1.4.1. Is-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura tas-saħħa
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-provvista ta' kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Hija tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' (1). Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill 2009/C 151/01 tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u l-qsim ta' dejta u informazzjoni paragunabbli dwar ir-riżultati tas-sikurezza tal-pazjenti; il-qsim tal-għarfien, l-esperjenza, u l-aħjar prattika fuq strateġiji tas-sikurezza tal-pazjent; u l-qsim ta' għarfien dwar l-effettività tal-interventi dwar is-sikurezza tal-pazjent u l-valutazzjoni tat-trasferibbiltà tagħħom kif ukoll (2). Il-ftehim fil-Parti tal-Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika f'Livell Superjuri sabiex tittejjeb il-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-kwalità tal-kura tas-saħħa u (3). biex tgħin lill-Istati Membri fl-iskambju tal-prattika t-tajba fil-qasam tal-involviment tal-pazjent.
L-azzjoni għandha tirriżulta f'netwerk ta' kollaborazzjoni sostenibbli u msaħħa ta' Stati Membri fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjenti u l-kwalità tal-kura tas-saħħa; grupp li fuqu jkun hemm qbil ta' terminoloġija/kategoriji ta' temi dwar is-sikurezza tal-pazjent, avvenimenti avversi u fatturi li jikkontribwixxu għal dan; pjattaforma interattiva (pereżempju websajt) għall-qsim tal-prassi tajba dwar is-soluzzjonijiet għas-sikurezza tal-pazjent, sistemi tal-garanzija tal-kwalità u l-involviment tal-pazjent; l-implimentazzjoni ta' prassi tajba magħżula f'numru limitat ta' sitwazzjonijiet tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri u l-valutazzjoni permezz ta' indikaturi relatati tas-sigurtà tal-pazjent u indikaturi tal-kwalità; dejtabejż kompluta, komprensiva u aċċessibbli ta' sistemi tas-sikurezza u l-kwalità li jinsabu fl-UE b'informazzjoni dwar it-trasferibbiltà tagħhom fl-UE; u gwida tal-UE dwar il-valutazzjoni tas-sistemi tal-garanzija tal-kwalità u s-sikurezza, li tiffoka fuq aspetti speċifiċi, bħall-għanijiet, l-organizzazzjoni, it-trasparenza u l-involviment tal-pazjent.
[Azzjoni konġunta]
Ammont indikattiv: EUR 3 600 000.
3.2. Azzjonijiet taħt it-tieni mira “Ippromwovi s-saħħa”
L-azzjonijiet taħt din it-taqsima jimmiraw li jiżviluppaw stili ta' ħajja iżjed b'saħħithom u jnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa, kif ukoll li jippromwovu stili iżjed b'saħħithom ta' ħajja u jnaqqsu l-mard gravi billi jippruvaw jippromwovu l-fatturi li jiddeterminaw is-saħħa.
3.2.1. L-identifikazzjoni tal-kawżi tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, l-indirizzar u t-tnaqqis tagħhom u l-promozzjoni tal-investiment fis-saħħa b'kooperazzjoni ma' politika u fondi oħra tal-UE (Punt 2.1.2 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.2.1.1. It-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa: tħejjija għal pjanijiet ta' azzjoni u proġetti għal fondi strutturali
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tassisti lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa, li għandhom ukoll jappoġġjawhom fil-kuntest tal-attivitajiet tal-fondi strutturali fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss li jibda fl-2013. L-azzjoni tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009) 567 finali tal-20 ta' Ottubru 2009 dwar is-Solidarjetà fil-qasam tas-saħħa:it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fl-UE li jistabbilixxi l-għan tal-Kummissjoni li “tirrevedi l-possibilitajiet ta' assistenza lill-Istati Membri sabiex jużaw aħjar il-politika tal-Koeżjoni u l-fondi strutturali tal-UE għall-appoġġ ta' attivitajiet sabiex jiġu indirizzati fatturi li jikkontribwixxu għall-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa.” L-attività għandha tagħti prijorità lil dawk l-Istati Membri u r-reġjuni fejn il-mortalità prematura taqbeż il-medja tal-UE b'20 fil-mija (definita b'rati ta' mortalità standardizzati ta' taħt il-65 sena).
L-attivitajiet għandhom jinkludu analiżi tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa u l-preparazzjoni ta' azzjonijiet fil-qosor sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-sahħa fir-reġjuni u bejn reġjun jew sottoreġjun u ieħor; l-iskambju ta' informazzjoni u l-qsim tal-prattika tajba bejn l-Istati Membri u r-reġjuni rigward l-azzjoni sabiex jiġu affrontati l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa u l-iżvilupp ta' pjanijiet sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fi a) l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-servizz tal-prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa, b'attenzjoni speċjali għall-gruppi u l-komunitajiet vulnerabbli u r-regjuni li ma jkunux serviti biżżejjed, b) il-kawżi ta' inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa relatati ma' mġiba relatata mas-saħħa u c) il-kawżi ta' inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa relatati mal-kundizzjonijiet tal-għixien u x-xogħol, inkluż l-aċċess għall-ħtiġijiet bażiċi bħall-ilma u l-kundizzjonijiet tajba għall-ħarsien tas-saħħa.
L-azzjoni għandha tipproduċi analiżi tal-ħtiġijiet u l-pjanijiet bi spiża kkalkulata sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet bl-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa rigward l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-imġieba konnessa mas-saħħa u l-kundizzjonijiet tal-għixien u x-xogħol; l-integrazzjoni tal-produzzjoni fil-proċess ġenerali għall-użu tal-fondi strutturali; u rapport ta' sinteżi li janalizza l-prattika tajba f'livell ta' UE bi studju tal-każijiet minn reġjuni u Stati Membri parteċipanti. Din l-azzjoni għandha wkoll tappoġġja l-Istati Membri u r-reġjuni fl-iżvilupp ta' approċċi integrati għall-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa bħala parti minn programmi ġenerali għal żvilupp ekonomiku u soċjali appoġġjati mill-fondi strutturali; u ssaħħaħ l-isforzi sabiex jiġu megħluba l-inugwaljanzi reġjonali u soċjo-ekonomiċi.
[Għotja għall-proġett]
Ammont indikattiv: EUR 1 200 000.
3.2.1.2. Reviżjoni Ewropea tal-Fatturi Determinanti u d-Diviżjoni tas-Saħħa: kollaborazzjoni mal-WHO għall-produzzjoni ta' linji gwida u għodod għall-politika sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li ssir kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni COM(2009) 567 finali u l-progress fil-kollaborazzjoni bejn il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp ta' inizjattivi sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa. Din il-kontribuzzjoni hija essenzjali sabiex tiffaċilita s-sinerġiji fil-ġbir tal-informazzjoni u l-interazzjoni mal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni u ssaħħaħ il-koerenza fl-approċċ fil-politika dwar l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bejn il-WHO u l-UE. Din l-għotja diretta għall-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għandha tappoġġja x-xogħol dwar ir-“Reviżjoni Ewropea dwar il-Fatturi Soċjali Determinanati u d-Diviżjoni tas-Saħħa” (Reviżjoni Ewropea ta' Marmot) u l-iżvilupp ta' linji gwida u għodod tal-politika sabiex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-Ewropa. L-għotja se tikkontribwixxi għat-tieni u t-tielet fażijiet tax-xogħol mibdi mill-WHO EURO bħala segwitu tar-rapport WHO Global dwar il-fatturi soċjali li jiddeterminaw is-saħħa intitolat “Closing the Gap in a Generation” (“Neliminaw id-differenzi tal-ġenerazzjoni”). L-azzjoni għandha tipproduċi linji gwida dwar l-azzjoni dwar l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa konnessi mar-“Reviżjoni Ewropea dwar il-Fatturi Soċjali li Jiddeterminaw is-Saħħa u d-Diviżjoni tas-Saħħa”; u tiżviluppa għodod għall-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni statistika dwar l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa. Għandha wkoll tkopri l-attivitajiet ta' tixrid.
[Għotja diretta lill-WHO]
Ammont indikattiv: EUR 400 000
3.2.2. L-indirizzar ta' fatturi li jiddeterminaw is-saħħa għall-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa fiżika u mentali u t-teħid ta' azzjoni dwar fatturi ewlenin bħan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, it-tabakk, u l-alkoħol (Punt 2.2.1 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.2.2.1. Il-monitoraġġ konġunt mal-WHO tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea għan-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika.
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tiġi żviluppata iktar sistema solida ta' informazzjoni u rappurtaġġ tal-UE kapaċi li tiddeskrivi l-progress fil-kwistjonijiet tas-saħħa konnessi mal-Istrateġija għall-Ewropa dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità 2007-2013 u li tiddeskrivi sistema tal-prattika tajba li tiddependi minn netwerk immexxi mill-WHO ta' 27 Punt Fokali Nazzjonali. Dan ix-xogħol tnieda minn għotja diretta ta' qabel lill-WHO. Din l-azzjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-livell ta' implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea fl-Istati Membri kollha kontra l-valuri referenzjarji tal-2007 u l-2009 għall-2011 u l-2013 fit-tmiem tal-istrateġija; tanima u tipprovdi assistenza lil-netwerk ta' 27 Punt Fokali Nazzjonali tal-UE b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Livell Għoli tal-UE dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika u servizzi rilevanti tal-Kummissjoni; iżżomm dejtabejż komprensiv dwar l-iżviluppi u l-attivitajiet tal-politika tal-Istati Membri u l-UE; u tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni u l-prattika tajba bejn is-27 Stat Membru. L-azzjoni għandha tipprovdi wkoll aġġornament annwali tad-dejtabejż pubbliku żviluppat fl-ewwel perjodu għas-27 Stat Membru (2007-2010); rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija min-naħa tal-Istati Membri u l-kontribuzzjoni lir-rapport tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-istrateġija; u konsolidazzjoni tan-netwerk tal-Punti Fokali tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika tal-WHO bi żvilupp fiż-żieda tal-kapaċità fil-ġbir tad-dejta u t-tmexxija tan-netwerk.
L-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' informazzjoni tajba dwar l-isforzi tal-Istati Membri tal-UE fil-ġlieda kontra s-saħħa ħażina minħabba nutrizzjoni fqira, il-piż żejjed u l-obeżità. L-informazzjoni miġbura matul is-sitt snin ikkunsidrati għandha sservi bħala bażi għall-valutazzjoni ta' dik l-istrateġija fl-2013.
[Għotja diretta lill-WHO]
Ammont indikattiv: EUR 700 000.
3.2.2.2. Kampanja ta' komunikazzjoni dwar il-prevenzjoni tat-tabakk
L-għanijiet ta' din l-azzjoni huma l-appoġġ għal attivitajiet għall-waqfien fit-tipjip madwar l-Ewropa kollha fl-għamla ta' kampanji kontra t-tabakk. Dinil-kampanja kontra t-tabakk tistieden liċ-ċittadini sabiex jirriflettu dwar it-tipjip, tinkuraġġixxi l-waqfien u turi biċ-ċar li l-appoġġ għall-waqfien mit-tipjip huwa disponibbli. Il-kampanja tiffoka primarjament fuq l-adulti żgħar ta' bejn l-etajiet ta' 25-34 sena. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi żvantaġġjati u lill-gruppi bi prevalenza ogħla ta' tipjip. It-temi u l-iskala tal-azzjonijiet varji għandhom jikkunsidraw sitwazzjonijiet partikolari ta' Stati Membri individwali. Se jiġu żviluppati u implimentati azzjonijiet speċifiċi kif xieraq b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri sabiex jiġu assigurati l-koordinazzjoni u s-sinerġiji mal-isforzi għat-twaqqif tat-tabakk magħmula fl-Istati Membri. Il-kampanja se jkollha identità distinta tal-UE. Il-kampanja ta' komunikazzjoni għandha tikkontribbwixxi għall-bini ta' għarfien u l-bdil ta' attitudnijiet u l-imġieba għal appoġġ ta' soċjetà ħielsa mit-tabakk.
[Sejħa għal offerti]
3.2.2.3. Studju dwar l-istrateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u prodotti tal-industrija tat-tabakk
L-għan ta' din l-azzjoni huwa l-ksib ta' deskrizzjoni ġenerali komprensiva dwar l-attivitajiet tal-industrija tat-tabakk fl-UE sabiex il-korpi tal-kontroll tat-tabakk jiġu mgħammra bl-għarfien sabiex jadattaw għall-bdil u t-tendenzi, jindirizzaw b'mod effettiv l-ostakli, jantiċipaw l-istrateġiji l-ġodda u fejn ikun meħtieġ, japplikaw miżuri ta' ristrutturazzjoni, u b'hekk iżidu l-effikaċja tal-attivitajiet ta' kontroll tat-tabakk. Din l-azzjoni għandha l-għan li tidentifika l-bdil fl-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-prodotti tal-industrija tat-tabakk sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (9), id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-reklmar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (10), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar l-inizjattivi għat-titjib tal-kontroll tat-tabakk u l-Konvenjoni tal-Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk fl-2005 (11); u sabiex jiġi identifikat kif dawn l-istrateġiji jindirizzaw id-differenzi fl-età, is-sess, id-dħul, l-edukazzjoni u l-post tal-għixien, b'kunsiderazzjoni tad-differenzi bejn l-Istati Membri kif ukoll iż-żoni rurali u urbani.
Din l-azzjoni għandha tipproduċi analiżi tal-bdil fl-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-prodotti tal-industrija tat-tabakk; u grupp ta' rakkomandazzjonijiet għal azzjoni biex taffrontahom.
[Kuntratt qafas eżistenti/Sejħa għal offerti]
3.2.2.4. Ftehim amministrattiv maċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt għall-provvista ta' appoġġ ta' politika xjentifika għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk u l-FCTC.
L-għan ta' din l-azzjoni huwa l-provvista ta' appoġġ xjentifiku newtrali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE u l-Konvenzjoni tal-Qafas tal-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Din l-azzjoni għandha tappoġġja l-Kummissjoni fir-rwol tagħha bħala Faċilitatur Ewlieni għall-iżvilupp tal-Konvenzjoni tal-Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk; tiżviluppa linji gwida għall-ittestjar u l-kejl tal-prodotti tat-tabakk; tappoġġja x-xogħol fuq il-funzjonament effettiv tan-Netwerk Ewropew Governattiv tal-Laboratorji tat-Tabakk; tappoġġja x-xogħol fuq l-ittestjar u l-kejl tal-kontenut u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk; u tagħti analiżi tad-dejta fuq l-ingredjenti.
[Azzjonijiet oħra]
Ammont indikattiv: EUR 100 000.
3.2.2.5. Prattika tajba dwar interventi qosra sabiex jiġu indirizzati d-disturbi kkawżati mill-użu tal-alkoħol fil-kura tas-saħħa primarja, is-servizzi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, is-sevizzi tal-kura ta' emerġenza u dawk soċjali
L-għan tal-azzjoni huwa li jiġi identifikat u tiġi sistemizzata l-prattika tajba fl-interventi qosra sabiex jiġu indirizzati d-disturbi kkawżati mill-użu tal-alkoħol fil-kura tas-saħħa primarja, is-servizzi tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, is-servizzi tal-kura ta' emerġenza u dawk soċjali; jitfasslu u jiġu ttestjati fil-kundizzjonijiet li jkunu magħmula għalihom l-għodod, il-metodi u l-materjali għal kull wieħed minn dawn il-kuntesti għall-identifikazzjoni bikrija, l-interventi qosra u r-referenza għal trattament; u jingħata bidu għal iktar tixrid u adattament ta' approċċi għal interventi qosra adatti madwar l-UE. Ix-xogħol għandu jibni fuq l-evidenza eżistenti tal-effettività u l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' interventi qosra fil-kura tas-saħħa primarja. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġu involuti atturi fl-Istati Membri b'livelli iżjed baxxi ta' esperjenza fl-iskjerament ta' interventi qosra u ta' opportunitajiet għat-tkabbir tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali. L-azzjoni għandha tirriżulta fi gruppi ta' għodod, metodi u materjali għal interventi qosra adatti għal u valutati f'kuntesti speċifiċi, f'linji gwida għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' approċċi għal interventi qosra adatti f'iżjed pajjiżi, u fi pjan konkret għat-tixrid madwar l-UE. Dan għandu jipprovdi opportunitajiet iżjed wiesa għall-iskjerament ta' interventi mmirati sabiex jiġu indirizzati d-disturbi kkawżati mill-użu tal-alkoħol fi stat bikri b'mod li jiġi evitat l-iżvilupp ta' konsegwenzi negattivi iżjed serji u ta' spiża.
[Għotja għall-proġett]
Ammont indikattiv: EUR 350 000
3.2.2.6. Il-valutazzjoni tal-istrutturi mwaqqfa għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Alkoħol tal-UE
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tiġi valutata l-Istrateġija dwar l-Alkoħol tal-UE, inkluz valutazzjoni tal-Forum dwar l-Alkoħol u s-Saħħa tal-UE, u ta' azzjonijiet u strutturi għall-appoġġ tal-Istati Membri, bħall-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol (CNAPA), u li taħdem f'livell ta' UE għall-iżvilupp ta' bażi komuni ta' għarfien u l-prattika tajba. L-aġġornament tal-bażi tal-għarfien u l-valutazzjoni tal-istrutturi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija għandu jikkontribwixxi għall-valutazzjoni ġenerali tal-valur tal-azzjoni tal-UE li taffronta l-ħsara konnessa mal-alkoħol.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.2.2.7. Appoġġ xjentifiku u tekniku għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tan-nutrizzjoni, l-alkoħol u l-attivitajiet tal-Forum dwar is-Saħħa.
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li jingħata appoġġ xjentifiku u tekniku għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tan-nutrizzjoni u l-alkoħol kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa.
Rigward in-nutrizzjoni, din l-azzjoni għandha l-għan li tappoġġja l-attivitajiet konnessi mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Ewropa dwar in-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità relatati ma' kwistjonijiet tas-saħħa, u b'mod partikolari x-xogħol tal-Pjattaforma Ewropea għal Azzjoni “Dieta, Attività Fiżika u Saħħa” u tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika. L-azzjoni tkopri l-iżvilupp ta' sommarji u analiżi xjentifiċi ta' oqsma ewlenin tal-istrateġija, bħall-mard relatat mal-piż żejjed u l-obeżità, il-fatturi li jinfluwenzaw l-għażliet tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni tal-konsumatur, ir-riformulazzjoni tal-prodott, ir-reklamar, l-infrastrutturi u l-istili ta' ħajja b'saħħithom. Rigward l-alkoħol huwa meħtieġ appoġġ xjentifiku għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-ħsara konnessa mal-alkoħol. Dan ikopri l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar l-Alkoħol tal-UE permezz ta' kompilazzjonijiet, reviżjonijiet u analiżi tal-bażi ta' għarfien disponibbli għall-informazzjoni tal-iżvilupp ta' iżjed azzjoni u politika. Rigward il-Forum Ewropew dwar is-Saħħa, din l-azzjoni għandha l-għan li tassisti l-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Forum Ewropew dwar is-Saħħa. Dan jinkludi l-organizzazzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-“Forum tal-Politika dwar is-Saħħa tal-UE” u tal-“Forum Miftuħ”, inkluż ix-xogħol xjentifiku u tekniku relatat.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.2.3. Prevenzjoni tal-mard serju u rari (Punti 2.2.2 fl-Anness għall-Programm dwar is-Saħħa)
3.2.3.1. Appoġġ għal azzjonijiet konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Azzjoni kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea
L-azzjoni konġunta “Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer” imnieda taħt is-sejħa għall-proposti 2010 hija l-bidu għal azzjoni ta' appoġġ lis-Sħubija Ewropea. Waqt li l-kollaborazzjoni tkun qiegħda tiżviluppa, se jitfaċċaw ħtiġijiet ġodda barra l-azzjonijiet identifikati fil-Komunikazzjoni COM(2009) 291 finali iżda li ma jkunux koperti mill-azzjoni konġunta ta' hawn fuq. L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tagħti appoġġ addizzjonali lis-Sħubija Ewropea skont il-ħtiġijiet li jinħolqu fl-oqsma identifikati. Il-fowkus huwa l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-kanċer rigward il-fatturi ambjentali u l-kanċer. L-objettiv huwa l-identifikazzjoni tal-fatturi ambjentali rilevanti u d-dimostrazzjoni ta' jekk, kif u liema fatturi ambjentali huma speċifikament indirizzati fir-rigward tal-kanċer mill-politika tal-Istati Membri. L-eżempji tal-aħjar prattiċi eżistenti fl-Istati Membri fl-indirizzar tal-kawżi ambjentali tal-kanċer għandhom iwasslu għad-dimostrazzjoni u l-propożizzjoni ta' kif pjan jew strateġija komprensiv/a dwar il-kanċer jistgħu jinkludu bl-aħjar mod dan l-aspett.
[Għotja għall-proġett]
Ammont indikattiv: EUR 300 000.
3.2.3.2. Appoġġ xjentifiku u tekniku għas-Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Iskrining tal-Kanċer
L-għan ta' din l-għotja diretta lill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) huwa li jingħata appoġġ xjentifiku u tekniku ta' kwalità għolja għas-Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer: L-IARC tikkoordina u twettaq riċerka dwar il-kawżi tal-kanċer tal-bniedem, il-mekkaniżmi tal-karċinoġenesi, u tiżviluppa strateġiji għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer. L-IARC hija l-unika organizzazzjoni tax-xorta tagħha fil-qasam tal-kanċer, u tagħti appoġġ xjentifiku u għarfien tekniku ta' kwalità għolja dwar il-kanċer li huwa essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tas-Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer.
L-azzjoni tiżgura t-tkomplija/aġġornament meħtieġa tar-riżultati ta' qabel (pereżempju: Kodiċi Ewropew kontra l-Kanċer, Linji Gwida Ewropej fil-qasam tal-iskrining tal-kanċer) u tikkontribbwixxi għall-iżvilupp tal-għanijiet tas-Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer fil-qasam tal-informazzjoni dwar il-piż tal-kanċer. L-attivitajiet huma konnessi direttament mar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni li joriġinaw mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2003 dwar l-iskrining tal-kanċer jew minn talbiet tal-PE (Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra) u l-Kunsill (Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2008 dwar it-tnaqqis tal-piż tal-kanċer).
L-azzjoni tkopri l-preparazzjoni tal-Kodiċi Ewropew rivedut kontra l-Kanċer; valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-linji gwida Ewropej dwar il-garanzija tal-assigurazzjoni fl-iskrining tal-kanċer fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill; u l-Informazzjoni dwar il-piż tal-kanċer sabiex tgħin direttament fl-iżvilupp tal-għanijiet tas-Sħubija Ewropea għal Azzjoni kontra l-Kanċer f'dan il-qasam.
[Għotja diretta lill-IARC]
Ammont Indikattiv: EUR 1 300 000.
3.2.3.3. Appoġġ lin-netwerks Ewropej tal-informazzjoni dwar il-mard rari
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tagħti appoġġ lin-Netwerks Ewropej tal-Informazzjoni dwar il-Mard Rari differenti kif imsemmi fil-punt 4.4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 679 finali tal-11 ta' Novembru 2008 dwar il-Mard Rari: l-isfidi tal-Ewropa, u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari.
Din l-azzjoni tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u għall-benefiċċju dirett miksub minn pazjenti mill-ħolqien tan-Netwerks pilota Ewropej ta' Referenza eżistenti, ir-reġistri Ewropej tal-mard rari jew forom oħra ta' netwerks ta' informazzjoni dwar il-mard rari. Din l-azzjoni għandha tippermetti l-finanzjament ta' iżjed minn newterk wieħed.
[Għotjiet għall-proġett]
Ammont indikattiv: EUR 1 500 000.
3.2.3.4. Appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Mard Rari
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari ssejjaħ lill-Istati Membri sabiex jadottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar il-mard rari qabel l-2013, u l-parti l-kbira mill-Istati Membri għadhom jeħtieġu appoġġ sabiex jagħmlu dan. Din l-azzjoni se tkompli tibni fuq il-Proġett Ewropew għall-Iżvilupp tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar il-Mard Rari (EUROPLAN) u fuq l-Azzjoni Konġunta dwar l-appoġġ Xjentifiku lit-Task Force tal-Mard Rari. Se tipprovdi l-appoġġ tal-UE meħtieġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-mard rari fit-18-il Stat Membru l-ieħor kif ukoll tagħti appoġġ tekniku lill-EFTA/ŻEE u Pajjiżi oħra mhux tal-UE, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u l-Komunikazzjoni COM(2008) 679 finali
Il-proċeduri għall-akkreditazzjoni u d-deżinjazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta' Referenza għall-mard rari għandhom jiġu miftehma mal-Istati Membri u għandhom ikunu parti mill-Pjanijiet Nazzjonali għall-Mard Rari. Din għandha tkun azzjoni innovattiva li tagħti kontinwità u qafas tekniku u politiku ġdid lill-proġetti dwar in-Netwerks Ewropej ta' Referenza għall-Mard Rari appoġġjati mill-finanzjament tal-UE bejn l-2006 u l-2009. Din l-azzjoni għandha wkoll tagħti l-appoġġ xjentifiku lill-Kumitat il-ġdid tal-Esperti dwar il-Mard Rari tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/872/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Kumitat tal-Unjoni Ewropea ta' Esperti dwar il-Mard Rari (12). Dan ikopri b'mod partikolari l-appoġġ għar-Rapport tal-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' hawn fuq; l-organizzazzjoni ta' gruppi ta' ħidma u workshops għall-appoġġ tal-attività tal-Kumitat u sabiex jiġi garantit involviment tekniku adegwat tal-partijiet interessati. L-azzjoni konġunta għandha wkoll tikkontribwixxi għall-istandardizzazzjoni tan-nomenklaturi fuq livell internazzjonali sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-mard rari fis-sistemi tal-informazzjoni dwar is-saħħa, għall-promozzjoni tal-ġestjoni ta' kwalità tal-laboratorji tad-dijanjożi u sabiex jiġu ċċarati l-kunċetti dwar ir-rarità użati għad-definizzjoni ta' oqsma għal azzjoni (valuri rispettivi ta' inċidenza u prevalenza skont il-qasam ta' azzjoni).
[Azzjoni konġunta]
Ammont indikattiv: EUR 3 000 000.
3.3. Azzjonijiet taħt it-tielet għan “Iġġenera u ifrex l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa”
L-azzjonijiet taħt dan il-għan għandhom il-mira li jkabbru l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattika dwar kwistjonijiet ta' saħħa u jiġbru, janalizzaw u jxerrdu l-informazzjoni dwar is-saħħa.
3.3.1. Sistema Ewropea tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa (Punt 3.2.1 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.3.1.1. L-appoġġ tal-ħolqien ta' netwerk pilota ta' sptarijiet konnessi mal-ħlas tal-kura għall-pazjenti transkonfinali
L-għan ta' din l-azzjoni huwa t-twaqqif ta' netwerk li għandu jinvestiga l-isptarijiet li qegħdin jirċievu numru sinifikanti ta' pazjenti minn Stati Membri oħra, b'iżjed minn terz tal-membri li huma sptarijiet li jinsabu f'reġjuni transkonfinali. L-isptarijiet għandhom jirrapurtaw u jaqsmu ma' xulxin informazzjoni fuq kwalunkwe kwistjoni amministrattiva konnessa mal-ħlas tal-kura għall-pazjenti transkonfinali, inklużi kwistjonijiet konnessi mad-determinazzjoni tat-tariffi għall-kura, it-telf potenzjali ta' qligħ għall-isptarijiet, l-użu possibbli ta' ħlas bil-quddiem u d-dewmien fir-rimborż lill-isptarijiet. In-netwerk għandu jivvaluta l-kawżi ewlenin tal-problemi u jipproponi soluzzjonijiet possibbli. In-netwerk għandu wkoll iwaqqaf sistema sabiex jirċievi informazzjoni mingħand il-pazjenti dwar l-esperjenza tagħhom konnesa mar-rimborż tal-ispejjeż tagħhom stess għall-kura transkonfinali, ibbażata fuq il-kunsens informat. Finalment, in-netwerk għandu jqabbel it-tariffi bbażati fuq id-DRG għal lista ta' tipi komuni ta' kirurġija elettiva u jipproponi konklużjonijiet dwar livelli ġenerali ta' spejjeż bejn l-Istati Membri u d-diskrepanzi bejn il-livelli relattivi tal-spejjeż.
[Għotja għall-proġett]
Ammont indikattiv: EUR 500 000.
3.3.1.2. Ippuljar ta' esperti dwar is-sistemi tas-saħħa
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tagħti parir tekniku u dwar il-politika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-effiċjenza ekonomika tas-sistemi tas-saħħa fuq livell nazzjonali. Dan ikopri 1) Id-disinn tal-“matriċijiet politiċi”, għall-identifikazzjoni tad-dominji politiċi fis-sistemi tas-saħħa li jvarjaw b'dimensjonijiet rilevanti u t-tentattiv sabiex tingħata analiżi dwar dawn; 2) L-identifikazzjoni u r-reklutaġġ ta' esperti għal kull Stat Membru u għal kull dominju ta' politika identifikata u l-identifikazzjoni ta' u l-assoċjazzjoni ma' imsieħba istituzzjonali (Osservatorju Ewropew dwar il-Politika dwar is-Saħħa u s-Sistemi dwar is-Saħħa, il-Bank Dinji, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġestjoni tas-Saħħa, il-Bank tal-Investiment Ewropew, eċċ.) jiġifieri t-twaqqif ta' “grupp ta' esperti komuni”; 3) Id-disinn ta' mudell ta' governanza fuq perjodu twil għall-istrutturi sabiex tinġabar u tiġi pprovduta l-kompetenza fuq livell Ewropew u nazzjonali dwar is-sistemi tas-saħħa; b'kunsiderazzjoni tal-eżiti minn azzjoni proposta taħt il-punt 3.3.1.8 u 4) L-iżvilupp tal-“grupp ta' esperti”, il-mudell ta' governanza jew struttura oħra permezz ta' studju pilota.
[Sejħa għal offerti/Għotja diretta lill-Osservatorju Ewropew]
3.3.1.3. Azzjoni konġunta komplimentari fuq HTAs pilota dwar teknoloġiji tas-saħħa mmirati
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tikkomplimenta l-azzjoni konġunta dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA) 2010-2012 permezz tat-twettiq ta' numru biżżejjed ta' HTAs; b'attenzjoni partikolari fuq il-pilotaġġ u l-implimentazzjoni tal-mudelli u l-għodod żviluppati għall-appoġġ tal-produzzjoni kollaborattiva tal-informazzjoni ewlenija tal-HTA, b'segretarjat u koordinazzjoni msaħħa, iktar żvilupp tal-infrastruttura tal-ICT konnessa mal-produzzjoni, u ż-żieda tal-kapaċitajiet tal-HTA. Din l-azzjoni tkopri l-produzzjoni tal-informazzjoni ewlenija trasferibbli dwar l-HTA fil-livell Ewropew li tiffaċilita x-xogħol magħmul fuq il-livell nazzjonali, b'konformità mal-mudell ewlieni tal-HTA żviluppat mill-Proġett EUnetHTA (Netwerk Ewropew għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa) u l-azzjoni konġunta 2010-1012. Dan jinkludi l-produzzjoni simultanja kollaborattiva ta' informazzjoni ewlenija struttura tal-HTA fuq livell Ewropew, jiġifieri l-faċilitazzjoni ta' a) kollaborazzjoni speċifika bejn imsieħba ta' azzjoni konġunta dwar temi komuni għall-HTA u b) l-ittestjar tal-kapaċità tal-korpi nazzjonali tal-HTA sabiex iwettqu HTAs uniċi ta' malajr (inkluż il-ġbir ta' dejta dwar l-ispejjeż u l-ksib tal-effiċjenza taż-żewġ mudelli tal-produzzjoni (a u b)); l-ittestjar tal-kapaċitajiet sabiex tiġi prodotta informazzjoni ewlenija strutturata tal-HTA minn teknoloġija għal oħra (prodotti farmaċewtiċi, strumenti mediċi, interventi); l-analiżi tal-kapaċitajiet differenti ta' koordinazzjoni għall-funzjoni permanenti tas-segretarjat tan-netwerk Ewropew għall-HTA (bħall-hosting tas-segretarjat min-naħa tal-Istati Membri, min-naħa ta' istituzzjoni tal-UE); iżjed ittestjar tal-involviment tal-partijiet interessati fl-attivitajiet tan-netwerk, meta dan l-involviment isir permezz tat-twettiq ta' skambju ta' opinjonijiet kif meqjus xieraq mill-membri, u l-involviment ta' riċerkaturi akkademiċi fil-proċess tal-produzzjoni ta' informazzjoni ewlenija tal-HTA; u l-appoġġ tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-partijiet interessati fil-HTA, prinċipalment il-pazjenti u l-organizzazzjonijiet professjonali tas-saħħa.
L-azzjoni għandha tkabbar in-numru ta' HTAs prodotti fuq livell nazzjonali bil-faċilitazzjoni min-naħa tal-mekkaniżmu tal-koordinazzjoni Ewropew; tipproduċi rakkomandazzjonijiet dwar id-disinn u t-tmexxija tal-proċess tal-kooperazzjoni tal-HTA tal-UE; u tiffaċilita żieda fil-kapaċitajiet tal-partijiet interessati fil-HTA sabiex tippermetti l-kontribuzzjoni xierqa tagħhom għall-proċess tal-HTA. Ir-riżultati għandhom jiġu ppubblikati bħala letteratura xjentifika li tkun aċċessibbli b'mod miftuħ. L-azzjoni għandha tirriżulta fi ftehim itjeb għall-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jikkunsidraw l-aħjar mod li għandu jiġi adottat għat-twaqqif ta' struttura sostenibbli għax-xogħol tal-HTA fl-UE. Ir-riżultati jikkontribwixxu għall-objettiv 3 tal-Istrateġija dwar is-Saħħa tal-UE 2008-2013.
[Azzjoni konġunta]
Ammont indikattiv: EUR 6 600 000.
3.3.1.4. Strumenti transkonfinali tas-saħħa elettronika bħala għodda ta' appoġġ għall-informazzjoni u r-riċerka medika
L-azzjoni konġunta dwar is-Saħħa Elettronika għandha l-għan li tiżviluppa xogħol sabiex ikopri żewġ oqsma ta' ħtiġijiet li għadhom ma ntlaħqux: 1. strumenti tas-Saħħa Elettronika li jappoġġjaw ir-riċerka dwar il-mard u t-trattamenti, u 2. Punti ta' kuntatt nazzjonali li jagħtu informazzjoni lill-pazjenti. Rigward l-ewwel ħtieġa, din l-azzjoni għandha tagħti numru ta' rakkomandazzjonijiet dettaljati, appoġġjati minn prattiċi tajba li għandhom jappoġġjaw l-informazzjoni u r-riċerka dwar is-saħħa. Rigward it-tieni ħtieġa, din l-azzjoni għandha tħejji r-roll-out tal-punti ta' kunatt nazzjonali għall-kura tas-saħħa transkonfinali. Dawn il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ixerrdu informazzjoni xierqa fuq l-aspetti kollha essenzjali dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali lill-pazjenti. In-netwerk għandu wkoll ixerred informazzjoni rilevanti lill-pazjenti fuq livell ta' UE. Din l-azzjoni għandha ttejjeb il-mobilità tal-pazjenti billi żżid iċ-ċarezza dwar id-drittijiet tal-pazjenti meta jkunu qegħdin ifittxu l-kura transkonfinali; is-sigurtà tal-pazjenti billi tipprovdi informazzjoni dwar il-fornituri tal-kura tas-saħħa; u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kura transkonfinali.
[Azzjoni konġunta]
Ammont indikattiv: EUR 2 400 000.
3.3.1.5. Kollaborazzjoni mal-OECD dwar l-informazzjoni dwar is-saħħa
L-għan ta' din l-azzjoni hija li tmexxi 'l quddiem ix-xogħol fuq il-proġett dwar l-indikaturi tal-kwalità tal-kura tas-saħħa. Dan ikopri l-iżvilupp tal-pubblikazzjoni konġunta tal-“Health at the Glance – European edition” li tindirizza ħafna aspetti tas-saħħa fl-UE; is-segwitu fuq l-immudellar tas-saħħa: l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt distribuzzjonali tal-interventi tas-saħħa li għandhom jirriżultaw f'mudell li għandu jintuża għall-esplorazzjoni tar-rwoli relattivi tal-fatturi differenti li jwasslu għal opzjonijiet alternattivi ta' kura tas-saħħa u rekwiżiti tar-riżorsi assoċjati; segwitu dwar ir-reviżjoni tas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa (SHA), sabiex titkabbar il-kollaborazzjoni fost l-Eurostat/OECD/WHO Ewropa fil-ġestjoni tad-dejta, bl-għan li tintlaħaq sistema statistika integrata f'livell għoli kapaċi li toħloq dejta komparabbli b'mod sħiħ; u analiżi tal-prestazzjoni tas-settur tal-isptarijiet: il-valutazzjoni tal-komparabilità tad-dejta dwar il-proċeduri fl-isptarijiet li tinġabar b'mod regolari minn Eurostat u OECD, u l-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet lill-pajjiżi sabiex tittejjeb il-komparabilità tad-dejta. Għandha ssir ukoll valutazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-OECD fil-qasam tas-saħħa sabiex jiġu valutati l-valur miżjud u l-aħjar fowkus għax-xogħol tal-ġejjieni. Ir-riżultati għandhom jikkontribwixxu għal evidenza bbażata fuq it-twettiq tal-politika.
[Għotja diretta lill-OECD]
Ammont indikattiv: EUR 500 000.
3.3.1.6. It-twaqqif ta' linji gwida bħala appoġġ tal-interoperabilità tal-Preskrizzjoni Elettronika
Din l-azzjoni għandha tħejji l-finalizzazzjoni ta' linji gwida għall-appoġġ tal-Istati Membri fl-iżvilupp tal-interoperabilità tal-Preskrizzjonijiet Elettroniċi. Għandha tuża l-kompetenza diġà stabbilita fil-qafas tal-proġett epSOS (Servizzi Miftuħa Intelliġenti għall-Pazjenti Ewropej), prinċipalment ix-xogħol magħmul fuq il-Preskrizzjonijiet Elettroniċi. Din l-azzjoni għandha żewġ għanijiet. L-ewwel wieħed huwa analiżi tal-vijabilità tal-linji gwida tal-interoperabilità tal-Preskrizzjoni Elettronika b'mod ġenerali, bl-għan li jinstab liema aspetti (pereżempju il-privatezza u l-kunfidenzjalità, l-oqsfa organizzattivi, l-interoperabilità semantika u arkitettonika/teknika) għandhom minimament ikunu koperti mil-Linji Gwida; u f'liema livell ta' speċifikazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti l-Linji Gwida għal dawn l-aspetti koperti b'mod minimu. It-tieni huwa li r-riżultat tal-analiżi dwar il-vijabilità jgħin sabiex jgħarraf lill-istabbiliment bl-abbozz tal-linji gwida dwar aspetti magħżula fil-livell ta' speċifikazzjoni tagħhom ta' qabel il-valutazzjoni (pereżempju linji gwida wiesa u deskrittivi għall-kuntrarju tal-għażla ta' standard speċifiku wieħed). Din l-azzjoni għandha tikkontribwixxi għall-mobilità tal-pazjenti billi tkabbar l-aċċess għall-kura tas-saħħa (transkonfinali); is-sikurezza tal-pazjenti billi tgħin sabiex jiġu evitati l-iżbalji fil-preskrizzjoni fis-settings transkonfinali; u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar il-kura transkonfinali.
[Sejħa għal offerti]
3.3.1.7. Appoġġ għas-sistema Ewropea tal-informazzjoni dwar is-saħħa u d-diffużjoni tal-innovazzjoni.
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li jiġi pprovdut mekkaniżmu għall-ippuljar, il-preżentazzjoni u l-aġġornament ta' informazzjoni ta' kwalità tajba dwar is-saħħa madwar l-Ewropa permezz tal-wikipedia tas-saħħa Ewropea HEIDI. Il-valur miżjud ta' din il-pjattaforma jiġi mill-kombinazzjoni ta' erba' elementi: l-involviment tal-komunità tas-saħħa iżjed wiesa' madwar l-Ewropa fil-provvista u ż-żamma tal-informazzjoni; valur Ewropew miżjud bil-provvista ta' referenza tas-saħħa ċentrali unika għall-UE; pjattaforma teknika li tippermetti li l-informazzjoni tiġi aġġornata b'mod kostanti, minflok ir-rapporti stampati li inevitabbilment jiskadu; u mekkaniżmu tal-garanzija tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li l-informazzjojni tkun affidabbli, permezz tal-validazzjoni tal-aġġornamenti min-naħa ta' esperti fl-oqsma rilevanti fl-Ewropa. L-azzjoni tkopri l-iżvilupp tal-kontenut; it-tixrid tal-innovazzjoni; u l-assistenza teknika u l-appoġġ għal informazzjoni veloċi lill-Istati Membri.
[Sejħa għal offerti]
3.3.1.8. Sħubija tal-Kummissjoni tal-Osservatorju Ewropew dwar il-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa
Is-sħubija tal-Kummissjoni fl-Osservatorju Ewropew dwar il-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa hija maħsuba sabiex tappoġġja x-xogħol ewlieni tal-Osservatorju u sabiex issaħħaħ l-integrazzjoni tad-dimensjonijiet Ewropej u transkonfinali fix-xogħol tal-Osservatorju, bl-għan li jsir l-aħjar użu mill-kompetenza u l-kapaċità partikolari tagħhom għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea tas-saħħa.
Taħt il-kollaborazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Osservatorju għandhom jiżviluppaw għodda għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa Ewropej. Għandhom jipproduċu ktieb għall-valutazzjoni tal-“istat tal-arti” tal-paragun tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa. L-enfasi se tkun fuq l-informazzjoni tal-prestazzjoni li titfa' dawl fuq il-prestazzjoni tas-sistema komparattiva.
[Azzjonijiet oħra]
Ammont indikattiv: EUR 500 000.
3.3.2. Disseminazzjoni u applikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-saħħa (Punt 3.2.2 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.3.2.1. Komunikazzjoni u promozzjoni ta' politika u riżultati tal-Programm dwar is-Saħħa u l-valutazzjoni ta' attivitajiet konnessi mal-komunikazzjoni
L-għan ta' din l-azzjoni huwa l-komunikazzjoni u l-promozzjoni tal-politika tas-saħħa u r-riżultati tal-Programm dwar is-Saħħa kif ukoll il-valutazzjoni tal-attivitajiet dwar il-komunikazzjoni. Dan ikopri: 1) Il-promozzjoni tal-Portal tas-Saħħa Pubblika tal-UE. L-għan tal-azzjoni huwa li titjieb il-viżibbiltà tal-portal u jiżdiedu l-utenti tiegħu; li tiġi ddisinjata mappa u ssir valutazzjoni tal-utenti u l-ħtiġijiet tagħhom; il-valutazzjoni tan-navigabilità u l-użu tal-Portal u s-sodisfazzjon tal-utent; u li jiġu riveduti l-istruttura u l-linja editorjali tiegħu; 2) L-organizzazzjoni tal-premju tal-Ġurnalisti tal-UE. L-għan huwa li jiġi stimolat il-ġurnaliżmu ta' kwalità għolja li jqajjem għarfien dwar il-kwistjonijiet konnessi mal-kura tas-saħħa u d-drittijiet tal-pazjent; u t-twaqqif u ż-żamma ta' netwerk informali ta' ġurnalisti Ewropej interessati fil-kwistjonijiet tas-saħħa tal-UE sabiex jikkomunikaw fuq livell lokali fl-Istati Membri; 3) Il-produzzjoni ta' pubblikazzjonijiet u materjal awdjoviżiv; u 4) L-organizzazzjoni ta' workshops u laqgħat ta' esperti, il-provvista ta' stends u materjal ieħor għall-komunikazzjoni.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.3.2.2. Manutenzjoni, aġġornament u ġestjoni tal-Portal tas-Saħħa tal-UE u l-websajts tas-saħħa, inklużi s-servizzi in house
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li jiġu żgurati l-manutenzjoni, l-aġġornament u l-ġestjoni tal-websajts tas-Saħħa (il-websajt Europa, il-portal tas-Saħħa tal-UE flimkien mas-sottositi tiegħu bħal Ewropa għall-pazjenti, il-Komunikazzjoni ta' Kriżi, il-Premju tal-Ġurnalisti u n-newsletter tiegħu), waqt li jittejjeb id-disinn tagħhom u jitkabbar il-pubbliku tagħhom, sabiex b'hekk jiġi appoġġjat il-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni dwar is-saħħa; u l-editjar tan-Newsletter dwar is-Saħħa tal-UE.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.3.2.3. Pjan Komprensiv tal-IT
Din l-azzjoni tkopri l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod u s-sistemi tal-IT meħtieġa għall-iżvilupp u t-tmexxija tal-attivitajiet u l-politika tas-saħħa.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.3.3. Analiżi u rappurtaġġ (Punt 3.2.3 fl-Anness tal-Programm dwar is-Saħħa)
3.3.3.1. Aġenda ta' riċerka għall-UE dwar il-valutazzjonijiet ekonomiċi tas-saħħa
L-għan ġenerali ta' din l-azzjoni huwa li tipproponi aġenda ta' riċerka għall-UE dwar il-valutazzjonijiet ekonomiċi tas-saħħa. L-għanijiet speċifiċi huma: (1) Eżerċizzju tal-iskennjar għar-riċerka ekonomika tas-saħħa eżistenti (jiġifieri pubblikazzjonijiet li jirrapurtaw fuq l-infiq effettiv/utli u/jew l-infiq benefiku) f'oqsma terapewtiċi magħżula li jwassal għall-identifikazzjoni ta' oqsma terapewtiċi fejn titwettaq ftit riċerka ekonomika tas-saħħa; (2) Analiżi bbażata fuq kompetenza ta' raġunijiet possibbli għall-iskarsezza osservata ta' riċerka f'oqsma identifikati; u (3) Proposta għal aġenda ta' prijoritajiet dwar ir-riċerka ekonomika tas-saħħa tal-UE.
[Għotja diretta lill-WHO]
Ammont indikattiv: EUR 200 000.
3.3.3.2. Rapporti u analiżi dwar is-saħħa
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tipproduċi informazzjoni fl-għamla ta' rapporti u analiżijiet ekonomiċi meħtieġa fuq notifika qasira sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-politika u l-valutazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tagħħa. L-għan rigward ir-rapporti dwar is-saħħa huwa li jiġu prodotti rapporti strutturati tajjeb u informattivi fuq temi dwar is-saħħa, magħżula mill-Kummissjoni bħala temi importanti għall-pubbliku, il-partijiet interessati u dawk li jwettqu l-politika. L-għan rigward l-analiżi ekonomika huwa li tiġi prodotta analiżi ekonomika ta' fenomeni tas-saħħa u dawk konnessi mas-saħħa sabiex tiġi stabbilita evidenza soda għat-twettiq tal-politika. Barra dan, din l-intestatura għandha tappoġġja l-ġbir tad-dejta kif meħtieġ għas-sħubiija ta' innovazzjoni li ġejja fuq it-tixjiħ attiv u b'saħħtu.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.3.3.3. Studju ta' vijabilità dwar il-forza tax-xogħol tas-saħħa
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tipproduċi studju ta' vijabilità għall-kollaborazzjoni fuq livell Ewropew dwar il-monitoraġġ tat-tendenzi tal-forza tax-xogħol tas-saħħa, tagħmel previżjoni tal-ħtiġijiet fil-qasam tas-saħħa tal-forza tax-xogħol u tassisti lill-Istati Membri fl-ippjanar għall-forza tax-xogħol. L-għan tal-istudju għandu jkun l-eżaminazzjoni tal-benefiċċji u l-ispejjeż tal-qsim tal-prattika tajba u l-innovazzjoni f'livell ta' UE għall-promozzjoni tal-ippjanar tal-forza tax-xogħol fuq perjodu twil fl-Istati Membri; il-valutazzjoni u l-previżjoni tal-bdil attwali u tal-ġejjieni fit-taħlit tal-ħiliet; it-tqabbil tal-forza tax-xogħol mal-ħtiġijiet tal-pazjenti f'soċjetà li qiegħda tixjiħ; u l-valutazzjoni ta' liema investiment huwa meħtieġ fit-taħriġ għal użu aħjar tat-teknoloġija l-ġdida.
[Kuntratt qafas eżistenti]
3.3.3.4. Studju dwar il-fuljetti tal-pakkett u s-sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
L-għan ta' din l-azzjoni huwa li tipprovdi lill-Kummissjoni b'valutazzjoni dwar kemm ikun jistgħu jinqraw faċilment il-fuljetti tal-pakkett u s-sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott. L-azzjoni għandha l-għan li tidentifika n-nuqqasijiet possibbli, rigward il-valur tagħhom bħala sors ta' informazzjoni għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku, b'attenzjoni partikolari għall-persuni anzjani, l-użu razzjonali tal-mediċini u s-sikurezza tal-pazjent fil-faċilità tal-qari, l-arranġament u l-kontenut tas-sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljetti tal-pakkett; li tidentifika l-kawżi ta' nuqqasijiet bħal dawn, u l-konsegwenzi potenzjali tagħhom għas-saħħa tal-pazjenti; u li tagħmel rakkomandazzjonijiet għat-titjib tas-sommarji tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljetti tal-pakkett sabiex iżżid il-valur tagħhom għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-pubbliku ġenerali, il-kontribuzzjoni tagħhom għall-użu razzjonali tal-mediċini u s-sikurezza tal-pazjent. L-azzjoni għandha tipproduċi valutazzjoni fir-reqqa li tippermetti lill-Kummisjjoni li tikkunsidra kwalunkwe azzjoni meħtieġa f'dan il-qasam u tikkontribwixxi fir-rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jiġi sottomess 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, rigward il-farmakoviġilanza, id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (13). Id-Direttiva ta' emenda kienet ippubblikata fil-31 ta' Diċembru 2010. L-istudju għandu għalhekk jitlesta fl-ewwel tliet xhur tal-2012 sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tipprepara r-rapport skont id-data ta' skadenza prevista.
[Kuntratt qafas eżistenti]
(1) It-terminu “settur privat” ikopri l-kumpaniji/l-impriżi/il-korporazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tan-negozju jew entitajiet oħra “bi skop ta' qligħ” irrispettivament min-natura legali tagħħom (irreġistrati/mhux irreġistrati), il-proprjetà (ta' proprjetà totali jew parzjali privata/ta' proprjetà totali jew parzjali tal-istat) jew id-daqs (kbir/żgħir), jekk ma jkunux ikkontrollati mill-pubbliku.
(5) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda, rigward il-farmakoviġilanza, id-Direttiva 2001/83/KE. Ara l-emenda tal-Artikolu 59(3) tad-Direttiva 2001/83/KE.
(6) ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14.
(7) ĠU L 294, 25.10.2006, p. 32.
(8) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.
(9) ĠU L 194, 18.7.2001, p. 26.
(10) ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16.
(11) http://whqlibdoc.who.int/publications/2003/9241591013.pdf
ANNESS II
Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal proġetti taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(a)
Dan id-dokument japplika biss għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet individwali taħt il-Programm dwar is-Saħħa permezz ta' għotjiet wara sejħa għall-proposti għal proġetti.
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
1. |
Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli tal-Implimentazzjoni tiegħu huma d-dokumenti ta' referenza għall-implimentazzjoni tal-Programm dwar is-Saħħa. |
2. |
L-għotjiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:
|
3. |
Il-proposti għall-azzjonijiet (proġetti) għandhom jiġu valutati fuq il-bażi ta' tliet kategoriji ta' kriterji:
Dawn it-tliet kategoriji ta' kriterji għandhom jiġu kkunsidrati b'mod konsekuttiv waqt il-proċedura tal-valutazzjoni. Proġett li jonqos milli jilħaq ir-rekwiżiti ta' kategorija waħda ma jiġix ikkunsidrat fl-istadju ta' wara tal-valutazzjoni u jiġi miċħud. |
4. |
B'konformità mal-Programm dwar is-Saħħa, għandha tingħata prijorità lill-proġetti li:
|
2. KRITERJI TA' ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ
1. |
L-applikanti iġu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta' għotja taħt il-Programm dwar is-Saħħa jekk ikunu jinsabu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju. Evidenza: Il-kandidati għandhom jpprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, iffirmata u datata kif xieraq, fejn jistqarru li huma ma jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla hawn fuq. |
2. |
Kwalunkwe proposta li tiġi rċevuta wara l-iskadenza għall-irċevuta, kwalunkwe proposta mhux kompluta jew proposta li tonqos milli tilħaq ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti ma tiġix ikkunsidrata għall-finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta' żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178(2) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni. Kull applikazzjoni għandu jkollha d-dokumenti rekwiżiti fis-sejħa għall-proposti, inklużi d-dokumenti li ġejjin:
Evidenza: Kontenut tal-applikazzjoni. |
3. |
L-azzjonijiet li jkunu diġà bdew sad-data li fiha l-applikazzjoni għall-għotja hija rreġistrata jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-Programm dwar is-Saħħa. Evidenza: Id-data tal-bidu u d-dewmien skedati tal-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja. |
3. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-proposti li jkunu laħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni biss ikunu eliġibbli għall-valutazzjoni. Il-kriterji tal-għażla kollha li ġejjin għandhom jintlaħqu.
1. |
Kapaċità finanzjarja: L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u biżżejjed ta' finanzjament sabiex jimmantjenu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih l-attività tkun qiegħda titwettaq u jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha. Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kontijiet tal-profitti u t-telf u l-karti tal-bilanċ ta' dawn l-aħħar sentejn finanzjarji kompleti. Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja mhijiex se tapplika għall-korpi pubbliċi, jew għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet intergovernattivi jew għall-aġenziji speċjalizzati maħluqa minn dawn tal-aħħar. |
2. |
Kapaċità operattiva: L-applikant għandu jkollu r-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali rikjesti sabiex iwassal sat-tmiem l-azzjoni proposta. Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu r-rapport l-iżjed riċenti tal-attività annwali tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-persunal professjonali rilevanti kollu fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett. |
3. |
Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu forniti fuq talba tal-Kummissjoni: Jekk dan jiġi mitlub, l-applikanti għandhom jipprovdu rapport ta' verifika esterna magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja tal-applikant. |
4. KRITERJI TAL-GĦOTJA
Il-proġetti li jkunu laħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-għażla biss ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin.
1. |
Politika u rilevanza kuntestwali tal-proġett (40 punt, livell limitu: 20 punt):
|
2. |
Kwalità teknika tal-proġett (30 punt, livell limitu: 15-il punt):
|
3. |
Kwalità tal-ġestjoni tal-proġett u l-baġit (30 punt, livell limitu: 15-il punt):
|
Kwalunkwe proġett li jonqos milli jilħaq il-livell limitu jiġi miċħud.
Wara l-valutazzjoni, tiġi kkompilata lista tal-proposti rakkomandati għall-finanzjament, li r-rank tagħhom ikun skont in-numru totali ta' punti mogħtija. Il-proposti bl-ogħla rank jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.
(1) Dan ifisser li azzjoni speċifika, sottomessa minn applikant wieħed għal għotja, tista' tiġi approvata għal kofinanzjament mill-Kummissjoni darba biss kull sena, irrispettivament mit-tul ta' din l-azzjoni.
(2) COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm
ANNESS III
Kriterji għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-funzjonament ta' korp non-governattiv jew netwerk speċjalizzat (għotjiet operattivi) taħt it-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(b)
1. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ
Jistgħu jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE għall-funzjonament ta' korp non-governattiv jew l-ispejjeż assoċjati mal-koordinazzjoni ta' netwerk speċjalizzat minn korp mingħajr skop ta' qligħ. Netwerk speċjalizzat huwa netwerk li jirrappreżenta korpi mingħajr skop ta' qligħ attivi fl-Istati Membri jew f'pajjiżi parteċipanti fil-Programm dwar is-Saħħa u li jippromwovu prinċipji u politika konsistenti mal-għanijiet tal-Programm, li jkollhom rekord ta' xogħol rilevanti ta' għanijiet milħuqa b'mod konġunt (pereżempju proġetti li jkunu ġew mitmuma b'suċċess u/jew pubblikazzjonijiet konġunti) u regoli stabbiliti ta' kollaborazzjoni (pereżempju SOPs jew memorandum ta' ftehim). Organizzazzjoni jew netwerk speċjalizzat jista' jirċievi finanzjament jekk:
— |
ikun mingħajr skop ta' qligħ u indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi konflittwali oħra; |
— |
ikollu membri f'mill-inqas nofs l-Istati Membri; |
— |
ikollu kopertura ġeografika bilanċjata; |
— |
bħala l-iskop primarju tiegħu jkollu wieħed jew iżjed mill-għanijiet tal-Programm ta-Sahħa; |
— |
ma jkollux il-mira li jilħaq għanijiet ġenerali li jkunu direttament jew indirettament kontrarji għall-politika tal-Unjoni Ewropea jew assoċjati ma' immaġni mhux adegwata; |
— |
ikun għadda lill-Kummissjoni kontijiet soddisfaċenti tal-isħubija, ir-regoli interni u s-sorsi ta' finanzjament tagħhom; |
— |
ikun għadda lill-Kummissjoni l-programm ta' xogħol annwali tagħhom għas-sena finanzjarja u r-rapport tal-attività annwali l-iżjed riċenti u, jekk ikun disponibbli, ir-rapport tal-valutazzjoni l-iżjed riċenti; |
— |
ma jkun fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju. |
Kwalunkwe proposta rċevuta wara l-iskadenza għall-irċevuta, kwalunkwe proposta mhux kompluta jew proposta li tonqos milli tilħaq ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti ma tiġix ikkunsidrata għal finanzjament. Dan ma japplikax fil-każ ta' żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178(2) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni.
Il-kriterju indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi konflittwali oħra' għandu jiġi valutat kif deskritt fl-Anness VI.
2. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-kriterji tal-għażla jagħmluha possibbli li ssir valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tapplika sabiex tlesti l-programm tax-xogħol propost.
L-organizzazzjonijiet bir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament tagħhom biss jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja. Bħala evidenza ta' dan huma għandhom:
— |
jehmżu kopja tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ingħalqu l-kontijiet qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni għall-għotja tkun minn organizzazzjoni ġdida Ewropea, l-applikant għandu jipproduċi l-kontijiet annwali (inkluż il-karta tal-bilanċ u d-dikjarazzjoni tal-profitt u t-telf) tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha jkunu ingħalqu l-kontijiet qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni; |
— |
jippreżenta baġit preliminari dettaljat għall-organizzazzjoni, ibbilanċjat f'termini ta' dħul u nfiq; |
— |
jehmeż rapport ta' verifika esterna prodott minn awditur approvat f'każ li jkun qed jopera applikazzjonijiet għal għotja ta' iżjed minn EUR 100 000, waqt li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħmel valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja tal-organizzazzjoni li tkun qiegħda tapplika. |
L-organizzazzjonijiet bir-riżorsi, il-ħiliet u l-esperjenza professjonali operattivi biss jistgħu jingħataw għajnuna finanzjarja. Għal dan il-fini, l-informazzjoni li ġejja għandha tinhemeż bħala appoġġ tal-applikazzjoni:
— |
ir-rapport l-iżjed riċenti tal-attivitajiet annwali tal-organizzazzjoni, jew, fil-każ ta' organizzazzjoni li tkun għada kif ġiet kostitwita, il-curricula vitae tal-membri tal-bord tal-ġestjoni u persunal ieħor u r-rapporti tal-attivitajiet annwali tal-organizzazzjonijiet membri tal-korp il-ġdid; |
— |
kwalunkwe referenza konnessa mal-parteċipazzjoni f'għal azzjonijiet iffinanzjati mill-Komunità Ewropea jew applikazzjonijiet għalihom, il-konklużjoni ta' ftehimiet ta' għotja u l-konklużjoni ta' kuntratti mill-baġit Komunitarju. |
3. KRITERJI TAL-GĦOTJA
Il-kriterji tal-għotja jagħmluha possibbli li jintgħażlu programmi tax-xogħol li jistgħu jiggarantixxu konformità mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Komunità u jistgħu jiggarantixxu t-tixrid u l-komunikazzjoni tajba, inkluża l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Komunità.
Għal dan il-fini, il-programm tax-xogħol annwali ppreżentat bl-għan li jinkiseb finanzjament tal-UE għandu jilħaq il-kriterji li ġejjin:
1. |
Ir-rilevanza politika u kuntestwali tal-korp non-governattiv jew il-programm tax-xogħol annwali tan-netwerk speċjalizzat (25 punt, livell limitu 13-il punt):
|
2. |
Il-kwalità teknika tal-programm tax-xogħol annwali propost (40 punt, livell limitu 20 punt): (a) Għan tal-programm tax-xogħol annwali: il-programm tax-xogħol tal-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar l-għanijiet kollha tal-organizzazzjoni jew in-netwerk speċjalizzat u l-adattament tagħhom biex jintlaħqu r-riżultati mistennija. L-applikant għandu juri li l-programm tax-xogħol sottomess jagħti dehra eżatta u ġusta tal-attivitajiet kollha ppjanati għall-organizzazzjoni/in-netwerk speċjalizzat fl-2011, inklużi dawk l-attivitajiet li ma jaqgħux taħt il-Pjan ta' Ħidma għall-2011 tal-Programm dwar is-Saħħa (10 punti); (b) Qafas operattiv: il-programm tax-xogħol tal-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar l-attivitajiet ippjanati, ix-xogħlijiet, ir-responsabbiltajiet u l-orarji tal-ħinijiet tal-parti tax-xogħol tagħhom konsistenti mal-Pjan ta' Ħidma għall-2011 tal-Programm dwar is-Saħħa u jiddeskrivi r-relazzjoni tiegħu mal-partijiet l-oħra tal-attività tagħhom (10 punti); (c) Strateġija tal-valutazzjoni: il-programm tax-xogħol tal-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar il-valutazzjoni interna u esterna tal-attivitajiet tiegħu u l-indikaturi li għandhom jintużaw. (10 punti); (d) Strateġija tad-disseminazzjoni: il-benefiċjarju għandu juri b'mod ċar l-adegwatezza tal-azzjonijiet u l-metodi għall-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni (10 punti). |
3. |
Kwalità tal-Ġestjoni (35 punt, livell limitu 18-il punt): (a) Ippjanar tax-xogħol annwali: l-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar l-attivitajiet li għandhom jitwettqu, l-orarju tal-ħinijiet; il-lista tar-riżultati li għandhom jintlaħqu u jipprovdi n-natura u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet u analiżi tar-riskju (10 punti); (b) Kapaċità organizzattiva: l-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar il-proċess tal-ġestjoni, ir-riżorsi umani u l-kompetenzi tal-persunal, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljanza. L-applikant għandu wkoll jispeċifika b'mod ċar ir-relazzjoni tax-xogħol ma' msieħba rilevanti u partijiet interessati (10 punti); (c) Baġit ġenerali u dettaljat: l-applikant għandu jiżgura li l-baġit huwa rilevanti, approprjat, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu u għall-attivitajiet ippjanati (10 punti); (d) Ġestjoni finanzjarja: l-applikant għandu jiddeskrivi b'mod ċar iċ-ċirkuwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri ta' rappurtaġġ u, fejn ikun possibbli, il-kontrolli (5 punti). |
Kwalunkwe proposta li tonqos milli tilħaq il-livell limitu tiġi miċħuda.
Wara l-valutazzjoni, tiġi elenkata lista tal-proposti rakkomandati għall-finanzjament, li jkollhom rank skont in-numru totali ta' punti mogħtija. Il-proposti bl-ogħla rank għandhom jingħataw kofinanzjament skont id-disponibbiltà tal-baġit.
(1) L-attivitajiet ta' lobbying immirati esklużivament għal Istituzzjonijiet tal-UE huma esklużi mill-finanzjament.
ANNESS IV
Kriterji għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-azzjoniiet konġunti taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(3)
1. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ
L-azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma' korpi pubbliċi jew korpi non-governattivi:
— |
li huma mingħajr skop ta' qligħ u indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi konflittwali oħra; |
— |
li l-fini ewlieni tagħhom huwa li jintlaħaq għan wieħed jew iżjed minn wieħed tal-Programm; |
— |
li m’għandhomx il-fini li jilħqu għanijiet ġenerali li huma direttament jew indirettament kuntrarji għall-politika tal-Unjoni Ewropea jew assoċjati ma' immaġni mhux adegwata; |
— |
li pprovdew lill-Kummissjoni b’kontijiet sodisfaċenti tas-sħubija tagħhom, ir-regoli interni u s-sorsi ta' finanzjament; |
— |
li ma jinsabu fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni mniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju. |
Il-kriterju “indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta' negozju jew interessi konflittwali oħra” għandu jiġi valutat kif deskritt fl-Anness VI.
2. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-kriterji tal-għażla jagħmluha possibbli li ssir valutazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant sabiex iwassal sat-tmiem il-programm tax-xogħol propost.
L-applikanti għandu jkollhom ir-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa sabiex iwettqu kompletament l-azzjoni proposta.
L-applikanti għandu jkollhom riżorsi finanzjarji adegwati sabiex jimmantjenu l-attività tagħhom matul il-perjodu li fih tkun qiegħda titwettaq l-attività u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.
Kull applikant għandu jipprovdi:
— |
stima baġitarja ċara, eżawstiva u dettaljata tajjeb tal-ispejjeż b’konnessjoni mal-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull korp li jkun qed jieħu sehem fil-proġett konġunt; |
— |
kopja tal-kontijiet annwali għall-aħhar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ingħalqu qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni (għall-korpi minghajr skop ta' qligħ minbarra l-korpi pubbliċi). |
3. KRITERJI TAL-GĦOTJA
L-azzjonijiet konġunti li jkunu laħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-għażla biss ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi tal-kriterji tal-għotja li ġejjin:
1. |
Rilevanza politika u kunteswali tal-proġett (40 punt, livell limitu: 20 punt)
|
2. |
Kwalità teknika tal-azzjoni konġunta (30 punt, livell limitu: 15-il punt):
|
3. |
Kwalità tal-ġestjoni tal-azzjoni konġunta u l-baġit (30 punt, livell limitu: 15-il punt):
|
Kwalunkwe proposta li tonqos milli tilħaq il-livell limitu tiġi miċħuda.
(1) COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm
ANNESS V
Kriterji għall-kontribuzzjoni finanzjarja għal konferenzi taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikolu 4(1)(a)
1. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI U L-ELIĠIBBILTÀ
1. |
L-applikanti jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-għotja tal-Programm dwar is-Saħħa jekk ikunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju. Evidenza: Il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, iffirmata u datata kif xieraq, fejn jistqarru li ma huma fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżla hawn fuq. |
2. |
Kwalunkwe proposta rċevuta wara l-iskadenza għall-irċevuta, kwalunkwe proposta mhux kompluta jew proposta li tonqos milli tilħaq ir-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti ma tiġix ikkunsidrata għal finanzjament. Dan ma japplikax f’każ ta’ żbalji klerikali ovvji kif mifhum fl-Artikolu 178(2) tar-Regoli tal-Implimentazzjoni. Kull applikazzjoni għandu jkollha d-dokumenti rekwiżiti skont is-sejħa għall-proposti, inklużi d-dokumenti li ġejjin:
Evidenza: Kontenut tal-applikazzjoni. |
3. |
L-azzjonijiet li jkunu diġà bdew sad-data li fiha l-applikazzjoni għall-għotja tiġi rreġistrata jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni fil-Programm dwar is-Saħħa. Id-dewmien tal-azzjoni m’għandux jaqbeż it-12-il xahar. Evidenza: Id-data tal-bidu u d-dewmien skedati tal-azzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja. |
2. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-proposti li jkunu laħqu r-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni biss ikunu eliġibbli għal valutazzjoni. Il-kriterji tal-għażla kollha li ġejjin iridu jintlaħqu.
1. |
Kapaċità finanzjarja L-applikanti għandu jkollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex jimmantjenu l-attività tagħħom matul il-perjodu li fih l-attività tkun qiegħda titwettaq u sabiex jipparteċipaw fil-kofinanzjament. Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu l-kont tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċ għal dawn l-aħħar sentejn finanzjarji sħaħ. Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja m’għandhiex tapplika għall-korpi pubbliċi, jew għall-organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa minn ftehimiet intergovernattivi jew għal aġenziji speċjalizzati maħluqa minn dawn tal-aħħar. |
2. |
Kapaċità operattiva L-applikant għandu jkollu r-riżorsi, il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali rekwiżiti sabiex iwettaq l-azzjoni proposta. Evidenza: L-applikanti għandhom jipprovdu r-rapport tal-attività annwali l-iżjed riċenti tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-persunal professjonali rilevanti kollu fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-konferenza. |
3. |
Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu pprovduti fuq talba tal-Kummissjoni. Jekk jintalab dan, l-applikanti għandhom jipprovdu rapport ta’ verifika esterna prodott minn awditur approprjat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u jagħti valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant. |
3. KRITERJI TAL-GĦOTJA
1. |
Kontenut tal-proposta (60 punt, livell limitu 30 punt)
|
2. |
Kwalità tal-Ġestjoni (40 punt, livell limitu 20 punt):
|
Kwalunkwe proposta li tonqos milli tilħaq il-livell limitu tiġi miċħuda.
Wara l-valutazzjoni, tiġi elenkata lista ta’ proposti rakkomandati għal finanzjament, li jkollhom rank skont in-numru totali ta’ punti mogħtija. Il-proposti bl-ogħla rank għandhom jingħataw kofinanzjament skont id-disponibilità tal-baġit.
ANNESS VI
Kriterji għall-indipendenza minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew minn interessi konflittwali oħra applikabbli għal għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikoli 4.1(b) u 4.3
Interess konflittwali jinħoloq meta individwu jew organizzazzjoni jkollhom interessi multipli, li wieħed minnhom possibilment ikun jista’ jikkorrompi l-motivazzjoni għal aġir fl-ieħor.
Il-kriterju “indipendenti minn interessi industrijali, kummerċjali u ta’ negozju jew interessi konflittwali oħra” jirreferi għal tliet rekwiżiti li għandhom jinlaħqu kollha mill-organizzazzjoni applikanti:
1. INDIPENDENZA LEGALI
Sabiex tkun eliġibbli għal finanzjament, NGO għandha tkun indipendenti minn entitajiet oħra li jirrappreżentaw l-industrija, il-kummerċ u n-negozju jew interessi konflittwali oħra.
Żewġ entitajiet legali għandhom jiġu kkunsidrati bħala indipendenti minn xulxin fejn l-ebda waħda minnhom ma tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta’ parti terza bħall-oħra.
Il-kontroll jista’ b’mod partikolari jkollu waħda mill-għamliet li ġejjin:
(a) |
Iż-żamma diretta jew indiretta ta’ iżjed minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew l-assoċjati ta’ dik l-entità; |
(b) |
Iż-żamma diretta jew indiretta ta’ setgħat tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, bil-fatt jew skont il-liġi, fl-entità legali kkonċernata. |
Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn entitajiet legali m’għandhomx fihom infushom jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu relazzjonijiet ta’ kontroll:
(c) |
Iż-żamma diretta jew indiretta ta’ iżjed minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-organizzazzjoni applikanti jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew l-assoċjati tal-entitajiet legali tkun miżmuma mill-istess korp pubbliku; |
(d) |
L-entitajiet legali kkonċernati jkunu l-proprjetà jew ikunu sorveljati mill-istess korp pubbliku. |
2. INDIPENDENZA FINANZJARJA
Sabiex jiġu kkunsidrati bħala indipendenti, l-organizzazzjonijiet applikanti għandhom b’mod unilaterali jikkommettu ruħhom li ma jirċevux iżjed minn 20 % tal-finanzjament ewlieni tagħhom minn organizzazzjonijiet tas-settur privat (1) li jirrappreżentaw interess konflittwali waqt is-snin finanzjarji koperti mill-għotja.
Il-finanzjament ewlieni għandu jfisser il-finanzjament rekwiżit għall-istruttura bażika ta’ organizzazzjoni, inklużi s-salarji tal-persunal full-time, il-faċilitajiet, it-tagħmir, il-komunikazzjonijiet, u l-ispejjeż diretti tax-xogħol ta’ kuljum. Il-finanzjament ewlieni jinkludi wkoll il-finanzjament tal-attivitajiet kollha permanenti u ripetuti b’mod regolari. Ir-rekwiżiti tal-finanzjament ewlieni ħafna drabi jiġu bbaġitjati b’mod separat minn spejjeż oħra bħal azzjonijiet jew proġetti speċifiċi.
3. TRASPARENZA TAL-ATTIVITAJIET U L-FINANZJAMENT TAL-APPLIKANT
L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant (2).
L-applikanti li jkunu qegħdin jaħdmu ma’ atturi tas-settur privat li jiġu kkunsidrati mhux eliġibbli pereżempju minħabba n-natura tal-attività tagħhom li ma tkunx konformi mal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat tal-UE, jistgħu jiġu kkunsidrati inaċċettabbli.
(a) |
L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha ssir disponibbli lill-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, maqsuma skont it-tip (il-finanzjament ewlieni u tal-proġett, il-kontribuzzjoni mhux finanzjarja) u skont l-entità tal-finanzjament. |
(b) |
Id-dikjarazzjonijiet eżistenti dwar il-pożizzjoni tal-applikant li jirrigwardaw ir-rekwiżit tagħhom dwar it-trasparenza għandhom ikunu disponibbli pubblikament. |
4. VALUTAZZJONI TAL-INDIPENDENZA
L-indipendenza u t-trasparenza legali jiġu valutati fuq bażi tal-informazzjoni l-iżjed riċenti disponibbli pprovduta mill-applikant flimkien mal-applikazzjoni. L-indipendenza finanzjarja għandha tiġi valutata fuq bażi tal-informazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja li għaliha tkun attribwita l-għotja fil-ħin tar-rapport finali. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont il-formola ppubblikata mas-sejħa għall-proposti u għandha tkun ċertifikata minn awditur indipendenti. Jekk dawn il-kontijiet juru li waqt kwalunkwe waħda mis-snin finanzjarji koperti mill-għotja, il-benefiċjarji jkunu rċevew iżjed minn 20 % tal-finanzjament ewlieni tagħhom minn organizzazzjonijiet tas-settur privat li jirrappreżentaw interess konflittwali, jew minn sorsi oħra li jirrappreżentaw interess konflittwali, l-ammont kollu tal-għotja għandu jiġi rkuprat.
(1) It-terminu “settur privat” ikopri l-kumpaniji/l-impriżi/il-korporazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tan-negozju jew entitajiet oħra “bi skop ta’ qligħ” irrispettivament min-natura legali tagħħom (irreġistrati/mhux irreġistrati), il-proprjetà (ta’ proprjetà totali jew parzjali privata/ta’ proprjetà totali jew parzjali tal-istat) jew id-daqs (kbir/żgħir), jekk ma jkunux ikkontrollati mill-pubbliku.
(2) Il-kollaboraturi f’pożizzjoni li tista’ twassal għal konflitt ta’ interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni) għandhom jiġu mniżżla.
ANNESS VII
Kriterji għal użu eċċezzjonali għall-għotjiet għal proġett u għotjiet operattivi taħt it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)
Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, l-Artikoli 4(1)(a), 4(1)(b) u 4(3)
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
Jista’ jingħata l-permess għal użu eċċezzjonali għall-proposti li jkollhom valur miżjud Ewropew għoli ħafna fl-oqsma li ġejjin:
— |
Kontribuzzjoni għal:
|
— |
involviment ta’ atturi ġodda (mhux tradizzjonali) għas-saħħa f’azzjonijiet solidi mill-aspett tal-koordinazzjoni u dak etiku u li huma sostenuti, kemm f’livell reġjonali jew lokali u fil-pajjiżi parteċipanti. Dan jinkludi s-settur pubbliku, is-settur privat u l-partijiet interessati fost is-soċjetà ċivili iżjed wiesa li l-miri primarji tagħhom mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (pereżempju fost iż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u sferi oħra ta’ interess pubbliku bħall-ambjent u l-isport). |
Il-proposti li jilħqu l-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jiġu kkunsidrati ta’ utilità eċċezzjonali. L-applikanti għandhom ikunu kapaċi li juru kif l-azzjoni proposta għandha tikkontribwixxi għall-oqsma msemmija hawn fuq billi tikkonforma mal-kriterji speċifikati fit-taqsimiet li ġejjin.
2. PROĠETTI TA’ UTILITÀ EĊĊEZZJONALI
Kontribuzzjoni massima tal-UE għal kull benefiċjarju (jiġifieri għal kull benefiċjarju ewlieni u għal kull benefiċjarju assoċjat) ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tista’ tiġi kkunsidrata fejn proposta tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq. Mhux iżjed minn 10 % tal-proġetti finanzjati għandhom jirċievu kofinanzjament tal-UE ta’ iżjed minn 60 %. Il-proposti għall-proġetti li jitolbu iżjed minn 60 % tal-kofinanzjament jeħtieġu jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
— |
mill-inqas 60 % tal-baġit totali tal-azzjoni għandu jintuża għall-finanzjament tal-persunal. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jippromwovi l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika effettiva tas-saħħa pubblika; |
— |
mill-inqas 25 % tal-baġit tal-azzjoni proposta għandu jiġi allokat lill-Istati Membri bi PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tagħha) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha tal-UE. Dan il-kriterju huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa fost l-Istati Membri tal-UE; |
— |
għandu jintlaħaq riżultat ta’ mill-inqas 5 marki minn 8 għall-kriterji tal-għotja kollha tal-blokk tal-politika ta’ rilevanza msemmi fl-Anness II. Dan il-kriterju għandu l-għan li jippromwovi t-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, fis-sens tat-titjib tar-rilevanza tal-politika; |
— |
mill-inqas 10 % tal-baġit għandu jiġi allokat għall-oganizzazzjonijiet li ma jkunu rċevew l-ebda finanzjament taħt l-ewwel u t-tieni Programm dwar is-Saħħa fl-aħħar ħames snin. Dan il-kriterju huwa maħsub li jippromwovi l-involviment ta’ atturi ġodda għas-saħha. |
3. UTILITÀ EĊĊEZZJONALI TAL-GĦOTJIET OPERATTIVI
Tista’ tiġi kkunsidrata kontribuzzjoni massima tal-UE ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli fejn proposta għal għotja operattiva ġdida tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat taħt it-taqsima “Prinċipji ġenerali” ta’ hawn fuq.
Il-proposti għal għotjiet operattivi ġodda li jitolbu iżjed minn 60 % ta’ kofinanzjament ikollhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
— |
mill-inqas 25 % tal-membri jew membri kandidati tal-korpi jew organizzazzjonijiet non-governattivi li jifformaw in-netwerk speċjalizzat jiġu minn Stati Membri b’PDG per capita (kif ippubblikat mill-Eurostat fl-aħħar rapport statistiku tagħha) fl-iċken kwartili tal-Istati Membri kollha; |
— |
it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa f’livell ta’ UE, dak nazzjonali jew reġjonali jintwera fil-missjoni kif ukoll fil-programm annwali tax-xogħol tal-organizzazzjoni applikanti/netwerk speċjalizzat. |
Għall-għotjiet operattivi li jiġu rinnovati, l-istat ta’ utilità eċċezzjonali għandu jibqa’ l-istess bħal ma kien għas-sejħa għall-proposti tal-2010.