ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.063.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
26 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 063/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 55, 19.2.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 063/02

Kawża C-120/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Bavaria NV vs Bayerischer Brauerbund eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 510/2006 — Applikazzjoni ratione temporis — Artikolu 14 — Reġistrazzjoni skont il-proċedura semplifikata — Rabtiet bejn trade marks u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti)

2

2011/C 063/03

Kawża C-507/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Kanċellament parzjali ta’ dejn fiskali ta’ kumpannija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

2

2011/C 063/04

Kawża C-77/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda vs Ministero della Salute (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 2006/134/KE — Validità — Restrizzjonijiet fl-użu tal-fenarimol bħala sustanza attiva)

3

2011/C 063/05

Kawża C-118/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Robert Koller (Kunċett ta’ qorti nazzjonali skont l-Artikolu 234 KE — Rikonoxximent tad-diplomi — Direttiva 89/48/KEE — Avukat — Reġistrazzjoni fl-elenku tal-ordni ta’ professjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih id-diploma ġiet approvata)

3

2011/C 063/06

Kawża C-208/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof — Awstrija) — Ilonka Sayn-Wittgenstein vs Landeshauptmann von Wien (Ċittadinanza Ewropea — Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fl-Istati Membri — Liġi ta’ Stat Membru li għandha status kostituzzjonali rigward l-abolizzjoni tan-nobbiltà f’dan il-pajjiż — Kunjom ta’ persuna maġġorenni, ċittadina tal-imsemmi Stat, miksub permezz ta’ adozzjoni fi Stat Membru ieħor, li fih hija tirrisjedi — Titolu ta’ nobbiltà u prefiss nobbli formanti parti mill-kunjom — Reġistrazzjoni mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru fir-reġistru tal-istat ċivili — Korrezzjoni ex officio tar-reġistrazzjoni — Irtirar tat-titolu u tal-prefiss nobbli)

4

2011/C 063/07

Kawża C-215/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus — il-Finlandja) — Mehiläinen Oy, Terveystalo Healthcare Oy, li kienet Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/CE — Kuntratt imħallat — Kuntratt konkluż bejn awtorità kontraenti u kumpannija privata indipendenti minnha — Stabbiliment, b’ishma ndaqs, ta’ impriża komuni li tipprovdi servizzi tas-saħħa — Impenn minn-naħa tas-soċji li jixtru mingħand l-impriża komuni, matul perijodu tranżitorju ta’ erba’ snin, is-servizzi tas-saħħa li huma għandhom jipprovdu lill-impjegati tagħhom)

4

2011/C 063/08

Kawża C-245/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Brussel — il-Belġju) — Omalet NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 49 KE — Imprenditur stabbilit fi Stat Membru — Talba lil partijiet kontraenti stabbiliti fl-istess Stat Membru — Sitwazzjoni purament interna — Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

5

2011/C 063/09

Kawża C-273/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid (Regolament (KE) Nru 729/2004 — Klassifikazzjoni tal-merkanzija ta’ sostenn għall-mixi bir-roti fin-nomenklatura magħquda — Intestatura 9021 — Intestatura 8716 — Rettifika — Validità)

5

2011/C 063/10

Kawża C-277/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs RBS Deutschland Holdings GmbH (Sitt Direttiva tal-VAT — Dritt għal tnaqqis — Akkwist ta’ karozzi u użu għal tranżazzjonijiet ta’ leasing — Diskrepanzi bejn is-sistemi fiskali ta’ żewġ Stati Membri — Projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi)

6

2011/C 063/11

Kawża C-304/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement — Irkupru)

6

2011/C 063/12

Kawża C-338/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — l-Awstrija) — Yellow Cab Verkehrsbetriebs GmbH vs Landeshauptmann von Wien (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Regoli tal-kompetizzjoni — Trasport bil-kabotaġġ — Trasport nazzjonali ta’ persuni permezz tax-xarabank — Applikazzjoni għal operazzjonijiet ta’ servizz — Liċenzja — Awtorizzazzjoni — Kundizzjonijiet — Dispożizzjoni ta’ sede jew ta’ stabbiliment permanenti fit-territorju nazzjonali — Tnaqqis tad-dħul li jikkomprometti l-profitti tal-operazzjonijiet ta’ servizz diġà konċess)

7

2011/C 063/13

Kawża C-351/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Artikoli 8 u 15 — Stat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni — Stabbiliment u implementazzjoni ta’ programmi għall-monitoraġġ — Ommissjoni — Preżentazzjoni ta’ rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ — Ommissjoni)

7

2011/C 063/14

Kawża C-393/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany vs Ministerstvo kultury (Proprjetà intellettwali — Direttiva 91/250/KEE — Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter — Kunċett ta’ kull forma ta’ espressjoni ta’ programm tal kompjuter — Inklużjoni jew nuqqas ta’ inklużjoni ta’ user interface grafiku ta’ programm tal-kompjuter — Drittijiet tal-awtur — Direttiva 2001/29/KE — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Xandir televiżiv ta’ user interface grafiku — Komunikazzjoni ta’ xogħol lill-pubbliku)

8

2011/C 063/15

Kawża C-438/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Repubblika tal-Polonja) — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi (Sitt Direttiva tal-VAT — Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Servizzi pprovduti — Persuna li mhijiex inkluża fir-reġistru tal-VAT — Referenzi obbligatorji fuq il-fattura għall-finijiet tal-VAT — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali — Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT)

8

2011/C 063/16

Kawża C-488/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación de Transporte International por Carretera (ASTIC) vs Administración General del Estado (Konvenzjoni TIR — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Trasport li jsir taħt il-kopertura ta’ carnet TIR — Assoċjazzjoni garanti — Ħatt irregolari — Determinazzjoni tal-post fejn twettaq il-ksur — Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni)

9

2011/C 063/17

Kawża C-517/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Collège d'autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l'audiovisuel — il-Belġju) — fil-proċedura RTL Belgium SA, li qabel kienet TVi SA (Direttiva 89/552/KEE — Servizzi ta’ xandir televiżiv — Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv — Kunċett ta’ qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

9

2011/C 063/18

Kawża C-524/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Paris — Franza) — Ville de Lyon vs Caisse des dépôts et consignations (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 2003/4/KE — Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’gassijiet serra — Regolament (KE) Nru 2216/2004 — Sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri — Aċċess għal data dwar tranżazzjonijiet fil-qasam tal-kwoti ta’ esmissjonijiet ta’ gassijiet serra — Rifjut ta’ komunikazzjoni — Amministratur Ċentrali — Amministraturi tar-reġistri nazzjonali — Natura kunfidenzjali tad-data miżmuma fir-reġistri — Derogi)

10

2011/C 063/19

Kawża C-12/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Lecson Elektromobile GmbH vs Hauptzollamt Dortmund (Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura magħquda — Sezzjoni XVII — Mezz ta’ trasport — Kapitolu 87 — Vetturi bil-mutur, tractors, roti u vetturi oħra li jintużaw fuq l-art, partijiet u aċċessorji tagħhom — Intestaturi 8703 u 8713 — Vetturi elettriċi bi tliet jew erba’ roti intiżi għat-trasport ta’ persuna u li jilħqu veloċità massima ta’ 6 sa 15 km fis-siegħa, mgħammra b’kolonna ta’ tmun distinta u aġġustabbli, imsejħa vetturi elettriċi)

11

2011/C 063/20

Kawża C-116/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu — il-Lussemburgu) — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Pierre Feltgen (kuratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 15, punti 4(a) u 5 — Eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kiri ta’ vapuri — Portata)

11

2011/C 063/21

Kawża C-276/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2006/118/KE — Protezzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

12

2011/C 063/22

Kawża C-287/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Tankreederei I SA vs Directeur de l'administration des contributions directes (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu tal-kapital — Kreditu tat-taxxa għall-investiment — Għoti marbut mat-tħaddim fiżiku tal-investiment fit-territorju nazzjonali — Tħaddim ta’ dgħajjes tax-xmara użati fi Stati Membri oħra)

12

2011/C 063/23

Kawża C-491/10 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Celle — il-Ġermanja) — Joseba Andoni Aguirre Zarraga vs Simone Pelz (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri — Responsabbbiltà tal-ġenituri — Dritt ta’ kustodja — Ħtif ta’ minuri — Artikolu 42 — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri mogħtija minn qorti li għandha ġurisdizzjoni (Spanjola) — Ġurisdizzjoni tal-qorti rikjesta (Ġermaniża) biex tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-minuri)

12

2011/C 063/24

Kawża C-336/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landessozialgericht Berlin — il-Ġermanja) — Christel Reinke vs AOK Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2011/C 063/25

Kawża C-334/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Meiningen — il-Ġermanja) — Frank Scheffler vs Landkreis Wartburgkreis (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 91/439/KEE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rinunżja għal liċenzja nazzjonali tas-sewqan wara l-ksib tal-livell massimu ta’ punti għal diversi ksur — Liċenzja tas-sewqan mogħtija fi Stat Membru ieħor — Relazzjoni ta’ espert mediku-psikoloġiku negattiv li sar fl-Istat Membru ta’ residenza wara l-ksib ta’ liċenzja ġdida fi Stat Membru ieħor — Irtirar tad-dritt tas-sewqan fit-territorju tal-ewwel Stat Membru — Fakultà għall-Istat Membru ta’ residenza tal-possessur ta’ liċenzja mogħtija minn Stat Membru ieħor li japplika għall-imsemmija liċenzja d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtitrar jew it-tħassir tad-dritt tas- sewqan — Kundizzjonijiet — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ aġir wara l-ksib ta liċenzja tas-sewqan ġdida’)

13

2011/C 063/26

Kawża C-20/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku — L-ewwel jew l-uniku kuntratt — Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi — Tħassir — Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikoli 82 KE u 86 KE)

14

2011/C 063/27

Kawża C-22/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — REWE-Zentral AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali Clina — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR — Reġistrazzjoni rrifjutata — Raġuni relattiva għal rifjut — Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b))

15

2011/C 063/28

Kawża C-102/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Judecătoria Focșani — ir-Rumanija) — Frăsina Bejan vs Tudorel Mușat (Regoli tal-proċedura — Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 104(3) — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili tal-karozzi — Kuntrtatt ta’ assigurazzjoni fakultattiv — Inapplikabbiltà)

15

2011/C 063/29

Kawża C-193/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — KMB Europe BV vs Hauptzollamt Duisburg (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar Regoli tal-Proċedura — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — MP3/multimedia player — Intestatura 8521 — Tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew riproduzzjoni vidjo)

16

2011/C 063/30

Kawża C-199/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Secilpar — Sociedade Unipessoal SL vs Fazenda Pública (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Artikoli 56 KE u 58 KE — Taxxa fuq id-dividendi — Taxxa f’ras il-għajn — Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tipprovdi għall-eżenzjoni tad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji residenti)

16

2011/C 063/31

Kawża C-377/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Dolj — ir-Rumanija) — Adrian Băilă vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova, Administrația Fondului pentru Mediu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali — Inammissibbiltà)

17

2011/C 063/32

Kawża C-439/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — SC DRA SPEED SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali — Inammissibbiltà)

17

2011/C 063/33

Kawża C-440/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — SC SEMTEX SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali — Inammissibbiltà)

18

2011/C 063/34

Kawża C-441/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — Ioan Anghel vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali — Inammissibbiltà)

18

2011/C 063/35

Kawża C-262/88 INT: Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 1990, Barber (C-262/88), immressqa fis-26 ta’ Mejju 2010 minn Manuel Enrique Peinado Guitart

18

2011/C 063/36

Kawża C-549/10 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 minn Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-155/06: Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea

18

2011/C 063/37

Kawża C-562/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

19

2011/C 063/38

Kawża C-566/10 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2010 mir-Repubblika Taljana mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2010, fil-Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni

21

2011/C 063/39

Kawża C-567/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-3 ta’ Diċembru 2010 — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

22

2011/C 063/40

Kawża C-570/10: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

22

2011/C 063/41

Kawża C-601/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

22

2011/C 063/42

Kawża C-6/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Jannar 2011 — Daiichi Sankyo Company vs Comptroller-General of Patents

23

2011/C 063/43

Kawża C-16/11: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

24

2011/C 063/44

Kawża C-60/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — l-Italja) — Lucio Rubano vs Regione Campania, Comune di Cusano Mutri

24

2011/C 063/45

Kawża C-116/09: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Ried i.I. — l-Awstrija) — Proċeduri kriminali kontra Antonio Formato, Lenka Rohackova, Torsten Kuntz, Gardel Jong Aten, Hubert Kanatschnig, Jarmila Szabova, Zdenka Powerova, Nousia Nettuno

24

2011/C 063/46

Kawża C-387/09: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiċjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil no 1 de Santa Cruz de Tenerife — Spanja) — Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA)vs Magnatrading SL

24

2011/C 063/47

Kawża C-33/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

25

2011/C 063/48

Kawża C-208/10: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika Portugiża

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 063/49

Kawża T-382/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2011 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Capela & Irmãos (VOGUE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Aplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal — Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

26

2011/C 063/50

Kawża T-336/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2011 — Häfele vs UASI — Topcom Europe (Topcom) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Topcom — Trade marks Komunitarji u tal-Benelux verbali preċedenti TOPCOM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2011/C 063/51

Kawża T-411/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2011 — Terezakis vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Tibdil tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Rifjut li jinbidlu t-talbiet — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2011/C 063/52

Kawża T-563/10 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2010 minn Patrizia De Luca mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Setttembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-563/10, De Luca vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 063/53

Kawża T-570/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

27

2011/C 063/54

Kawża T-571/10: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI — Impexmetal (FŁT-1)

28

2011/C 063/55

Kawża T-580/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Wohlfahrt vs UASI — Ferrero (Kindertraum)

29

2011/C 063/56

Kawża T-581/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2010 — X Technology Swiss GmbH vs UASI

29

2011/C 063/57

Kawża T-585/10: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Aitic Penteo vs UASI– Atos Worldline (PENTEO)

30

2011/C 063/58

Kawża T-7/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

30

2011/C 063/59

Kawża T-12/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Iran Insurance vs Il-Kunsill

31

2011/C 063/60

Kawża T-13/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Post Bank vs Il-Kunsill

32

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 063/61

Kawża F-118/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Psarras vs ENISA

34

2011/C 063/62

Kawża F-122/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 — Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

34

2011/C 063/63

Kawża F-124/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Labiri vs KESE

34

2011/C 063/64

Kawża F-128/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2010 — Mora Carrasco et vs Il-Parlament

35

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/1


2011/C 63/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 55, 19.2.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 46, 12.2.2011

ĠU C 38, 5.2.2011

ĠU C 30, 29.1.2011

ĠU C 13, 15.1.2011

ĠU C 346, 18.12.2010

ĠU C 328, 4.12.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Bavaria NV vs Bayerischer Brauerbund eV

(Kawża C-120/08) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u (KE) Nru 510/2006 - Applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 14 - Reġistrazzjoni skont il-proċedura semplifikata - Rabtiet bejn trade marks u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti)

2011/C 63/02

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bavaria NV

Konvenuta: Bayerischer Brauerbund eV

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) u tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 335 M, 13.12.2008), kif ukoll tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2001, tat-28 ta’ Ġunju 2001, li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 97) — Kunflitt bejn indikazzjoni ġeografika protetta, irreġistrata skont il-proċedura ssemplifikata tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 2081/92 (f’din il-kawża: “Bayerisches Bier”), u trade mark internazzjonali (f’din il-kawża: trade mark li fiha l-kelma “Bavaria”)

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, huwa applikabbli fir-rigward ta’ kunflitt bejn isem validament irreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta skont il-proċedura semplifikata pprovduta fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament u trade mark li tikkorrispondi ma’ waħda mis-sitwazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 13 tiegħu u li tikkonċerna l-istess tip ta’ prodott, li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tagħha ġiet ippreżentata kemm qabel ir-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem kif ukoll qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 692/2003, tat-8 ta’ April 2003, li jemenda r-Regolament Nru 2081/92. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem tikkostitwixxi d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-imsemmi Artikolu 14(1).


(1)  ĠU C 197, 02.08.2008


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-507/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Kanċellament parzjali ta’ dejn fiskali ta’ kumpannija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

2011/C 63/03

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, J. Javorský u K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2082 finali, tas-7 ta’ Ġunju 2006, li tikkonstata l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna mogħtija mis-Slovakkja favur Frucona Košice, taħt il-forma ta’ annullament ta’ dejn fiskali mill-uffiċċju tat-taxxi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ftehim mal-kredituri, u li tordna l-irkupru tagħha (Għajnuna mill-Istat Nru C-25/2005, ex NN 21/2005) (ĠU L 112, p. 14)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ħaditx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarja tagħha l-għajnuna illegali koperta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/254/KE, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar l-għajnuna mill-Istat C-25/05 (ex NN 21/05) mogħtija mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 u l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.

(2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda vs Ministero della Salute

(Kawża C-77/09) (1)

(Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Direttiva 2006/134/KE - Validità - Restrizzjonijiet fl-użu tal-fenarimol bħala sustanza attiva)

2011/C 63/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda

Konvenut: Ministero della Salute

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio — Validità, fir-rigward tal-limitazzjonijiet fuq l-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva, tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva (ĠU L 314M, p. 463).

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda preliminari ma juri l-ebda l-element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — l-Awstrija) — proċedura mibdija minn Robert Koller

(Kawża C-118/09) (1)

(Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” skont l-Artikolu 234 KE - Rikonoxximent tad-diplomi - Direttiva 89/48/KEE - Avukat - Reġistrazzjoni fl-elenku tal-ordni ta’ professjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih id-diploma ġiet approvata)

2011/C 63/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission

Partijiet fil-kawża prinċipali

Robert Koller

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberste Berufungs- und Disziplinarkommission — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 337) — Applikabbiltà tad-Direttiva fil-każ ta’ ċittadin Awstrijak, irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati fi Spanja, wara r-rikonoxximent tad-diploma Awstrijaka tiegħu u wara studji komplementari għal perijodu ta’ inqas minn tliet snin imwettqa f’università Spanjola, u li, wara li eżerċita fi Spanja l-professjoni tiegħu għal tliet ġimgħat, applika sabiex joqgħod għall-aptitude test meħtieġ sabiex ikun irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati fl-Awstrija, fuq il-bażi tat-titolu li jawtorizza l-eżerċizzju tal-professjoni maħurġ fi Spanja

Dispożittiv

(1)

Sabiex jingħata aċċess, bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tgħaddi mill-aptitude test, għall-professjoni rregolata ta’ avukat fl-Istat Membru ospitanti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 2001, jistgħu jiġu invokati mit-titolari ta’ titolu mogħti f’dan l-Istat Membru wara kors postsekondarju ta’ iktar minn tliet snin, kif ukoll ta’ titolu ekwivalenti mogħti fi Stat Membru ieħor wara taħriġ komplementari ta’ inqas minn tliet snin u li jawtorizzah jaċċedi, f’dan l-aħħar Stat, għall-professjoni rregolata ta’ avukat li huwa kien effettivament jeżerċita hemmhekk fid-data meta talab li jiġi awtorizzat li jagħmel l-aptitude test.

(2)

Id-Direttiva 89/48, kif emendata mid-Direttiva 2001/19, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jirrifjutaw lil persuna li ssib ruħha f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali l-awtorizzazzjoni li tagħmel l-aptitude test għall-professjoni ta’ avukat fin-nuqqas ta’ prova li hija wettqet l-istage ta’ prattika rikjest mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof — Awstrija) — Ilonka Sayn-Wittgenstein vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-208/09) (1)

(Ċittadinanza Ewropea - Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fl-Istati Membri - Liġi ta’ Stat Membru li għandha status kostituzzjonali rigward l-abolizzjoni tan-nobbiltà f’dan il-pajjiż - Kunjom ta’ persuna maġġorenni, ċittadina tal-imsemmi Stat, miksub permezz ta’ adozzjoni fi Stat Membru ieħor, li fih hija tirrisjedi - Titolu ta’ nobbiltà u prefiss nobbli formanti parti mill-kunjom - Reġistrazzjoni mill-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru fir-reġistru tal-istat ċivili - Korrezzjoni ex officio tar-reġistrazzjoni - Irtirar tat-titolu u tal-prefiss nobbli)

2011/C 63/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ilonka Sayn-Wittgenstein

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 KE — Liġi kostituzzjonali ta’ Stat Membru li għandha bħala suġġett it-tneħħija tan-nobbiltà f’dan l-Istat u tipprojbixxi liċ-ċittadini tiegħu milli jużaw titoli ta’ nobbiltà barranija — Rifjut mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru li jdaħħlu fir-reġistru tat-twelid titolu ta’ nobbiltà u prefiss nobbli formanti parti minn kunjom li persuna maġġorenni, ċittadina ta’ dan l-Istat, kisbet fi Stat Membru ieħor, fejn hija tirrisjedi, wara l-adozzjoni tagħha minn ċittadin ta’ dan l-aħħar Stat

Dispożittiv

L-Artikolu 21 TFUE ma jipprekludix illi l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jistgħu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jirrifjutaw li jirrikonoxxu, fl-elementi kollha tiegħu, il-kunjom ta’ ċittadin ta’ dan l-Istat, kif ġie stabbilit fit-tieni Stat Membru, li fih jirrisjedi l-imsemmi ċittadin, matul l-adozzjoni tiegħu bħala adult minn ċittadin ta’ dan it-tieni Stat Membru, peress li dan il-kunjom fih titolu ta’ nobbiltà li ma huwiex aċċettat fl-ewwel Stat Membru skont id-dritt kostituzzjonali tiegħu, peress li l-miżuri meħuda minn dawn l-awtoritajiet f’dan il-kuntest huma ġġustifikati minn raġunijiet marbuta mal-ordni pubbliku, jiġifieri li huma neċessarji għall-protezzjoni tal-interessi li huma jridu jiggarantixxu u proporzjonali għall-għan leġittimament segwit.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus — il-Finlandja) — Mehiläinen Oy, Terveystalo Healthcare Oy, li kienet Suomen Terveystalo Oyj vs Oulun kaupunki

(Kawża C-215/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/CE - Kuntratt imħallat - Kuntratt konkluż bejn awtorità kontraenti u kumpannija privata indipendenti minnha - Stabbiliment, b’ishma ndaqs, ta’ impriża komuni li tipprovdi servizzi tas-saħħa - Impenn minn-naħa tas-soċji li jixtru mingħand l-impriża komuni, matul perijodu tranżitorju ta’ erba’ snin, is-servizzi tas-saħħa li huma għandhom jipprovdu lill-impjegati tagħhom)

2011/C 63/07

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mehiläinen Oy, Terveystalo Healthcare Oy, li kienet Suomen Terveystalo Oyj

Konvenuta: Oulun kaupunki

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Markkinaoikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) u (d) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Kuntratt bejn awtorità muniċipali u kumpannija privata indipendenti li jipprovdi għat-twaqqif ta’ impriża komuni, f’ishma indaqs bejniethom, li lilha għandhom jiġu ttrasferiti l-attivitajiet rispettivi tagħhom fil-qasam tas-saħħa u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol — Kuntratt li permezz tiegħu l-awtorità muniċipali u l-kumpannija privata jimpenjaw ruħhom li, matul perijodu tranżitorju, jiksbu mingħand l-impriża komuni l-ġdida s-servizzi tas-saħħa u tal-benesseri fuq il-post tax-xogħol għall-impjegati rispettivi tagħhom

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta awtorità kontraenti tikkonkludi, ma kumpannija privata indipendenti minnha, kuntratt li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ impriża komuni, fil-forma ta’ kumpannija b’azzjonijiet, li l-għan tagħha huwa l-provvista ta’ servizzi tas-saħħa u tal-benessri fuq il-post tax-xogħol, l-attribuzzjoni mill-imsemmija awtorità kontraenti tal-kuntratt relatat mas-servizzi intiżi għall-impjegati tagħha, li l-valur tiegħu jaqbeż il-limitu previst minn din id-direttiva, u li huma separabbli mill-kuntratt li jistabbilixxi din il-kumpannija, għandha ssir fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva applikabbli għas-servizzi koperti mill-Anness II B tagħha.


(1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Brussel — il-Belġju) — Omalet NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

(Kawża C-245/09) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Imprenditur stabbilit fi Stat Membru - Talba lil partijiet kontraenti stabbiliti fl-istess Stat Membru - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

2011/C 63/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Omalet NV

Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE — Leġiżlazjoni soċjali — Imprenditur stabbilit fil-Belġju li jagħmel użu mis-servizzi ta’ subappaltaturi stabbiliti fl-istess Stat Membru mingħajr ma huma rreġistrati mal-awtoritajiet nazzjonali — Applikabbiltà jew le tal-Artikolu 49 KE.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-arbeidshof te Brussel (il-Belġju), b’deċiżjoni tal-25 ta’ Ġunju 2009, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid

(Kawża C-273/09) (1)

(Regolament (KE) Nru 729/2004 - Klassifikazzjoni tal-merkanzija ta’ “sostenn għall-mixi bir-roti” fin-nomenklatura magħquda - Intestatura 9021 - Intestatura 8716 - Rettifika - Validità)

2011/C 63/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Premis Medical BV

Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 16, p. 90) — Apparat ortopediku jew apparat intiż sabiex jikkumpensa għal difett jew diżabilità fis-sens tal-intestatura 9021 tan-Nomenklatura Magħquda — Apparat bir-roti li jgħin lill-persuni b’mobilità limitata sabiex jimxu.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-rettifika ppubblikata fis-7 ta’ Mejju 2004, huwa invalidu sa fejn, minn naħa, ir-rettifika wessgħat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament inizjali tas-sostenn għall-mixi bir-roti li jikkonsisti f’xażi tal-aluminju, b’erba’ roti li tnejn minnhom iduru ’il quddiem, li għandu mankijiet u brejkijiet, u żviluppat sabiex jgħin lill-persuni li għandhom xi diffikultajiet sabiex jimxu u, min-naħa l-oħra, sa fejn jikklassifika l-imsemmija sostenn għall-mixi bir-roti taħt is-subintestatura 8716 80 00 tan-Nomenklatura Magħquda


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs RBS Deutschland Holdings GmbH

(Kawża C-277/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis - Akkwist ta’ karozzi u użu għal tranżazzjonijiet ta’ leasing - Diskrepanzi bejn is-sistemi fiskali ta’ żewġ Stati Membri - Projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi)

2011/C 63/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (Scotland), Edinburgh

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

Konvenuta: RBS Deutschland Holdings GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Session (Scotland), Edinburgh — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet imwettqa b’għan uniku li jinkiseb vantaġġ fiskali — Provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ karozzi fir-Renju Unit minn sussidjarja Ġermaniża ta’ bank stabbilit fir-Renju Unit

Dispożittiv

(1)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jirrifjuta lill-persuna taxxabbli t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti mwettaq f’dan l-Istat Membru, meta dawn l-oġġetti ntużaw għall-iskopijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ leasing imwettqa fi Stat Membru ieħor għar-raġuni unika li t-tranżazzjonijiet tal-output imwettqa ma tawx lok għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fit-tieni Stat Membru

(2)

Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi ma jipprekludix id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud rikonoxxut fl-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 77/388, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn impriża stabbilita fi Stat Membru tagħżel li twettaq, permezz tas-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, tranżazzjonijiet ta’ leasing ta’ oġġetti lil kumpannija terza stabbilita fl-ewwel Stat Membru, bil-għan li jiġi evitat li t-taxxa fuq il-valur miżjud tkun dovuta fuq il-ħlasijiet li jirremuneraw dawn it-tranżazzjonijiet, peress li dawn kienu kkwalifikati, fl-ewwel Stat Membru, bħala provvisti ta’ servizzi ta’ kiri mwettqa fit-tieni Stat Membru u, f’dan it-tieni Stat Membru, bħala provvisti ta’ oġġetti mwettqa fl-ewwel Stat Membru.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-304/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement - Irkupru)

2011/C 63/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: L. Flynn, E. Righini u V. Di Bucci, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna Nru C 8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement [innotifikata taħt in-numru C(2005) 591], (ĠU L 94, p. 42).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tabolixxi l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar l-iskema ta’ għajnuna Nru C 8/2004 (ex NN 164/2003) implementata mill-Italja favur kumpanniji kkwotati fil-Borża reċentement, u tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni.

(2)

Ir Repubblika Taljana hija kkundannata għall ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — l-Awstrija) — Yellow Cab Verkehrsbetriebs GmbH vs Landeshauptmann von Wien

(Kawża C-338/09) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Regoli tal-kompetizzjoni - Trasport bil-kabotaġġ - Trasport nazzjonali ta’ persuni permezz tax-xarabank - Applikazzjoni għal operazzjonijiet ta’ servizz - Liċenzja - Awtorizzazzjoni - Kundizzjonijiet - Dispożizzjoni ta’ sede jew ta’ stabbiliment permanenti fit-territorju nazzjonali - Tnaqqis tad-dħul li jikkomprometti l-profitti tal-operazzjonijiet ta’ servizz diġà konċess)

2011/C 63/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yellow Cab Verkehrsbetriebs GmbH

Konvenut: Landeshauptmann von Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 KE et seq, kif ukoll tal-Artikolu 81 KE et seq — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti ta’ liċenzja għall-operazzjonijiet ta’ servizz ta’ trasport pubbliku għall-kundizzjoni doppja li l-applikant għal din il-liċenzja jkun stabbilit f’dan l-Istat u li s-servizz ġdid ma jkunx ta’ theddida għall-profittabbiltà ta’ servizz ta’ trasport simili eżistenti

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ servizz urban ta’ trasport pubbliku ta’ persuni permezz tax-xarabank li joperaw regolarment waqfiet predeterminati skont orarju stabbilit bil-quddiem, teħtieġ li l-operaturi ekonomiċi li jippreżentaw l-applikazzjoni, stabbiliti fi Stati Membri oħra, ikollhom sede jew stabbiliment ieħor fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru qabel ma l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ dan is-servizz tingħata lilhom. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi rekwiżit ta’ stabbiliment, meta dan huwa meħtieġ wara l-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni u qabel ma l-applikant jibda l-operazzjonijiet ta’ dan is-servizz.

(2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi r-rifjut tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta’ servizz ta’ xarabank turistiku minħabba t-tnaqqis tal-profitti ta’ impriża kompetitriċi li għandha awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ servizz totalment jew parzjalment identiku għal dak mitlub, u dan fuq il-bażi tal-affermazzjonijiet biss ta’ din l-impriża kompetitriċi.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-351/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Artikoli 8 u 15 - Stat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni - Stabbiliment u implementazzjoni ta’ programmi għall-monitoraġġ - Ommissjoni - Preżentazzjoni ta’ rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ - Ommissjoni)

2011/C 63/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u K. Xuereb, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: S. Camilleri, D. Mangion, P. Grech u Y. Rizzo, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Obbligu li jiġu stabbiliti u li jsiru operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ — Obbligu li jiġu ppreżentati rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-ilma tal-wiċċ

Dispożittiv

(1)

Billi naqset, l-ewwel nett, milli tistabbilixxi u tagħmel operattivi l-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, it-tieni nett, billi naqset milli tippreżenta r-rapporti sommarji fuq il-programmi għall-monitoraġġ tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ interni skont l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika ta’ Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 15 tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Repubblika ta’ Malta hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany vs Ministerstvo kultury

(Kawża C-393/09) (1)

(Proprjetà intellettwali - Direttiva 91/250/KEE - Protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter - Kunċett ta’ ‘kull forma ta’ espressjoni ta’ programm tal kompjuter’ - Inklużjoni jew nuqqas ta’ inklużjoni ta’ user interface grafiku ta’ programm tal-kompjuter - Drittijiet tal-awtur - Direttiva 2001/29/KE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Xandir televiżiv ta’ user interface grafiku - Komunikazzjoni ta’ xogħol lill-pubbliku)

2011/C 63/14

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany

Konvenuta: Ministerstvo kultury

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud -

Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114), kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Inklużjoni jew le tal-user interface grafiku fil-kunċett “espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter” imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250

Dispożittiv

(1)

Il-user interface grafiku ma jikkostitwixxix forma ta’ espressjoni ta’ programm tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter u ma jistax jibbenefika mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq programmi tal-kompjuter skont din id-direttiva. Madankollu, tali interface jista’ jibbenefika mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur bħala xogħol, bis-saħħa tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jekk dan l-interface jikkostitwixxi ħolqien intellettwali tal-awtur stess.

(2)

Ix-xandir televiżiv ta’ user interface grafiku ma jikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Repubblika tal-Polonja) — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-438/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Servizzi pprovduti - Persuna li mhijiex inkluża fir-reġistru tal-VAT - Referenzi obbligatorji fuq il-fattura għall-finijiet tal-VAT - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali - Esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-VAT)

2011/C 63/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bogusław Juliusz Dankowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Suġġett

Talba għal deċiżoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kompatibbiltà ma’ din id-dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li teskludi d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi u fuq il-bażi ta’ fattura maħruġa, bi ksur tad-dritt nazzjonali, minn persuna li mhijiex inkluża fir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 18(1)(a) u 22(3)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/18/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli tibbenefika minn dritt għal tnaqqis għal dak li jirrigwarda t-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għal servizzi pprovduti minn persuna taxxabbli oħra li mhijiex irreġistrata għall-finijiet ta’ din it-taxxa, meta l-fatturi rilevanti jikkontjenu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-imsemmi Artikolu 22(3)(b), b’mod partikolari dawk meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna li stabbilixxiet l-imsemmija fatturi u n-natura tas-servizzi pprovduti.

(2)

L-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendat bid-Direttiva 2006/18, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa minn persuna taxxabbli lil persuna oħra taxxabbli, li tipprovdi servizzi, meta din l-aħħar imsemmija ma hijiex irreġistrata għall-finijiet ta’ din it-taxxa.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación de Transporte International por Carretera (ASTIC) vs Administración General del Estado

(Kawża C-488/09) (1)

(Konvenzjoni TIR - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Trasport li jsir taħt il-kopertura ta’ carnet TIR - Assoċjazzjoni garanti - Ħatt irregolari - Determinazzjoni tal-post fejn twettaq il-ksur - Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni)

2011/C 63/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación de Transporte International por Carretera (ASTIC)

Konvenuta: Administración General del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 221(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u tal-Artikoli 454(3) u 455 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol 6, p. 3) — Trasport li jsir taħt il-kopertura ta’ carnet TIR — Ksur jew irregolaritajiet — Post — Proċedura — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 454 u 455 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-preżunzjoni ta’ kompetenza għall-irkupru ta’ dejn doganali tal-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu jkun ġie kkonstatat ksur imwettaq matul trasport TIR, tiġi kkonfutata wara li tingħata sentenza li tistabbilixxi li dan il-ksur twettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet doganali ta’ dan l-Istat tal-aħħar isiru kompetenti sabiex jirkupraw dan id-dejn, bil-kundizzjoni li l-fatti li jkunu wasslu għall-imsemmi ksur ikunu ġew suġġetti għal proċedura ġudizzjarja f’terminu ta’ sentejn mid-data li fiha l-assoċjazzjoni garanti għal dak li jikkonċerna t-territorju li fih ikun ġie kkonstatat l-istess ksur, tkun ġiet innotifikata b’dan.

(2)

L-Artikolu 455(1) tar-Regolament Nru 2454/93, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni Doganali fuq it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti taħt il-carnets TIR, iffirmata f’Genève fl-14 ta’ Novembru 1975, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, assoċjazzjoni garanti ma tistax tevoka t-terminu ta’ preskrizzjoni pprovdut minn dawn id-dispożizzjonijiet, meta l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tat-territorju li għalih hija responsabbli jinnotifikawha, f’terminu ta’ sena mid-data li fiha dawn l-awtoritajiet kienu ġew informati bis-sentenza eżekuttiva li tidentifika l-kompetenza tagħhom, bil-fatti li nisslu d-dejn dognali li hija għandha tħallas, sal-ammont li tiggarantixxi.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Collège d'autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l'audiovisuel — il-Belġju) — fil-proċedura RTL Belgium SA, li qabel kienet TVi SA

(Kawża C-517/09) (1)

(Direttiva 89/552/KEE - Servizzi ta’ xandir televiżiv - Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv - Kunċett ta’ qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2011/C 63/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Collège d’autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l’audiovisuel [Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv]

Partijiet fil-kawża prinċipali

RTL Belgium SA, li qabel kienet TVi SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Collège d’autorisation et de contrôle du Conseil supérieur de l’audiovisuel (Il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri, dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p. 23) — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Servizzi ta’ xandir bit-televiżjoni — Kunċetti ta’ “proviżjoni” ta’ servizz tal-midja awdjoviżiva u ta’ “stħarriġ effettiv kemm fl-għażla ta’ programmi kif ukoll fl-organizzazzjoni tagħhom” — Kunċett ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 267 TFUE.

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Kulleġġ ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kontroll tal-Kunsill superjuri tal-awdjoviżiv fid-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2009.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Paris — Franza) — Ville de Lyon vs Caisse des dépôts et consignations

(Kawża C-524/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’gassijiet serra - Regolament (KE) Nru 2216/2004 - Sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri - Aċċess għal data dwar tranżazzjonijiet fil-qasam tal-kwoti ta’ esmissjonijiet ta’ gassijiet serra - Rifjut ta’ komunikazzjoni - Amministratur Ċentrali - Amministraturi tar-reġistri nazzjonali - Natura kunfidenzjali tad-data miżmuma fir-reġistri - Derogi)

2011/C 63/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Lyon

Konvenut: Caisse des dépôts et consignations

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Paris — Interpretazzjoni tad Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat 28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitlu 15, Vol. 7 p. 375) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitlu 15, Vol. 7, p. 631), kif ukoll tal Artikoli 9 u 10 u tal-Anness XVI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004, tal 21 ta’ Diċembru 2004, għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319M, p. 1) — Aċċess għal informazzjoni dwar tranżazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni — Kompetenzi rispettivi tal-amministrazzjoni ċentrali u tal-amministrazzjoni nazzjonali tar reġistru — Natura kunfidenzjali ta’ informazzjoni miżmuma fir-reġistri u possibbiltajiet ta’ deroga

Dispożittiv

(1)

Talba għall-komunikazzjoni ta’ data dwar it-tranżazzjonijiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar l-ismijiet tal-persuni li f’isimhom jinsabu l-kontijiet ta’ oriġini u tad-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-kwoti ta’ emissjonijiet, tal-kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto involuti f’dawn it-tranżazzjonijiet, kif ukoll id-data u l-ħin tal-imsemmija tranżazzjonijiet, taqa’ esklużivament taħt ir-regoli speċifiċi ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u ta’ kunfidenzjalità li jinsabu fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, fil-verżjoni li tirriżulta mid-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 2004, kif ukoll ta’dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004, tal-21 ta’ Diċembru 2004, għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87 u tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(2)

Id-data dwar it-tranżazzjonijiet, bħal dik mitluba fil-kawża prinċipali mill-awtorità pubblika li tixtieq tinnegozja mill-ġdid ftehim ta’ kiri, hija data kunfidenzjali fis-sens tar-Regolament Nru 2216/2004 u li, skont l-Artikoli 9 u 10 tiegħu, moqrija flimkien mal-punti 11 u 12 tal-Anness XVI tal-imsemmi Regolament, fin-nuqqas ta’ ftehim minn qabel tad-detenturi tal-kontijiet, tali data hija biss ikkonsultata liberament mill-pubbliku ġenerali fil-parti pubblika tas-sit web tar-reġistru Komunitarju indipendenti tat-tranżazzjonijiet, mill-15 ta’ Jannar tal-ħames sena (X+5) wara s-sena (X) tat-twettiq tat-tranżazzjonijiet relattivit għat-trasferimenti ta’ kwoti ta’ emissjonijiet.

(3)

Għalkemm, għall-finijiet ta’ implementazzjoni tar–Regolament Nru 2216/2004, l-Amministratur Ċentrali huwa l-uniku wieħed kompetenti sabiex jikkomunika lill-pubbliku ġenerali d-data msemmija fil-punt 12 tal-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament, madankollu, huwa l-obbligu tal-amministratur tar-reġistru nazzjonali, li tkun saritlu talba għall-komunikazzjoni ta’ tali data dwar it-tranżazzjonijiet, li jiċħad huwa stess din it-talba sa fejn, fin-nuqqas tal-ftehim minn qabel tad-detenturi tal-kontijiet ikkonċernati, dan l-amministratur huwa obbligat li jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ tali data, sakemm din ma tistax tiġi legalment ikkomunikata lill-pubbliku ġenerali mill-Amministratur Ċentrali.


(1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Lecson Elektromobile GmbH vs Hauptzollamt Dortmund

(Kawża C-12/10) (1)

(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura magħquda - Sezzjoni XVII - Mezz ta’ trasport - Kapitolu 87 - Vetturi bil-mutur, tractors, roti u vetturi oħra li jintużaw fuq l-art, partijiet u aċċessorji tagħhom - Intestaturi 8703 u 8713 - Vetturi elettriċi bi tliet jew erba’ roti intiżi għat-trasport ta’ persuna u li jilħqu veloċità massima ta’ 6 sa 15 km fis-siegħa, mgħammra b’kolonna ta’ tmun distinta u aġġustabbli, imsejħa “vetturi elettriċi”)

2011/C 63/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lecson Elektromobile GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Dortmund

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1) — Vetturi elettriċi bi tliet jew erba’ roti intiżi li jittrasportaw persuna waħda u li jilħqu veloċità massima ta’ bejn 6 u 15-il kilometru fis-siegħa — Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8713 jew taħt l-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda?

Dispożittiv

L-intestatura 8703 tan-Nomenklatura Magħquda inkluża fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri vetturi bi tliet jew erba’ roti, intiżi għat-trasport ta’ persuna, li ma hijiex neċessarjament persuna b’diżabbiltà, li jaħdmu b’mutur elettriku bil-batterija u li jilħqu veloċità massima ta’ 6 sa 15-il km fis-siegħa, mgħammra b’kolonna ta’ tmun distinta u aġġustabbli, imsejħa “vetturi elettriċi”, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu — il-Lussemburgu) — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Pierre Feltgen (kuratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA

(Kawża C-116/10) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 15, punti 4(a) u 5 - Eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kiri ta’ vapuri - Portata)

2011/C 63/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l'enregistrement et des domaines

Konvenuti: Pierre Feltgen (kuratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour de cassation tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu — Interpretazzjoni tal-punti 4(a) u 5 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ bastimenti — Eżenzjoni suġġetta għall-kundizzjoni li tali bastimenti jintużaw għan-navigazzjoni fl-ibħra miftuħa u jiżguraw trasport bi ħlas ta’ vjaġġaturi jew l-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali, industrijali jew ta’ sajd

Dispożittiv

Il-punt 5 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal servizzi li jikkonsistu fit-tqegħid ta’ vapur, bi ħlas, flimkien ma’ ekwipaġġ, għad-dispożizzjoni ta’ individwi għall-finijiet ta’ vjaġġi ta’ divertiment f’ibħra miftuħa.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-276/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/118/KE - Protezzjoni tal-ilmijiet ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2011/C 63/21

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u L. Jelínek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Jirkalová, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament (ĠU L 372, p. 19)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Tankreederei I SA vs Directeur de l'administration des contributions directes

(Kawża C-287/10) (1)

(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Kreditu tat-taxxa għall-investiment - Għoti marbut mat-tħaddim fiżiku tal-investiment fit-territorju nazzjonali - Tħaddim ta’ dgħajjes tax-xmara użati fi Stati Membri oħra)

2011/C 63/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tankreederei I SA

Konvenut: Directeur de l'administration des contributions directes

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Luxembourg — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 56 KE — Kreditu ta’ taxxa għall-investiment — Leġiżlazzjoni li tirriżerva l-benefiċċju ta’ tali kreditu bil-kundizzjoni li l-investiment isir fi stabbiliment li jinsab fit-territorju nazzjonali u jitħaddem fiżikament fuq dan it-territorju — Kumpannija li teżerċita attività ta’ traffiku marittimu internazzjonali, stabbilita u taxxabbli fil-Lussemburgu, iżda li għamlet investiment li jikkonsisti fix-xiri ta’ beni użati prinċipalment barra mit-territorju nazzjonali — Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għal-moviment liberu tal-kapital

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha jiġi rrifjutat il-benefiċċju ta’ kreditu tat-taxxa lil impriża stabbilita unikament f’dan l-Istat Membru, għar-raġuni biss li l-assi ta’ investiment, li bis-saħħa tagħhom ikun qed jintalab dan il-kreditu, ikunu qed jitħaddmu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Celle — il-Ġermanja) — Joseba Andoni Aguirre Zarraga vs Simone Pelz

(Kawża C-491/10 PPU) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Responsabbbiltà tal-ġenituri - Dritt ta’ kustodja - Ħtif ta’ minuri - Artikolu 42 - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri mogħtija minn qorti li għandha ġurisdizzjoni (Spanjola) - Ġurisdizzjoni tal-qorti rikjesta (Ġermaniża) biex tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-minuri)

2011/C 63/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Celle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Joseba Andoni Aguirre Zarraga

Konvenuta: Simone Pelz

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Celle — Interpretazzjoni tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar [l-eżekuzzjoni] ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Ħtif ta’ minuri — Eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna r-ritorn ta’ minuri mogħtija minn qorti li għandha ġurisdizzjoni (Spanjola) — Ġurisdizzjoni tal-qorti rikjesta (Ġermaniża) biex tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-wild

Dispożittiv

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-qorti kompetenti tal-Istat Membru li jeżegwixxi ma tistax topponi l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri li jkun qed jinżamm b’mod illegali għar-raġuni li l-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tat din is-sentenza allegatament kisret l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar [l-eżekuzzjoni] ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali ksur taqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landessozialgericht Berlin — il-Ġermanja) — Christel Reinke vs AOK Berlin

(Kawża C-336/08) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 63/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christel Reinke

Konvenut: AOK Berlin

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landessozialgericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 49 u 50 KE, kif ukoll tal-Artikolu 34(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) — Rimbors tal-ispejjeż mediċi marbuta ma’ trattament ta’ urġenza ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fi sptar privat ta’ Stat Membru ieħor, li jirriżulta minn rifjut tal-isptar pubbliku kompetenti, minħabba kapaċitajiet insuffiċjenti, li jipprovdi l-imsemmi servizz — Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti li teskludi r-rimbors tal-ispejjeż mediċi kkawżati minn trattament ta’ urġenza fi sptar privat fi Stat Membru ieħor, iżda li tippermetti r-rimbors tal-imsemmija spejjeż meta l-fattura tinħareġ minn sptar privat li jinsab fit-territorju nazzjonali.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja), b’deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Meiningen — il-Ġermanja) — Frank Scheffler vs Landkreis Wartburgkreis

(Kawża C-334/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 91/439/KEE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Rinunżja għal liċenzja nazzjonali tas-sewqan wara l-ksib tal-livell massimu ta’ punti għal diversi ksur - Liċenzja tas-sewqan mogħtija fi Stat Membru ieħor - Relazzjoni ta’ espert mediku-psikoloġiku negattiv li sar fl-Istat Membru ta’ residenza wara l-ksib ta’ liċenzja ġdida fi Stat Membru ieħor - Irtirar tad-dritt tas-sewqan fit-territorju tal-ewwel Stat Membru - Fakultà għall-Istat Membru ta’ residenza tal-possessur ta’ liċenzja mogħtija minn Stat Membru ieħor li japplika għall-imsemmija liċenzja d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtitrar jew it-tħassir tad-dritt tas- sewqan - Kundizzjonijiet - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “aġir wara l-ksib ta” liċenzja tas-sewqan ġdida’)

2011/C 63/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Meiningen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Frank Scheffler

Konvenuta: Landkreis Wartburgkreis

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Meiningen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan — Liċenzja tas-sewqan mogħtija fi Stat Membru lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li rrinunzja għal-liċenzja nazzjonali tiegħu u li għandu r-residenza normali tiegħu, fil-mument tal-għoti tal-liċenzja ġdida, fit-territorju tal-Istat Membru tal-għoti — Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ din il-liċenzja mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju ibbażat fuq rapport mediku- psikoloġiku li tħejja f’dan l-Istat Membru abbażi ta’ eżami mediku li sar wara l-għoti tal-liċenzji l-ġdida, iżda li jirreferi biss għaċ-ċirkustanzi preċedenti għall-ksib tagħha — Kwalifikazzjoni tal-imsemmi rapport ta’ espert bħala “ċirkustanza wara l-ksib ta’ liċenzja tas-sewqan ġdida” li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt ta’ sewqan?

Dispożittiv

L-Artikoli 1(2) u 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan, kif emendata bid-Direttiva (KE) Nru 2006/103/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru, fl-eżerċizzju tal-fakultà mogħtija lilu mill-Artikolu 8(2), japplika għall-possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa fi Stat Membru ieħor id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan, li jirrifjuta li jirrikonoxxi, fit-territorju tiegħu, id-dritt tas-sewqan li jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan valida maħruġa fi Stat Membru ieħor minħabba rapport ta’ espert dwar il-kapaċità ta’ sewqan ippreżentat mill-possessur tal-liċenzja, meta dan ir-rapport, għalkemm imħejji wara d-data tal-ħruġ tal-imsemmija liċenzja u abbażi ta’ eżami tal-persuna kkonċernata li ssir wara din id-data, ma għandu ebda relazzjoni, anki parzjali, ma’ aġir tal-persuna kkonċernata kkonstatata wara l-ħruġ ta’ din l-istess liċenzja tas-sewqan u li jirreferi esklużivament għal ċirkustanzi li seħħew qabel l-imsemmija data.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani — l-Italja) — Vino Cosimo Damiano vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-20/10) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżoli 3 u 8 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - L-ewwel jew l-uniku kuntratt - Obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet oġġettivi - Tħassir - Tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni mogħti lill-ħaddiema - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikoli 82 KE u 86 KE)

2011/C 63/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Trani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vino Cosimo Damiano

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Trani — Interpretazzjoni tal-Klawżoli 3 u 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3. p. 368) — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali klawżola li ma tispeċifikax ir-raġuni tal-impjieg għal żmien determinat għall-ingaġġ ta’ ħaddiema fi ħdan SpA Poste Italiane.

Dispożittiv

(1)

Il-Klawżola 8(3) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 2(1)A tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368 dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (decreto legislativo n. 368, attuazione della direttiva 1999/70/CE relativa all’accordo quadro sul lavoro a tempo determinato concluso dall’UNICE, dal CEEP e dal CES), tas-6 ta’ Settembru 2001, li, b’differenza mis-sistema legali applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, tippermetti lil impriża, bħal Poste Italiane SpA, tikkonkludi, permezz tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, kuntratt ta’ xogħol ewlieni u uniku għal żmien determinat ma’ ħaddiem, bħal C. Vino, mingħajr ma jkollha tindika r-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw li ntuża kuntratt konkluż għal dan it-tul ta’ żmien, peress li din il-leġiżlazzjoni ma hijiex marbuta mal-implementazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni ma ħaqqux protezzjoni li hija mill-inqas ekwivalenti għall-protezzjoni tal-ħaddiem għal żmien determinat prevista mill-imsemmi ftehim qafas.

(2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda magħmula mit-Tribunale di Trani (l-Italja).

(3)

Il-ħames domanda preliminari mressqa mit-Tribunal di Trani hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — REWE-Zentral AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

(Kawża C-22/10 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Clina - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLINAIR - Reġistrazzjoni rrifjutata - Raġuni relattiva għal rifjut - Eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b))

2011/C 63/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: REWE-Zentral AG (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)

Konvenuti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent), Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (rappreżentant: N. Lützenrath, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tal-11 ta’ Novembru 2009 (Is-Sitt Awla), REWE-Zentral vs UASI (T-150/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2008, li ċaħdet ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Clina” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 3 u 21, u billi laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti “CLINAIR” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks — Nuqqas li ssir l-evalwazzjoni globali tal-fatturi rilevanti fil-kuntest tal-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Judecătoria Focșani — ir-Rumanija) — Frăsina Bejan vs Tudorel Mușat

(Kawża C-102/10) (1)

(Regoli tal-proċedura - Artikoli 92(1), 103(1) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 104(3) - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili tal-karozzi - Kuntrtatt ta’ assigurazzjoni fakultattiv - Inapplikabbiltà)

2011/C 63/28

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Focșani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Frăsina Bejan

Konvenut: Tudorel Mușat

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Judecătoria Focșani — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE, 57 TFUE, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59 TFUE, tal-Artikolu 169 u tad-Direttivi 84/5/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tat-30 ta’ Diċembru 1983 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), 92/49 KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [fuq il-ħajja] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346), 93/13/KE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, tal-5 ta’ April 1993 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), 2005/14/KE dwar l-assigurazzjoni kontra r- responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, tal-11 ta’ Mejju 2005, (ĠU L 149, p. 14) u 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11) — Asssigurazzjoni għal responsabbilità ċivili tal-karozzi — Danni kkawżati minn vetturi assigurati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi klawżoli ta’ esklużjoni sfavorevoli għall-konsumaturi — Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni lil hinn minn dawk ipprovduti mid-direttivi — Possibbiltà għall-qorti nazzjonali li tinvoka n-nullità ta’ klawżola ta’ esklużjoni tar-riskju assigurat

Dispożittiv

(1)

Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur stabbilita minn

id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà,

it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar, l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,

it-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur

id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), u

id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur,

ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur id-dannu kkawżat meta din il-vettura tinsaq minn persuna li tinsab taħt l-influwenza tal-alkoħol.

(2)

Is-sistema ta’ assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita mid-Direttivi 72/166, 84/5, 90/232, 2000/26 u 2005/14 ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma timponix fuq assiguratur li jħallas kumpens immedjatament, skont kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiv ta’ vettura bil-mutur, lill-assigurat li kien imweġġa’ wara inċident u li jiġi kkumpensat mill-persuna responsabbli għall-inċident l-ammont ta’ kumpens imħallas lil dan l-assigurat, f’ċirkustanzi fejn l-assigurazzjoni ma tkoprix ir-riskju minħabba klawżola ta’ esklużjoni.

(3)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-assiguratur jeskludi mill-kopertura ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiva ta’ vettura bil-mutur id-danni kkawżati meta l-vettura tkun qed tinsaq minn persuna li tinsab taħt l-influwenza tal-alkoħol tikkostitwixxi restrizzjoni kemm għal-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġi pprovduti servizzi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina sa liema punt din il-limitazzjoni tista’ madankollu tiġi ammessa skont l-eċċezzjonijiet espressament previsti mit-Trattat FUE jew hija ġġustifikata, b’mod konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla), tad-9 ta’ Diċembru 2010, (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — KMB Europe BV vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-193/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar Regoli tal-Proċedura - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - MP3/multimedia player - Intestatura 8521 - Tagħmir ta’ reġistrazzjoni jew riproduzzjoni vidjo)

2011/C 63/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KMB Europe BV

Konvenuta: Hauptzollamt Duisburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgerich Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 301, p. 1) — Apparat li jdoqq fajls MP3 (MP3 Media Player) — Apparat li għandu kapaċità limitata li jirriproduċi immaġini fissi u vidjos iżda li l-funzjoni prinċipali tiegħu hija r-riproduzzjoni tal-ħoss — Klassifikazzjoni fl-intestatura 8519 (“Tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss”) jew fl-intestatura 8521 (“Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo”) tan-Nomenklatura Magħquda.

Dispożittiv

L-intestatura 8521 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li huma esklużi minn din l-intestatura l MP3/multimedia players, bħal dawk inwkistjoni fil-kawża prinċipali, li l-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-funzjoni prinċipali li tikkaratterizza t-totalità ta’ tali apparat tikkonsisti fir-reġistrazzjoni u l-produzzjoni ta’ ħoss.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Secilpar — Sociedade Unipessoal SL vs Fazenda Pública

(Kawża C-199/10) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikoli 56 KE u 58 KE - Taxxa fuq id-dividendi - Taxxa f’ras il-għajn - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tipprovdi għall-eżenzjoni tad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji residenti)

2011/C 63/30

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Secilpar — Sociedade Unipessoal SL

Konvenuta Fazenda Pública

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Kompatibbiltà mal-Artikoli 12 KE, 43 KE, 56 KE, 58(3) KE (attwalment l-Artikoli 18, 49, 63 u 65(3) TFUE) u mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147), ta’ leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dividendi mqassma minn kumpannija residenti lil kumpannija benefiċjarja mhux residenti li għandha sehem ta’ inqas minn 25 % fil-kapital tal-kumpannija li qed tqassam id-dividendi — Taxxa f’ras il-għajn b’rata ta’ 15 % prevista minn ftehim dwar it-taxxa doppja konkluż bejn iż-żewġ Stati inwkistjoni — Eżenzjoni tad-dividendi mħallsa lill-kumpanniji residenti

Dispożittiv

L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sistema fiskali li tirriżulta minn ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż bejn żewġ Stati Membri, li jipprovdi għal taxxa f’ras il-għajn ta’ 15 % fuq id-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru lil kumpannija benefiċjarja stabbilita fl-Istat Membru l-ieħor, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-ewwel Stat Membru jeżenta minn din it-taxxa d-dividendi mħallsa lil kumpannija benefiċjarja residenti. Kien ikun mod ieħor biss li kieku t-taxxa f’ras il-għajn setgħet tiġi imputata fuq it-taxxa dovuta fit-tieni Stat Membru fuq id-differenza fid-dħul mit-taxxa. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali newtralizzazzjoni tad-differenza fid-dħul mit-taxxa ssirx b’applikazzjoni tal-provvedimenti kollha tal-Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja u dwar il-preklużjoni tal-evażjoni fiskali fil-qasam tat-taxxi fuq id-dħul, konkluż fis-26 ta’ Ottubru 1993 bejn ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta’ Spanja.


(1)  ĠU C 195, 17.07.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Dolj — ir-Rumanija) — Adrian Băilă vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-377/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali - Inammissibbiltà)

2011/C 63/31

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Dolj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Adrian Băilă

Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Craiova, Administrația Fondului pentru Mediu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Dolj — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li tapplika għall-vetturi bil-mutur fl-ewwel reġistrazzjoni tagħhom fi Stat Membru partikolari — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Eżenzjoni temporanja għall-vetturi li għandhom ċerti karatteristiċi

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Dolj, permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2010, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 274, 09.10.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — SC DRA SPEED SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-439/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali - Inammissibbiltà)

2011/C 63/32

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC DRA SPEED SRL

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău Secția Comercială, Contencios Administrativ și Fiscal — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi bil-mutur meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ sussegwenti jew reġistrazzjoni ġdida.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău, permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — SC SEMTEX SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-440/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali - Inammissibbiltà)

2011/C 63/33

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC SEMTEX SRL

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacă

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău Secția Comercială, Contencios Administrativ și Fiscal — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi bil-mutur meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ sussegwenti jew reġistrazzjoni ġdida.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău, permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — Ioan Anghel vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

(Kawża C-441/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-kuntest fattwali - Inammissibbiltà)

2011/C 63/34

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bacău

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ioan Anghel

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Bacău Secția Comercială, Contencios Administrativ și Fiscal — Reġistrazzjoni ta’ vetturi użati preċedentement irreġistrati fi Stati Membri oħra — Taxxa ambjentali li taffettwa l-vetturi bil-mutur meta jiġu rreġistrati għall-ewwel darba fi Stat Membru — Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE — Diskriminazzjoni meta mqabbla mal-vetturi użati diġà rreġistrati fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u mhux suġġetti għall-imsemmija taxxa waqt bejgħ sussegwenti jew reġistrazzjoni ġdida.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău, permezz ta’ deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2010, hija manifestament inammissibbli


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Talba għall-interpretazzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Mejju 1990, Barber (C-262/88), immressqa fis-26 ta’ Mejju 2010 minn Manuel Enrique Peinado Guitart

(Kawża C-262/88 INT)

2011/C 63/35

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partes

Rikorrenti: Manuel Enrique Peinado Guitart

Permezz tad-digriet tas-17 ta’ Diċembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet it-talba għal interpretazzjoni bħala inammissibbli.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 minn Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-155/06: Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-549/10 P)

2011/C 63/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, A.J. Ryan, Solicitor)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja joqgħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, kif mitlub f’dan l-appell;

tiddeċiedi b’mod definittiv u tannulla d-deċiżjoni jew fi kwalunkwe każ tnaqqas il-multa, jew sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha ma tiddeċidix il-kawża, tirrinvija l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

jekk l-ispejjeż ma humiex riżervati, tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-155/06 Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB, Tomra Butikksystemer AS vs Il Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, is-“sentenza”), li tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li l-aġir tal-appellanti kien tali li jeskludi s-suq tar-reverse vending machines.

L-appellanti jsostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tannulla s-sentenza, peress li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi kif ukoll żbalji proċedurali billi kkonstatat li l-aġir tal-appellanti kien tali li jeskludi s-suq tar-reverse vending machines. F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu l-aggravji li ġejjin:

(i)

żball ta’ liġi fl-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali meta evalwat il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ intenzjoni antikompetittiva li jiġi eskluż is-suq: billi rrikjediet sempliċement li l-Kummissjoni Ewropea ma taħbix dokumenti, il-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod impliċitu li għandha twettaq stħarriġ estensiv tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea billi tapplika l-Artikolu 82 KE (li issa sar l-Artikolu 102 TFUE) u barra minn hekk ma ssodisfatx ir-rekwiżiti ta’ stħarriġ marġinali sabiex tistabbilixxi li l-provi li fuqhom ibbażat ruħha l-Kummissjoni Ewropea huma affidabbli, konsistenti u sħiħa u li tista’ tissostanzja l-konklużjonijet misluta minnhom;

(ii)

żball ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti u adegwata fir-rigward tal-parti tad-domanda totali li l-ftehim kellhom ikopru sabiex ikunu abbużivi: is-sentenza tuża sempliċement termini indefiniti u mhux issostanzjati sabiex tiddeskrivi s-sehem tad-domanda eskluża, filwaqt li jmissha rrikjediet turija ċara li l-esklużjoni ta’ ċertu livell ta’ domanda kienet abbużiva u pprovdiet motivazzjoni suffiċjenti u adegwata f’dan ir-rigward;

(iii)

żball proċedurali u żball ta’ liġi fl-eżami ta’ ribassi retroattivi: il-Qorti Ġenerali għamlet kunsiderazzjoni żbaljata u konsegwentement naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b’mod korrett l-argumenti tal-appellanti dwar ribassi retroattivi. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma rrikjedietx li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi li r-ribassi retroattivi użati mill-appellenti wasslu għal iffissar ta’ prezzijiet iktar baxxi mill-ispejjeż;

(iv)

żball ta’ liġi u nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata fid-determinazzjoni ta’ jekk ftehim li fihom l-appellanti jissemmew bħala fornitur favorit, prinċipali jew ewlieni jistgħux jiġu kkwalifikati bħala esklużivi, billi naqset milli tikkunsidra u tistabbilixxi jekk il-ftehim kollha inkwistjoni kinux jinkludu inċentivi ta’ forniment esklużiv mill-appellanti, wara li ċaħdet l-argument tal-appellanti li suppost għandha tieħu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha dwar jekk il-ftehim kinux ftehim ta’ esklużività vinkolanti taħt il-liġi nazzjonali; u

(v)

żball ta’ liġi fl-istħarriġ tal-multa relatat mal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali: il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika korrettement il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta ma kkunsidratx jekk il-livell ġenerali tal-multi kienx żdied meta ddeċidiet li l-multa tal-appellanti ma kinitx diskriminatorja.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-562/10)

2011/C 63/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. W. Bulst u I. Rogalski, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 TFUE, sa fejn

(1)

tirrikonoxxi dritt għall-benefiċċju tal-kura fit-tul għal massimu ta’ sitt ġimgħat biss, skont it-termini stess tal-Artikolu 34(1)(1) tal-Kapitolu XI tas-Sozialgesetzbuch (Kodiċi dwar is-sigurtà soċjali Ġermaniż, iktar ’il quddiem is-“SGB”), fil-każ li l-persuna li tirċievi l-kura tkun temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor;

(2)

ma tipprovdix, fir-rigward tas-servizzi ta’ kura mogħtija lil persuna li tirċievi kura fit-tul u li tkun temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor minn fornitur ta’ servizzi stabbilit f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-istess rimbors bħalma jingħata għas-servizzi ta’ kura in natura fit-tul mogħtija fil-Ġermanja jew teskludi tali rimbors taħt l-Artikolu 34(1)(1) tal-Kapitolu XI tas-SGB;

(3)

ma tagħtix rimbors, fil-każ li l-persuna li tirċievi l-kura fit-tul tkun temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor, tal-ispejjeż meħtieġa għall-kiri ta’ tagħmir ta’ kura u materjal ortopediku jew billi teskludi tali rimbors taħt l-Artikolu 34(1)(1) tal-Kapitolu XI tal-SGB, u dan minkejja li fil-Ġermanja dawn l-ispejjeż huma rrimborsati jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuna li tirċievi l-kura fit-tul it-tagħmir ta’ kura u materjal ortopediku u r-rimbors ma jirriżultax f’duplikazzjoni jew fi kwalunkwe żieda tas-servizzi rikonoxxuti fil-Ġermanja.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jikkonċerna l-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul li tipprovdi li l-persuni li jirċievu tali kura u li jirċievu fil-Ġermanja benefiċċji tal-assigurazzjoni pubblika (soċjali) għal kura fit-tul ma għandhomx dritt sal-istess estent għal dawn il-benefiċċji meta jkunu temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor u hemmhekk jirċievu (jew ikunu jixtiequ jirċievu) servizzi ta’ kura jew allowance għal kura. Id-dispożizzjonijiet kontenzjużi dwar is-servizzi ta’ kura in natura, dwar l-allowance għal kura u dwar it-tagħmir għall-kura jipprovdu, fil-każ ta’ residenza temporanja fi Stat Membru ieħor, benefiċċji nettament inferjuri għal dawk rikonoxxuti fil-każ li l-kura tingħata fil-Ġermanja.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni kontenzjuża inkwistjoni ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE minħabba li tagħmel ir-rikors għal servizzi ta’ kura fi Stati Membri oħra ferm diffiċli mingħajr ma dan huwa neċessarju jew ġustifikat fuq il-bażi ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Is-servizzi ta’ kura, l-istess bħall-kiri ta’ tagħmir għall-kura, huma benefiċċji li jiġu pprovduti bi ħlas u li għalhekk jikkostitwixxu servizz fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE. Dan ifisser li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-ġurisprudenza tagħha dwar ir-rimbors ta’ spejjeż li jirriżultaw minn trattamenti mediċi, il-Qorti tal-Ġustizzja insistiet li l-Istati Membri, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħhom li jorganizzaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom, huma obbligati josservaw id-dritt Komunitarju. Dan ifisser li l-fatt li dispożizzjoni taqa’ fil-qasam tas-sigurtà soċjali ma jeskludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE.

Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-allowance għal kura, teżisti restrizzjoni (diskriminatorja) minħabba li, meta l-persuna assigurata toħroġ barra mill-pajjiż, din hija intitolata tirċievi l-allowance għal kura għal mhux iktar minn sitt ġimgħat biss. B’hekk, ladarba jintemm dan il-perijodu, ikun iktar diffiċli għall-persuni li jirċievu l-kura li jużaw servizzi ta’ kura barra mill-pajjiż.

Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi ta’ kura in natura, teżisti restrizzjoni (diskriminatorja) minħabba li, fil-każ li l-persuna li tirċievi l-kura tkun temporanjament residenti fi Stat Membru ieħor, ma huwiex previst jew huwa eskluż ir-rimbors għas-servizzi ta’ kura in natura pprovduti minn fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Il-fatt, allegat mill-Gvern Federali, li fil-Ġermanja stess ma jingħatax rimbors għall-ispejjeż marbuta ma’ servizzi ta’ kura in natura pprovduti minn istituzzjonijiet li magħhom l-aġenzija tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul ma tkunx ikkonkludiet ftehim dwar il-provvista ta’ kura, ma huwiex rilevanti sa fejn fil-Ġermanja hemm ħafna fornituri li kkonkludew tali ftehim. Għall-kuntrarju, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, ma hemm ebda fornitur li kkonkluda tali ftehim fl-Istati membri l-oħra. Dan ifisser li għall-persuni assigurati (jew għall-persuni li jirċievu l-kura) huwa fil-prinċipju impossibbli li jirċievu servizzi ta’ kura in natura konformi mas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali dwar kura fi Stati Membri oħra, filwaqt li jistgħu jirċievu tali servizzi fil-Ġermanja (għalkemm mhux mingħand il-fornituri kollha).

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar it-tagħmir u materjal għall-kura, teżisti restrizzjoni (diskriminatorja) minħabba li l-ispejjeż għall-kiri (jew l-użu) ta’ tali tagħmir u materjal fi Stati Membri oħra ma humiex suġġetti għal rimbors, filwaqt li jingħata rimbors meta l-kura tingħata fil-Ġermanja.

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 56 TFUE ma titlobx biss l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni fil-konfront tal-fornitur ta’ servizzi minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu, iżda titlob ukoll l-eliminazzjoni ta’ kull restrizzjoni — inkluż fil-każijiet fejn din ir-restrizzjoni tapplika mingħajr distinzjoni għall-fornituri nazzjonali u għal dawk ta’ Stati Membri oħra — meta tali restrizzjoni tista’ tipprekludi jew tostakola l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor fejn jipprovdi legalment servizzi analogi.

Il-ġustifikazzjonijiet invokati mill-Gvern Federali — il-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-bilanċ finanzjarju tal-assigurazzjoni għall-kura fit-tul — ma humiex ta’ natura tali li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni inkwistjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

Minn naħa, id-dispożizzjonijiet restrittivi jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġu protetti l-kwalità tas-servizzi mogħtija jew is-saħħa. B’hekk, ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż huwa eskluż b’mod ġenerali u indipendentement minn eżami tal-kwalità. Dan ifisser li r-rimbors lanqas ma jingħata meta tkun aċċertata l-kwalità suffiċjenti tas-servizzi ta’ kura u meta tkun eskluża l-possibbiltà ta’ riskju għas-saħħa tal-persuna li tirċievi l-kura.

Min-naħa l-oħra, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża, li teskludi r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti barra mill-pajjiż jew li, fi kwalunkwe każ, tipprevedi rimbors iktar limitat minn dak li jingħata fil-Ġermanja, ma hijiex neċessarja sabiex jiġi evitat riskju ta’ preġudizzju serju għall-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali. Fl-aħħar mill-aħħar, sabiex tkun evitata restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huwa biżżejjed li l-ispejjeż sostnuti sabiex jingħataw servizzi ta’ kura barra mill-pajjiż jiġu rrimborsati fl-istess ammonti bħalma jsir fil-Ġermanja.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2010 mir-Repubblika Taljana mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2010, fil-Kawżi magħquda T-166/07 u T-285/07, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-566/10 P)

2011/C 63/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, u P. Gentili, avvocato dello Stato)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tal-appellanti

tannulla, abbażi tal-Artikoli 56, 58 u 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-166/07 u T-258/07 fil-kawżi mressqa mir-Repubblika Taljana għall-annullament:

(1)

tal-avviżi tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/94/07 biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal 125 post bħala Amministratur (AD5) fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-medja;

(2)

tal-avviżi tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/37/07 biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal 110 post bħala Assistent (AST3) fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni,

it-tnejn ippubblikati fil-verżjonijiet Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tat-28 ta’ Frar 2007, Nru C 45A;

(3)

tal-avviżi tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/95/07 biex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal 20 post bħala Amministratur (AD5) fil-qasam tal-informazzjoni (Librerija/Dokumentazzjoni),

ippubblikat biss fil-verżjonijiet Ingliżi, Franċiżi u Ġermaniżi tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ Mejju 2007, Nru C 103;

taqta’ l-kawża hija stess u tannulla l-avviżi tal-kompetizzjoni ġenerali msemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq seba’ aggravji.

Bl-ewwel aggravju, qed jiġi ssottomess li s-sentenza appellata tikser is-sistema tal-kompetenzi biex jiġu ddeterminati l-lingwi li għandhom jintużaw kif stabbilita fl-Artikolu 342 TFUE flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw (1). Bl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1/58, il-Kunsill ikkonferixxa kompetenza lill-istituzzjonijiet sabiex fir-regoli proċedurali tagħhom jistabbilixxu liema mil-lingwi għandhom jintużaw f’każijiet speċifiċi. Madankollu, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod illegali li l-Kummissjoni tista’ tiddetermina ċerti aspetti mir-regoli tagħha dwar l-użu tal-lingwi anki fir-rigward ta’ sempliċi avviżi ta’ kompetizzjoni.

It-tieni aggravju huwa dirett kontra l-argumenti li bihom il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv li jallega ksur tal-Artikoli 1, 4 u 5 tar-Regolament Nru 1/58. L-appellanti tikkontesta, fuq diversi aspetti materjali, l-argument li jgħid li l-avviżi ta’ kompetizzjoni ma jikkostitwixxux dokumenti ta’ applikazzjoni ġenerali skont l-Artikolu 4 tar-regolament u li għalhekk dawn ma humiex koperti mir-regoli ġenerali għad-determinazzjoni tal-lingwi li għandhom jintużaw stabbiliti mir-regolament. Fil-fehma tagħha, l-argument tal-Qorti Ġenerali huwa wkoll imdgħajjef b’mod indirett minn ċerti aspetti tar-Regolamenti tal-Persunal.

Bit-tielet aggravju, qed tiġi kkritikata dik il-parti tas-sentenza appellata fejn il-Qorti Ġenerali, b’riferiment għall-pubblikazzjoni sħiħa tal-avviżi ta’ kompetizzjoni inkwistjoni fi tliet lingwi biss, ma aċċettatx li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 12 KE (li sar l-Artikolu 18 TFUE) u tal-prinċipju tal-multilingwiżmu stabbilit fl-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 6(3) UE, fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/58 u fl-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-fehma tal-appellanti, il-pubblikazzjoni sussegwenti fil-lingwi kollha ta’ avviżi sommarji li jirreferu għall-pubblikazzjoni sħiħa tal-avviżi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż ma kinitx adatta sabiex tipprevjeni diskriminazzjoni kontra kandidati li ma jitkellmux bil-lingwi inkwistjoni, bil-kontra tal-fehma adottata mill-Qorti Ġenerali. Billi ħadet inkunsiderazzjoni l-pubblikazzjoni sussegwenti tal-avviżi, il-Qorti Ġenerali kisret fl-ewwel lok l-Artikolu 263 TFUE, peress li l-legalità ta’ att li hija ntalbet tistħarreġ għandha tiġi kkunsidrata biss b’riferiment għall-kliem tal-att fiż-żmien meta ġie adottat, u fatturi sussegwenti ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni.

Ir-raba’ aggravju jirrigwarda l-illegalità tal-għażla ta’ tliet lingwi biss bħala “it-tieni lingwa” għall-kompetizzjoni. Ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali, li bih waslet għall-konklużjoni li ma kienx hemm diskriminazzjoni u li l-għażliet magħmula mill-Kummissjoni ma kinux inkonsistenti twassal, inter alia, għall-ksur ta’ numru ta’ dispożizzjonijiet (l-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58 u l-Artikolu 1d(1) u (6), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 27, u l-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal) li stabbilixxew il-prinċipju tal-multilingwiżmu anki fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Kuntrarjament għal dak li qalet il-Qorti Ġenerali, l-appellanti ma kellhiex tipprova li ma setgħu jiġu applikati l-ebda eċċezzjonijiet, iżda kienet il-Kummissjoni li kellha tagħti r-raġunijiet għall-għażla tagħha f’dan ir-rigward.

Bil-ħames aggravju, qed jiġi allegat li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ċaħdet l-ilment li kien inkiser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi naqset milli taċċetta li l-prassi stabbilita sew tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni setgħet ħolqot aspettattivi leġittimi fil-kandidati potenzjali fir-rigward ta’ ċerti regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet.

Bis-sitt aggravju, l-appellanti tissottometti li, billi ddeċidiet li l-amministrazzjoni ma kinitx meħtieġa, fl-avviżi ta’ kompetizzjoni kkontestati, li tiġġustifika l-għażla tat-tliet lingwi li kellhom jintużaw, il-Qorti Ġenerali kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, li jistabbilixxi li kull att legali għandu jispeċifika r-raġunijiet li huwa bbażat fuqhom.

Fl-aħħar nett, is-seba’ aggravju jallega ksur tar-regoli sostantivi li jirrigwardaw in-natura u l-iskop tal-avviżi ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 1d(1) u (6), l-Artikolu 28(f), u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-bord tal-għażla ma għandux jevalwa waħdu l-kapaċitajiet lingwistiċi tal-kandidati għaliex l-awtorità li toħroġ l-avviż tista’ bħala kwistjoni preliminari twettaq selezzjoni minn qabel tal-persuni kkonċernati abbażi ta’ kriterji purament lingwistiċi biss.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-3 ta’ Diċembru 2010 — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-567/10)

2011/C 63/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL

Konvenut: Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

Domandi preliminari

(1)

Id-definizzjoni ta’ “pjanijiet u programmi” tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) għandha tiġi interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan bħalma hija dik ta’ pjan partikolari tal-użu tal-art stabbilit mill-Artikoli 58 sa 63 tal-Code bruxellois de l’aménagement du territoire?

(2)

Il-kelma “meħtieġa” li tidher fl-Artikolu 2(a) tal-istess direttiva għandha tinftiehem li teskludi mid-definizzjoni tal-“pjanijiet u programmi”, pjanijiet li huma ċertament previsti mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, iżda li l-adozzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja, bħalma huma l-pjanijiet partikolari tal-użu tal-art previsti mill-Artikolu 40 tal-Code bruxellois de l’aménagement du territoire?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-570/10)

2011/C 63/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell, aġent, M. Mac Aodha, aġent)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 tad-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta’ Ġunju 2009.


(1)  ĠU L 260, p. 13


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-601/10)

2011/C 63/41

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u D. Kukovec)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi tat, skont il-proċedura nnegozjata u mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, kuntratti pubbliċi, li għandhom bħala suġġett servizzi addizzjonali ta’ reġistrazzjoni ta’ proprjetà immmobbli u ta’ ippjanar urban, li ma jinsabux fil-kuntratt inizjali tal-muniċipalitajiet ta’ Vasiliki, ta’ Kassandra, ta’ Egnatia u ta’ Arethousa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 11(3) tad-Direttiva 92/50/KEE (1), kif ukoll skont l-Artikoli 20 u 31(4) tad-Direttiva 2004/18/KE (2);

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li, peress (1) li, bħala awtoritajiet lokali, il-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq jaqgħu taħt il-kunċett ta’ awtorità kontraenti, fis-sens tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/50/KEE u tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE, (2) huma kuntratti bi ħlas li jirrigwardaw servizzi ta’ ippjanar urban (Artikolu 8 flimkien mal-punt 12 tal-Anness IA tad-Direttiva 92/50/KEE u l-Artikolu 20, flimkien mal-punt 12 tal-Anness IIA tad-Direttiva 2004/18/KE) u (3) il-valur stmat ta’ kull kuntratt ikkritikat jaqbeż il-limiti previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/50/KEE u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE, il-kuntratti kkontestati jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.

(i)    Ksur tal-Artikoli 8 u 11(3) tad-Direttiva 92/50/KEE

Rigward il-kuntratti kkontestati ta’ servizzi addizzjonali mogħtija mill-muniċipalità ta’ Kassandra, il-Kummissjoni tosserva li l-awtorità kontraenti għażlet il-proċedura ta’ għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt minkejja li ma ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 8 u 11(3)(e) tad-Direttiva 92/50/KEE, li jippermettu l-użu ta’ din il-proċedura eċċezzjonali u japplikaw għal-kuntratti kkonċernati. B’mod partikolari, ma hijiex sodisfatta, għal kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi addizzjonali inkwistjoni, il-kundizzjoni li tirrikjedi l-eżistenza ta’ ċirkustanza mhux prevista. Sussidjarjament, il-Kummissjoni tenfasizza li, anki jekk il-kundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet ta’ eċċezzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tad-Direttiva 92/50/KEE huma sodisfatti, l-ammont ta’ kuntratti ta’ servizzi addizzjonali mogħtija jaqbeż il-limitu ta’ 50 % tal-ammont tal-kuntratt inizjali, previst mid-direttiva.

(ii)    Ksur tal-Artikoli 20 u 31(4) tad-Direttiva 2004/18/KE

Rigward il-kuntratti ta’ servizzi addizzjonali kkontestati mogħtija mill-muniċipalitajiet ta’ Vasiliki, Egnatia u Arethousa, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet kontraenti għażlu l-proċedura ta’ għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt minkejja li mja kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mill-Artikoli 20 u 31(4)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, li jippermettu li tintuża din il-proċedura eċċezzjonali u li japplikaw għall-kuntratti kkonċernati. B’mod partikolari, ma tkunx sodisfatta, għal kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi addizzjonali kkontestati, il-kundizzjoni li tirrikjedi l-eżistenza ta’ ċirkustanza mhux prevista. Sussidjarjament, il-Kummissjoni tenfasizza li, anki jekk il-kundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet ta’ eċċezzjoni tal-Artikolu 31(4)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE huma sodisfatti, l-ammont ta’ kuntratti ta’ servizzi addizzjonali mogħtija jaqbeż il-limitu ta’ 50 % tal-ammont tal-kuntratt oriġinali, previst mid-direttiva.

Rigward id-dikjarazzjoni tar-Repubblika Ellenika li l-proċedura adottata għall-għoti tal-kuntratti kkontestati kienet konformi mal-qafas ġuridiku nazzjonali fis-seħħ dakinhar, il-Kummissjoni tirrileva li l-proċedura adottata kienet kontra d-Direttiva 92/50/KEE, li kienet diġà ġiet trasposta fid-dritt Elleniku fil-mument meta l-kuntratti msemmija hawn fuq ingħataw (kif ukoll id-Direttiva 2004/18/KE, introdotta iktar tard). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tosserva li l-proċedura inkwistjoni ma kinitx iktar kompatibbli mal-qafas ġuridiku nazzjonali invokat.

Minħabba li l-Istati Membru ma jistgħux jeċċepixxu sitwazzjonijiet interni sabiex jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi u tat-termini li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju, il-Kummissjoni tqis li, billi naqset milli tadotta u timplementa b’mod effettiv il-miżuri mitluba sabiex tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 11(3) tad-Direttiva 92/50/KEE, kif ukoll taħt l-Artikoli 20 u 31(4) tad-Direttiva 2004/18/KE.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Jannar 2011 — Daiichi Sankyo Company vs Comptroller-General of Patents

(Kawża C-6/11)

2011/C 63/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daiichi Sankyo Company

Konvenut: Comptroller-General of Patents

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament Nru 469/2009 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) (1) jirrikonoxxi fost ir-raġunijiet l-oħra identifikati fil-premessi, il-ħtieġa li l-għoti ta’ ĊPS minn kull Stat Membru tal-Komunità lill-proprjetarji ta’ privattivi nazzjonali jew Ewropej ikun taħt l-istess kundizzjonijiet, kif indikat fil-premessi 7 u 8. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni Komunitarja tal-liġi dwar il-privattivi, xi jrid ifisser l-Artikolu 3(a) tar-Regolament meta jgħid “il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ” u liema huma l-kriterji sabiex dan jiġi deċiż?

(2)

F’każ bħal dan li jinvolvi prodott mediċinali li jinkludi iktar minn ingredjent attiv wieħed, hemm kriterji ulterjuri jew differenti sabiex jiġi ddeterminat jekk “il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ” jew le skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament u, jekk ikun il-każ, liema huma dawn il-kriterji ulterjuri jew differenti?

(3)

Sabiex kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ċċitati f’awtorizzazzjoni sabiex prodott mediċinali jitqiegħed fis-suq ikun is-suġġett ta’ ĊPS, u fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 4 tar-Regolament, il-kundizzjoni li “l-prodott ikun protett minn privattiva bażika” skont l-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament huwa sodisfatt jekk il-prodott jikser il-privattiva bażika taħt il-liġi nazzjonali?

(4)

Sabiex kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ċċitati f’awtorizzazzjoni għal tqegħid fil-kummerċ ta’ prodott mediċinali ikun is-suġġett ta’ ĊPS, u fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 4 tar-Regolament, l-issodisfar tal-kundizzjoni li “l-prodott ikun protett minn privattiva bażika” skont l-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament jiddependi fuq jekk il-privattiva bażika tinkludix pretensjoni waħda (jew iktar) li jsemmu b’mod speċifiku kombinazzjoni ta’ (1) klassi ta’ kompożiti li tinkludi waħda mill-ingredjenti attivi li jinsabu fil-prodott imsemmi u (2) klassi ta’ ingredjenti attivi ulterjuri li tista’ ma tkunx speċifikata iżda li tinkludi l-ingredjent attiv l-ieħor għall-prodott imsemmi; jew huwa biżżejjed li l-privattiva bażika tinkludi pretensjoni waħda (jew iktar) li (1) għandha pretensjoni għal klassi ta’ kompożiti li tinkludi waħda mill-ingredjenti attivi tal-prodott imsemmi u (2) tuża lingwaġġ speċifiku li bħala kwistjoni ta’ liġi nazzjonali testendi l-portata tal-protezzjoni sabiex tinkludi l-preżenza ta’ ingredjenti attivi oħra li ma humiex speċifikati inkluż l-ingredjent attiv l-ieħor li jinsab fil-prodott imsemmi?


(1)  ĠU L 152, p. 1


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-16/11)

2011/C 63/43

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u E. Randvere)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja naqset mill-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2007/2/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007 (li tistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-Komunità Ewropea), billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tittrasponi d-direttiva jew sabiex tikkomunika l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fil-15 ta’ Mejju 2009.


(1)  ĠU L 108, p. 1.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — l-Italja) — Lucio Rubano vs Regione Campania, Comune di Cusano Mutri

(Kawża C-60/09) (1)

2011/C 63/44

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Ried i.I. — l-Awstrija) — Proċeduri kriminali kontra Antonio Formato, Lenka Rohackova, Torsten Kuntz, Gardel Jong Aten, Hubert Kanatschnig, Jarmila Szabova, Zdenka Powerova, Nousia Nettuno

(Kawża C-116/09) (1)

2011/C 63/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiċjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil no 1 de Santa Cruz de Tenerife — Spanja) — Entidad de Gestión de Derechos de los Productores Audiovisuales (EGEDA)vs Magnatrading SL

(Kawża C-387/09) (1)

2011/C 63/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-33/10) (1)

2011/C 63/47

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropeja vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-208/10) (1)

2011/C 63/48

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010


Il-Qorti Ġenerali

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2011 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Capela & Irmãos (VOGUE)

(Kawża T-382/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Aplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal - Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 63/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: J. Capela Irmãos, Lda (Porto, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 328/2003-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Capela Irmãos, Lda u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 328/2003-2) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2011 — Häfele vs UASI — Topcom Europe (Topcom)

(Kawża T-336/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Topcom - Trade marks Komunitarji u tal-Benelux verbali preċedenti TOPCOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 63/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Topcom Europe (Heverlee, il-Belġju) (rappreżentant: P. Maeyaert, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1500/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Topcom Europe NV u Häfele GmbH Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Häfele GbmH Go. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Topcom Europe NV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Jannar 2011 — Terezakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/09) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Tibdil tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Rifjut li jinbidlu t-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 63/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Terezakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: iniżjalment B. Lombart, sussegwentement P. Synoikis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Awwissu 2009 li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal ċerti partijiet kif ukoll għall-annessi ta’ ċerti ittri skambjati bejn l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzji Elleniku dwar l-irregolaritajiet fiskali marbuta mal-kostruzzjoni tal-ajruport ta’ Spata, f’Ateni (il-Greċja)

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/27


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2010 minn Patrizia De Luca mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Setttembru 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-563/10, De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-563/10 P)

2011/C 63/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi u J. N. Louis, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2010 (Kawża F-20/06, De Luca vs Il-Kummissjoni) li tiċħad l-azzjoni tal-appellanti, hija annullata;

billi tagħti deċiżjoni permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda, tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2005 tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tinnomina lill-appellanti bħala amministratur, inkwantu tiffissa l-klassifikazzjooni tagħha għall-grad A*9, skala 2, hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu ġie deċiż li l-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli meta din id-dispożizzjoni tista’ tapplika biss mar-“reklutaġġ” ta’ uffiċjali u l-appellanti diġà kellha l-kwalità ta’ uffiċjal fi żmien in-nomina tagħha.

L-appellanti ssosnti li meta ddeċieda li din id-dispożizzjoni hija applikabbli, it-TSP interpreta b’mod żbaljat il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u kiser ir-regola ta’ interpretazzjoni li tistipula li kull dispożizzjoni legali tranżitorja għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi inkwantu l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kienet ġiet miċħuda.

L-appellanti ssostni li l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni twassal għall-ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ trattament ugwali tal-uffiċjali u l-prinċipju ta’ prospetti ta’ karriera, inkwantu l-appellanti ġiet retrogradata wara li għaddiet minn kompetizzjoni ta’ livell ogħla filwaqt li dawk li għaddew minn kompetizzjoni għat-trasferiment tal-kategorija tal-grad B*10 ingħataw trattament iktar favorevoli billi l-klassifikazzjoni tagħhom ġiet iffissata għall-grad A*10.

L-appellanti ssosnti wkoll li t-TSP wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikoli 5(2) u 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal ma kinitx tqajmet b’mod impliċitu abbażi tal-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/27


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

(Kawża T-570/10)

2011/C 63/53

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Elmar Wolf, SAS (Wissembourg, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ottubru fil-Kawża R 425/2010-2; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu għal prodotti fil-klassi 7 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 971 511

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva “WOLF Jardin”, reġistrazzjoni ta’ trade mark Franċiża Nru 99 786 007, li tkopri prodotti fil-klassijiet 1, 5, 7, 8, 12 u 31; it-trade mark figurattiva “Outils WOLF”, reġistrazzjoni ta’ trade mark Franċiża Nru 1 480 873 għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 154 431, li tkopri prodotti fil-klassijiet 7 u 8; u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 352 868 għal prodotti fil-klassijiet 7, 8, 12 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 42(2) u 42(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1), peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jidentifika, fil-klassijiet ta’ prodotti li fihom ġew irreġistrati t-trade marks preċedenti, sottokategorija koerenti li hija kapaċi li tiġi meqjusa b’mod separat mill-klassi li hija ikbar, u għaldaqstant naqas milli jikkonkludi li kien hemm biss prova li t-trade mark ġiet użata b’mod ġenwin f’konnessjoni ma’ parti mill-prodotti li għalihom it-trade marks ġew protetti.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell identifika b’mod żbaljat lill-konsumatur rilevanti, ikkonkluda b’mod żbaljat li kien hemm rabta rilevanti u naqas milli japplika l-kriterju ta’ effett fuq l-imġieba ekonomika tal-konsumatur rilevanti, kif ukoll il-kriterju li sabiex tiġi kkunsidrata bħala inġusta, it-trade mark trid tagħti xi dehra jew issaħħaħ il-marketing ta’ prodotti intiżi għal utenti ta’ età żgħira, li ma kienx il-każ. Il-Bord tal-Appell naqas ukoll milli jikkunsidra li l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti lanqas biss allega b’mod korrett id-dannu rilevanti skont l-Artikolu 8(5), u inqas u inqas ma ta prova li dan id-dannu kien probabbli, u għaldaqstant naqas milli jagħti prova ta’ dan.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/28


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI — Impexmetal (FŁT-1)

(Kawża T-571/10)

2011/C 63/54

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (Kraśnik, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sieklucki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impexmetal S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 1387/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut u lil Impexmetal S.A. għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “FLT-1” għal prodotti fil-klassi 7 — Reġistrazzjoni Nru 5026372

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: IMPEXMETAL S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva Komunitarja “FLT-1” u trade mark verbali u figurattiva nazzjonali “FLT-1” għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark għal ċerti prodotti fil-klassi 7 miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), minħabba żball ta’ evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali inkwistjoni, billi ma tteħidx kont tal-fatt li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha tikkostitwixxi parti mill-isem tal-kumpannija rikorrenti, li ilu jintuża għal ħafna żmien minn qabel ma saret l-applikazzjoni u li huwa s-sinjal distintiv storiku leġittimu tar-rikorrenti, u billi ma tteħidx kont lanqas tal-koeżistenza prolongata u paċifika tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u tat-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2010 — Wohlfahrt vs UASI — Ferrero (Kindertraum)

(Kawża T-580/10)

2011/C 63/55

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Harald Wohlfahrt (Rothenburg o.d. Tauber, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Scholz-Recht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero SpA (Alba, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Mejju 2009 (Oppożizzjoni Nru B 668 600) u d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-20 ta’ Ottubru 2010 fil-Każ R 815/2009-4;

tippermetti r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “Kindertraum”, Applikazzjoni Nru 002773059, għall-prodotti kollha fil-klassijiet 16 u 28 inklużi fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Kindertraum” għal prodotti fil-klassijiet 15, 16, 20, 21 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ferrero SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: total ta’ 32 trade mark preċedenti li fihom il-kelma “kinder” xi uħud minnhom figurattivi, oħrajn bħala element verbali ta’ trade mark u oħrajn b’mod iżolat, b’mod partikolari t-trade mark verbali Taljana “kinder” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 30 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) minħabba nuqqas ta’ prova ta’ użu wara l-isakdenza tal-perijodu ta’ grazzja matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Nuqqas ta’ ġustifikazzjoni formali tad-deċiżjoni kkontestata, peress li fid-deċiżjoni tiegħu l-Bord tal-Appell ma kienx ikkunsidra l-motivi mressqa wara dan l-appell u l-oġġezzjoni għat-trade mark. Barra minn hekk, hemm reġistrazzjoni ta’ trade mark abbużiva, peress li l-uniku għan tal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti kien li jara kif jagħmel sabiex jimmonopolizza t-terminu “kinder”. Fl-aħħar nett, hemm ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2010 — X Technology Swiss GmbH vs UASI

(Kawża T-581/10)

2011/C 63/56

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Herbertz, R. Jung, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brawn LLC (Weekhawken, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 1580/2009-1 tas-6 ta’ Ottubru 2010 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

tikkundanna lill-kovenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “X-Undergear”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 23 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Brawn LLC

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade marks nazzjonali u Komunitarji “UNDERGEAR” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), fid-dawl tan-nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/30


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 — Aitic Penteo vs UASI– Atos Worldline (PENTEO)

(Kawża T-585/10)

2011/C 63/57

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aitic Penteo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Atos Worldline SA (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 774/2010-1 u tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5480561

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 774/2010-1; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PENTEO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5480561

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali “XENTEO” irreġistrata fil-Benelux bin-numru 772120 “XENTEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36, 37, 38, u 42; trade mark verbali “XENTEO” li hija s-suġġet tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 863851 “XENTEO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36, 37, 38, u 42;

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser: (i) l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li tipprojbixxi kull diskriminazzjoni u timponi trattament ugwali skont il-liġi, (ii) l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell naqas milli jqis id-drittijiet preċedenti tar-rikorrenti, (iii) l-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell naqas milli jqis il-fatti u l-provi prodotti mir-rikorrenti fit-terminu previst, u (iv) l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra l-probabbiltà ta’ konfużjoni.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/30


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-7/11)

2011/C 63/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Melli Iran (Tehran, Iran) (rappreżentanti: L. Defalque u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-paragrafu 5 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), kif ukoll il-paragrafu 5 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (2) u tannulla d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2010;

tiddikjara l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010 (3), u l-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi tad-dritt segwenti:

(1)

L-ewwel motiv tad-dritt, li permezz tiegħu r-rikorrent jinvoka l-ksur tal-Artikolu 215(2) u (3) TFUE, u tal-Artikolu 40 TUE, illi jikkostitwixxi ksur proċedurali essenzjali peress illi:

il-Kunsill PESK adotta l-miżuri restrittivi mingħajr ma ħalla l-inqas setgħa diskrezzjonali lill-Kunsill;

id-Deċiżjoni 2010/413, li fuqha huwa bbażat ir-Regolament Nru 961/2010, hija bbażata b’mod żbaljat fuq l-Artikolu 29 TUE, peress illi ma tagħtix definizzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjoni partikolari ta’ natura ġeografika jew tematika, kif mitlub mill-Artikolu 29 TUE, iżda tistabbilixxi obbligi preċiżi għall-Istati Membri u għall-persuni li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom;

ir-Regolament Nru 961/2010 ma fihx id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-garanziji legali, bi ksur tal-Artikolu 215(3) TFUE.

(2)

It-tieni motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent jinvoka żball tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea fl-għażla tal-bażi legali tad-deċiżjoni u tar-regolament ikkontestati, peress illi s-sanzjonijiet ġew adottati fil-konfront tar-rikorrent u tal-entitajiet imsieħba miegħu, jiġifieri l-persuni ġuridiċi u entitajiet mhux statali li ma humiex imsemmija mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni illi:

minkejja illi l-għażla tal-bażi legali tal-Artikolu 29 TUE u tal-Artikolu 215 TFUE hija ġġustifikata meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplementaw ir-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, din l-għażla mhux bilfors hija ġġustifikata meta jiġu adottati miżuri amministrattivi bħall-iffriżar tal-fondi ta’ persuni ġuridiċi u ta’ entitajiet mhux statali;

l-atti kkontestati kellhom jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 75 TFUE, u għalhekk bl-intervent tal-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-proċedura ta’ ko-deċiżjoni.

(3)

It-tielet motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent isostni illi d-deċiżjoni u r-regolament ikkontestati ġew adottati bi ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni, peress illi deċiżjonijiet simili ġew adottati fuq bażi legali oħra, bħall-Artikolu 75 TFUE, u konsegwentement f’qafas li fih garanziji legali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li ma kienx il-każ fir-rigward tal-atti kkontestati li jirrigwardaw lir-rikorrent.

(4)

Ir-raba’ motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent isostni illi l-atti kkontestati ġew adottati bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u, b’mod partikolari, tad-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, peress illi:

ir-rikorrent ma rċieva l-ebda prova jew dokument insostenn tal-allegazzjonijiet tal-Kunsill, peress illi l-allegazzjonijiet addizzjonali magħmula fl-2009 dwar id-deċiżjoni tal-2008, u kkonfermati fl-2010, kienu vagi ħafna, mhux ċari u mingħajr dubju jagħmluha impossibbli illi r-rikorrent jirribattihom;

ir-rikorrent ma ngħatax aċċess għad-dokumentazzjoni u għad-dritt għal smigħ;

l-atti kkontestati ma kellhomx motivazzjoni suffiċjenti, u dan jikser id-dritt tar-rikorrent għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(5)

Il-ħames motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent isostni illi l-atti kkontestati, għall-istess raġunijiet indikati fir-raba’ motiv, jiksru l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u tal-aspettattivi leġittimi.

(6)

Is-sitt motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent isostni illi l-Kunsill ma kkomunikalux id-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista, u dan bi ksur tal-Artikolu 36(3) u (4) tar-Regolament Nru 961/2010, li jipprovdi illi l-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu jekk jiġu ppreżentati osservazzjonijiet.

(7)

Is-seba’ motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent isostni illi kien hemm żball manifest ta’ intepretazzjoni kif ukoll abbuż ta’ poter fl-applikazzjoni fil-konfront tar-rikorrent tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, peress illi l-Kunsill ta interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20(1)(b) tagħha, meta ddeċieda illi l-attivitajiet tar-rikorrent, kif deskritti fl-atti kkontestati, jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba sabiex jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet li għandhom jiġu sanzjonati.

(8)

It-tmien motiv tad-dritt, illi permezz tiegħu r-rikorrent isostni illi kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dritt tal-proprjetà tiegħu, peress illi l-Kunsill ma kkunsidrax id-deċiżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandha twassal għall-inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010.


(1)  (ĠU L 281, p. 81).

(2)  (ĠU L 281, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Iran Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-12/11)

2011/C 63/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Insurance Company (Tehran, Iran), (rappreżentanti: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (1), kif ukoll il-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2) u tannulla d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill riċevuta fit-23 ta’ Novembru 2010;

tiddikjara l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010 (3), u l-Artikoli 16(2) u 26 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tat-talba tagħha, ir-rikorrenti titlob, bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tal-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 u tal-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u l-annullament tal-Artikoli 16(2) u 26 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, inkwantu jirrigwardaw lir-rikorrenti u l-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kunsill lir-rikorrenti tat-28 ta’ Ottubru 2010.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti iinvoka l-motivi tad-dritt segwenti:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni illi l-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK u l-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, u d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll il-konformità tagħhom mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

 

Barra minn hekk, ir-raġunijiet speċifiċi tal-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista huma żbaljati u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/413 u tal-Artikolu 16(2)(a) u (b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 ma humiex sodisfatti. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrenti. Il-Kunsill ikkommetta żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi. Konsegwentement, il-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, u l-paragrafu 21 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, għandhom jiġu annullati.

 

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti ssostni wkoll illi r-regolament tal-2010 u d-deċiżjoni tal-2010 jiksru d-drittijiet tad-difiża tagħha u, b’mod partikolari, id-dritt tagħha għal smigħ xieraq, peress illi hija ma rċeviet l-ebda prova jew dokument insostenn tal-allegazzjonijiet tal-Kunsill, u peress illi l-allegazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni u fir-regolament huma vagi ħafna, mhux ċari u mingħajr dubju jagħmluha impossibbli illi Iran Insurance Company tirribattihom. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma ngħatatx aċċess għad-dokumentazzjoni u għad-dritt għal smigħ. Dan jikkostitwixxi wkoll nuqqas ta’ motivazzjoni.

 

Barra minn hekk, l-Artikolu 24(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK jitlob lill-Kunsill sabiex jikkomunika u jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet tal-elenkar fuq il-lista, u l-Artikolu 24(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK jipprovdi illi l-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet. Il-Kunsill kiser iż-żewġ dispożizzjonijiet. Peress illi l-Artikoli 24(3) u 24(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huma repetuti wkoll fl-Artikoli 36(3) u 36(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, hemm ukoll ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

 

Ir-rikorrenti ssostni wkoll illi l-Kunsill, fl-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti, kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

 

Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti, il-Kunsill kiser ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

 

Ir-rikorrenti ssostni wkoll illi l-Kunsill kiser id-dritt tal-proprjetà tagħha u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, għandhom jiġu ddikjarati bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrenti. Barra minn hekk, billi pprojbixxiet b’mod diskriminatorju kuntratti ta’ assigurazzjoni jew ri-assigurazzjoni lill-entitajiet Iranjani kollha, l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u l-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 jiksru wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Konsegwentement, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu ddikjarati bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrenti.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni illi r-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 jikser l-Artikolu 215(2) u (3) TFUE, bħala l-bażi legali tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 40 TUE.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni illi r-regolament tal-2010 u d-deċiżjoni tal-2010 ġew adottati bi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u nondiskriminazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81).

(2)  Regolament tal-Kunsill Nru 961/201, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/32


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2011 — Post Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-13/11)

2011/C 63/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Post Bank (Tehran, Iran), (rappreżentanti: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-paragrafu 34 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 (1), kif ukoll il-paragrafu 40 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2);

tiddikjara l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010 (3), u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrent; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tat-talba tiegħu, ir-rikorrent jitlob, bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tal-paragrafu 34 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010 u tal-paragrafu 40 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u l-annullament tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, inkwantu jirrigwardaw lir-rikorrent.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi tad-dritt segwenti:

 

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent isostni illi l-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-paragrafu 34 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK u l-paragrafu 40 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, u d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll il-konformità tagħhom mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

 

Barra minn hekk, ir-raġunijiet speċifiċi tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista huma żbaljati u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/413 u tal-Artikoli 16(2)(a) u (b) u 16(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 ma humiex sodisfatti. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrent. Il-Kunsill ikkommetta żball manifest ta’ fatt u ta’ liġi. Konsegwentement, il-paragrafu 34 tat-Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, u l-paragrafu 40 tat-Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, għandhom jiġu annullati.

 

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent isostni wkoll illi r-regolament tal-2010 u d-deċiżjoni tal-2010 jiksru d-drittijiet tad-difiża tiegħu u, b’mod partikolari, id-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, peress illi huwa ma rċieva l-ebda prova jew dokument insostenn tal-allegazzjonijiet tal-Kunsill, u peress illi l-allegazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni u fir-regolament huma vagi ħafna, mhux ċari u mingħajr dubju jagħmluha impossibbli illi Post Bank jirribattihom.

 

Barra minn hekk, l-Artikolu 24(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK jitlob lill-Kunsill sabiex jikkomunika u jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu, inkluż ir-raġunijiet tal-elenkar fuq il-lista, u l-Artikolu 24(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK jipprovdi illi l-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet. Il-Kunsill kiser iż-żewġ dispożizzjonijiet. Peress illi l-Artikoli 24(3) u 24(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huma repetuti wkoll fl-Artikoli 36(3) u 36(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, hemm ukoll ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

 

Ir-rikorrent isostni wkoll illi l-Kunsill, fl-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni tar-rikorrent, kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

 

Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tar-rikorrent, il-Kunsill kiser ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

 

Ir-rikorrent isostni wkoll illi l-Kunsill kiser id-dritt tal-proprjetà tiegħu u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u l-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010, għandhom jiġu ddikjarati bħala inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrent.

 

Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni illi r-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 jikser l-Artikolu 215(2) u (3) TFUE, bħala l-bażi legali tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 40 TUE.

 

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni illi r-regolament tal-2010 u d-deċiżjoni tal-2010 ġew adottati bi ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u nondiskriminazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81).

(2)  Regolament tal-Kunsill Nru 961/201, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/34


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2010 — Psarras vs ENISA

(Kawża F-118/10)

2011/C 63/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aristidis Psarras (Heraklion, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-kariga tiegħu ta’ kontabbli tal-Aġenzija u li tinħatar persuna oħra sabiex taqdi din il-kariga. Min-naħa l-oħra, talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-atti kkontestati u minħabba l-fasatidju li huwa jallega li subixxa.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-ENISA, tas-7 ta’ Frar 2010, li r-rikorrent jitneħħa immedjatament mill-kariga tiegħu ta’ kontabbli tal-Aġenzija u li tinħatar persuna oħra fil-pożizzjoni ta’ kontabbli għal żmien indefinit;

jannulla, inkwantu att preparatorju, l-Anness 1 tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Frar 2010 msemmija iktar ’il fuq, dan l-Anness 1 huwa l-proposta tad-Direttur Eżekuttiv tal-Bord ta’ Ġestjoni li l-kariga ta’ kontabbli tiġi assenjata b’mod permanenti lil persuna oħra u li r-rikorrent jitneħħa mill-kariga tiegħu ta’ kontabbli;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni, tal-1 ta’ Marzu 2010 adottata bħala konsegwenza ta’ dan mid-Direttur eżekuttiv, li r-rikorrent jiġi assenjat pożizzjoni ġdida skont l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal;

bħala konsegwenza ta’ dawn l-annullamenti, jerġa jistabbilixxi lir-rikorrent fil-pożizzjoni ta’ kontabbli tal-Aġenzija;

jikkundanna lill-ENISA tħallas lir-rikorrent s-somma ta’EUR 10 000 bħala kumpens minn naħa, għad-dannu subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati u, min-naħa l-oħra, għad-danni morali subiti minħabba l-fastidju psikoloġiku li tiegħu huwa kien vittma, bla ħsara għal żieda matul il-proċedura;

tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 — Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/10)

2011/C 63/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata proposta dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, li diġà ġiet aċċettata minnhom.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Frar 2010, li “tannulla” il-proposta tas-16 ta’ Settembru 2009, aċċettata minn N. Falcione fid-9 ta’ Ottubru 2009, dwar it-trasferiment, abbażi tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu;

tannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2010, li “tannulla” il-proposta tat- 13 ta’ Ottubru 2009, aċċettata minn G. Cocchi fl-10 ta’ Novembru 2010, dwar it-trasferiment, abbażi tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas EUR 200 000 lil N. Falcione u EUR 50 000 lil G. Cocchi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/34


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Labiri vs KESE

(Kawża F-124/10)

2011/C 63/63

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq mingħajr tkomplija l-proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva li nbdiet wara lment dwar fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Jannar 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li ma tittieħed ebda miżura kontra l-kap tal-unità min-naħa tar-rikorrent u li tingħalaq mingħajr tkomplija l-proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva li nbdiet b’mod konġunt mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni wara l-ilment ta’ dwar fastidju psikoloġiku;

tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-ispejjeż.


26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/35


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2010 — Mora Carrasco et vs Il-Parlament

(Kawża F-128/10)

2011/C 63/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aurora Mora Carrasco (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew li ma jiġux promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.