ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.057.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 57

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
23 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 057/01

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2011 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (CON/2011/1)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 057/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6124 – Ferrovie dello Stato/Cube Transport/Arriva Deutschland) ( 1 )

25

2011/C 057/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6118 – Bain Capital Investors/IMCD) ( 1 )

25

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 057/04

Rata tal-kambju tal-euro

26

2011/C 057/05

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

27

2011/C 057/06

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

28

 

Rettifika

2011/C 057/07

Rettifika għal Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU C 37, 5.2.2011)

29

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta’ Jannar 2011

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet

(CON/2011/1)

2011/C 57/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-13 ta’ Ottubru 2010, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li b’mod partikolari jaffettwaw il-promozzjoni mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) tat-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta ħlas, imma ukoll il-kontribuzzjoni tagħha għat-twettiq bla xkiel ta’ politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, it-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani u l-investiment u l-ġestjoni tar-riżervi barranin uffiċjali tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 127(2) u 5 tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Fid-dawl tal-impenn tal-mexxejja tal-G20 imħabbar fil-Laqgħa ta’ Pittsburgh f’Settembru 2009 biex jiġu inkoraġġiti l-kapaċità ta’ rkupru u t-trasparenza fis-suq tad-derivati over-the-counter (OTC), il-BĊE jappoġġa l-għan tar-regolament propost biex jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għal kuntratti ta’ derivati OTC, u għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kontropartijiet ċentrali (CCPs) u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (TRs).

Iżda, il-BĊE għandu tħassib fir-rigward ta’ uħud mid-dispożizzjonijiet tar-regolament propost, B’mod partikolari, ir-regolament propost għandu l-għan li jippromwovi l-istabbiltà finanzjarja fis-suq tad-derivati OTC mill-aspett ta’ superviżjoni prudenzjali. Il-banek ċentrali għandhom rwol u responsabbilitajiet statutorji biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll għas-sigurtà u l-effiċjenza tal-infrastruttri finanzjarji. Dan ir-rwol huwa mwettaq kemm mill-banek ċentrali responsabbli għas-sorveljanza ta’ CCPs u TRs u banek ċentrali ta’ ħruġ ta’ valuti użati b’rabta ma’ tranżazzjonijiet ikklerjati minn CCPs jew irreġistrati minn TRs. Għalhekk, l-involviment adegwat tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fis-SEBĊ f’diversi aspetti tar-regolament propost (partikolarment dwar deċiżjonijiet biex tingħata jew tiġi rtirata awtortizzazzjoni, inkluża l-estensjoni ta’ attivitajiet; valutazzjonijiet ta’ riskju kontinwi tas-CCPs; id-definizzjoni ta’ standards tekniċi għal CCPs u TRs; u deċiżjonijiet biex CCPs u TRs ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni) għandu jiġi żgurat mingħajr ma jiġu rregolati, fis-sustanza, il-kompetenzi tal-bank ċentali.

Barra minn hekk, il-BĊE jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li CCPs ikunu rregolati strettament. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat ukoll jekk hijiex meħtieġa emenda fid-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid) (2) sabiex jiġi żgurat li CCPs jiġu kklassifikati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu b’liċenzja bankarja bi skop limitat.

Il-BĊE jinnota wkoll li din ir-riforma ser ikollha konsegwenzi prattiċi enormi għall-parteċipanti fis-suq, partikolarment fir-rigward ta’ operazzjonijiet, ġestjoni tar-riskju u dokumentazzjoni legali.

Osservazzjonijiet speċifiċi

Taħt ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), flimkien mad-derogi provduti fl-Artikolu 139 tat-Trattat u 42.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, wieħed mill-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-SEBĊ huwa l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas. F’dan ir-rigward, il-BĊE u l-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, biex jiġu żgurati sistemi ta’ ħlas u ta’ kklerjar effiċjenti u sodi fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħrajn. Il-kompetenza ta’ sorveljanza tal-Eurosistema fuq is-sistemi ta’ kklerjar u ta’ ħlas tiġi minn dawn id-dispożizzjonijiet (3). Il-kompetenza ta’ sorveljanza hija wkoll inerenti wkoll għall-kompitu tas-SEBĊ li tikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat, kif rifless fl-Artikolu 3.3 tal-Istatut tas-SEBĊ. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro taħt l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, kif rifless fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, tiddependi fuq l-eżistenza ta’ sistemi tas-suq u infrastrutturi effettivi u affidabbli. Għalhekk, il-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta’ dawn is-sistemi u infrastrutturi huwa kompitu bażiku tal-Eurosistema (4). BĊNi minn Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom setgħat simili wkoll skont il-qafas nazzjonali legali tagħhom.

Fil-qasam tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, inklużi CCPs, bankiera ċentrali u regolaturi tat-titoli fil-Kumitat tas-Sistemi ta’ Pagament u Ħlas (CPSS) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) irrikonoxxew l-importanza kemm tar-regolamentazzjoni u tas-sorveljanza. Minħabba dan, ir-rakkomandazzjonijiet tas-CPSS-IOSCO huma bbażati fuq il-kunċett li jitwettqu r-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u s-sorveljanza minn kummissjonijiet tat-titoli u banek ċentrali fuq livell indaqs. Ir-regolament propost għandu jsegwi l-istess approċċ billi jiżgura li s-setgħat tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) jiġu kkumplimentati u bbilanċjati minn involviment adegwat tal-BĊE u l-BĊNi. L-għan regolatorju predominanti għandu jkun li jiġu żviluppati standards elaborati b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-AETS u s-SEBĊ, biex b’hekk jiġi evitat il-bżonn għal banek ċentrali biex jiżviluppaw miżuri ta’ sorveljanza addizzjonali u potenzjalment differenti (inklużi atti legali) biex jiżguraw is-sigurtà u s-sodizza ta’ CCPs u TRs. Madankollu, dan jista’ jwassal għal qafas regolatorju tal-Unjoni li jkun ta’ piż eċċessiv għas-CCPs u jista’ joħloq ukoll riskji legali meta jkun hemm ħtiġijiet duplikati jew anki diverġenti.

F’dan l-isfond, huwa ta’ importanza kbira li tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn is-superviżuri u s-sorveljanti fil-kuntest tar-regolament propost. Kif diġà stabilit fil-kontribuzzjoni tal-Eurosistema għall- “European Commission’s public consultation on derivatives and market infrastructures” (Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea fuq derivati u infrastrutturi tas-suq) (5), il-BĊE jikkunsidra li r-rwol tal-membri tas-SEBĊ għandu jkun rifless espressament u ppreċiżat fl-aspetti li ġejjin. L-ewwel, id-determinazzjoni tal-eliġibbiltà għall-obbligu ta’ kklerjar fl-Artikolu 4 tar-regolament propost m’għandhiex issir mill-AETS f’iżolament, imma b’kooperazzjoni mal-membri tas-SEBĊ. It-tieni, l-iffissar ta’ standards tekniċi regolatorji, linji ta’ gwida u rakkomandazzjonijiet għal CCPs u TRs għandhom isiru f’kooperazjzoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ. Biex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ proċeduri u deċiżjonijiet politiċi mgħoddija (6) u biex tiġi rrikonoxxuta għal kollox il-kompetenza tal-AETS u tas-SEBĊ, l-aħjar mod biex jiġi organizzat dan ix-xogħol għandu jkun permezz ta’ grupp AETS-SEBĊ konġunt ibbażat fuq il-mudell tal-grupp preżenti SEBĊ-KRTE. It-tielet, il-membri rilevanti tas-SEBĊ għandhom, kemm minn perspettiva ta’ sorveljanza u bħala banek ċentral tal-ħruġ, skont il-każ, ikunu involuti fil-kompiti kollha tal-kulleġġ stabilit mill-Artikolu 14 tar-regolament propost, inkluż fl-awtorizzazzjoni u r-reviżjoni kontinwa tas-CCPs skont it-Titolu III tar-regolament propost. Ir-raba’, fir-rigward ta’ relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, id-deċiżjoni li CCPs ta’ pajjiż terż jiġu rrikonoxxuti skont l-Artikolu 23 tar-regolament propost m’għandhiex tittieħed mill-AETS mingħajr kooperazzjoni mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ, kemm minn perspettiva ta’ sorveljanza kif ukoll bħala banek ċentrali ta’ ħruġ, sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tħassib u politika ta’ bank ċentrali fir-rigward, pereżempju, tal-likwidità u l-ġestjoni tar-riskju jiġu riflessi b’mod adegwat. Barra minn hekk, il-BĊE jirrakkomanda li rekwiżit għal rikonoxximent bħal dan għandu jkun it-trattament reċiproku ta’ CPPs mill-Unjoni taħt il-liġijiet rilevanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi. Il-ħames, għandu jkun hemm parteċipazzjoni u kooperazzjoni adegwata bejn l-awtoritajiet, korpi u banek ċentrali rilevanti kollha. Fil-każ ta’ banek ċentrali, dan japplika kemm fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ kif ukoll fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa, inkluż għall-istabbiltà finanzjarja, sorveljanza u finijiet statistiċi.

Finalment, il-BĊE jinnota li l-banek ċentrali jistgħu joffru lil CCPs firxa ta’ faċilitajiet, li possibbilment jinkludu servizzi ta’ pagament u depożitu u kreditu matul il-lejl, skont il-kompiti u r-responsabbiltajiet statutorji tagħhom. Il-BĊE jirrikonoxxi li l-faċilitajiet ta’ bank ċentrali huma l-istrument l-iktar effettiv għall-infrastrutturi tas-suq minħabba l-ħtiġijiet tagħhom ta’ likwidità u ġestjoni ta’ riskju. Iżda, il-faċilitajiet ta’ bank ċentrali mhumiex iddiżinjati per se biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttiri tas-suq, u hija l-Eurosistema u banek ċentrali oħra li għandhom jiddeterminaw għalihom innifishom liema faċilitajiet jixtiequ joffru lis-CCPs u infrastrutturi oħrajn tas-suq u b’liema kundizzjonijiet. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 10(1) tar-regolament propost jeħtieġ li s-CCPs ikollhom “aċċess għal likwidità adegwata” bħala prekundizzjoni għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni biex jingħataw servizzi u attivitajiet ta’ CCP. Il-likwidità adegwata msemmija “tista’ tirriżulta minn aċċess għal likwidità ta’ bank ċentrali jew għal-likwidità ta’ bank kummerċjali ta’ sodezza kreditizja u affidabbiltà”. Il-BĊE jikkunsidra li l-flus ta’ bank kummerċjali fil-verità ma jeliminawx ir-riskji, filwaqt li l-flus ta’ bank ċentrali hekk jagħmlu, kif rikonoxxut mir-rakkomandazzjonijiet tas-CPSS-IOSCO u s-SEBĊ-KRTE. Għaldaqstant, ir-regolament propost m’għandux jippreżenta l-likwidità ta’ bank ċentrali u l-flus ta’ bank ċentrali bħala żewġ għażliet ugwalment siguri u preferibbli.

Fl-istess ħin, il-BĊE jinnota pożittivament li r-regolament propost ma fihx suġġerimenti dwar ir-regolamentazzjoni tal-aċċess għall-kreditu ta’ bank ċentrali. Iktar milli għal faċilitajiet oħrajn, id-deċiżjoni biex jiġi pprovdut kreditu ta’ rutina jew ta’ emerġenza hija prerogattiva ta’ bank ċentrali u hija marbuta direttament mal-politika monetarja.

Fejn il-BĊE jirrikkmanda illi r-regolament propost jiġi emendat, fl-Anness qed jingħataw proposti tal- abbozzar speċifiċi akkumpanjati minn test spegattiv f’dan is-sens.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Jannar 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2010) 484 finali.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)  Barra minn dan, l-attivitajiet ta' sorveljanza ta' uħud mill-Istati Membri tal-BĊNi li l-munita tagħhom hija l-euro jitwettqu abbażi tar-regolamenti u liġijiet nazzjonali, li jikkomplimentaw u, f’ċerti każijiet, jiddupplikaw il-kompetenza tal-Eurosistema. Il-kompetenza ta’ sorveljanza tal-BĊNi tal-Istati Membri li għadhom ma daħħlux l-euro, hija stabilita fil-liġijiet u regolamenti nazzjonali.

(4)  Ara wkoll “Eurosystem Oversight Policy Framework”, tal-20 ta’ Frar 2009, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE f’http://www.ecb.europa.eu

(5)  Lulju 2010, disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu

(6)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ecofin tad-9 ta’ Ottubru 2007, li jgħidu li: “Fir-rigward tal-ħidma ta' SEBĊ/KRTE ‘Standards għal Clearing u Ħlas ta' Titoli fl-UE’, il-Kunsill … jirrikonoxxi li l-protezzjoni ta' l-investitur u s-sikurezza prudenzjali tas-settur post-kummerċjali, inklużi l-aspetti tiegħu tal-ġestjoni tar-riskju, huma kwistjonijiet importanti li għandhom jiġu diskussi u li għandha tiġi kkunsidrati azzjoni konkreta, inkluż per eżempju billi jiġu miftiehma standards jew miżuri regolatorji, bħala kompliment għall-Kodiċi ta' Kondotta dwar ir-riskji u l-istabbiltà finanzjarja”; ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Ecofin tat-3 ta’ Ġunju 2008, li stieden is-SEBĊ u l-KRTE biex jikkonkludu x-xogħol fuq l-istandards imsemmijin iktar ’il fuq.


ANNESS

Proposti tal-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Il-premessa 7 bis tar-regolament propost (gdid)

L-ebda test bħalissa

“(7 bis)

Taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-tieni sentenza tal-Artikolu 1, l-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), flimkien mad-deroga provduta skont l-Artikolu 139 tat-Trattat u l-Artikolu 42.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, wieħed mill-kompeti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) huwa l-promozzjoni tat-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament. F'dan ir-rigward, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, biex jiġu żgurati sistemi ta’ pagament u kklerjar effiċjenti u sodi ġewwa l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħrajn. Banek ċentrali nazzjonali minn Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom setgħat simili wkoll skont il-qafas nazzjonali legali taghhom. Isegwi li l-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ sorveljanza jista’ jiġi pperċepit bħala kompitu bażiku tas-SEBĊ. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar id-derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ sorveljanza tal-membri tas-SEBĊ kif stabilit fit-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ sorveljanza ji jirriżultaw minn liġijiet u regolamenti nazzjonali.

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali għas-CCPs u TRs mingħajr ma jirrifletti sewwa l-kompetenza ta’ sorveljanza tal-membri tas-SEBĊ fuq dawn l-infrastrutturi, kif preskritt fit-Trattat, l-Istatut tas-SEBĊ u l-liġijiet u r-regolament nazzjonali. Għal din ir-raġuni, il-premessa ġdida proposta għandha tistabbilixxi l-kuntest li fih ir-regolament propost ser japplika meta jiġi adottat.

Emenda 2

Il-premessa 29 tar-regolament propost

“(29)

Regoli diretti dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs huma korollarju essenzjali għall-obbligu tal-ikklerjar tad-derivati OTC. Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jżommu r-responsabbiltà għall-aspetti kollha tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs, inkluż il-verifika li s-CCP applikanta tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli [il-finalità tas-saldu fis-sistemi tas-saldu b’pagament u titoli], fid-dawl tal-fatt li dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibqgħu fl-aqwa pożizzjoni biex jeżaminaw kif joperaw is-CCPs fuq bażi ta’ kuljum, biex iwettqu reviżjonijiet regolari u jieħdu l-azzjoni xierqa, fejn ikun meħtieġ.”

“(29)

Regoli diretti dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs huma korollarju essenzjali għall-obbligu tal-ikklerjar tad-derivati OTC. Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jżommu r-responsabbiltà għall-aspetti kollha tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tas-CCPs, inkluż il-verifika li s-CCP applikanta tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli [il-finalità tas-saldu fis-sistemi tas-saldu b’pagament u titoli], fid-dawl tal-fatt li dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibqgħu fl-aqwa pożizzjoni biex jeżaminaw kif joperaw is-CCPs fuq bażi ta’ kuljum, biex iwettqu reviżjonijiet regolari u jieħdu l-azzjoni xierqa, fejn ikun meħtieġ. Filwaqt li jieħdu in kunsiderazzjoni s-setgħat ta’ sorveljanza tagħhom u r-rwol tal-banek ċentrali tal-ħruġ, il-membri tas-SEBĊ għandhom għal raġunijiet ta’ effiċjenza, biex jevitaw id-duplikazzjoni tax-xogħol, ikunu involuti mill-qrib mill-awtorità kompetenti fir-reviżjonijiet regolari tas-CCPs u d-deċiżjonijiet għal azzjoni xierqa.

Spjegazzjoni

Jekk, skont ir-regolament propost, il-membri tas-SEBĊ, fir-rwol tagħhom ta’ sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ, huma involuti mill-awtorità kompetenti fir-reviżjonijiet regolari tas-CCPs u deċiżjonijiet għal azzjoni xierqa, dan jevita d-duplikazzjoni tax-xogħol magħmul minn dawn l-awtoritajiet kompetenti minn perspettiva superviżorja u mill-BĊE u l-BĊNi minn perspettiva ta’ sorveljanza. Ikun ukoll iktar effettiv għas-CCP regolat, għaliex ma jkollux għalfejn jipprovdi informazzjoni rilevanti lil u jikkoopera ma’ awtoritajiet u banek ċentrali multipli.

Emenda 3

Il-premessa 49 tar-regolament propost

“(49)

Huwa importanti li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Dan ir-Regolament isegwi r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mis-CPSS-IOSCO u SEBĊ-KRTE u joħloq qafas tal-Unjoni li fih is-CCPs ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur. L-AETS għandha tqis dawn l-iżviluppi meta tfassal l-istandards tekniċi regolatorji kif ukoll il-linji ta’ gwida u r-rakkomandazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament”

“(49)

Huwa importanti li tiġi żgurata konverġenza internazzjonali tar-rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Dan ir-Regolament isegwi r-rakkomandazzjonijiet eżistenti żviluppati mis-CPSS-IOSCO u s-SEBĊ-KRTE [nota f’qiegħ il-paġna], filwaqt li jiġi nnutat li r-rakkomandazzjonijiet CPSS-IOSCO għall-infrastruttura tas-suq finanzjarju, inklużi s-CCPs, bħalissa qed jiġu riveduti. F’dan ir-rigward, dan ir-Regolament joħloq qafas tal-Unjoni li fih is-CCPs ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur. , billi l-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u l-awtoritajiet rilevanti, għandha tqis l-istandards eżistenti kif ukoll żviluppi ġodda meta tfassal u tirrivedi l-istandards tekniċi regolatorji kif ukoll il-linji ta’ gwida u r-rakkomandazzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament.”

Test tan-nota f’qiegħ il-paġna:

Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej.

Test tan-nota f’qiegħ il-paġna:

Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej. Fit-3 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill Ecofin stieden lis-SEBĊ u l-KRTE biex jadattaw u jiffinalizzaw ir-‘Rakkomandazzjonijiet tas-SEBĊ-KRTE għall-ikklerjar u s-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea’. Minħabba r-riskju għall-istabbiltà finanzjarja li joħolqu l-iskoperturi ta’ derivati OTC li dejjem qegħdin jikbru, il-Kunsill Ecofin stieden lis-SEBĊ u lill-KRTE f’Dicembru 2008 biex jikkunsidraw espliċitament ir-riskji tad-derivati OTC meta jirrivedu u jiffinalizzaw ir-rakkomandazzjoniiet għas-CCPs. Is-SEBĊ u l-KRTE ssoktaw b’xogħolhom f’Ġunju 2009 u rrivedew ir-rakkomandazzjonijiet skont it-talbiet tal-Kunsill Ecofin, billi kkunsidraw l-iżviluppi regolatorji u legali riċenti kollha u inizjattivi oħrajn. Fit-23 ta’ Ġunju 2009, is-SEBĊ u l-KRTE ppubblikaw ir-“Recommendations for securities settlement systems and central counterparties in the European Union [Rakkomandazzjonijiet għal sistemi ta’ ħlas ta’ titoli u kontropartijiet ċentrali fl-Unjoni Ewropea]”

Spjegazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza ta’ leġiżlazzjoni f’livell globali, il-BĊE jipproni li r-regolament propost jiġi ċċarat billi jitqiesu l-istandards żviluppati mis-CPSS-IOSCO. Fl-istess linja, wara li jitqiesu l-kompetenzi tal-membri tas-SEBĊ, u awtoritajiet rilevanti oħrajn, il-BĊE jipproponi ukoll li jikkjarifia illi l-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u l-awtoritjaiet rilevanti, għandha tikkunsidra mhux biss l-istandards eżistenti imma wkoll l-iżviluppi ġodda meta tħejji u tirrevedi l-istandards tekniċi, il-linji ta’ gwida u r-rakkomandazzjonijiet previsti fir-regolament propost.

Emenda 4

Il-premessa 50 tar-regolament propost

“(50)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tad-dettalji li għandhom jiġu inklużi fin-notifika lill-AETS u fir-reġistru, u l-kriterji għad-deċiżjoni tal-AETS dwar l-eliġibbiltà għall-obbligu tal-ikklerjar, dwar il-livell limitu tal-informazzjoni u l-ikklerjar, dwar id-durata massima ta’ kuntratt, dwar il-likwidità, dwar il-kontenut minimu tar-regoli ta’ governanza, dwar id-dettalji taz-żamma tar-rekords, dwar il-kontenut minimu tal-pjan tal-kontinwità tal-operat u s-servizzi garantiti, dwar il-perċentwali u l-firxa ta’ żmien għar-rekwiżiti tal-marġini, dwar il-kundizzjonijiet estremi tas-suq, dwar il-kollateral likwidu ħafna u t-tnaqqis impost (haircuts), dwar l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna u l-limiti ta’ konċentrazzjoni, dwar id-dettalji tal-prestazzjoni tat-testijiet, dwar id-dettalji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ repożitorju tan-negozju għar-reġistrazzjoni mal-AETS, dwar il-multi u dwar id-dettalji dwar l-informazzjoni li repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli, kif imsemmi f’dan ir-Regolament. Meta tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tuża l-kompetenza tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti (AETS, ABE, AEAPX). Fid-dawl tal-kompetenza tal-AETS rigward kwistjonijiet dwar titoli u s-swieq tat-titoli, l-AETS għandu jkollha rwol ċentrali fl-għoti ta' pariri lill-Kummissjoni dwar it-tħejjija tal-atti delegati. Madankollu, fejn xieraq, l-AETS għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.”

“(50)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tad-dettalji li għandhom jiġu inklużi fin-notifika lill-AETS u fir-reġistru, u l-kriterji għad-deċiżjoni tal-AETS dwar l-eliġibbiltà għall-obbligu tal-ikklerjar, dwar il-livell limitu tal-informazzjoni u l-ikklerjar, dwar id-durata massima ta’ kuntratt, dwar il-likwidità, dwar il-kontenut minimu tar-regoli ta’ governanza, dwar id-dettalji taz-żamma tar-rekords, dwar il-kontenut minimu tal-pjan tal-kontinwità tal-operat u s-servizzi garantiti, dwar il-perċentwali u l-firxa ta’ żmien għar-rekwiżiti tal-marġini, dwar il-kundizzjonijiet estremi tas-suq, dwar il-kollateral likwidu ħafna u t-tnaqqis impost (haircuts), dwar l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna u l-limiti ta’ konċentrazzjoni, dwar id-dettalji tal-prestazzjoni tat-testijiet, dwar id-dettalji li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ repożitorju tan-negozju għar-reġistrazzjoni mal-AETS, dwar il-multi u dwar id-dettalji dwar l-informazzjoni li repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli, kif imsemmi f’dan ir-Regolament. Meta tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tuża l-kompetenza tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej rilevanti (AETS, ABE, AEAPX). Fid-dawl tal-kompetenza tal-AETS rigward kwistjonijiet dwar titoli u s-swieq tat-titoli, u l-kompetenza tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tal-infrastrutturi tal-hlas, ikklerjar u pagament, l-AETS u membri tas-SEBĊ għandhom ikollhom rwol ċentrali fl-għoti ta' pariri lill-Kummissjoni dwar it-tħejjija tal-atti delegati. MadankolluBarra minn dan, fejn xieraq, l-AETS għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.”

Spjegazzjoni

Filwaqt li titqies il-kompetenza ta’ sorveljanza tal-membri tas-SEBĊ, kif preskritt fit-Trattat u fl-Istatut tas-SEBĊ u/jew kull liġi jew regolament nazzjonali fuq l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-BĊN, għandu jiġi żgurat li l-banek ċentrali jiġu involuti mill-qrib fit-twaqqif tal-istandards tekniċi regolatorji rilevanti, il-linji ta’ gwida u r-rakkomandazzjonijiet previsti fir-regolament propost. Dan jevita r-riskju tal-possibbiltà li standards regolatorji doppji jinħarġu separatament mill-BĊN u/jew il-BĊNi. Ikun ukoll iktar efficjenti għas-CCP regolata, billi jkollha tikkonforma biss ma’ sett wieħed ta’ regoli.

Emenda 5

Definizzjoni ġdida tiddaħħal fl-Artikolu 2

L-ebda test bħalissa

“ ‘sorveljanti kompetenti’ tfisser membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li jagħmlu s-sorveljanza ta’ CCP jew repożitorju ta’ tranżazzjonijiet partikolari;”

Spjegazzjoni

Il-kliem “sorveljanti kompetenti” jiċċara li l-membri tas-SEBĊ li jissorveljaw CCP jew RT partikolari, skont il-każ, ser jaqdu l-funzjonijiet stabiliti fir-regolament propost.

Emenda 6

Definizzjoni ġdida tiddaħħal fl-Artikolu 2

L-ebda test bħalissa

“ ‘bank ċentrali tal-ħruġ’ tfisser il-bank ċentrali fi ħdan l-Unjoni li joħroġ munita użata fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ikklerjati minn CCP jew reġistrata minn repożitorju tat-tranżazzjonijiet;”

Spjegazzjoni

Il-bank ċentrali tal-ħruġ huwa l-bank ċentrali li joħroġ il-munita kklerjata minn CCP u rreġistrata minn RT, li mhuwiex necessarjament l-istess bħall-bank ċentrali li jwettaq is-sorveljanza.

Emenda 7

L-Artikolu 4(5) tar-regolament propost

“5.   L-AETS għandha, fuq l-inizjattiva tagħha stess u b’konsultazzjoni mal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku (BERS), tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ kuntratti ta’ derivati li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru pubbliku tagħha, iżda li għalihom l-ebda CCP tkun għadha ma rċeviet awtorizzazzjoni.”

“5.   L-AETS għandha, fuq l-inizjattiva tagħha stess u b’konsultazzjoni mal-membri tas-SEBĊ u mal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku (BERS), tidentifika u tinnotifika lill-Kummissjoni l-klassijiet ta’ kuntratti ta’ derivati li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru pubbliku tagħha, iżda li għalihom l-ebda CCP tkun għadha ma rċeviet awtorizzazzjoni.”

Spjegazzjoni

Minħabba l-importanza sistemika tal-identifikazzjoni tal-klassijiet ta’ kuntratti ta’ derivati li jiġu inklużi fir-reġistru pubbliku tal-AETS bl-approċċ minn isfel għal fuq, il-membri tal-SEBĊ għandhom ikunu kkonsultati fuq dawn l-inklużjonijiet.

Emenda 8

L-Artikolu 4(6) tar-regolament propost

“6.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li gej:

[…]

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“6.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li gej:

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Minħabba r-rwol u r-responsabbiltajiet statutorj tagħhom fil-qasam tas-sorveljanza, il-membri tas-SEBĊ għandhom jaħdmu mill-qrib mal-AETS fil-proċess biex jiġu ddeterminati l-istandards regolatorji għall-eliġibbiltà ta’ derivati soġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

Emenda 9

L-Artikolu 6(4) tar-regolament propost.

“4.   Is-setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina d-dettalji u t-tipi ta’ rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-klassijiet differenti tad-derivati.

Dawk ir-rapporti għandu jkun fihom mill-inqas:

(a)

il-partijiet fil-kuntratt u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li joħorgu minnhom għandhom ikunu identifkati b’mod xieraq;

(b)

il-karatteristici ewlenin tal-kuntratt, inklużi t-tip, l-element sottostanti, il-maturità u l-valur nozzjonali jiġu rrappurtati.

[…]

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“4.   Is-setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina d-dettalji u t-tipi ta’ rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-klassijiet differenti tad-derivati.

Dawk ir-rapporti għandu jkun fihom mill-inqas:

(a)

il-partijiet fil-kuntratt u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li joħorgu minnhom għandhom ikunu identifkati b’mod xieraq;

(b)

il-karatteristici ewlenin tal-kuntratt, inklużi t-tip, l-element sottostanti, il-maturità u l-valur nozzjonali jiġu rrappurtati.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ tandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa tal-fehma illi s-sistema ta’ rappurtar għandha titwaqqaf b’tali mod li tippermetti li l-informazzjoni miġbura tintuża għall-għanijiet multipli u b’mod partikolari biex issostni l-funzjoni statistika tas-SEBĊ. Dan għandu jippermetti lir-regolaturi li jimmoniterjaw l-iżviluppi u ssir verifika ta’ dawn l-iżviluppi mal-informazzjoni maħżuna f’databases oħrajn, biex b’hekk tkun tista’ ssir analiżi tal-istabbiltà finanzjarja u tar-riskju sistemiku f’waqtha. Għal dan l-iskop, huwa imporanti wkoll li jsir progress biex jiġi żgurat li tista’ ssir referenza għal kull kontroparti OTC b’identifikatur ta’ entità uniku skont standard miftieħem, li jiżgura wkoll l-interoperabbiltà ta’ databases eżistenti.

Emenda 10

L-Artikolu 10(1) tar-regolament propost

“1.   Meta CCP, li tkun persuna ġuridika stabilita fl-Unjoni u jkollha aċċess għal likwidità adegwata, ikollha l-intenzjoni li twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha, hi għandha tapplika għal awtorizzazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabilita.

Tali likwidità tista’ tirriżulta minn aċċess għal likwidità ta’ bank ċentrali jew għal-likwidità ta’ bank kummercjali ta’ sodezza kreditizja u affidabbiltà, jew taħlita tat-tnejn. Aċċess għal-likwidità jista’ jirriżulta minn awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE jew arranġamenti xierqa oħra.”

“1.   Meta CCP, li tkun persuna ġuridika stabilita fl-Unjoni u jkollha aċċess għal likwidità adegwata, ikollha l-intenzjoni li twettaq is-servizzi u l-attivitajiet ta’ CCP, hi għandha tapplika għal awtorizzazzjoni - minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament

.”

Spjegazzjoni

Kif spjegat f’iktar dettal hawn fuq, filwaqt li l-BĊE jikkunsidra li l-flus tal-bank ċentrali huma s-sors l-iktar sigur ta’ likwidità għall-finijiet ta’ pagament f’kontanti, jenfasizza li l-faċilitajiet ta’ bank ċentrali mhumiex indikati per se biex jissodisfaw il-bżonnijiet tan-negozju ta’ infrastrutturi tas-suq. Għaldaqstant, huma l-banek ċentrali li għandhom jiddeterminaw għalihom innifishom liema faċilitajiet jixtiequ joffru lis-CCPs u infrastrutturi tas-suq oħrajn, u taħt liema termini u kundizzjonijiet. Fl-istess ħin, huwa importanti għal ragunijiet ta’ riskju sistemiku li tinżamm ir-referenza għal “aċċess għal likwidità adegwata” bħala parti mir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni (li tkompli).

Emenda 11

Thassir tal-Artikolu 10(5) tar-regolament propost.

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għal-likwidità adegwata msemmija fil-paragrafu 1.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli [7 sa 7d] tar-Regolament …/… [Regolament AETS].

L-ABE għandha, b’konsultazzjoni mal-AETS, tissottometti abbozz lill-Kummissjoni għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“   

[

Spjegazzjoni

Bħala konsegwenza tal-emenda 10 aktar ‘il fuq, bil-propsota tat-tħassir tar-referenza għal “aċċess għal likwidità adegwata”, il-kontenut tal-Artikolu 10(5) fuq l-iffissar ta’ standards tekniċi regolatorji ikollu jitressaq post iehor fir-regolament propost (ara l-emenda 33 iktar ’l isfel).

Emenda 12

L-Artikolu 12(3) tar-regolament propost.

“3.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kapital, il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ CCP imsemmija fil-paragrafu 2.

[…]

L-AETS għandha, b’konsultazzjoni mal-ABE, tissottometti abbozz lill-Kummissjoni għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“3.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kapital, il-qligħ miżmum u r-riżervi ta’ CCP imsemmija fil-paragrafu 2.

[…]

L-AETS, għandha f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, u b’konsultazzjoni mal-ABE, tissottometti abbozz lill-Kummissjoni għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Livell adegwat ta’ rekwiżiti kapitali inizjali u kontinwu huwa ta’ importanza essenzjali għall-istabbiltà finanzjarja. F’dan ir-rigward, il-membri tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti fl-iżvilupp ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati iktar il-prinċipji ta’ livell għoli li diġà hemm fir-regolament propost.

Emenda 13

L-Artikolu 13(1) tar-regolament propost

“1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabiliti f’dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti adottati skont id-Direttiva 98/26/KE, u b’segwitu tal-opinjoni pożittiva konġunta tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 15 u l-opinjoni tal-AETS.”

“1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta tkun kompletament sodisfatta li s-CCP applikanti tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabiliti f’dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti adottati skont id-Direttiva 98/26/KE, u b’segwitu tal-opinjoni pożittiva konġunta tal-kulleġġ imsemmija fl-Artikolu 15 u l-opinjoni tal-AETS u, jekk ipprovdut, l-opinjoni tas-sorveljanti kompetenti u l-banek ċentrali tal-ħruġ.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ għandhom ikunu riflessi wkoll fir-rigward tal-għoti jew iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni CCP. F’dan ir-rigward, awtorità kompetenti m’għandhiex tagħti awtorizzazzjoni biss abbażi tal-konformità ta’ rikorrent mar-rekwiżiti taht ir-regolament propost imma abbażi wkoll tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti ta’ sorveljanza rilevanti. Għal din ir-raguni, kemm il-BĊE kif ukoll il-BĊNi għandhom jipprovdu opinjoni fuq awtorizzazzjonijiet mitlubin.

Emenda 14

L-Artikolu 14(1) tar-regolament propost

“1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabiliment ta’ CCP għandha twaqqaf u tippresjedi kulleġġ li jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 10, 11, 46 u 48.

Il-kulleġġ għandu jikkonsisti minn:

[…]

(f)

l-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-CCP u l-banek ċentrali tal-ħruġ tal-izjed muniti rilevanti tal-istrumenti finanzjarji kklerjati.”

“1.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabiliment ta’ CCP għandha twaqqaf u tippresjedi kulleġġ li jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 10, 11, 46 u 48.

Il-kulleġġ għandu jikkonsisti minn:

[…]

(f)

is-sorveljanti kompetenti; u

(g)

il-banek central tal-ħruġ tal-izjed muniti rilevanti tal-istrumenti finanzjarji kklerjati.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ għandhom ikunu riflessi mhux biss fl-għoti jew fiċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni CCP, imma wkoll, pereżempju, fl-attivitajiet l-oħra tal-kulleġġ bħal testijiet tal-istress u l-valutazzjoni tal-arranġamenti tal-interoperabbiltà. F’dan ir-rigward, użu konsistenti tat-terminologija hija proposta skont l-emenda 5 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li mhux biss il-banek ċentrali tal-ħruġ huma rappreżentati fil-kulleġġ imma wkoll il-banek ċentrali ta’ sorveljanza, li jistgħu ma jkunux l-istess.

Emenda 15

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-regolament propost

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas fuq bażi annwali, jirrevedu l-arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi implimentati minn CCP fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u jevalwaw is-suq, ir-riskji operazzjonali u tal-likwidità li għalihom is-CCP tkun, jew tista’ tkun, esposta.”

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ sorveljanti kompetenti u l-bank central tal-ħruġ, mill-inqas fuq bażi annwali, jirrevedu l-arranġamenti, strateġiji, proċessi u mekkaniżmi implimentati minn CCP fir-rigward tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u jevalwaw is-suq, ir-riskji operazzjonali u tal-likwidità li għalihom is-CCP tkun, jew tista’ tkun, esposta.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ bħala sorveljanti u banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jiġu riflessi fir-reviżjoni kontinwa tal-attivitajiet ta’ CCPs mhux awtorizzati wkoll sabiex jiġi evitat li CCPs jiġu reveduti separatament minn supervizuri u sorveljanti.

Emenda 16

L-Artikolu 18(1) tar-regolament propost

“1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni, supervizjoni u sorveljanza tas-CCPs stabiliti fit-territorju tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS bihom.

Meta Stat Membru jaħtar izjed minn awtorità kompetenti waħda, għandu b’mod ċar jiddetermina r-rwoli rispettivi u għandu jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra skont l-Artikoli 19 sa 22.”

“1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni, u supervizjoni tas-CCPs stabiliti fit-territorju tiegħu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-AETS bihom.

Meta Stat Membru jaħtar izjed minn awtorità kompetenti waħda, għandu b’mod ċar jiddetermina r-rwoli rispettivi u għandu jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-AETS, is-sorveljanti kompetenti, il-banek ċentrali tal-ħruġ u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra skont l-Artikoli 19 sa 22.

Il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ sorveljanza kif stabilita fl-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ, u/jew kwalunkwe liġi nazzjonali u regolament li jirregolaw il-kompetenzi ta’ sorveljanza tal-BĊNi.

Spjegazzjoni

L-emenda proposta għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-regolament propost hija intiża biex tiġi evitata l-impressjoni li kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti responsabbli biex twettaq l-obbligi li jirriżultaw mir-regolament propost fil-qasam ta’ sorveljanza għar-ragunijiet li gejjin:

L-ewwel, it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ diġà jagħtu poter lill-BĊE u lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro biex jagħmlu s-sorveljanza; fil-każ ta’ BĊNi, liġijiet jew regolamenti nazzjonali jistgħu jidduplikaw jew jissupplimentaw wkoll dawn is-setgħat. Fil-każ ta’ BĊNi ta’ Stati Membri li għadhom ma daħħlux l-euro, l-kompetenza tal-bank ċentrali biex jagħmel sorveljanza hija stabilita fil-liġijiet u regolamenti nazzjonali. Biex dan jiġi ċċarat, il-BĊE jipproponi li jiżdied it-tielet subparagrafu li jirriferi għall-bażi legali applikabbli għall-kompetenzi ta’ sorveljanza tal-banek ċentrali.

It-tieni, ir-regolament propost ma jimponix u m’għandu jimponi l-ebda obbligu ta’ sorveljanza fuq il-membri tas-SEBĊ. Għaldaqstant, m’hemmx għalfejn issir referenza għall-proċess ta’ ħatra tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta' sorveljanza.

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-regolament propost dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni meta tinħatar iktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa wkoll mehtieg li ssir referenza għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-banek ċentrali rilevanti.

Emenda 17

L-Artikolu 19(1) tar-regolament propost

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-AETS.”

“1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-AETS, u mal-membri tas-SEBĊ.

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi fl-obbligu għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet.

Emenda 18

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(4) tar-regolament propost

“4.   Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx iżommu lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali rilevanti milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikabbli għal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu, fondi ta’ pensjoni, impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (‘UCITS’), maniġers ta’ fondi tal-investiment alternattiv (‘AIFM’), intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni, swieq regolati jew operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew xi awtorità jew korp iehor jew persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkomunikat l-informazzjoni.”

“4.   Madankollu, dawk il-kundizzjonijiet ma għandhomx iżommu lill-AETS, l-awtoritajiet kompetenti, is-sorveljanti kompetenti u l-banek ċentrali tal-ħruġ milli jiskambjaw jew jittrażmettu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra applikabbli għal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu, fondi ta’ pensjoni, impriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (‘UCITS’), maniġers ta’ fondi tal-investiment alternattiv (‘AIFM’), intermedjarji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni, swieq regolati jew operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew xi awtorità jew korp iehor jew persuna fiżika jew ġuridika li tkun ikkomunikat l-informazzjoni.”

Spjegazzjoni

L-ezenzjoni għall-awtoritajiet rilevanti fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali jkollha tkopri wkoll il-membri tas-SEBĊ minħabba r-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tagħhom bħala sorveljanti, bħala banek ċentrali tal-ħruġ u biex jissodisfaw il-funzjoni statistika tagħhom kif jintqal fl-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ.

Emenda 19

L-Artikolu 21(4) tar-regolament propost

“4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.”

“4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lis-sorveljanti kompetenti, lill-banek ċentrali tal-ħruġ u l-BERS fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.”

Spjegazzjoni

Huwa importanti li l-membri tas-SEBĊ li jwettqu r-rwoli tagħhom ta’ sorveljanti, bħala l-banek ċentrali tal-ħruġ u fir-rigward tal-funzjoni statistika tagħhom, li tista’ taqa’ fuq membri tas-SEBĊ differenti, jirċievu informazzjoni rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom mill-awtoritajiet kompetenti. Fuq l-istess linja, il-BERS għandu jirċievi wkoll informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu filwaqt li jikkunsidra l-mandat tiegħu u r-rilevanza sistemika tas-CCPs.

Emenda 20

L-Artikolu 22 tar-regolament propost

“L-awtorità kompetenti jew kwalunkwe awtorità oħra għandha tinforma lill-AETS, il-kulleġġ u awtoritajiet rilevanti oħra mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza marbuta ma’ CCP, inkluż l-iżviluppi fi swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn is-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha jkun stabilit.”

“L-awtorità kompetenti jew kwalunkwe awtorità oħra għandha tinforma lill-AETS, is-sorveljanti kompetenti, u l-banek ċentrali tal-ħruġ, il-kulleġġ u awtoritajiet rilevanti oħra mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza marbuta ma’ CCP, inkluż l-iżviluppi fi swieq finanzjarji, li jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn is-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklerjar tagħha jkun stabilit.”

Spjegazzjoni

Huwa importanti li l-membri tas-SEBĊ li jwettqu r-rwoli tagħhom bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ jirċievu informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza minħabba l-obbligi statutorji tagħhom marbutin ma’ dawk ir-rwoli.

Emenda 21

L-Artikolu 23(2) tar-regolament propost

“2.   L-AETS għandha tirrikonoxxi CCP minn pajjiż terz, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li gejjin:

[…]

(c)

ikunu gew stabiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni fil-paragrafu 4.”

“2.   L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tirrikonoxxi CCP minn pajjiż terz, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li gejjin:

[…]

(c)

ikunu gew stabiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni fil-paragrafu 4.;

(d)

il-liġijiet applikabbli fil-ġurisdizzjoni tas-CCP tal-pajjiż terz jiżguraw ir-reciprocità fir-rigward tas-CCPs mill-Unjoni.

Spjegazzjoni

Il-BĊE jikkunsidra li deċiżjoni biex CCPs ta’ pajjiż terz jiġu rrikonoxxuti għandha tittieħed f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ sabiex jiġi żgurat li kull tħassib fuq is-sorveljanza ta’ bank ċentrali u l-politika li jirrigwardaw, pereżempju, il-likwidità u l-ġestjoni tar-riskju jkunu riflessi b’mod adegwat.

Barra minn dan, il-BĊE jipproponi li tiddaħħal ir-raba' kundizzjoni li suggetti għaliha l-liġijiet applikabbli fil-ġurisdizzjoni tas-CCP ta’ pajjiż terz jiżguraw ir-reciprocità għas-CCPs mill-Unjoni, li jixtiequ jipprovdu servizzi f’dak l-Istat terz.

Emenda 22

L-Artikolu 23(3) tar-regolament propost

“3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta Deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 69(2), li tiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li dawn is-CCPs ikunu soġġetti għal supervizjoni effettiva u infurzar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa.”

“3.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta Deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 69(2), u abbażi ta’ opinjoni konġunta mill-AETS, il-membri tas-SEBĊ u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li tiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li s-CCPs awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li dawn is-CCPs ikunu soġġetti għal supervizjoni, sorveljanza u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa.”

Spjegazzjoni

Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li CCPs awtorizzati hemmhekk jikkonformaw mar-rekwiżiti vinkolanti ekwivalenti tal-Unjoni, għandha tiġi adottata biss abbażi ta’ opinjoni konġunta mill-AETS, il-membri tas-SEBĊ li jaqdu r-rwoli tagħhom bħala sorveljanti u l-banek ċentrali tal-ħruġ u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Emenda 23

L-Artikolu 23(4) tar-regolament propost

“4.   L-AETS għandha tistabilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom gew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 3. […]”

“4.   L-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ sorveljanti kompetenti u l-bank ċentrali tal-ħruġ, tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 3. […]”

Spjegazzjoni

Huwa importanti li membri tas-SEBĊ li jaqdu r-rwoli tagħhom bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ ikunu involuti fit-twaqqif ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi biex jiżguraw kopertura xierqa ta’ u kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ sorveljanza.

Emenda 24

L-Artikolu 24(9) tar-regolament propost

“9.   Jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tar-regoli u l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafi (1) sa (8).

[…]

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“9.   Jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tar-regoli u l-arranġamenti ta’ governanza msemmija fil-paragrafi (1) sa (8).

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għadhom ikunu riflessi wkoll fl-osservanza tal-istandards tekniċi regolatorji fuq dispożizzjonijiet generali applikabbli għas-CCPs.

Emenda 25

L-Artikolu 27(3) u (5) tar-regolament propost

“3.   CCP għandha tagħmel ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet ta’ kuntratti klerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-tranżazzjonijiet, disponibbli lill-awtorità kompetenti u lill-AETS meta mitluba.

[…]

5.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-format tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm.

L-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-[Artikolu 7e] tar-Regolament …/… [Regolament AETS].

L-AETS għandha tissottometti abbozzi dwar dawk l-istandards tekniċi regolatorji tal-implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“3.   CCP għandha tagħmel ir-rekords u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-informazzjoni kollha dwar il-pożizzjonijiet ta’ kuntratti klerjati, irrispettivament mill-post fejn ikunu twettqu t-tranżazzjonijiet, disponibbli lill-awtorità kompetenti, lill-AETS, is-sorveljanti kompetenti u l-banek ċentrali tal-ħruġ meta mitluba.

[…]

5.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-format tar-rekords u l-informazzjoni li għandha tinżamm.

L-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-[Artikolu 7e] tar-Regolament …/… [Regolament AETS].

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Is-CCPs għandhom jagħmlu rekords u informazzjoni disponibbli, wara talba, ukoll lill-membri tas-SEBĊ li jaqdu r-rwoli tagħhom bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ minħabba l-obbligi statutorji tagħhom relatati ma’ dawk ir-rwoli.

Emenda 26

L-Artikolu 32(2) tar-regolament propost

“2.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw il-kontenut minimu tal-pjan ta’ kontinwità tal-operat u l-livell minimu tas-servizzi li l-pjan ta’ rkupru minn dizastru għandu jiggarantixxi.

[…]

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“2.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw il-kontenut minimu tal-pjan ta’ kontinwità tal-operat u l-livell minimu tas-servizzi li l-pjan ta’ rkupru minn dizastru għandu jiggarantixxi.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji ta’ membri tas-SEBĊ fil-qasam ta’ sorveljanza għandhom ikunu riflessi wkoll fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut minimu tal-pjan ta’ kontinwità tan-negozju u l-livell minimu ta’ servizzi li l-pjan ta’ rkupru ta’ disastru għandu jiggarantixxi.

Emenda 27

Tħassir tal-Artikolu 37(5) tar-regolament propost

“5.   Ir-rekwiżiti stabiliti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jipprevalixxu fuq kwalunkwe liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kunfliġġenti tal-Istati Membri li jżommu lill-partijiet milli josservawhom.”

“   ”

Spjegazzjoni

Id-dritt sekondarju tal-Unjoni jipprevali fuq id-dritt nazzjonali sakemm ma jintweriex li ma teżisti l-ebda kompetenza tal-Unjoni f’dan ir-rigward. Id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri fuq id-dritt privat, id-dritt dwar l-insolvenza u regoli oħrajn dwar l-oqsma tad-dritt ma jingħatawx lill-Unjoni, u għaldaqstant mhuwiex legalment fattibbli li b’mod generali tiġi injorata l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Emenda 28

L-Artikolu 39(5) tar-regolament propost

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-perċentwal xieraq u l-firxa taz-żmien, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji.

[…]

L-AETS, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-perċentwal xieraq u l-firxa taz-żmien, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta’ strumenti finanzjarji.

[…]

L-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji ta’ membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom ikunu riflessi wkoll fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw rekwiżiti ta’ marġini.

Emenda 29

L-Artikolu 40(2) tar-regolament propost

“2.   CCP għandha tistabilixxi d-daqs minimu tal-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u l-kriterji għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-ikklerjar singoli. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonali mal-iskoperturi ta’ kull membru tal-ikklerjar, sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza tal-inqas jippermettu li s-CCP tkun tiflaħ l-inadempjenza tal-membru tal-ikklerjar li għalih ikollha l-ikbar skoperturi jew tat-tieni jew it-tielet l-ikbar membru tal-ikklerjar, jekk is-somma tal-iskoperturi tagħhom tkun ikbar.”

“2.   CCP tista’ tistabilixxi iktar minn-fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet ta’ strumenti differenti li tikklerja..”

Spjegazzjoni

Ir-regolament propost għandu jkun konsistenti max-xogħol li jkun għaddej tas-CPSS-IOSCO. Għal dan il-għan, ir-regolament propost għandu jiffoka fuq prinċipji ta’ livell għoli u jalloka r-responsabbiltà tal-iżvilupp tal-istandards tekniċi lill-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ (ara wkoll l-emenda 30 hawn isfel).

Emenda 30

L-Artikolu 40(3) tar-regolament propost

“3.   CCP tista’ tistabilixxi izjed minn fond tal-inadempjenza wieħed għall-klassijiet differenti ta’ strumenti li tikklerja.”

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli [7 sa 7d] tar-Regolament …/… [Regolament AETS].

“3.   . Jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji ta’ fondi ta’ inadempjenza msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

L-AETS, b’konsultazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.

Spjegazzjoni

Kif ġie nnutat hawn fuq, ir-regolament propost għandu jkun konsistenti max-xogħol li jkun għaddej tas- CPSS-IOSCO. Għal dan il-għan, ir-regolament propost għandu jiffoka fuq prinċipji ta’ livell għoli u jalloka r-responsabbiltà tal-iżvilupp tal-istandards tekniċi lill-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ.

Emenda 31

L-Artikolu 41(2) tar-regolament propost

“2.   CCP għandha tiżviluppa xenarji ta’ kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli, li jinkludu l-izjed perjodi volatili li jkunu gew esperjenzati mis-swieq li għalihom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha. Il-fond tal-inadempjenza msemmi fl-Artikolu 40 u r-rizorsi finanzjarji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom f’kull ħin jippermettu li s-CCP tkun tiflaħ għall-inadempjenza taz-żewġ membri tal-ikklerjar li lejhom ikollha l-ikbar skoperturi u għandhom jippermettu lis-CCP li tkun tiflaħ bejgħ għall-għarrieda ta’ rizorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-likwidità tas-suq.”

“2.    Il-fond tal-inadempjenza msemmi fl-Artikolu 40 u r-rizorsi finanzjarji l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom f’kull ħin jippermettu li s-CCP tkun tiflaħ għall-telf potenzjali f’kundizzjonijiet estremi imma plawżibbli. CCP għandha tiżviluppa xenarji ta’ dawn il-kundizzjonijiet tas-suq estremi imma plawżibbli.”

Spjegazzjoni

Kif ġie innutat hawn fuq, ir-regolament propost għandu jkun konsistenti max-xogħol li jkun għaddej tas-CPSS-IOSCO. Għal dan il-għan, ir-regolament propost għandu jiffoka fuq prinċipji ta’ livell għoli u jalloka r-responsabbiltà tal-iżvilupp tal-istandards tekniċi lill-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ (ara l-emenda 33 hawn taht).

Emenda 32

L-Artikolu 41(3) tar-regolament propost

“3.   CCP għandha tikseb il-linji tal-kreditu meħtieġa jew arranġamenti simili sabiex tkopri l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha f’każ li r-rizorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha ma jkunux disponibbli minnufih. Kull membru tal-ikklerjar, impriża prinċipali jew sussidjarja tal-membru tal-ikklerjar ma jistgħux jipprovdu izjed minn 25 fil-mija tal-linji tal-kreditu meħtieġa mis-CCP.”

“3.   CCP għandha tkejjel fuq bażi ta’ kuljum il-ħtiġijiet tal-likwidità potenzjali. CCP għandha f’kull ħin ikollha aċċess għal likwidità adegwata biex twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha. Għal dak l-iskop, CCP għandha tikseb il-linji tal-kreditu meħtieġa jew arranġamenti simili sabiex tkopri l-bżonnijiet ta’ likwidità tagħha f’każ li r-rizorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħha ma jkunux disponibbli minnufih. Kull membru tal-ikklerjar, impriża prinċipali jew sussidjarja tal-membru tal-ikklerjar ma jistgħux jipprovdu izjed minn 25 fil-mija tal-linji tal-kreditu meħtieġa mis-CCP.”

Spjegazzjoni

Biex jiġi żgurat l-allinjament max-xogħol għaddej tas-CPSS-IOSC, għandha tiddaħħal referenza għall-kalkolu ta’ kuljum tas-CCP tal-bżonnijiet ta’ likwidità potenzjali tagħhom flimkien ma’ referenza li tiżgura d-disponibbiltà tas-CCP ta’ likwidità adegwata.

Emenda 33

L-Artikolu 41(5) tar-regolament propost

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet estremi msemmija fil-paragrafu 2 li s-CCP għandha tkun tiflaħ għalihom.

[…]

L-AETS, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet estremi msemmija fil-paragrafu 2 li s-CCP għandha tkun tiflaħ għalihom u l-kriterji għal likwidità adegwata msemmija fil-paragrafu 3.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u f’konsultazzjoni mal-ABE għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Bħala konsegwenza tal-emendi 11 u 32 ta’ hawn fuq, l-Artikolu 41(5) tar-regolament propost għandu jiġi emendat biex jiżgura li l-istandards tekniċi regolatorji jiġu żviluppati, u dan għandu jseħħ f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ.

Emenda 34

L-Artikolu 42(2) tar-regolament propost

“2.   Meta l-marġini li ddaħħlu mill-membru tal-ikklerjar inadempjenti ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-telf imgarrab mis-CCP, is-CCP għandha tuża l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tal-membru tal-inadempjenza biex tkopri dan it-telf.

3.   CCP għandha tuża biss il-kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza u kontribuzzjonijiet oħra tal-membri tal-ikklerjar mhux tal-inadempjenza wara li tkun ezawrixxiet il-kontribuzzjonijiet tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti u, fejn rilevanti, il-fondi tas-CCP stess imsemmija fl-Artikolu 41(1).

4.   CCP ma għandhiex tkun permessa li tuża l-marġini li ddaħħlu minn membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti biex tkopri t-telf riżultanti mill-inadempjenza ta’ membru tal-ikklerjar wieħed.”

“2.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għal-likwidità adegwata msemmija fil-paragrafu 1.

L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont [l-Artikoli [7 sa 7d] tar-Regolament …/… [Regolament AETS].

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012..

3.   

4.   ”

Spjegazzjoni

Kif ġie nnutat hawn fuq, ir-regolament propost għandu jkun konsistenti max-xogħol li jkun għaddej tas-CPSS-IOSCO. Għal dan il-għan, ir-regolament propost għandu jiffoka fuq prinċipji ta’ livell għoli u jalloka r-responsabbiltà tal-iżvilupp tal-istandards tekniċi lill-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ.

Emenda 35

L-Artikolu 43(3) tar-regolament propost

“3.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna u t-tnaqqis impost imsemmija fil-paragrafu 1.

[…]

L-AETS, b’konsultazzjoni mas-SEBĊ u l-ABE, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“3.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta’ kollateral li jista’ jitqies bħala likwidu ħafna u t-tnaqqis impost imsemmija fil-paragrafu 1.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, u b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi lill-Kummissjoni għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza huma riflessi diġà fl-Artikolu 43(3) tar-regolament propost dwar l-elaborazzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ħtiġijiet ta’ kollateral. Madankollu, billi s-SEBĊ m’għandhiex personalità legali, “SEBĊ” għandha tinbidel b’“membri tas-SEBĊ”.

Emenda 36

L-Artikolu 44(5) tar-regolament propost

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna msemmija fil-paragrafu 1 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

[…]

L-AETS, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“5.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-istrumenti finanzjarji likwidi ħafna msemmija fil-paragrafu 1 u l-limiti ta’ konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u b’konsultazzjoni mas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jinħarġu fuq politika ta’ investiment applikabbli għas-CCPs.

Emenda 37

L-Artikolu 45(3) tar-regolament propost

“3.   Is-CCP għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinforma lill-awtorità responsabbli għas-supervizjoni tal-membru tal-ikklerjar inadempjenti meta s-CCP tqis li l-membru tal-ikklerjar mhux se jkun kapaċi li jissodisfa l-obbligi futuri tiegħu u meta s-CCP jkollha l-intenzjoni li tiddikjara l-inadempjenza tiegħu.”

“3.   Is-CCP għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tinforma lill-awtorità responsabbli għas-supervizjoni tal-membru tal-ikklerjar, flimkien mas-sorveljanti kompetenti u l-bank ċentrali tal-ħruġ rilevanti, meta s-CCP tqis li l-membru tal-ikklerjar mhux se jkun kapaċi li jissodisfa l-obbligi futuri tiegħu u meta s-CCP jkollha l-intenzjoni li tiddikjara l-inadempjenza tiegħu.”

Spjegazzjoni

Minħabba r-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza u bħala banek ċentrali tal-ħruġ, l-obbligu tal-informazzjoni dwar membri tas-CCPs tal-ikklerjar f’inadempjenza, li l-awtorità kompetenti huwa mahsub li jkollha taħt l-Artikolu 45(3) tar-regolament propost fir-rigward tas-supervizuri, għandu jiġi estiż biex ikorpi wkoll membri tas-SEBĊ li jwettqu r-rwoli msemmijin iktar ’il fuq.

Emenda 38

L-Artikolu 46(4) tar-regolament propost

“4.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li gej:

[…]

L-AETS, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“4.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li gej:

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, u b’konsultazzjoni mas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi fuq dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jinħarġu fuq mudelli ta’ reviżjoni, ittestjar tal-istress u ittestjar b’lura applikabbli għas-CCPs.

Emenda 39

L-Artikolu 50(3) tar-regolament propost

“3.   Fejn awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ma jkunux gew issodisfatti, hi għandha tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha tar-riskju għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u s-CCPs involuti. Ghandha wkoll tinnotifika lill-AETS, li għandha toħroġ opinjoni dwar il-validità effettiva tal-kunsiderazzjonijiet tar-riskju bħala bażi għal cahda ta’ arrangament tal-interoperabbiltà. L-opinjoni tal-AETS għandha tkun disponibbli għas-CCPs kollha involuti. Fejn il-valutazzjoni tal-AETS ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, din l-awtorità għandha tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-AETS.”

“3.   Fejn awtorità kompetenti tqis li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 ma jkunux gew issodisfatti, hi għandha tipprovdi spjegazzjonijiet bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tagħha tar-riskju għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra u s-CCPs involuti. Ghandha tinnotifika wkoll lill-AETS, lis-sorveljanti kompetenti u lill-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti u huma għandhom jiġu mistiedna joħorġu opinjonijiet separati li għandha tohrog opinjoni dwar il-validità effettiva tal-kunsiderazzjonijiet tar-riskju bħala bażi għal ċaħda ta’ arranġament tal-interoperabbiltà. L-opinjoni tal-AETS u l-opinjoni tas-sorveljanti kompetenti u tal-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti għandha tkun disponibbli għas-CCPs kollha involuti. Fejn il-valutazzjoni f’dawn l-opinjonijiet ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, din l-awtorità għandha tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha, filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-AETS, is-sorveljanti kompetenti u l-banek ċentrali tal-ħruġ rilevanti.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jiġu riflessi wkoll fl-osservanza tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-arranġamenti ta’ interoperabbiltà għas-CCPs.

Emenda 40

L-Artikolu 50(4) tar-regolament propost

“4.   Sat-30 ta’ Ġunju 2012, l-AETS għandha toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bil-għan li jiġu stabiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-arranġamenti tal-interoperabilità, skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament …/… [Regolament AETS]”

“4.   Sat-30 ta’ Ġunju 2012, l-AETS għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, toħroġ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet bl-għan li jiġu stabiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-arranġamenti tal-interoperabilità, skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament …/… [Regolament AETS]”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fl-osservanza tal-ħruġ ta’ linji gwida jew rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu stabiliti valutazzjonijiet konsistenti, effiċjenti u effettivi ta’ arranġamenti ta’ interoperabbiltà għas-CCPs.

Emenda 41

L-Artikolu 52(3) tar-regolament propost

“3.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mal-AETS msemmija fil-paragrafu 1.

[…]

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“3.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mal-AETS msemmija fil-paragrafu 1.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fl-adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet mal-AETS.

Emenda 42

L-Artikolu 52(4) tar-regolament propost

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mal-AETS.

[…]

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

“4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, qed jiġu kkonferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mal-AETS.

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fl-osservanza tal-adozzjoni ta’ standards ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet mal-AETS.

Emenda 43

L-Artikolu 60(1) tar-regolament propost

“1.   L-AETS għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

[…]”

“1.   L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

[…]”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fir-rigward tal-irtirar tar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet mill-AETS.

Emenda 44

L-Artikolu 63(4) tar-regolament propost

“4.   L-AETS għandha tistabilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew ikkunsidrati bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 3. Tali arranġamenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Unjoni jkollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom. Dawk l-arranġamenti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

[…]”

“4.   L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-oqfsa legali, ta’ sorveljanza u superviżorji tagħhom ikunu ġew ikkunsidrati bħala ekwivalenti għal dan ir-Regolament skont il-paragrafu 3. Tali arranġamenti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-Unjoni jkollhom aċċess immedjat u kontinwu għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom. Dawk l-arranġamenti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

[…]”

Spjegazzjoni

Huwa importanti li l-membri tas-SEBĊ jkunu involuti fit-twaqqif ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi biex tiġi żgurata kopertura xierqa ta’ u kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta’ sorveljanza fir-rigward tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet.

Emenda 45

L-Artikolu 67(2) tar-regolament propost

“2.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-entitajiet li gejjin:

(a)

AETS;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissuperviżjonaw l-impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rapportar taħt l-Artikolu 6;

(c)

l-awtorità kompetenti li tissuperviżjona s-CCPs li jaċċessaw ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;

(d)

il-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ.”

“2.   Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jagħmel l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-entitajiet li gejjin:

(a)

AETS;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti li jissuperviżjonaw l-impriżi soġġetti għall-obbligu tar-rapportar taħt l-Artikolu 6;

(c)

l-awtorità kompetenti li tissuperviżjona s-CCPs li jaċċessaw ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet;

(d)

is-sorveljanti kompetenti;

(e)

il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti l-iktar rilevanti tal-istrumenti finanzjarji rreġistrati;

(f)

il-membri tas-SEBĊ għat-twettiq tal-funzjoni statistika tagħhom;

(g)

il-BERS.

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fir-rwoli tagħhom bħala sorveljanti u bħala banek ċentrali tal-ħruġ, kif ukoll il-funzjoni statistika tagħhom, għandhom ikunu riflessi fir-rigward tat-trasparenza u d-disponibbiltà tad-data tar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, kif ġie indikat fil-kontribut tal-Eurosistema ta’ Settembru 2009 għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea fuq “Inizjattivi possibbli biex tissaħħah ir-reżistenza tas-swieq ta’ derivati OTC” (disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE fuq http://www.ecb.europea.eu), il-BĊE jikkunsidra r-repożitorji tat-tranżazzjonijiet bħala għodod essenzjali għat-titjib tal-proċeduri operattivi u t-trasparenza fis-swieq finanzjarji, speċjalment fir-rigward tas-swieq ta’ derivati OTC u, fejn ikun rilevanti, l-istrumenti sottostanti. B’mod partikolari, sa fejn repożitorji ta’ tranżazzjonijiet jiksbu kopertura komprensiva ta’ ċerti prodotti, huma jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet regolatorji u superviżorji u parteċipanti fis-suq finanzjarju b’ħarsa f’waqtha lejn l-akkumulazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ skoperturi fis-swieq rilevanti. B’dan il-mod, repożitorji tad-data ċentrali jista’ jkollhom rwol ukoll bħala fornituri ta’ informazzjoni, u sa fejn huwa possibbli f’formati paragunabbli u konsistenti mal-qafas statistiku tal-Unjoni li huma meħtiega biex l-awtoritjajiet rilevanti jkunu jistgħu jistabilixxu mekkaniżmu ta’ twissija bikrija għar-riskji finanzjarji emerġenti. Għal dawn ir-raġunijiet, il-BĊE jipproponi li jiżdied il-BERS mal-lista ta’ awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi li jirċievu l-informazzjoni meħtieġa mingħand repożitorji tat-tranżazzjonijiet.

Emenda 46

L-Artikolu 67(4) tar-regolament propost

“4.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi (1) u (2).

[…]

L-AETS għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa mhux izjed tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.”

“4.   Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi (1) u (2).

[…]

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards regolatorji tekniċi lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.”

Spjegazzjoni

Ir-rwol u r-responsabbiltajiet statutorji tal-membri tas-SEBĊ fil-qasam tas-sorveljanza għandhom jiġu riflessi wkoll fir-rigward tal-adozzjoni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tad-data li għandha tiġi ppubblikata mir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif ukoll informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-AETS u awtoritajiet rilevanti oħrajn, bħall-BERS, għall-eżerċizzju ta’ dmirijiethom.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jitħassar test.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/25


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6124 – Ferrovie dello Stato/Cube Transport/Arriva Deutschland)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 57/02

Fis-16 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6124. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/25


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6118 – Bain Capital Investors/IMCD)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 57/03

Fis-16 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6118. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/26


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Frar 2011

2011/C 57/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3667

JPY

Yen Ġappuniż

113,63

DKK

Krona Daniża

7,4554

GBP

Lira Sterlina

0,84584

SEK

Krona Żvediża

8,7870

CHF

Frank Żvizzeru

1,2844

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7515

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,495

HUF

Forint Ungeriż

272,73

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7045

PLN

Zloty Pollakk

3,9655

RON

Leu Rumen

4,2290

TRY

Lira Turka

2,1824

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3635

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3491

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6469

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8243

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7490

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 542,10

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,7640

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,9929

HRK

Kuna Kroata

7,4085

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 131,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,1691

PHP

Peso Filippin

59,704

RUB

Rouble Russu

39,9817

THB

Baht Tajlandiż

41,862

BRL

Real Brażiljan

2,2807

MXN

Peso Messikan

16,5583

INR

Rupi Indjan

61,8640


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/27


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2011/C 57/05

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' 2 euro maħsuba għaċ-ċirkulazzjoni u maħruġa mis-Slovenja

Muniti tal-euro intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jimmaniġaw il-muniti (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jinżammu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: Is-Slovenja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 anniversarju mit-twelid tal-eroj nazzjonali Franc Rozman-Stane

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xelluġ l-imaġni ta' Franc Rozman-Stane bi stilla b'ħames ponot fuq in-naħa t'isfel tal-munita. L-iskrizzjoni “SLOVENIJA” tissepara l-parti ta' fuq u ta' taħt fuq il-lemin tal-munita. Taħt l-iskrizzjoni hemm miktuba b'mod vertikali s-sena, “2011”. Fin-naħa ta' fuq, vertikalment taħt xulxin hemm l-iskrizzjonijiet “FRANC”, “ROZMAN”, “STANE” u orizzontalment is-snin “1911” u “1944”.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-tnax (12)-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Marzu 2011


(1)  Għall-uċuħ nazzjonali l-oħra tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni, ara http://ec.europa.eu/economy_finance/euro/cash/coins/index_en.htm

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ekonomiku u tal-Affarijiet Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkulazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/28


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2011/C 57/06

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Belġju

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika l-karatteristiċi tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha konċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 rigward dan is-suġġett (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn simboliku qawwi kommemorattiv fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Belġju

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 anniversarju tal-Ġurnata Internazzjonali tan-nisa

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita tippreżenta l-immaġni ta' Isala Van Diest, l-ewwel mara tabib Belġjana u ta' Marie Popolin, l-ewwel avukat Belġjana. L-ismijiet huma miktuba taħt l-immaġni madwar is-sena “2011”, u fuqhom jidhru s-simboli tal-professjonijiet korrispondenti tagħhom. Fuq l-immaġni, fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin rispettivament tal-indikazzjoni tal-pajjiż emittenti “BE”, tidher il-marka tal-Mastru taz-zekka u l-valuta legali.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-kwantità ta’ muniti maħruġin: 5 miljun munita

Data ta’ ħruġ: Marzu 2011


(1)  Għall-uċuħ nazzjonali l-oħra tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni, ara http://ec.europa.eu/economy_finance/euro/cash/coins/index_en.htm

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Rettifika

23.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/29


Rettifika għal Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 37 tal-5 ta’ Frar 2011 )

2011/C 57/07

F'paġna 16, l-ewwel kolonna, it-tieni każ:

minflok:

Għajnuna Nru: XA 210/10”,

aqra:

Għajnuna Nru: XA 201/10”.