|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.049.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 049/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6090 – PZ Cussons/Wilmar Africa Investments/JV) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
2011/C 049/02 |
||
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2011/C 049/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 049/04 |
||
|
2011/C 049/05 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku ( 1 ) |
|
|
2011/C 049/06 |
||
|
2011/C 049/07 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2011/C 049/08 |
||
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 049/09 |
||
|
|
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 049/10 |
||
|
2011/C 049/11 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2011/C 049/12 |
Għajnuna mill-Istat – il-Pajjiżi l-Baxxi (Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Għajnuna mill-Istat MC 10/09 – sejħa tal-ING għall-ibridu GHT1 ( 1 ) |
|
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6090 – PZ Cussons/Wilmar Africa Investments/JV)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 49/01
Fit-8 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6090. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/2 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-13 ta’ Diċembru 2010 u l-14 ta’ Frar 2011
li temenda il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew
2011/C 49/02
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
wara li kkunsidra l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta' Implimentazzjoni”) il-Bureau huwa meħtieġ, fejn hu xieraq, li jindiċizza l-ammont annwali tal-‘allowance’ għall-għajnuna parlamentari fuq il-bażi tal-indiċi komuni stabbilit mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej bi qbil mad-dipartimenti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri b'applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, stipulat fir-Regolament (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 (3). Dan l-irbit mal-indiċi għandu japplika b'effett retroattiv mix-xahar ta' Lulju tas-sena kkonċernata mill-indiċi. Din il-proċedura hija mfassla biex tiżgura li l-allowance tal-għajnuna parlamentari jibqa’ aġġornat mat-tibdil fis-salarji tal-assistenti akkreditati. Bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1190/2010 (4), il-Kunsill emenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 (5), billi qies is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-40/10 (6), u aġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi aġġustat l-allowance tal-għajnuna parlamentari kif suppost, sa mill-14 ta’ Lulju 2009. Bħala konsegwenza ta’ dik il-bidla, l-ammont miżjud tal-allowance tal-għajnuna parlamentari li kien hemm qbil dwaru fil-Baġit Emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (7) għandu jkun aġġustat ukoll, u ċ-ċifri l-ġodda għandhom japplikaw mill-istess data taż-żieda oriġinali, jiġifieri l-1 ta’ Mejju 2010. Bir-Regolament (UE) Nru 1239/2010 (8), il-Kunsill aġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi aġġustat l-allowance tal-għajnuna parlamentari kif suppost, sa mill-1 ta’ Lulju 2010. |
|
(2) |
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni jipprevedu wkoll li l-Bureau jista’ jindiċizza l-allowances tal-ivvjaġġar tal-Membri, l-allowance tal-ispejjeż ġenerali u l-allowance ta’ sussistenza, sa żieda massima ugwali għar-rata ta' inflazzjoni annwali fl-Unjoni Ewropea f'Ottubru tas-sena ta' qabel, kif ippublikat mill-Eurostat. Ir-rata ta’ inflazzjoni bejn l-1 ta’ Novembru 2009 u l-31 ta’ Ottubru 2010, kif ġie nnotifikat mill-Eurostat fis-16 ta’ Novembru 2010, kien ta’ 2,3 %. Iċ-ċifri l-ġodda għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2011, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 15, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 20(1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. Jekk l-attività uffiċjali ssir fit-territorju tal-Komunità, il-Membru għandu jirċievi għotja ta' flus ta' darba ta' EUR 304.”; |
|
(5) |
Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “2. L-ammont tal-allowance ta' kull xahar skont l-Artikolu 25 huwa ta' EUR 4 299.”; |
|
(6) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “4. L-ammont massimu kull xahar ta’ spejjeż li jistgħu jitħallsu għall-membri tal-istaff imsemmija fl-Artikolu 34 huwa ffissat għal EUR 18 189. B'effett mill-1 ta' Mejju 2010, dak l-ammont għandu jkun EUR 19 689. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, dak l-ammont għandu jkun EUR 19 709.”; |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. l-Artikolu 1, punti 1 sa 5, għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2011.
3. l-Artikolu 1, punt 6, għandu japplika mill-14 ta’ Lulju 2009.
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).
(4) OJ L 333, 17.12.2010, p. 1.
(5) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat- 23 ta’ Diċembru 2009 li jaġġusta b’effett mill- 1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (ĠU L 348, 29.12.2009, p. 10).
(6) Is-Sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010 fil-Każ C-40/10 Il-Kummissjoni vs il-Kunsill (għadha mhux ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea).
(7) ĠU L 183, 16.7.2010, p. 1.
(8) ĠU L 338, 22.12.2010, p. 1.
Il-Kunsill
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/4 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK
2011/C 49/03
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1):
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 (2), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Kwalunkwe talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qiegħda tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-15 ta’ Frar 2011
2011/C 49/04
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3510 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,21 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4567 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,83750 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
8,7255 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,3124 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8335 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,293 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
271,06 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7059 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9287 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2518 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,1504 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3503 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3317 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5282 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7925 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7290 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 514,24 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,8511 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,9020 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4068 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 015,55 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1185 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,919 |
|
RUB |
Rouble Russu |
39,5770 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
41,489 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,2525 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,2620 |
|
INR |
Rupi Indjan |
61,4980 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/6 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-konsum tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 49/05
1. Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' metodi tranżizzjonali ta' kejl (1) għall-implimentazzjoni tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 u, b'mod partikolari l-Annessi VI u VII tiegħu.
|
Parametru mkejjel |
Organizzazzjoni |
Referenza |
Titlu |
|
Termini, definizzjonijiet, simboli u klassifikazzjoni |
CEN |
Klawżoli 3 u 4 tal-EN 153. Fejn il-Klawżoli 3 u 4 tal-EN 153, ikunu f'konflitt mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
Il-metodi ta' kejl tal-konsum tal-enerġija tal-friġġijiet domestiċi mħaddma mill-provissta tal-elettriku, il-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat, il-friżers tal-ikel u l-kombinazzjonijiet tagħhom, flimkien mal-karatteristiċi assoċjati. |
|
Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test |
CEN |
Klawżola 8 tal-EN 153. Fejn il-Klawżola 8 tal-EN 153 tkun f'konflitt mad-definizzjonijiet stipulati fl-Anness III, Parti I tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
|
|
Ġbir u rimi tal-ilma tal-friża mdewba |
CEN |
Klawżola 5 tal-EN 153 |
|
|
Temperaturi tal-ħżin |
CEN |
Klawżoli 6 u 13 tal-EN 153. Fejn il-Klawżoli 6 u 13 tal-EN 153, ikunu f'konflitt mat-Tabella 4 fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
|
|
Determinazzjoni tal-qisien lineari, il-volumi u l-erjas |
CEN |
Klawżola 7 tal-EN 153 |
|
|
Konsum tal-enerġija |
CEN |
Klawżola 15 tal-EN 153 |
|
|
Il-ħin li jittieħed sabiex togħla t-temperatura |
CEN |
Klawżola 16 tal-EN 153 |
|
|
Kapaċità tal-iffriżar |
CEN |
Klawżola 17 tal-EN 153 |
|
|
Tagħmir refriġeranti integrat |
CEN |
L-Anness D tal-EN 153 |
|
|
Il-karatteristiċi nominali u l-proċedura tal-kontroll |
CEN |
L-Anness E tal-EN 153. Fejn l-Anness E tal-EN 153 ikun f'konflitt mat-Tabella I tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 643/2009, f'dak il-każ ir-Regolament jieħu preċedenza. |
|
|
L-elementi għar-rapport tat-test, il-marki |
CEN |
Klawżoli 20 u 21 tal-EN 153 |
|
|
L-istorbju |
Il-Kummissjoni Elettro-teknika Internazzjonali. |
IEC 60704-1 |
Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali |
|
IEC 60704-2-14 |
Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 2-14: Ħtiġijiet partikolari għall-friġġijiet, il-kompartimenti għall-ħżin tal-ikel iffriżat u l-friżers tal-ikel |
||
|
IEC 60704-3 |
Tagħmir domestiku u tagħmir ieħor simili tal-elettriku – Kodiċi tat-test għad-determinazzjoni tal-istorbju akustiku fl-ajru – Parti 3: Proċedura għad-determinazzjoni u l-verifika tal-valuri tal-emissjoni tal-istorbju ddikjarati |
||
|
Konsum tal-elettriku |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Regolament (KE) Nru 1275/2008 |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija |
|
L-umdità fil-kompartiment tal-ħżin tal-inbid |
Il-Kummissjoni Ewropea |
Parti 2(d) ta' din il-komunikazzjoni |
Metodu ta' kejl għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid |
2. Metodu ta' kejl għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid
(a) Il-kundizzjonijiet ġenerali tat-test
|
— |
It-tul ta' żmien tal-perjodu tat-test huwa definit skont il-klawżola 8 tal-EN 153. |
|
— |
Il-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura tal-ħżin titkejjel tliet darbiet kif ġej: l-ewwel kejl isir fl-inqas temperatura ambjentali preskritta tal-klassi(jiet) tal-klima tat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid, it-tieni kejl isir f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C u t-tielet fl-ogħla temperatura ambjentali preskritta tal-klassi(jiet) tal-klima tat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid. |
|
— |
Il-kejl tal-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment isir f'umdità ambjentali ta' bejn il-50 % u l-75 % f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C. |
|
— |
Il-kejl tal-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment u tal-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura tal-ħżin f'temperatura ambjentali ta' + 25 °C jista' jsir fl-istess ħin. |
|
— |
It-temperatura medja tal-ħżin ta' kull kompartiment (twma ) qiegħda ssettjata għal + 12 °C jew l-eqreb temperatura iktar kiesħa. |
|
— |
Il-partijiet li jiżżarmaw li huma msemmija mill-manifattur kif meħtieġa għall-funzjonament propju mekkaniku u termali tal-kompartimenti ta' ħżin tal-inbid huma mpoġġija fil-pożizzjoni prevista tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
(b) It-temperatura medja tal-ħżin (twma ) ta' kull kompartiment tiġi kkalkulata kif ġej:
fejn:
— twim= medja tal-ħin integrat tal-valur istantanju tat-temperatura ta' pakkett wieħed ta' 500 g ta' simulant tal-ikel (pakkett-M) mqiegħed fil-punt(i) tal-kejl (Twi ) f'konformita mad-Dijagramma 1
— n= l-għadd ta' simulanti tal-ikel (pakketti-M) imqiegħda fil-punt(i) tal-kejl (Twi ), 1 ≤ n ≤ 3
(c) Il-varjazzjoni matul il-ħin tat-temperatura/i tal-ħżin, minn issa 'l quddiem “l-amplitudni tat-temperatura”, titkejjel f'kull punt tal-kejl (Twi ) f'konformità mad-Dijagramma 1. Titkejjel bħala l-medja tad-differenzi bejn l-isħan u l-ikseħ valuri istantanji tat-temperatura (twi ) mkejla bejn żewġ waqfiet suċċessivi tas-sistema refriġeranti sakemm idum il-perjodu tat-test. Jekk ma jistgħux jiġu identifikati waqfiet suċċessivi fis-sistema refriġeranti, ikunu jridu jiġu kkunsidrati perjodi sekwenzjali ta' 4 sigħat.
Il-varjazzjoni tat-temperatura/i tal-ħżin tul il-ħin hija kkunsidrata li tilħaq iż-0.5K elenkat fl-Anness I(1)(ii) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 fejn il-medja/i tal-amplitudni(jiet) kollha tat-temperatura/i f'kull punt ta' kejl (Twi ) hija/huma inqas minn 0,5 K fit-tliet temperaturi ambjentali ttestjati.
(d) L-umdità relattiva ta' kull kompartiment (Hwm ) titkejjel bħala perċentwal u tissaraf fl-eqreb numru sħiħ, kif ġej:
|
— |
Hwm titkejjel billi jintuża tagħmir sensorju tal-umdità fil-punt tal-kejl (Tw2 ) f'konformità mad-Dijagramma 1; |
|
— |
Għat-tagħmir tal-ħżin tal-inbid b'bieba waħda imma maqsum b'diviżorji fissi jew li jistgħu jiġu aġġustati f'kompartimenti separati kull wieħed b'kontroll tat-temperatura indipendenti, Hwm titkejjel għal kull kompartiment f'konformità mad-Dijagramma 1. |
|
— |
Il-kontroll attiv jew passiv tal-umdità tal-kompartiment huwa kkunsidrat li jilħaq il-medda ta' bejn 50 % u 80 % kif elenkat fl-Anness I(1)(iii) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 fejn l-umdità relattiva mkejla (Hwm ) tibqa' bejn 50 % u 80 % għal tul il-perjodu tat-test; |
|
— |
Jekk l-għoli tal-kompartiment jew subkompartiment (hw ) huwa inqas minn 400 mm (Dijagramma 1), Hwm ma titkejjilx għal dak il-kompartiment jew subkompartiment. |
(e) Il-kapaċità nominali f'għadd ta' fliexken standard ta' 75 ċentilitru titkejjel f'konformità mal-aħħar paragrafu tal-punt 1(1) tal-Anness II tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 kif ġej:
|
— |
Id-dimensjoni ta' fliexken standard titkejjel skont id-Dijagramma 2. |
|
— |
Il-piż totali ta' kull flixkun standard hu ta' 1 200 ±50 gr. Fliexken standard jistgħu jkunu mimlija b'ilma jew b'likwidu ekwivalenti biex jinkiseb dan il-piż. |
|
— |
Flixkun wieħed standard huwa mpoġġi f'kull żona intiża li ġġorr flixkun fl-użu normali tal-utent finali skont l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn taħt. Id-dokumentazzjoni teknika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 jinkludi skeċċ dwar il-pjan ta' tagħbija ta' fliexken fejn juri l-pożizzjoni tal-fliexken użati għall-kejl tal-kapaċità nominali.
|
Dijagramma 1
Punti tal-kejl (Twi ) fil-kompartiment(i) tal-ħżin tal-inbid
(dimensjonijiet f'millimetri)
|
Dehra minn quddiem
|
Dehra mill ġenb
|
Fejn:
— hw = l-għoli f'millimetri tal-kompartiment tal-ħżin tal-inbid
— D1 u D2= id-distanza bejn il-linji ta' referenza użati għad-determinazzjoni tal-volum nett
|
— |
Jekk hemm kexxun, l-ixkaffa fuq il-kexxun titqiegħed fl-iżjed pożizzjoni baxxa possibbli kif jidher fil-punt 1 tad-Dijagramma 1. |
|
— |
Il-punt(i) tal-kejl tat-temperatura (Twi ) iridu jkunu indaqs mill-ġnub tal-kompartiment D1/2 jew D2/2 kif jidher fid-Dijagramma 1. |
|
— |
Il-punt tal-kejl tal-umdità jrid ikun imqiegħed viċin ta' Tw2 b'korrettezza ta' 100 mm kif jidher fil-punt 2 tad-Dijagramma 1. |
|
— |
Jekk hw > 400, jintużaw tliet punti tal-kejl tat-temperatura (Tw1, Tw2 u Tw3 ). |
|
— |
Jekk 300 < hw ≤ 400, jintużaw żewġ punti tal-kejl tat-temperatura (Tw1 u Tw3 ). |
|
— |
Jekk hw ≤ 300 mm, jintuża punt wieħed biss tal-kejl tat-temperatura (Tw2 ). |
Dijagramma 2
Flixkun standard
(1) L-intenzjoni hija li dawn il-metodi tranżizzjonali finalment jiġu sostitwiti minn standard(s) armonizzat(i). Fejn disponibbli, ir-referenza/i għall-istandard(s) armonizzat(i) għandha/hom tiġi/jiġu ppubblikata/i f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Annessi VI u VII tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010.
(2) L-ispazju bejn id-dahar/ħajt/bieb tat-tagħmir u l-qiegħ/għonq tal-flixkun
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/12 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal
2011/C 49/06
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 442/2009 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011, għall-kwoti 09.4038, 09.4170 u 09.4204, ikopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, huma miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2011, u jidhru fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.
(1) ĠU L 129, 28.5.2009, p. 13.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
|
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (f'kg) |
|
09.4038 |
25 209 950 |
|
09.4170 |
3 541 500 |
|
09.4204 |
3 468 000 |
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/13 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantità mhux mitluba li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2011 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur, tal-bajd u tal-albumina tal-bajd
2011/C 49/07
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (1), (KE) Nru 536/2007 (2), KE) Nru 539/2007 (3), KE) Nru 1384/2007 (4) u KE) Nru 1385/2007 (5) fetħu kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti fis-setturi tal-laħam tat-tjur tal-bajd u tal-albumina tal-bajd. L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2010 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2011, għall-kwoti 09.4068, 09.4070, 09.4169, 09.4015, 09.4402, 09.4091, 09.4411 u 09.4421, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 7(4) it-tieni frażi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (6), il-kwantitajiet li għalihom ma sarux talbiet, ġew miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2011, u jidhru fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.
(1) ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.
(2) ĠU L 128, 16.5.2007, p. 6.
(3) ĠU L 128, 16.5.2007, p. 19.
(4) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 40.
(5) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.
(6) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
|
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantità li għaliha ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li għandha tiżdied mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (f'kg) |
|
09.4068 |
5 733 000 |
|
09.4070 |
882 750 |
|
09.4169 |
12 498 750 |
|
09.4015 |
108 000 000 |
|
09.4402 |
8 584 764 |
|
09.4091 |
140 000 |
|
09.4411 |
1 275 000 |
|
09.4421 |
175 000 |
Il-Qorti tal-Awdituri
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/14 |
Rapport Speċjali Nru 12/2010 “L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-UE għall-Edukazzjoni Bażika fl-Afrika tas-Sub-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Asja”
2011/C 49/08
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 12/2010 “L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-UE għall-Edukazzjoni Bażika fl-Afrika tas-Sub-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Asja” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://www.eca.europa.eu
Verżjoni stampata jew fuq CD-ROM tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
|
European Court of Auditors |
|
Communication and Reports Unit |
|
12, rue Alcide De Gasperi |
|
1615 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel. +352 4398-1 |
|
Posta elettronika: euraud@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fil-EU-Bookshop.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/15 |
Sejħa għall-proposti – Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili – Proġetti dwar il-prevenzjoni u t-tħejjija
2011/C 49/09
|
1. |
L-Unità tal-Politika dwar il-Protezzjoni Ċivili, il-Prevenzjoni, it-Tħejjija u t-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri tad-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili tal-Kummissjoni Ewropea, qed tniedi Sejħa għall-Proposti bil-għan li tidentifika proġetti dwar it-tħejjija u l-prevenzjoni li jistgħu jkunu eliġibbli għal sostenn finanzjarju fil-qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili (2007/162/KE) (1). Dan is-sostenn finanzjarju se jieħu l-forma ta' għotjiet. |
|
2. |
L-oqsma kkonċernati, in-natura u l-kontenut tal-azzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-finanzjament huma stipulati fil-Gwida dwar l-Applikazzjoni għall-Għotja rilevanti, li fiha wkoll istruzzjonijiet dettaljati dwar fejn u meta għandha titressaq proposta. Il-gwida, kif ukoll il-formuli rilevanti tal-applikazzjoni għall-għotja jistgħu jitniżżlu mis-sit tal-internet Europa: http://ec.europa.eu/echo/civil_protection/civil/prote/finance.htm |
|
3. |
In-Nota Sommarja tal-proposti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fl-indirizz indikat fil-Gwida tal-Applikazzjoni għall-Għotja sat-18.3.2011. In-Nota Sommarja tal-proposti trid tintbagħat bil-posta jew permezz ta' servizz privat ta' distribuzzjoni mhux aktar tard mit-18.3.2011 (il-prova għandha tikkonsisti mid-data ta’ dispaċċ, il-marka postali jew id-data fuq iċ-ċertifikat tal-impustar). Jistgħu jitwasslu wkoll personalment fl-indirizz speċifiku indikat fil-Gwida sa mhux aktar tard mit-18.3.2011 fil-17.00 (l-evidenza tkun l-irċevuta tal-wasla datata u ffirmata mill-uffiċjal responsabbli). Mhumiex se jiġu aċċettati Noti Sommarji ta' proposti mibgħuta bil-feks, bil-posta elettronika, applikazzjonijiet mhux kompluti jew applikazzjonijiet mibgħuta f’bosta partijiet. |
|
4. |
Il-proċedura għall-għoti tal-għotjiet hija skedata kif ġej:
Il-benefiċjarji se jintgħażlu abbażi tal-kriterji stipulati fil-gwida imsemmija fil-punti 8.3, 8.4, 8.5, 8.6 u 8.7 u fi ħdan il-limiti tal-baġit disponibbli. F'każ ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni, isir ftehim ta' għotja (f'Euro), bejn il-Kummissjoni u l-parti li tkun ippreżentat il-proposta. Il-proċedura hija strettament kunfidenzjali. |
PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/16 |
Avviż ta' bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilene tereftalat li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija
2011/C 49/10
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilene teraftalat, li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija, huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment tressaq fit-3 ta' Jannar 2011 mill-Kumitat tal-Manifatturi tal-Polietilene Tereftalat (PET) fl-Ewropa (CPME) (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċertu polietilene tereftalat.
2. Prodott li qiegħed jiġi investigat
Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-polietilene tereftalat b'numru ta' viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandard ISO 1628-5 (“il-prodott li qiegħed jiġi investigat”).
3. Allegazzjoni ta’ dumping (2)
Il-prodott li allegatament qed ikun l-oġġett ta' dumping huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fl-Oman u fl-Arabja Sawdija (“il-pajjiżi kkonċernati”) u li bħalissa għandu l-kodiċi NM ex 3907 60 20. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss għall-informazzjoni.
Fin-nuqqas ta’ dejta affidabbli dwar prezzijiet domestiċi għall-pajjiżi kkonċernati, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali kkalkulat (spejjeż tal-manifattura, bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (SG&A) u profitt) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni (3).
Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiżi kkonċernati.
4. Allegazzjoni ta' ħsara
L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġu investigati mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.
L-evidenza prima facie pprovduta mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, il-livell tal-prezzijiet mitluba u s-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat ta’ effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u l-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment kien ippreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha u li hemm evidenza biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b'dan qiegħda tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati hux oġġett ta’ dumping u jekk dan id-dumping ikkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Proċedura għad-determinazzjoni tad-dumping
Il-produtturi esportaturi (4) tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati, lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi kollha huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, b'faks, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw irwieħhom u jitolbu kwestjonarju.
Il-produtturi esportaturi u, fejn applikabbli, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi, iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju mimli se jkollu fih tagħrif dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat u l-bejgħ lill-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.1.2. L-investigazzjoni tal-importaturi (5) (6) mhux relatati (7)
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal numru raġonevoli l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, qegħdin b'dan jintalbu jippreżentaw irwieħhom quddiem il-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks u l-persuna ta’ kuntatt, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
il-fatturat totali matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010, |
|
— |
il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010 tal-prodott importat li qiegħed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (8) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qiegħda taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post fejn tinsab sabiex jiġi vverifikat ir-rispons tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, se jitqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal importaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, għajr it-tagħrif mitlub hawn fuq, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati kollha magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li qegħdin fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-ħsara
Ħsara tfisser ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fit-twaqqif ta’ industrija tali. Id-determinazzjoni ta’ ħsara hija bbażata fuq evidenza pożittiva u tinvolvi determinazzjoni oġġettiva tal-volum ta’ importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Biex ikun stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx ħsara materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li sejrin ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni isir skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta' produtturi mill-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkonsultaw il-fajl (għal dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni bl-użu ta' dettalji ta' kuntatt previsti fit-taqsima 5.6 hawn taħt) u dwar l-adegwatezza ta' din l-għażla fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti rigward l-għażla tal-kampjun iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa sejrin ikunu nnotifikati mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni sejra tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data ta’ notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju mimli se jkun fih tagħrif dwar, fost l-oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija/i tagħhom, il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija/i, l-attivitajiet tal-kumpanija/i fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ħsara kkawżata minħabba f’hekk, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm konnessjoni oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw irwieħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata kemm f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif imressaq skont l-Artikolu 21 jitqies biss jekk ikun sostnut b’evidenza fattwali meta jitressaq.
5.4. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna juru fehmiethom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibilità ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta għandha titressaq fil-limiti ta' żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif ippreżentat għall-għażla tal-kampjun, il-kwestjonarji kompluti u l-aġġornamenti tagħhom, li jsiru mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tkunx tista’ tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku għal raġunijiet tekniċi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristrett” (9).
Il-partijiet interessati li jipprovdu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u tal-kwalità mitluba, dan it-tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N-105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
6. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista' tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limitu tal-iskadenzi u t-talbiet għal seduti minn terzi persuni. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.
Talba għal seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha issir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda titressaq. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta għandha titressaq fil-limiti taż-żmien speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduti jipprovdi wkoll opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi lill-partijiet li tippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, id-dumping, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Seduta bħal din, bħala regola, issir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.
Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Trade: (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/ho/index_en.htm).
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn 9 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (10).
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Id-dumping huwa l-prattika ta' bejgħ ta’ prodott għall-esportazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) bi prezz aktar baxx mill-“valur normali” tiegħu. Il-valur normali ġeneralment jitqies bħala prezz komparabbli għall-prodott “simili” fis-suq domestiku tal-pajjiż li jesporta. It-terminu “prodott simili” huwa interpretat li jfisser prodott li jixbah fl-aspetti kollha lill-prodott ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott li jixbah ħafna lill-prodott.
(3) Is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u l-Ungerija.
(4) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott li qiegħed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ terza persuna, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Esportaturi li ma jipproduċux normalment mhumiex intitolati għal rata ta’ dazju individwali.
(5) Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tkun proprjetarja, tikkontrolla jew tkun detentriċi ta' 5 % jew aktar tal-ishma jew tal-kwoti ta' ishma li jivvutaw jew it-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament, jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin ma’ xulxin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u tfal tat-tfal, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika.
(6) Importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi li jesportaw għandhom jimlew l-Anness 1 mal-kwestjonarju għall-dawn il-produtturi li jesportaw. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 ta' qiegħ il-paġna.
(7) Id-dejta pprovduta minn importaturi li mhumiex relatati tista' tintuża wkoll fir-rigward ta' aspetti ta' din l-investigazzjoni għajr id-determinazzjoni tad-dumping.
(8) Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(9) Dokument “Ristrett” huwa dokument li jitqies bħala kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/21 |
Notifika ta' inizjazzjoni ta' proċediment kontra l-għoti ta' sussidji għal ċerti importazzjonijiet ta' polietilene tereftalat li joriġinaw mill-Oman u mill-Arabja Sawdija
2011/C 49/11
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet ilment skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta' ċertu polietilene tereftalat, li joriġinaw mill-Oman u mill-Arabja Sawdija, qed jiġu ssussidjati u għalhekk qegħdin joħolqu ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni.
1. L-ilment
L-ilment tressaq fit-3 ta' Jannar 2011 mill-Kumitat tal-Produtturi tal-Polietilene Tereftalat (PET) (CPME) (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f'dan il-każ ta' aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċertu polietilene tereftalat.
2. Il-prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa l-polietilene tereftalat li għandu numru tal-viskożità ta' 78 ml/g jew ogħla, skont l-Istandards tal-ISO 1628-5 (“il-prodott li qed jiġi investigat”).
3. L-allegazzjoni ta’ sussidju
Il-prodott li allegatement qed jiġi ssussidjat huwa l-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina mill-Oman u mill-Arabja Sawdija (“il-pajjiżi kkonċernati”), u li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 3907 60 20. Dan il-kodiċi NM jingħata biss għal finijiet ta' tagħrif.
(a) L-Oman
Huwa allegat li l-uniku produttur tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Oman, gawda minn numru ta' sussidji mogħtija mill-Gvern tal-Oman.
Is-sussidji jikkonsistu minn, fost affarijiet oħrajn, eżenzjoni diretta mit-taxxa fuq id-dħul u eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet għal operaturi li jinsabu f'żona ekonomika speċjali, self b'imgħax baxx għal proġetti ta' investiment għall-industriji li huma mmirati lejn l-esportazzjoni u proġetti li jinvolvu persentaġġ għoli ta' impjegati mill-Oman, rati ta' mgħax issussidjati għas-self mogħti mill-Oman Development Bank (entità pubblika) permezz ta' banek kummerċjali lill-esportaturi mill-Oman wara li jlestu l-arranġamenti għall-ġarr bil-baħar, sussidji tal-esportazzjoni għal esportazzjonijiet li għandhom valur miżjud ta' mhux inqas minn 25 %, jekk jiġu esportati lejn pajjiż li mhumiex il-pajjiżi Għarab, il-provvista tal-ilma, il-gass u l-elettriku b'rati mnaqqsa.
Huwa allegat li l-iskemi li ssemmew hawn fuq huma sussidjati peress li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Oman (inklużi entitajiet pubbliċi) u jagħtu benefiċċju lir-reċipjent. Huwa allegat li l-kontinġenza tagħhom tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u/jew li għandhom jiġu limitati għal ċerti intrapriżi f'żona ġeografika stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħti s-sussidju u/jew għandhom jiġu limitati għal ċerti setturi jew għal ċerti intrapriżi u għalhekk huma speċifiċi u kkontrobilanċjati.
(b) L-Arabja Sawdija
Huwa allegat li l-uniku produttur tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Arabja Sawdija, gawda minn numru ta' sussidji li ngħataw mill-Gvern tal-Arabja Sawdija.
Is-sussidji jikkonsistu minn, fost l-oħrajn, miżati mnaqqsa tal-port fuq l-esportazzjonijiet, eżenzjoni mill-miżati għall-ħżin ta' prodotti esportati, eżenzjonijiet mid-dazji tal-esportazzjoni u mit-taxxi kollha l-oħra għal unitajiet immirati lejn l-esportazzjoni, importazzjonijiet ta' materja prima u ta' prodotti tal-kapital mingħajr il-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni u rati tal-użu mnaqqsa għall-operaturi li jinsabu f'żoni ekonomiċi speċjali, self bla mgħax mogħti mis-Saudi Industrial Development Fund għal kumpaniji li għandhom tal-inqas 50 % tal-kapital fl-Arabja Sawdija, eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul għal kumpaniji li għandhom tal-inqas 25 % tal-kapital fl-Arabja Sawdija, rati mnaqqsa għall-ilma, il-gass u l-elettriku għal ċerti kumpaniji. Il-Gvern tal-Arabja Sawdija, permezz tal-kumpanija tal-istat Aramco (entità pubblika), japplika sistema ta' prezzar doppju, li biha l-produtturi lokali jkollhom aċċess għal materja prima bi prezzijiet iktar baxxi minn dawk tas-swieq internazzjonali.
Huwa allegat li dawn l-iskemi ta' hawn fuq huma sussidji billi dawn jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Arabja Sawdija (inklużi entitajiet pubbliċi) u jikkonferixxu benefiċċju lid-destinatarju, jiġifieri lill-produttur esportatur tal-prodott li qed jiġi investigat. Huwa allegat li l-kontinġenza tagħhom tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u/jew għandhom jiġu limitati għal ċerti intrapriżi f'żona ġeografika stabbilita fil-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħti s-sussidju u/jew għandhom jiġu limitati għal ċerti setturi jew għal ċerti intrapriżi u għalhekk huma speċifiċi u kkontrobilanċjati. Fil-każ tas-sistema ta' pprezzar doppju, l-ispeċifiċità ġejja mill-fatt li l-materja prima tista' tintuża biss mis-settur petrokimiku (speċifiċità inerenti).
4. L-Allegazzjoni ta' Ħsara
L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-Oman u mis-Sawdi Arabja żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem tas-suq.
L-evidenza prima facie pprovduta mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa, il-livell tal-prezzijiet mitluba u s-sehem tas-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat ta’ effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u l-qagħda tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni.
5. Il-Proċedura
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li l-ilment tressaq mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata t-tnedija ta’ proċediment, il-Kummissjoni b'dan qed tniedi investigazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati huwiex qed jiġi ssussidjat u jekk dan is-sussidju kkawżax ħsara lill-industrija tal-Unjoni. Jekk il-konklużjonijiet ikunu fil-pożittiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.
5.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-għoti ta' sussidju
Il-produtturi esportaturi (2) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna li jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.1.1.1.
Sabiex tinkiseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati. Il-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjonijiet kollha tal-produtturi esportaturi huma mistiedna li jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, bil-fax, iżda mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu li jintbagħtilhom kwestjonarju.
Il-produtturi esportaturi u, fejn hu applikabbli, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi għandhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-kwestjonarju mimli se jkun fih tagħrif dwar, fost oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija(i) tal-produttur esportatur, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fis-suq lokali tal-pajjiżi kkonċernati u l-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni.
Se jintbagħtu kwestjonarji lill-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati wkoll.
5.1.2. L-investigazzjoni ta' importaturi (3) mhux relatati (4) (5)
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita, għal għadd raġonevoli, l-importaturi mhux relatati li għandhom ikunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha mhux relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, b’dan qed jintalbu jippreżentaw rwieħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet għandhom jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew il-kumpaniji tagħhom lill-Kummissjoni:
|
— |
l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-fax u l-persuna ta’ kuntatt, |
|
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
id-dħul totali matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2010, |
|
— |
il-volum f’tunnellati u l-valur f’EUR tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u tal-bejgħ mill-ġdid li jsir fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-31 ta' Diċembru 2010 tal-prodott importat li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati, |
|
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati kollha (6) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat, |
|
— |
kull tagħrif relevanti ieħor li jista' jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Meta tipprovdi t-tagħrif ta' hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan jimplika li trid timla kwestjonarju u li taċċetta żjara fil-post minn fejn topera sabiex jiġu vverifikati it-tweġibiet tagħha (“verifika fuq il-post”). Jekk kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, se jitqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għal importaturi li ma jikkooperawx huma msejsa fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif relevanti ieħor rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra t-tagħrif mitlub hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni u li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet tal-importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Biex tikseb it-tagħrif li tqis meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat il-kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati li qegħdin fil-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet għandhom iressqu kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, fost affarijiet oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat u dwar il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat.
5.2. Il-proċedura biex tiġi ddeterminata l-ħsara
Ħsara hija l-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, jew theddid ta’ ħsara materjali lill-industrija, jew dewmien materjali fl-istabbiliment ta’ tali industrija. Id-determinazzjoni ta’ ħsara hija msejsa fuq evidenza pożittiva u tinvolvi determinazzjoni oġġettiva tal-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati, l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Biex ikun stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ntlaqtitx minn ħsara materjali, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan il-proċediment u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi stabbiliti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tnaqqas għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “teħid ta’ kampjuni”). It-teħid ta’ kampjuni jsir skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet kampjun, provviżorjament, ta' produtturi tal-Unjoni. Wieħed jista' jsib id-dettalji fil-fajl, li jista' jiġi spezzjonat mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati, b'dan, qed jiġu mistiedna li jikkonsultaw il-fajl (biex jagħmlu dan għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni permezz tad-dettalji ta' kuntatt provduti fit-taqsima 5.6 hawn taħt) u li jikkumentaw fuq l-adegwatezza ta' din l-għażla fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jressqu xi tagħrif relevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, għandhom jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun finali.
Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni. Dawn il-partijiet għandhom jissottomettu l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-kwestjonarju komplut għandu jkun fih tagħrif dwar, fost affarijiet oħrajn, l-istruttura tal-kumpanija(i) tagħhom, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija(i) tagħhom, l-attivitajiet tal-kumpanija(i) fir-rigward tal-prodott li qiegħed jiġi investigat, l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat.
5.3. Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ sussidju u ta' ħsara kkawżata minħabba f’hekk, għandha tintlaħaq deċiżjoni, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri kumpensatorji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi għandhom juru, fil-limitu tal-istess skadenza, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-partijiet li jippreżentaw rwieħhom fil-limitu ta’ żmien stipulat hawn fuq jistgħu jipprovdu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan it-tagħrif jista’ jingħata kemm f’format ħieles jew billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, it-tagħrif imressaq skont l-Artikolu 31 se jitqies biss jekk ikun appoġġjat minn evidenza fattwali meta jitressaq.
5.4. Sottomissjonijiet oħra bil-miktub
Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-avviż, il-partijiet interessati kollha b'dan huma mistiedna juru l-opinjoni tagħhom, iressqu t-tagħrif u jipprovdu evidenza ta’ appoġġ. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan it-tagħrif u evidenza ta’ appoġġ għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Il-possibbiltà ta’ seduta ta' smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta' smigħ għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta' smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal seduta ta' smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. L-istruzzjonijiet biex isiru sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet kollha, inkluż it-tagħrif sottomess għall-għażla tal-kampjun, il-kwestjonarji mimlija u kwalunkwe aġġornament tagħhom, li jsiru mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown u tal-fax tal-parti interessata. Jekk parti interessata ma tkunx tista’ tipprovdi s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f’format elettroniku għal raġunijiet tekniċi, għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih.
Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f’dan l-avviż, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati “Ristretti” (7).
Il-partijiet interessati, li jipprovdu tagħrif “Ristrett”, huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali ta' dan skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, li għandhom ikunu mmarkati “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tiegħu fil-format u tal-kwalità mitluba, it-tali tagħrif kunfidenzjali jista’ jiġi injorat.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate H |
|
Office: N-105 04/092 |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Fax +32 22956505 |
6. In-nuqqas ta' kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li kwalunkwe parti interessata tkun tat tagħrif falz jew qarrieqi, it-tagħrif jista' jiġi injorat u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk xi parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta' smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet għad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qegħdin jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.
Talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha issir bil-miktub u għandha tispeċifika għal liema raġunijiet tkun qiegħda titressaq. Għal smigħ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba għandha titressaq fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, talba għal smigħ għandha titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Smigħ jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost oħrajn, is-sussidji, il-ħsara, ir-rabta kawżali u l-interess tal-Unjoni. Smigħ bħal dan, bħala regola, isir mhux aktar tard minn tmiem ir-raba’ ġimgħa wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji.
Għal aktar tagħrif u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-DĠ Kummerċ: (http://ec.europa.eu/trade/issues/respectrules/ho/index_en.htm).
8. L-iskeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tkun konkluża, skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku fi żmien 13-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri provviżorji jistgħu jiġu imposti mhux aktar tard minn disa' xhur mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. L-ipproċessar tad-dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (8).
(1) ĠU L 188, 8.7.2009, p. 93.
(2) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiżi kkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-esportaturi li mhumiex produtturi normalment ma jkunux intitolati għal rata ta’ dazju individwali.
(3) Skont l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala msieħba fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament hija l-proprjetarja, tikkontrolla jew għandha sehem ta’ 5 % jew iżjed tal-istokks jew l-ishma tal-votazzjoni tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla lill-oħra b’mod dirett jew indirett; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F’dan il-kuntest “persuna” tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali.
(4) Importaturi li ma jkunux relatati mal-produtturi esportaturi biss jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li jkunu relatati mal-produtturi esportaturi għandhom jimlew l-Anness 1 mal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
(5) Id-dejta pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll fir-rigward ta’ aspetti ta’ din l-investigazzjoni għajr għad-determinazzjoni ta' sussidju.
(6) Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
(7) Dan id-dokument huwa wieħed kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93) u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
16.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/26 |
GĦAJNUNA MILL-ISTAT – IL-PAJJIŻI L-BAXXI
(Artikoli 107 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Għajnuna mill-Istat MC 10/09 – sejħa tal-ING għall-ibridu GHT1
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 49/12
Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Pajjiżi l-Baxxi permezz ta' ittra ddatata d-29 ta' Novembru 2010 bid-deċiżjoni sui generis tagħha rigward l-għajnuna MC 10/09.
TEST TAL-ITTRA
“I. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz tad-deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni approvat injezzjoni ta' kapital ta' EUR 10 biljun ta' kapital (Titoli Core Tier 1), għajnuna addizzjonali ta' madwar EUR 2 biljun li rriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tar-ripagament għal dawk it-titoli, protezzjoni tal-assi mgħarrqa applikata fuq portafoll b'bilanċ pendenti ta' madwar EUR 30 biljun u garanziji ta' likwidità favur ING fil-każ C 10/09 (minn hawn ’il quddiem ‘Deċiżjoni ING’ jew ‘id-deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 2009’) (1). |
|
(2) |
It-tielet inċiż tal-premessa 88 tad-Deċiżjoni ING ifakkar dan l-impenn tal-Pajjiżi l-Baxxi rigward is-sejħa għal titoli Tier 1 u Tier 2: ‘Is-sejħa għal kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1 għandha tkun proposta fil-futur individwalment lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax dovut akkumulat rilevanti fuq ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ).’ |
|
(3) |
Fis-16 ta' Ottubru 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi għaddew lill-Kummissjoni ittra minn ING li kienet titlob l-awtorizzazzjoni ta' sejħa għal għadd ta' strumenti ibridi, bl-ewwel sejħa għal Strument ta' USD 1,5 biljun 8,439 % Group Hybrid Tier 1 (minn hawn ’il quddiem ‘GHT1’) iddatata l-31 ta' Diċembru 2010. |
|
(4) |
Fis-27 ta' Ottubru 2010 il-Kummissjoni indikat lill-Pajjiżi l-Baxxi li, abbażi tad-Deċiżjoni ING, f'dan l-istadju ma kinitx tara raġuni għall-awtorizzazzjoni ta' GHT1. Il-Kummissjoni talbet lill-Pajjiżi l-Baxxi biex jipprovdu skeda aġġornata għall-ħlas lura tat-titoli CT1. |
|
(5) |
Fil-5 ta' Novembru 2010, l-awtoritajiet Olandiżi għaddew it-tieni ittra minn ING li kienet titlob għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba tagħha għall-awtorizzazzjoni ta' sejħa għal GHT1. |
|
(6) |
Fid-9 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira lill-Pajjiżi l-Baxxi rigward l-iskeda ta' ħlas lura rigward is-CT1. S'issa għadha ma ġiet ippreżentata ebda skeda uffiċjali. |
|
(7) |
Fis-16 ta' Novembru 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi talbu awtorizzazzjoni formali mill-Kummissjoni. Fit-18 ta' Novembru 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi infurmaw lill-Kummissjoni permezz ta' e-mail li huma jaqblu mat-talba ta' ING għall-awtorizzazzjoni ta' sejħa għal GHT1. |
|
(8) |
Il-Pajjiżi l-Baxxi infurmaw lill-Kummissjoni li għal raġunijiet ta’ urġenza dawn jaċċettaw eċċezzjonalment li din id-Deċiżjoni rigward is-sejħa għal ibridu GHT1 tkun adottata bl-Ingliż. |
II. IL-FATTI
1. Deskrizzjoni ta’ ING
|
(9) |
ING hija magħmula minn ING Groep N.V. (minn issa 'l quddiem ‘ING’), il-kumpanija holding prinċipali li tikkontrolla 100 % tal-ING Bank N.V. u ING Verzekeringen N.V., u żewġ kumpaniji sub-holding li jikkontrollaw sussidjarji bankarji u ta’ assigurazzjoni rispettivament. Fl-aħħar tas-sena 2009, il-karta tal-bilanċ tal-grupp kellha total ta’ EUR 1,164 biljun. |
|
(10) |
Sabiex fost l-oħrajn terġa' lura għal vjabbiltà fit-tul ING kienet irċeviet il-miżuri speċifikati fil-punt 1. Dawk il-miżuri ġew approvati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ING bil-kundizzjoni ta' diversi impenji li għamel l-Istat Olandiż. Dawk l-impenji kienu jinkludu li sal-aħħar tal-2013 ING tkun ċediet l-ING Verzekeringen N.V. fl-intier tagħha (premessa 82) u li ING taġixxi skont ċerti salvagwardji ta' mġiba inkluż li tfittex awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni qabel toħroġ sejħa għal strumenti kapitali ibridi (it-tielet inċiż tal-premessa 88). Is-salvagwardji ta' mġiba jibqgħu fis-seħħ għal tliet snin jew sakemm ING tkun ħallset it-titoli CT1, skont liema jiġi l-ewwel. |
|
(11) |
Il-premessa 76 tad-Deċiżjoni ING tiddeskrivi l-iskeda ta' ħlas lura tat-titoli CT1 fil-każ bażi skont il-pronostiċi finanzjarji tal-pjan ta' ristrutturar approvat. Sussegwentement ING għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi li tefgħu dubju fuq dawk il-pjani (2). |
2. Deskrizzjoni tal-GHT1
|
(12) |
F'Diċembru 2000, ING Holding ħarġet l-ewwel sejħa ta' GHT1 li jammonta għal USD 1,5 biljun bid-data tal-31 ta' Diċembru 2010. Wara dik id-data sejħa hija possibbli kull tliet xhur. L-istrument għandu ċedola ta' kull sitt xhur ta' 8,439 % p.a. Wara l-ewwel data ta' sejħa iċ-ċedola tinbidel f'waħda b'rata Libor għal tliet xhur (3) kif ukoll 3,6 % p.a. Sabiex issejjaħ l-istrument ING teħtieġ tħabbar is-sejħa 30 sa 60 jum qabel id-data tas-sejħa. |
|
(13) |
Il-GHT1 maħruġ minn ING Holding tqiegħed fil-livell ta' ING Insurance (INGV) permezz ta' strument korrispondenti Tier 1. Il-GHT1 m'għandu l-ebda dritt ta’ vot konness miegħu. |
|
(14) |
Meta ING għall-ewwel darba talab lill-Kummissjoni biex jiddiskutu s-sejħa għall-ibridi fit-22 ta' Lulju 2010, il-GHT1 kien qed jiġi nnegozjat madwar 85 % tal-valur nominali. Madanakollu hekk kif resqet id-data tas-sejħa, u s-suq stenna li l-istrument jissejjaħ, il-prezz tela' għal qrib il-100 %. |
3. Il-qagħda tal-Pajjiżi l-Baxxi
|
(15) |
Fl-e-mail tat-18 ta' Novembru 2010, il-Pajjiżi l-Baxxi ġġustifikaw in-notifika permezz ta' referenza għall-intenzjonijiet espressi ta' ING, li skonthom ‘ING bħalissa tinsab f'qagħda tajba li f'qasir żmien tħallas lura l-ewwel segment tal-core tier 1 bi flus’. Madankollu iż-żmien għal dan il-ħlas lura tħalla mhux speċifikat. |
|
(16) |
F'appoġġ għas-sejħa, il-Pajjiżi l-Baxxi spjegaw li kwalunkwe xewqa li l-investituri fil-GHT1 iġorru parti mill-piż, u b'hekk jaċċettaw prezz ħafna inqas mill-valur nominali, ma tibqax realistika minħabba l-prezz kurrenti tas-suq ta' 96-98 ċenteżmi għal kull dollaru, bil-konsegwenza li offerta ta' xiri lura ma tibqax ekonomikament possibbli. Is-sejħa lura tal-flus tkun għalhekk l-unika alternattiva disponibbli għal ING biex tneħħi l-ibridu mill-kotba tagħha. |
|
(17) |
Kieku ma ssirx is-sejħa wkoll tibgħat sinjal negattiv lis-suq u n-nuqqas ta' sejħa jagħti l-impressjoni li ING (irrispettivament mir-raġuni) mhux kapaċi timmaniġġa b'mod effiċjenti il-kapital tagħha skont it-tradizzjoni u l-aspettattivi tas-suq, u għaldaqstant jagħmilha iktar diffiċli għal ING biex toħroġ tali strumenti fil-futur. F'dak ir-rigward wieħed jista' wkoll jargumenta li n-nuqqas ta' sejħa jgħolli l-kostijiet finanzjarji ta' ING u jnaqqas il-profitti tagħha u b'konsegwenza il-fondi disponibbli biex jinfdew it-titoli CT1. |
|
(18) |
Il-GHT1 fil-kwistjoni għandu l-ewwel sejħa fil-31 ta' Diċembru 2010 b'rivalorizzazzjoni għal Libor plus 3,6 % minflok ir-rata kurrenti ta' interess ta' 8,439 %. Minkejja li dan jirriżulta f'rata inqas ta' ħlas ta' interess fuq il-GHT1 minħabba r-rati kurrenti baxxi Libor, ING stqarret li partet il-kupun fiss ta' 8,439 % għal Libor plus 2 %, livell iktar baxx minn dak li jkun pagabbli fuq il-kupun wara r-rivalorizzazzjoni. Barra minn hekk, qed targumenta li r-rati Libor ivarjaw u għaldaqstant huma inċerti. Bħala konsegwenza, qed jiġi argumentat li l-miżura relevanti se tkun kif is-suq jivvaluta dak il-kost permezz ta' kurva tal-iswaps u dan il-primjum se jiżdied b'156 bps. |
|
(19) |
Filwaqt li l-bidliet Basel III proposti jillimitaw il-valur tal-GHT1 għal skopijiet ta' kapital, il-GHT1 ma jibqax eliġibbli għal trattament Tier 1 taħt il-linjigwida riveduti CEBS Tier 1 li għandhom jiġu implimentati u applikati mir-regolaturi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2010. Qed jiġi sottomess li l-istruttura eżistenti tista' tinżamm kif inhi, iżda l-aspettattiva hija li tali kontinwità tista' tkun permissibbli biss sal-1 ta' Jannar 2013. Effettivament, għalhekk, dik il-prospettiva trendi lill-GHT1 diġà żejjed mill-perspettiva tal-kapital minħabba li mhix tipprovdi riżerva ta' kapital fuq il-bażi ta' negozju attiv. |
|
(20) |
Barra minn hekk, jekk l-ibridu ma jissejjaħx dan jimplika rabta li qed tkompli bejn il-Holding/Grupp jew il-bank u l-INGV permezz ta' ħlasijiet attivi ta' interessi fuq l-istrument kurrenti fil-grupp. Tali rabtiet attivi ixekklu ċ-ċediment tal-parti tal-Assigurazzjoni ta' ING. Qed ikun argumentat li ċediment ta' INGV jirriżulta f'kapital eċċessiv tal-ibridu Tier 1 fil-livell tal-Grupp/Holding. |
III. IL-VALUTAZZJONI
|
(21) |
Rigward il-bażi legali għad-deċiżjoni preżenti, wieħed għandu jinnota li l-kwistjoni ta' awtorizzazzjoni tas-sejħa tal-GHT1 tqum fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ING. Bħala riżultat tal-impenji magħmula mill-Istat Olandiż, id-Deċiżjoni ING ma tippermettix is-sejħa tal-istrumenti kapitali ibridi sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-Kummissjoni (projbizzjoni ex ante tas-sejħiet). Għaldaqstant, dik id-deċiżjoni ma teskludix l-awtorizzazzjoni ta' sejħa fi stadju iktar tard jekk jiġu ppreżentati fatti jew argumenti ta' sostenn ġodda. Din id-deċiżjoni għaldaqstant ser tispeċifika l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ING. |
|
(22) |
Id-deċiżjoni ta' monitoraġġ preżenti hija deċiżjoni sui generis. Minkejja li mhux previst fir-Regolament (KE) Nru 659/1999, il-premessa 88 tad-deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 2009 tistipula proċedura ta' awtorizzazzjoni li biha Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tippermetti lil ING isejjaħ strumenti ibridi. Peress li l-Pajjiżi l-Baxxi ppreżentaw tali talba, il-Kummissjoni trid tanalizza jekk is-sejħa proposta għandhiex tkun permessa. |
|
(23) |
Rigward l-ambitu tal-valutazzjoni, kwalunkwe sejħa tal-ibridi trid tiġi valutata fid-dawl tal-prinċipji stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (4) li f'punt 22 teħtieġ li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u l-bank u d-detenturi tal-kapital tiegħu għandhom jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista' jkun mir-riżorsi tagħhom stess. Tali qsim tal-piżijiet hu neċessarju biex jiġi żgurat li banek salvati jġorru responsabbiltà adekwata għall-konsegwenzi tal-imgiba tagħhom fil-passat u biex jinħolqu inċentivi xierqa għall-imġiba futura tagħhom, u b'hekk jiġi evitat periklu morali. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni tinnota li t-tħaddim ta' opzjonijiet ta' eżerċizzju tal-istrumenti kapitali Tier 1 u Tier 2 jimplika ħruġ ta' kapital mill-bank favur detenturi tal-kapital ibridu u jipproteġihom milli jkunu esposti għar-riskju inerenti tal-investiment tagħhom. Tali riżultat jista' jkun problematiku qabel il-ħlas lura tal-għajnuna mill-Istat u hija kwistjoni fejn il-qsim tal-piżijiet irid jiġi analiżżat (5). Għalhekk il-projbizzjoni fuq il-banek li jixtru lura l-ishma tagħhom stess, imsemmija fil-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar trid tinftiehem li qed tirreferi għall-istrumenti kapitali kollha tal-banek inklużi l-istrumenti kapitali Tier 1 u Tier 2 sakemm dawk l-istrumenti kapitali ma jissodisfawx il-ħtieġa usa' tal-qsim tal-piżijiet. |
|
(25) |
Dik il-konklużjoni hija l-bażi biex fil-prinċipju jiġu pprojbiti s-sejħiet, soġġett għall-possibbiltà ta' awtorizzazzjoni, kif stipulat fil-premessa 88 tad-Deċiżjoni ING u hija riaffermata fid-Deċiżjoni ING fil-premessa 138 fejn il-Kummissjoni kkunsidrat is-sejħa mhux awtorizzata ta' strument kapitali li saret qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ING bħala fattur aggravanti meta analizzat l-ambitu tal-miżuri li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dak l-approċċ huwa wkoll skont il-prassi stabbilita tal-Kummissjoni rigward il-projbizzjonijiiet temporanji għal sejħiet ta' strumenti kapitali – sakemm is-sejħa ta' dawk l-istrumenti ma tkunx meħtieġa bil-liġi – li ġiet segwita fil-każijiet tal-Bank of Ireland, Lloyds, RBS u ABN Amro/Fortis (6). |
|
(26) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ma tara ebda raġuni biex titbiegħed mill-analiżi tagħha fid-Deċiżjoni ING u tawtorizza sejħa tal-GHT1. Għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sejħa proposta la tiżgura l-qsim tal-piżijiet u lanqas tiżgura li jkun għad baqa' biżżejjed inċentivi għal ING biex iħallas lura t-titoli CT1. |
|
(27) |
L-ewwel, il-Kummissjoni tinnota li ING tippjana li ssejjaħ il-GHT1 b'valur nominali, u għalhekk ma timplika ebda qsim tal-piżijiet min-naħa tal-investituri ibridi. Dik l-analiżi jaqbel magħha wkoll l-Istat Olandiż fis-sottomissjoni tal-5 ta' Novembru 2010 lill-Kummisjoni, meta kull xewqa ta' qsim tal-piżijiet ma tibqax realistika minħabba l-prezz kurrenti tas-suq tal-istrumenti. Madankollu, f'dak ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li l-istrumenti jiġu nnegozjati b'valur qrib dak nominali (jiġifieri 100 %) huwa dovut għal aspettattiva tas-suq li l-istrumenti jiġu msejħa, jiġifieri mixtrija lura bil-valur ta' 100 % fil-31 ta' Diċembru 2010. Għaldaqstant il-prezz tas-suq kurrenti tal-GHT1 ma jirriflettix il-valur intrinsiku tal-istrument kapitali. |
|
(28) |
Mhux qed jintefa dubju fuq l-opinjoni tal-Kummissjoni rigward il-qsim tal-piżijiet bl-argumenti li nuqqas ta' sejħa tal-GTH1 jibgħat sinjal negattiv lis-suq. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li s-suq huwa konxju tal-kunċett tal-qsim tal-piżijiet meħtieġ taħt ir-regoli tal-UE dwar għajnuna mill-Istat. Dak il-kunċett ġie diskuss minn aġenziji ta' klassifikazzjoni (7) u investitur razzjonali għandu għaldaqstant ikun kapaċi jagħmel id-differenza bejn li ma jsejjaħx strument minħabba dgħufija inerenti tal-istituzzjoni finanzjarja jew inkella minħabba li l-Kummissjoni ma awtorizzatx tali sejħa biex tiżgura l-qsim tal-piżijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma taċċettax li jekk ma jissejjaħx il-GHT1 għal dawk ir-raġunijiet jirriżulta f'żjieda sinifikanti fil-kost tal-iffinanzjar fit-tul għal ING. |
|
(29) |
Barra minn hekk, il-kobor taż-żjieda allegata fil-kostijiet tal-iffinanzjar mhix tali li jkollha impatt fuq il-qagħda finanzjarja ta' ING u l-kapaċità tagħha li tħallas lura lill-Istat. Iktar minn hekk, bażi kapitali ikbar tista' fil-fatt tnaqqas il-kostijiet ta' finanzjament globali ta' ING, minħabba li tista' – ceteris paribus – issaħaħ il-perċezzjoni tal-vjabbiltà tal-kreditu tal-kumpanija. |
|
(30) |
L-argument li l-investituri jaraw lil ING bħala li mhix kapaċi timmaniġġa l-kapital tagħha, jekk l-istrument GHT1 ma jissejjaħx ma jikkonvinċix, minħabba li gruppi finanzjarji kbar oħra bħal Deutsch Bank f'Diċembru 2008 jew il-bank iżgħar Credito Valtellinese f'April 2008, fil-passat iddeċidew li ma jsejħux ibridu mingħajr ma qanqlu tali tħassib. |
|
(31) |
It-tielet, il-Kummissjoni ma nagħtatx biżżejjed evidenza li s-sejħa tal-GHT1 ma jkollhiex impatt fuq l-iskeda tal-ħlas lura tat-titoli CT1. F'dak ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li t-talbiet tagħha għal iktar informazzjoni dwar l-iskeda (ara punti 4 u 6) ma twiġbux b'mod suffiċjenti. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda tweġiba mill-awtoritajiet Olandiżi nfushom u l-intenzjoni tal-ħlas lura li esprimiet ING lill-Pajjiżi l-Baxxi (ara l-punt 15) ma fihiex biżżejjed dettall u għadha vaga. |
|
(32) |
Il-ħtieġa li ING titlob awtorizzazzjoni biex issejjaħ l-istrumenti kapitali ibridi hija inċentiv ewlieni għaliha biex tħallas lura t-titoli CT1 malajr kemm jista' jkun u għaldaqstant tiżgura li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu meħtieġ. Jekk ING titħalla ssejjaħ l-ibridi tagħha wieħed wieħed (kif indikat f'punt 3), l-inċentivi tagħha biex tħallas lura lill-Istat jibdew jonqsu progressivament u b'mod sinifikattiv. Dak il-fattur huwa partikolarment relevanti meta l-Kummissjoni mhux ċerta – wara l-kummenti fil-pubbliku mis-CEO ta' ING – jekk l-iskeda ta' ħlas lura ppjanata għall-kapital mill-Istat spejgata fil-pjan ta' ristrutturar hix se tiġi segwita minn ING u t-talbiet għall-informazzjoni li bagħtet il-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni għadhom s'issa ma twiġbux. |
|
(33) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tarax kif l-argumenti l-oħra favur li tippermetti s-sejħa tal-GHT1 jistgħu jbiddlu l-konklużjoni t'hawn fuq. L-ewwel, rigward ir-rivalutazzjoni taċ-ċedola, il-Kummissjoni tinnota li f'termini assoluti il-kupun se jonqos meta wieħed jikkunsidra l-livelli tal-Libor bħalissa. Mhix konvinta mill-argumenti li t-tnaqqis fil-kupun huwa irrelevanti fid-dawl tal-arranġamenti eżistenti dwar l-iħħeġġjar tar-rata ta' interess ta' ING, minħabba li dawk l-arranġamenti jirrigwardaw id-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tar-responsabbiltà tal-assi ta' ING u m'għandhomx impatt fuq il-valutazzjoni tal-qsim ta' piżijiet mid-detenturi privati tal-kapital ibridu ta' ING. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' arranġament għal swap, sew jekk spiċċa jew jekk għadu għaddej, huwa irrelevanti għall-valutazzjoni tal-kostijiet tal-għażla għal ING ta' sejħa fl-ambjent tas-suq kurrenti. |
|
(34) |
It-tieni, rigward il-bidliet regolatorji li għandhom effett fuq il-GHT1, il-Kummissjoni tagħraf il-punt li għamlu l-Pajjiżi l-Baxxi li l-istrument mhux se jibqa' relevanti minn perspettiva regolatorja tal-kapital sal-1 ta' Jannar 2013, l-aktar. Madankollu, minħabba li l-ħtieġa li tirriżulta mill-impenn tal-Istat Olandiż li l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni hija neċessarja qabel issir kwalunkwe sejħa għall-ibridi se tiskadi l-aktar tard fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ING, ING se tkun ħielsa li ssejjaħ l-istrument qabel dik id-data. |
|
(35) |
Rigward l-introduzzjoni ta' linjigwida CEBS ġodda mir-regolatur Olandiż, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li mhux ċar f'dan l-istadju jekk il-GHT1 hux se jikkwalifika għal kontinwazzjoni. Il-Kummissjoni tkompli tinnota li d-data tal-implimentazzjoni tal-linjigwida ġodda mhix ċerta. Il-Kummissjoni tikkunsidra li minħabba l-inċertezzi dwar l-impatt ta' regolamentazzjoni futura li se tiġi introdotta, bħalissa m'hemmx raġuni li wieħed jikkunsidra li l-istrument irid jiġi kkunsidrat bħala skadut. |
|
(36) |
Filwaqt li l-Kummissjoni tara l-meritu fl-argument li jekk ma jissejjaħx il-GHT1 jista' jkun iktar diffiċli għal ING li toħroġ tali strument fil-futur, hija tikkunsidra li l-utilità tal-ħruġ ta' tali strumenti se tonqos fid-dawl tal-bidliet regolamentarji li se jtemmu r-rikonoxximent tal-istrument bħala Tier 1 fis-snin li ġejjin. Għaldaqstant, ma tistax taċċetta dak l-argument bħala ġustifikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sejħa proposta. |
|
(37) |
Hemm l-argument ukoll li n-nuqqas ta' sejħa se jirriżulta f'kapital eċċessiv fil-livell tal-Grupp/Holding ladarba l-parti tal-assigurazzjoni tiġi ċeduta minn ING (8). Hawnhekk, il-Kummissjoni tinnota li tali ċediment s'issa għadu ma sarx. |
|
(38) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni mhix konvinta mill-argument li l-ibridu se jikkostitwixxi, jekk ma jissejjaħx, ‘rabta kontinwa’ bejn il-parti tal-assigurazzjoni ta' ING, li għandha tiġi ċeduta, u ING Group u li din ir-rabta xxekkel iċ-ċediment ta' ING Insurance. Il-Kummissjoni tinnota li l-ibridi m'għandhomx drittijiet ta' vot konnessi magħhom. Għaldaqstant, ING Group ma jistax jeżerċita influwenza fuq ING Insurance billi jżomm l-ibridi. Il-Kummissjoni għalhekk ma tikkunsidrax li l-GHT1 mhux imsejjaħ se jikkostitwixxi tali rabta. |
IV. KONKLUŻJONI
|
(39) |
Għar-raġunijiet ippreżentati hawn fuq, il-Kummissjoni ma ssibx raġunijiet biex titbiegħed mill-valutazzjoni preċedenti tagħha fid-deċiżjoni tat-18 ta' Novembru 2009, u għaldaqstant ma tawtorizzax sejħa għall-ibridu GHT1 taħt il-kundizzjonijiet preżenti. |
V. DEĊIŻJONI
Is-sejħa għall-ibridu GHT1 għall-aħħar tas-sena 2010 mhix awtorizzata.”
(1) ĠU L 274, 19.10.2010, p. 139.
(2) Il-preżentazzjoni mis-CEO ta' ING Jan Hommen f'jum l-investituri: ‘Shaping our Future — Strategic priorities 2010’ mid-19 ta' April 2010, paġna 20 tiddikjara: ‘Bħalissa ebda inċentiv għal ħlas lura kmieni sakemm jiġi indirizzat l-appell tad-deċiżjoni tal-KE’. http://www.ing.com/group/showdoc.jsp?docid=445250_EN&htmlid=445263_EN&menopt=ivr|qtr|irs&lang=en&menopt=ivr|qtr|irs&lang=EN
(3) Fit-22 ta' Novembru 2010 USD Libor għal tliet xhur kien 0,284 %.
(4) ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.
(5) F'dak ir-rigward, ara l-istqarrija lill-istampa tal-Kummissjoni tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar it-transazzjonijiet kapitali Tier 1 u Tier 2 għall-banek soġġetti għal investigazzjoni dwar għajnuna għal ristrutturar. http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/09/441
(6) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2010Bank of Ireland (għadha mhux pubblikata), punt 133; Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2009Lloyds Banking Group (ĠU C 46, 24.2.2010, p. 2), punt 112; Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-14 ta' Diċembru 2009RBS (ĠU C 119, 7.5.2010, p. 1), punt 104. Sakemm tiġi adottata deċiżjoni finali, il-Kummissjoni ma awtorizzatx għadd ta' sejħiet proposti ta' kapital ibridu fil-każ ta' ABN/Amro Fortis permezz ta' ittri ta' servizz u e-mails.
(7) Ara pereżempju: Ir-Rapport Speċjali dwar l-Ewropa ta' FitchRatings: Burden sharing and bank hybrid capital within the EU, 20 ta' Awwissu 2009.
(8) Madanakollu, anke jekk l-assigurazzjoni tiġi żvestita u jkun hemm eċċess ta' kapital, bħalissa l-Kummissjoni mhix konvinta li għandha tawtorizza din is-sejħa minħabba li iktar kapital u mhux inqas itendi li jsaħħaħ ir-resiljenza tal-Grupp, anke fil-każ preżenti fejn il-kapital jista' jintuża' biss fuq bażi ta' negozju avvjat billi jserraħ moħħ il-kredituri rigward il-pretensjonijiet tagħhom f'tali xenarju avvjat.