ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.040.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 40

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
9 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 040/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 040/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

5

2011/C 040/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

9

2011/C 040/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6107 – Platinum Equity/Nampak Paper Holdings) ( 1 )

11

2011/C 040/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6055 – Strabag SE/EW4E Group/BMG JV) ( 1 )

11

2011/C 040/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5986 – Schindler/Droege/ALSO/Actebis) ( 1 )

12

2011/C 040/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6099 – Apax/Takko) ( 1 )

12

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 040/08

Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika (Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 104 23.4.2010, pġ. 3)

13

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 040/09

Rata tal-kambju tal-euro

18

2011/C 040/10

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.180 – Fluworidu tal-aluminju – Rapporteur: L-Awstrija

19

2011/C 040/11

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.180 – Aluminium fluoride (2) – Relatur: L-Awstrija

19

2011/C 040/12

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta fil-Każ tal-Fluworidu tal-aluminju (Każ COMP/39.180)

20

2011/C 040/13

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.180 – Fluworidu tal-aluminju) (notifikata bid-dokument numru C(2008) 3043 finali)  ( 1 )

22

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 040/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo) ( 1 )

24

2011/C 040/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6137 – Citigroup Inc/Maltby Acquisitions Limited) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

5.10.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 159/10

Stat Membru

Franza

Reġjun

Départements d'outre-mer

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régime d’aides à caractère social au bénéfice de certaines catégories de personnes ayant leur résidence habituelle dans l'une des collectivités suivantes: la Guadeloupe, la Guyane, la Martinique, Mayotte, la Nouvelle-Calédonie, la Polynésie française, La Réunion, Saint-Barthélemy, Saint-Martin, Saint-Pierre-et-Miquelon et Wallis-et-Futuna

Il-bażi legali

Loi no 2009-594 du 27 mai 2009 pour le développement économique des outre-mer (article 50); Projets de décret et d'arrêtés d'application

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Appoġġ lill-konsumaturi individwali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 52 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.7.2010 – Mhux limitata

Setturi ekonomiċi

Trasport tal-ajru

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'Outre-mer (DéGéOM)

27 rue Oudinot

75007 Paris

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.10.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 299/10

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Freistaat Bayern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinie zur Förderung der Breitbanderschließung in ländlichen Gebieten (Breitbandrichtlinie)

Il-bażi legali

Art. 23, 44 Bayerische Haushaltsordnung Gesetz über die Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes“ (GAK-Gesetz)

Grundsätze zur Förderung der integrierten ländlichen Entwicklung (ILE) — Teil B im GAK-Rahmenplan 2008-2011

Breitbandrichtlinie des Freistaats Bayern

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 57 miljun

 

Baġit globali: EUR 57 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regierung von Mittelfranken

Promenade 27

91522 Ansbach

DEUTSCHLAND

Regierung von Niederbayern

Regierungsplatz 540

84028 Landshut

DEUTSCHLAND

Regierung von Oberbayern

Maximilianstraße 39

80538 München

DEUTSCHLAND

Regierung von Oberfranken

Ludwigstraße 20

95444 Bayreuth

DEUTSCHLAND

Regierung der Oberpfalz

Emmeramsplatz 8

93039 Regensburg

DEUTSCHLAND

Regierung von Schwaben

Fronhof 10

86152 Augsburg

DEUTSCHLAND

Regierung von Unterfranken

Peterplatz 9

97070 Würzburg

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

12.10.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 391/10

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Hessen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Broadband development in Hessen

Il-bażi legali

1.

Gesetz über die Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes“ (GAK-Gesetz);

2.

Förderung der integrierten ländlichen Entwicklung (ILE)

3.

Teil B im GAK-Rahmenplan 2008-2011

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 0,7 miljun

 

Baġit globali: EUR 2,1 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Kommunen in Hessen

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.10.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 425/10

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Rinnovo del regime di ricapitalizzazione a favore del settore finanziario in Italia introdotto con l'art. 12 del DL 28.11.2008 convertito nella L 29.1.2009 n. 2 e successivo DM attuativo del 25.2.2009

Il-bażi legali

DL 5 agosto 2010 n. 125 art. 2 comma 1

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

L-intensità

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero dell'Economia e Finanze

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.12.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 599/09

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aid scheme for the production and broadcasting of Danish TV drama and TV documentary programmes

Il-bażi legali

Retningslinjer for fordeling af Public Service-Puljen, jf. § 11a I lov om radio- og fjernsynsvirksomhed, jf. Lovbekendtgørelse nr. 388 af 11. april 2007

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: DKK 20 miljun

 

Baġit globali: DKK 20 miljun

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2010

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Kulturministeriet

Nybrogade 2

1203 København K

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 451/10

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Rotenburg Wümme

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aufbau einer Next Generation Access Infrastruktur im Landkreis Rotenburg (Wümme)

Il-bażi legali

Landeshaushaltsordnung Niedersachsen, Verwaltungsvorschriften zur Landeshaushaltsordnung und ihre Nebenbestimmungen

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 15-il miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.3.2016

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Verschiedene Städte und Landratsämter

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.11.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 529/10

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Transfer of the second tranche of assets to NAMA

Il-bażi legali

National Asset Management Agency Act 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

[…] (1)

L-intensità

It-tul ta' żmien

26.2.2010-26.2.2011

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Finance

Government Buildings

Upper Merrion Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

13.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32104 (2010/N)

Stat Membru

L-Estonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation of aid scheme N 387/09 Compatible limited amount of aid

Il-bażi legali

Draft Decree of the Minister for Economic Affaire and Communications

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax, Garanzija

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 13-il miljun

 

Baġit globali: EUR 13-il miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Finance

Foundation Enterprise Estonia („Ettevõtluse Arendamise Sihtasutus”)

Liivalaia 13/15

10118 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Credit and Export Guarantee Fund („Krediidi ja Ekspordi Garanteerimise SA KredEx”)

Pärnu mnt 67b

10134 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32156 (2010/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Sachsen, Sachsen-Anhalt, Thüringen, Mecklenburg-Vorpommern, Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Änderung „Bundesbürgschaften unter Einbindung paralleler Landesbürgschaften für Vorhaben in den neuen Ländern und im Regionalfördergebiet Berlin“ (N 439/07) — Auslaufregelung statistische Effekt-Regionen

Il-bażi legali

Bundeshaushaltsgesetz in der jährlichen Fassung, insbes. § 3(1) Nr. 5. Bundeshaushaltsordnung. Titel: Bundeshaushaltsplan

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 1 020 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Bundesministerium für Wirtschaft und Technologie

Scharnhorststr. 34-37

10115 Berlin

DEUTSCHLAND

Bundesministerium der Finanzen

Wilhelmstr. 97

10117 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


(1)  Informazzjoni kunfidenzjali.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/9


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

15.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 546/09

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Restructuring of Bank of Ireland

Il-bażi legali

CIFD Act 2008

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Għajnuna biex tirrimedja tfixkil serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: EUR 4 600 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

L-intermedjazzjoni finanzjarja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Irish Minister for Finance

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

5.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 517/10

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

WRAP — Capital Grants and Lease Guarantee Fund Scheme (prolongation and modification)

Il-bażi legali

Section 153 of the Environmental Protection Act 1990 and the Financial Assistance for Environmental Purposes (No 2) Order 2000 (S1 2000/2211)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax, Garanzija

L-estimi

Baġit globali: GBP 50 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.3.2015

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

WRAP

The Old Academy

21 Horse Fair

Banbury

OX16 0AH

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.1.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32121 (2010/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Brandenburg

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Landesbürgschaftsprogramm des Landes Brandenburg für Betriebsmittelkredite

Il-bażi legali

Bürgschaftsrichtlinie des Landes Brandenburg für die Wirtschaft und die freien Berufe, Runderlass des Ministeriums der Finanzen von 2007; Landeshaushaltsordnung und dazu erlassene Verwaltungsvorschriften; Haushaltsgesetz des Landes Brandenburg in der jährlichen Fassung

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 340 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium der Finanzen des Landes Brandenburg

Steinstr. 104-106

14480 Potsdam

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6107 – Platinum Equity/Nampak Paper Holdings)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/04

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6107. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6055 – Strabag SE/EW4E Group/BMG JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/05

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6055. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5986 – Schindler/Droege/ALSO/Actebis)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/06

Fl-10 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5986. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/12


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6099 – Apax/Takko)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/07

Fl-1 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6099. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


Il-Bank Ċentrali Ewropew

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/13


Parti 0 tar-regoli għall-istaff tal-BĊE li fiha l-qafas dwar l-etika

(Dan it-test iħassar u jieħu post it-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 104 tat-23 ta’ April 2010, pġ. 3)

2011/C 40/08

0.1.   Disposizzjonijiet ġenerali

0.1.1.

Il-kondotta ta’ membri tal-istaff la għandha xxekkel l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom u lanqas tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-BĊE. Membri tal-istaff għandhom:

(a)

jirrispettaw il-valuri komuni tal-BĊE u jġibu ruħhom fil-ħajja professjonali u privata tagħhom b’mod li jixraq lin-natura tal-BĊE bħala istituzzjoni Ewropea,

(b)

jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod kuxjenzjuż, b’onestà u mingħajr interess persunali jew interessi nazzjonali, jissottoskrivu għal standards għoljin ta’ etika professjonali u jaġixxu b’lealtà lejn il-BĊE;

(c)

jużaw il-prekawzjoni u l-attenzjoni fit-trattazzjonijiet finanzjarji privati kollha tagħhom u jżommu lura milli jinvolvu ruħhom fi transazzjonijiet ekonomiċi jew finanzjarji li jistgħu jxekklu l-indipendenza jew l-imparzjalità tagħhom.

0.1.2.

Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-membri tal-istaff taħt il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jingħataw biss fl-interessi tal-BĊE. Dawn il-privileġġi u immunitajiet m’għandhom bl-ebda mod jeżentaw lil membri tal-istaff mit-twettiq tal-obbligazzjonijiet privati tagħhom jew milli jikkonformaw mal-liġijiet u r-regoli tal-pulizija li hemm fis-seħħ. Kull meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membri tal-istaff ikkonċernati għandhom jinformaw immedjatament lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

0.1.3.

Membri tal-istaff li huma sekondati jew bil-lif minn organizzazzjoni jew istituzzjoni oħra għandhom ikunu integrati mal-istaff tal-BĊE, ikollhom l-istess obbligazzjonijiet u drittijiet bħall-membri oħra tal-istaff, u jaqdu dmirijiethom biss għall-benefiċċju tal-BĊE.

0.2.   Uffiċjal għall-Etika

Membri tal-istaff jistgħu jitolbu lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE sabiex jipprovdi gwida dwar kull kwistjoni marbuta mal-konformità tagħhom mal-qafas dwar l-etika tal-BĊE. Kondotta li tkun konformi għal kollox mal-parir tal-Uffiċjal għall-Etika għandha tiġi preżunta bħala konformi mal-qafas dwar l-etika u m’għandhiex twassal għal proċeduri dixxiplinarji kontra membri tal-istaff għal ksur tal-obbligazzjonijiet tagħhom. Dan il-parir m’għandux, minkejja dan, jeżonera lil membri tal-istaff minn obbligi esterni.

0.3.   Segretezza professjonali

0.3.1.

Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jikxfu mingħajr awtorizzazzjoni kull informazzjoni kklassifikata li jkunu rċevew fil-kuntest tax-xogħol tagħhom fil-BĊE lil kull persuna barra l-BĊE, inklużi l-membri tal-familja tagħhom, u lil kollegi fi ħdan il-BĊE li m’għandhomx bżonn l-informazzjoni sabiex jaqdu dmirijiethom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew hija aċċessibbli għall-pubbliku.

0.3.2.

Awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif ta’ informazzjoni fi ħdan jew barra l-BĊE għandha tinkiseb skont ir-regoli tal-ġestjoni u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju.

0.3.3.

Awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif tingħata lil membru tal-istaff fejn ikun iridu jagħti l-evidenza, kemm bħala xhud fi proċeduri legali jew mod ieħor, u fejn ċaħda biex tingħata l-evidenza tista’ tiġbed responsabbiltà kriminali. Bħala eċċezzjoni, awtorizzazzjoni sabiex isir il-kxif ma tkunx meħtieġa jekk membru tal-istaff huwa msejjaħ sabiex jixhed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’każ bejn il-BĊE u membru tal-istaff kurrenti jew tal-imgħoddi.

0.4.   Relazzjonijiet interni

0.4.1.

Membri tal-istaff għandhom jimxu mal-istruzzjonijiet tas-superjuri tagħhom u mal-linji ta' rappurtar applikabbli.

0.4.2.

Membri tal-istaff m’għandhomx jitolbu lil staff ieħor sabiex jaqdu dmirijiet privati għalihom jew għal oħrajn.

0.4.3.

Membri tal-istaff għandhom iġibu ruħhom b’mod leali lejn il-kollegi tagħhom. B’mod partikolari, membri tal-istaff la għandhom iżommu minn membri oħra tal-istaff informazzjoni li tista’ taffettwa t-tmexxija tan-negozju, partikolarment sabiex jiksbu vantaġġ persunali, u lanqas jagħtu informazzjoni li hija falza, mhux preċiża jew eżaġerata. Barra minn hekk, m’għandhomx ixekklu jew jirrifjutaw li jikkooperaw ma’ kollegi.

0.5.   L-użu tar-riżorsi tal-BĊE

Membri tal-istaff għandhom jirrispettaw u jipproteġu l-proprjetà tal-BĊE. It-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, hi x’inhi n-natura tagħhom, huma pprovduti mill-BĊE għall-użu uffiċjali biss, sakemm l-użu għal raġunijiet privati mhuwiex permess jew skont ir-regoli interni relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju jew b’awtorizzazzjoni speċjali. Membri tal-istaff għandhom jieħdu kull miżura raġjonevoli u xierqa biex l-ispejjeż għall-BĊE jiġu mnaqqsin kull fejn possibbli, sabiex ir-riżorsi disponibbli jistgħu jintużaw bil-mod l-aktar effiċjenti.

0.6.   Dinjità fil-post tax-xogħol

Membri tal-istaff għandhom iżommu lura mid-diskriminazzjoni ta’ kull tip fil-konfront ta’ oħrajn u minn kull forma ta’ turment psikoloġiku jew sesswali jew bullying. Huma għandhom juru sensittività lejn u rispett għall-oħrajn u jevitaw kull imġiba li persuna oħra tista raġjonevolment tqis bħala offensiva. L-istat ta’ membri tal-istaff m’għandu b’ebda mod jiġi preġudikat abbażi tal-fatt li jkunu pprevjenew jew irrappurtaw turment jew bullying. Membri tal-istaff għandhom jimxu mal-politika tal-BĊE dwar id-Dinjità fil-Post tax-Xogħol.

0.7.   Obbligazzjoni biex tirrapporta ksur ta’ dmir professjonali

0.7.1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-membri tal-istaff taħt id-Deċiżjoni BĊE/2004/11 tat-3 ta’ Ġunju 2004 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, b’rabta mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, u kull attività illegali oħra ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u li temenda l-Kundizzjonijiet tal-Impieg tal-Istaff tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), membri tal-istaff għandhom jagħmlu rapport lill-BĊE u/jew lill-Uffiċjal għall-Etika jekk jafu dwar jew għandhom suspett fondat tajjeb ta’ każ ta’ ħasil ta’ flus, finanzjament ta’ terroriżmu, abbuż ta’ informazzjoni privileġġjata, frodi jew korruzzjoni fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom minn membru ieħor tal-istaff jew minn xi fornitur ta’ merkanzija jew servizzi lill-BĊE.

0.7.2.

Fil-każijiet l-oħra kollha, membri tal-istaff jistgħu jirrappurtaw lill-BĊE u/jew lill-Uffiċjal għall-Etika jekk ikunu jafu dwar jew ikollhom suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali minn membru ieħor tal-istaff jew minn xi fornitur ta’ merkanzija jew servizzi lill-BĊE.

0.7.3.

Membri tal-istaff m’għandhom bl-ebda mod ikunu suġġetti għal trattament inġust jew diskriminatorju, intimidazzjoni, ritaljazzjoni jew vittimizzazzjoni minħabba li jkunu rrappurtaw il-konoxxenza tagħhom dwar jew is-suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali.

0.7.4.

L-identità ta’ membri tal-istaff li jitolbu dan għandha tiġi protetta meta jkunu qed jirrapportaw il-konoxxenza tagħhom dwar jew is-suspett fondat tajjeb ta’ ksur ta’ dmir professjonali.

0.8.   Kunflitti ta’ interess – regola ġenerali

Membri tal-istaff għandhom jevitaw kull sitwazzjoni li tista’ twassal jew tidher li qed twassal għal kunflitt ta’ interess bejn xogħolhom u l-interessi privati tagħhom. Membri tal-istaff li, fil-qadi ta’ dmirijiethom, jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li għandhom interess personali fil-ġestjoni u l-eżitu tagħha għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lil min hu immedjatament fuqhom jew lill-Uffiċjal għall-Etika. Il-BĊE jista’ jieħu l-miżuri xierqa sabiex jevita kunflitt ta’ interess. Partikolarment u jekk ebda miżura oħra ma hija xierqa, il-BĊE jista’ jneħħi r-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti lill-membru tal-istaff.

0.9.   Impieg bi qligħ tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb rikonoxxut

Membri tal-istaff għandhom jinfurmaw lill-BĊE jew lill-Uffiċjal għall-Etika b’kull impieg bi qligħ tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb rikonoxxut li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess. Jekk in-natura tal-impieg twassal għal kunflitt ta’ interess mar-responsabbiltajiet tal-membru tal-istaff u jekk il-membru tal-istaff ma jistax jintrabat li l-kunflitt ta’ interess ser jieqaf f’perijodu speċifiku, allura, wara li jkun ikkonsulta mal-Uffiċjal għall-Etika, il-BĊE għandu jiddeċiedi jekk il-membru tal-istaff għandhiex titneħħielu r-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti.

0.10.   L-għoti u l-aċċettazzjoni ta’ rigali

0.10.1.

“Rigal” huwa kull benefiċċju jew vantaġġ, kemm finanzjarju kif ukoll mhux fi flus, li huwa b’xi mod konness mal-impieg mal-BĊE tal-membru tal-istaff u li mhuwiex il-kumpens miftiehem għal servizzi li jingħataw, kemm jekk mogħtijin minn jew offruti lil membru tal-istaff kif ukoll lil xi membru tal-familja tiegħu jew lil konoxxenza personali jew soċji professjonali.

0.10.2.

Membri tal-istaff la jistgħu jitolbu u lanqas jaċċettaw rigali ħlief għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a)

divertiment jew ospitalità fis-settur privat b’valur sa EUR 50,

(b)

rigali li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa l-prattika u meqjus xieraq fir-relazzjonijiet ma’ banek ċentrali oħrajn, korpi nazzjonali pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Membri tal-istaff għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jagħtu lura kull rigal riċevut kontra r-regoli applikabbli lil min ikun tahulhom u jinformawh bir-regoli tal-BĊE dwar dan. Jekk l-għoti lura ta’ rigal mhux possibbli, membri tal-istaff għandhom jgħadduh lill-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jirrapportaw dwar kull rigal riċevut jew irrifjutat fit-template fornita fl-Internet, ħlief għal rigali msemmijin f’(b) hawn fuq u għal rigali ta’ mhux aktar minn EUR 10.

0.10.3.

L-aċċettazzjoni ta’ rigal m’għandha, fl-ebda każ, tagħmel ħsara lil jew tinfluwenza l-objettività u l-libertà tal-azzjoni tal-membru tal-istaff u m’għandhiex toħloq obbligazzjoni jew aspettattiva inapproprjata min-naħa tar-reċipjent jew il-fornitur.

0.10.4.

Membri tal-istaff la għandhom jitolbu u lanqas jaċċettaw rigali mingħand parteċipanti fi proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal akkwist.

0.10.5.

L-aċċettazzjoni ta’ rigali mingħand l-istess sors ta’ spiss hija pprojbita.

0.10.6.

Membri tal-istaff għandhom jagħmlu rapport dwar rigali li jkunu ġew riċevuti minn membri tal-familja tagħhom mingħand sorsi li huma b’xi mod marbutin mal-impieg tal-membru tal-familja mal-BĊE.

0.11.   Attivitajiet esterni li jsiru fil-qadi tad-dmirijiet professjonali

Membri tal-istaff m’għandhomx jaċċettaw għalihom infushom miżati mingħand partijiet terzi fir-rigward ta’ attivitajiet esterni marbutin b’xi mod mal-impieg tal-membru tal-istaff mal-BĊE. Dawn il-miżati għandhom jitħallsu lill-BĊE.

0.12.   Attivitajiet privati

0.12.1.

Membri tal-istaff m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet privati li jistgħu, b’xi mod, ixekklu l-qadi ta' dmirijiethom fil-konfront tal-BĊE u li, partikolarment, jistgħu jkunu sors ta’ kunflitt ta’ interess.

0.12.2.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu preċedenti, membri tal-istaff jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet privati li ma jitħallsux tagħhom bħalma huma s-sempliċi ġestjoni għall-konservazzjoni tal-assi tal-familja u attivitajiet f’oqsma bħall-kultura, ix-xjenza, l-edukazzjoni, l-isport, il-karità, ir-reliġjon, ħidma soċjali jew xogħol ieħor ta’ ġid, li ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-obbligazzjonijiet tal-membru tal-istaff fil-konfront tal-BĊE u/jew mhumiex sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess.

0.12.3.

Membri tal-istaff tal-BĊE għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-BĊE għal kull attività privata oħra. Dawn jinkludu:

(a)

ir-riċerka, l-għoti ta’ lekċers, il-kitba ta' artikli jew kotba, jew kull attività privata simili li ssir bla ħlas dwar suġġetti marbutin mal-BĊE jew l-attivitajiet tiegħu;

(b)

kull attività privata oħra li ssir bla ħlas barra l-ambitu tal-Artikolu 0.12.2;

(c)

attivitajiet privati bi ħlas.

Meta jkun qed jiddeċiedi dwar jekk għandhiex tingħata awtorizzazzjoni dwar involviment f’dawn l-attivitajiet privati, il-BĊE għandu jikkunsidra jekk l-attività għandhiex impatt negattiv fuq il-membru tal-istaff fil-konfront tal-BĊE u, partikolarment, jekk hijiex sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess.

0.12.4.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi preċedenti, membri tal-istaff jistgħu jidħlu għal attivitajiet politiċi. Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jużaw il-funzjoni u l-kapaċità tagħhom fil-BĊE meta jidħlu għal attivitajiet politiċi u għandhom jevitaw illi jħallu l-opinjonijiet personali tagħhom jidhru bħala li qed jirriflettu l-opinjonijiet tal-BĊE.

0.12.5.

Membri tal-istaff li għandhom il-ħsieb li joħorġu għal kariga pubblika għandhom jinformaw lill-BĊE, li għandu jiddeċiedi, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, jekk il-membru tal-istaff ikkonċernat:

(a)

għandux jintalab japplika għal lîf għal raġunijiet personali; jew

(b)

għandux jingħata lîf; jew

(c)

jistax jiġi awtorizzat jaqdi dmirijietu fuq bażi part-time; jew

(d)

jistax ikompli jaqdi dmirijietu bħal qabel.

0.12.6.

Membri tal-istaff li jiġu eletti jew maħturin f’karigi pubbliċi għandhom jinfurmaw immedjatament lill-BĊE, li, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, l-importanza tal-kariga, id-dmirijiet li tinvolvi u l-ħlas u r-rimborż tal-ispejjeż inkorsi fil-qadi tad-dmirijiet tal-kariga, għandu jieħu waħda mid-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu preċedenti. Jekk il-membru tal-istaff huwa mitlub jieħu lîf għal raġunijiet personali jew huwa awtorizzat jaqdi d-dmirijiet fuq bażi part-time, il-perjodu ta’ dan il-lîf jew xogħol part-time għandu jikkorrispondi għat-terminu tal-kariga tal-membru tal-istaff.

0.12.7.

Attivitajiet privati għandhom isiru barra l-ħinijiet tax-xogħol. Fuq bażi eċċezzjonali, il-BĊE jista’ japprova derogi minn din ir-regola.

0.12.8.

Il-BĊE jista’, f’kull ħin, jitlob it-terminazzjoni ta’ attivitajiet privati li mhumiex jew li m’għadhomx konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti.

0.13.   Akkwist

Membri tal-istaff għandhom jiżguraw il-ġestjoni tajba ta’ proċeduri ta’ akkwist billi jżommu l-objettività, in-newtralità u sens ta' ġustizzja, u jiżguraw it-trasparenza fl-azzjonijiet tagħhom. Fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist, membri tal-istaff għandhom jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċifiċi kollha marbutin mal-iskansar u r-rappurtar ta’ kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ rigali u s-segretezza professjonali. Membri tal-istaff għandhom jikkomunikaw biss ma’ parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist permezz ta’ mezzi uffiċjali u għandhom jevitaw li jagħtu l-informazzjoni bil-fomm.

0.14.   In-negozjar ta’ impieg prospettiv

Membri tal-istaff għandhom iġibu ruħhom b'integrità u diskrezzjoni f'kull negozjati li jikkonċernaw impieg prospettiv u l-aċċettazzjoni ta’ dan l-impieg. Membri tal-istaff għandhom jinformaw lil min hu immedjatament fuqhom b’kull impieg prospettiv li jista’ joħloq jew jista’ jidher li qed joħloq kunflitt ta’ interess jew użu ħażin tal-pożizzjoni tagħhom fi ħdan il-BĊE. Membri tal-istaff jistgħu jintalbu jastjenu mit-trattazzjoni ta’ kull kwistjoni li tista’ tkun marbuta ma’ min jista’ jħaddimhom.

0.15.   Premji, unuri u dekorazzjonijiet

Membri tal-istaff għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni qabel ma jaċċettaw premji, unuri jew dekorazzjonijiet b’konnessjoni max-xogħol tagħhom għall-BĊE.

0.16.   Relazzjonijiet ma’ partijiet esterni

0.16.1.

Membri tal-istaff għandhom iżommu f’moħħhom l-indipendenza tal-BĊE, ir-reputazzjoni u l-ħtieġa li tinżamm is-segretezza professjonali fir-relazzjonijiet tagħhom ma' kull parti esterna. Fil-qadi ta’ dmirijiethom, membri tal-istaff la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet mingħand xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jinfurmaw lill-maniġment tagħhom b'kull tentattiv inapproprjat minn parti terza sabiex tinfluwenza lill-BĊE fil-qadi ta’ dmirijietu.

0.16.2.

Membri tal-istaff għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-BĊE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u jieħdu nota tal-Kodiċi Ewropew dwar l-Imġiba Amministrattiva Tajba fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku.

0.16.3.

Membri tal-istaff għandhom imexxu r-relazzjonijiet tagħhom mal-kollegi fil-BĊNi tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka mill-qrib. Kooperazzjoni bħal din għandha titmexxa mill-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni, it-trattament ugwali u l-iskansar ta' preġudizzju nazzjonali. F’kull relazzjoni ma’ BĊN, il-membri tal-istaff għandhom iżommu f’moħħhom l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn il-BĊE u r-rwol imparzjali tal-BĊE fi ħdan is-SEBĊ.

0.16.4.

Membri tal-istaff għandhom ikunu kawti fir-relazzjonijiet tagħhom ma' gruppi interessati u mal-media, partikolarment dwar kwistjonijiet marbutin mal-attivitajiet professjonali tagħhom, u jżommu f’moħħhom l-interessi tal-BĊE. Membri tal-istaff għandhom jirreferu t-talbiet kollha għall-informazzjoni marbutin mal-attivitajiet professjonali tagħhom li jsiru minn rappreżentanti tal-media lid-Direttorat għall-Komunikazzjoni u jikkonformaw mad-disposiżżjonijiet relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju.

0.17.   Abbuż ta’ informazzjoni privileġġata

0.17.1.

Membri tal-istaff għandhom iżommu lura milli jużaw jew jipprovaw jużaw informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tal-BĊE, u li għadha ma saritx pubblika jew mhix aċċessibbli għall-pubbliku, għall-benefiċċju tal-interessi privati tagħhom jew ta' ħaddieħor. Membri tal-istaff huma speċifikament ipprojbiti milli jieħdu vantaġġ minn din l-informazzjoni f’kull transazzjoni finanzjarja jew fir-rakkomandazzjoni jew l-għoti ta’ parir kontra transazzjonijiet bħal dawn. Din l-obbligazzjoni għandha tkompli tapplika wara t-terminazzjoni tal-impieg mal-BĊE.

0.17.2.

Membri tal-istaff jistgħu jinvolvu ruħhom fin-negozjar ta’ assi jew drittijiet għal żmien qasir biss jekk, qabel ma jsiru dawn it-transazzjonijiet, l-Uffiċjal għall-Etika huwa sodisfatt bin-natura mhux spekulattiva u l-ġustifikazzjoni għal dawn it-transazzjonijiet.

0.17.3.

Membri tal-istaff għandhom iżommu rekords għas-snin tal-kalendarju preċedenti u kurrenti ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi l-kontijiet konġunti, kontijiet ta’ kustodja u kontijiet ma’ sensara tat-titoli;

(b)

kull prokura mogħtija lilhom minn partijiet terzi b’konnessjoni mal-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi l-kontijiet ta’ kustodja;

(c)

kull istruzzjoni ġenerali jew linji ta’ gwida mogħtija lill-partijiet terzi li lilhom ġiet iddelegata r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-portafoll ta’ investimenti tagħhom;

(d)

kull bejgħ jew xiri ta’ assi jew drittijiet b’riskju għalihom stess u f’isimhom, jew immexxi minnhom b’riskju għal u f’isem ħaddieħor;

(e)

dikjarazzjonijiet dwar il-kontijiet fuq imsemmija;

(f)

il-konklużjoni jew l-emenda ta’ ipoteki jew self ieħor b’riskju għalihom u f’isimhom, jew immexxija minnhom b’riskju għal u f’isem ħaddieħor; u

(g)

it-trattattivi tagħhom b’relazzjoni mal-pjanijiet għall-irtirar, inklużi l-Iskema tal-Pensjoni u l-Pjan għall-Irtirar tal-BĊE.

Sabiex tiġi sorveljata l-konformità mal-Artikolu 0.17.1 u 0.17.2, fuq talba tad-Direttorat Ġenerali għall-Persunal, il-Baġit u l-Organizzazzjoni l-membri tal-istaff għandhom jipprovdu l-fuq imsemmija dokumentazzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur konsekuttivi, kif speċifikat fit-talba.

L-obbligazzjonijiet ta’ membri tal-istaff taħt dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għal sena wara t-terminazzjoni tal-impieg tagħhom mal-BĊE.

0.17.4.

Membri tal-istaff li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, huma meqjusin bħala li għandhom aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja tal-BĊE, kwistjonijiet dwar ir-rati tal-kambju, l-operazzjonijiet finanzjarji tal-BĊE, l-analiżi tal-istabbiltà finanzjarja tas-SEBĊ, statistika ta’ qabel ir-rilaxx, attivitajiet tal-ESRB jew kull informazzjoni sensittiva oħra tas-suq għandhom iżommu lura milli jagħmlu transazzjonijiet ta' investiment finanzjarju f’wieħed minn dawn li ġejjin:

ishma u strumenti derivati relatati marbutin ma’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji fl-Unjoni, inklużi fergħat fl-Unjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji ta’ pajjiżi terzi, fondi ta’ pensjonijiet, u korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni;

skemi ta’ investiment kollettiv u strumenti derivati oħrajn li fil-konfront tagħhom jistgħu jeżerċitaw influwenza fuq il-politika tal-investiment;

strumenti finanzjarji derivati bbażati fuq indiċijiet li huma jistgħu jinfluwenzaw.

Investimenti li jkunu jeżistu fi żmien meta membru tal-istaff jaqa’ fl-ambitu ta’ din id-disposizzjoni jistgħu jinżammu jew jinbidlu jekk il-membru tal-istaff:

jirrapporta lill-Uffiċjal għall-Etika dwar kull tibdil fil-ftehim ta' investiment, u

jipprovdi, fuq inizjattiva tiegħu u mingħajr dewmien, dettalji dwar kull tibdil fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 0.17.3(a) sa (ċ).

L-obbligazzjonijiet ta’ membri tal-istaff li għalihom hemm provvediment f’dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għal sena wara li membru tal-istaff ikun waqaf jappartjeni għall-kategorija ta’ staff meqjusa bħala li għandha aċċess għal informazzjoni interna msemmija fil-paragrafu 1.

0.17.5.

Membri tal-istaff li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, huma meqjusin bħala li għandhom aċċess għal informazzjoni interna dwar il-politika monetarja tal-BĊE jew kwistjonijiet ta’ rata tal-kambju għandhom iżommu lura milli jagħmlu kull transazzjoni ta’ investiment finanzjarju matul il-perjodu ta’ sebat ijiem li jippreċedi l-ewwel laqgħa tal-Kunsill Governattiv ta’ xahar ta’ kalendarju.


(1)  ĠU L 230, 30.6.2004, p. 56.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ Frar 2011

2011/C 40/09

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3635

JPY

Yen Ġappuniż

112,09

DKK

Krona Daniża

7,4546

GBP

Lira Sterlina

0,84860

SEK

Krona Żvediża

8,7715

CHF

Frank Żvizzeru

1,3030

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8590

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,018

HUF

Forint Ungeriż

269,23

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7022

PLN

Zloty Pollakk

3,8856

RON

Leu Rumen

4,2550

TRY

Lira Turka

2,1509

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3457

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3502

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6097

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7587

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7349

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 504,34

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,8957

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,9786

HRK

Kuna Kroata

7,4148

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 155,40

MYR

Ringgit Malażjan

4,1335

PHP

Peso Filippin

59,052

RUB

Rouble Russu

39,9615

THB

Baht Tajlandiż

41,887

BRL

Real Brażiljan

2,2850

MXN

Peso Messikan

16,3859

INR

Rupi Indjan

61,7630


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/19


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2008 dwar abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.180 – Fluworidu tal-aluminju

Rapporteur: L-Awstrija

2011/C 40/10

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-fatti bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni fir-rigward tal-prodotti u taż-żona ġeografika milquta mill-kartell.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-kartell jikkonstitwixxi infrazzjoni unika u kontinwa.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji proprjetarji tal-gruppi kkonċernati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tista' tiġi imposta multa fuq dawk indirizzati mill-abbozz ta' deċiżjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-applikazzjoni magħmula taħt l-Avviż ta' Klemenza tal-2002.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/19


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-prattiċi ristrettivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2008 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.180 – Aluminium fluoride (2)

Relatur: L-Awstrija

2011/C 40/11

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multi.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni proposta rigward immunità u r-rifjut ta’ kull tnaqqis ta’ multi, bbażata fuq l-Avviż ta’ Klemenza tal-2002.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-publikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/20


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1) fil-Każ tal-Fluworidu tal-aluminju

(Każ COMP/39.180)

2011/C 40/12

L-abbozz tad-Deċiżjoni jagħti lok għall-osservazzjonijiet li ġejjin:

L-isfond

F’Marzu tal-2005 Boliden Odda A/S issottomettiet applikazzjoni ta’ immunità skont l-Avviż ta’ Klemenza tal-2002. Il-Kummissjoni tat l-immunità kundizzjonali lil Boliden fit-28 ta’ April 2005.

L-investigazzjoni sussegwenti tal-Kummissjoni sabet li dawk li jipproduċu l-fluworidu tal-aluminju, komponent kimiku fil-forma ta’ trab abjad li jiġi wżat fil-produzzjoni tal-alumnju, ftiehmu bejniethom biex jaġixxu b’tali mod li jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni sensittiva u jaqblu fuq prezzijiet, żieda fil-prezzijiet u kondiviżjoni tas-suq.

Il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ Alufluor AB, Derivados del Fluor SA, Fluorsid SpA, u C.E. Guilini & C. Srl u intervistat lil eks impjegat tal-applikant għall-klemenza. Intbagħtu wkoll it-talbiet tal-Artikolu 18 skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Fit-22 ta’ April 2007, immedjatament qabel inħarġet id-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (SO), Fluorsid SpA issottomettiet applikazzjoni għall-klemenza, li sussegwentement inċaħdet mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Lulju 2007.

Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet

Id-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet ġiet adottata fl-24 ta’ April 2007 u ntbagħtet lil dawn il-partijiet: Boliden Odda A/S, Derivados del Fluor, Fluorsid SpA, Industries Chimiques du Fluor, Industrial Química de Mexico, Minerales y Productos Derivados, Minmet Financing Company, Outokumpu u QB Industrias. Il-partijiet irċevew l-SO u s-CD-ROM li kienu jinkludu l-fajl bejn is-26-30 ta’ April 2007. Bosta partijiet talbu estensjonijiet qosra, li kienu ntlaqgħu mill-Uffiċjal tas-Smigħ ta’ dak iż-żmien, Serge Durande.

Aċċess għall-fajl

Fl-istess waqt, qamet kwistjoni dwar l-aċċess għall-fajl, li kienet tirrigwarda CD-ROM ġdida li ntbagħtet fit-18 u d-19 ta' Ġunju 2007, u li kienet tfisser li l-iskadenzi ġew iffissati mill-ġdid. L-iskadenzi aħħarija kienu bejn l-1 u l-10 ta’ Awwissu 2007, u l-partijiet kollha wieġbu fil-ħin.

Ir-reġistrazzjonijiet awdjo li saru tal-intervisti mal-eks impjegat tal-applikant għall-klemenza ġew imqassra f’dokument u tpoġġa fil-fajl tal-każ. Il-Kummissjoni sserraħħ biss fuq informazzjoni li tinsab fid-dokument iffirmat, imma l-partijiet għandhom id-dritt li jaċċessaw ir-reġistrazzjonijiet awdjo minħabba li dawn kienu riproduzzjoni mekkanika ta’ dak li ntqal fl-intervisti. Is-sommarju ffirmat kien jinkludi wkoll rikonoxximent li l-aċċess għar-reġistrazzjonijiet awdjo jista' jingħata lill-partijiet l-oħra, u li ladarba la dak li kien qed jintervista u lanqas l-applikant għall-klemenza ma oġġezzjonaw, dawn intbagħtu lill-partijiet l-oħra hekk kif intalab.

Allegat nuqqas ta’ konsultazzjoni skont il-Ftehim Ewro-Mediterranju

L-ICF sostniet li l-Kummissjoni kienet obbligata li tosserva l-Ftehim Ewro-Mediterranju (Ftehim) konkluż bejn il-gvernijiet tal-UE u tat-Tuneżija u biex jiġi kkonsultat il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni dwar il-proċedura. Mandankollu, f’dan il-każ il-Kummissjoni qed tapplika l-Artikolu 81 tat-Trattat, u mhux il-Ftehim. F’kull każ, il-Ftehim ma jagħti l-ebda dritt speċifiku lill-intrapriżi privati f’din il-proċedura.

Partijiet terzi

L-ebda parti terza ma kienet involuta fil-proċedura.

Is-seduta tas-smigħ

Is-seduta orali saret fit-13 ta’ Settembru 2007. Il-partijiet kollha attendew is-smigħ.

L-abbozz ta' Deċiżjoni

L-abbozz tad-Deċiżjoni ma ntbagħatx f’uħud mill-indirizzi tal-SO, partikolarment id-Derivados del Fluor, SA, Minerales y Productos Derivados, SA (il-kumpanija prinċipali tad-Derivados del Fluor), u Outokumpu Oyj, l-aktar minħabba t-tnaqqis tal-perjodu ta' kemm damu l-infrazzjonijiet fl-abbozz tad-Deċiżjoni meta mqabbel mad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet.

L-abbozz ta' Deċiżjoni sottomess lill-Kummissjoni fih biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jistqarru l-opinjonijiet tagħhom.

Fid-dawl ta’ dak li ssemma' hawn fuq, jiena nikkunsidra li f’dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet biex jkunu mismugħa ġew irrispettati.

Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2008.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza tal-Uffiċjali tas-Smigħ f'xi proċeduri tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/22


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Ġunju 2008

dwar proċediment skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/39.180 – Fluworidu tal-aluminju)

(notifikata bid-dokument numru C(2008) 3043 finali)

(It-testi bl-Ingliż, il-Franċiż u t-Taljan biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/13

Fil-25 ta' Ġunju 2008, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penalitajiet imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tagħhom tan-negozju. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases/index/

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni huma kumpaniji involuti fil-provvista tal-fluworidu tal-Aluminju li kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi ftehmu dwar żieda tal-prezz immirat għall-fluworidu tal-Aluminju u eżaminaw bosta reġjuni fid-dinja, inkluża l-Ewropa, biex jistabilixxu livell ta' prezz ġenerali u, f'xi każijiet, diviżjoni tas-suq. Huma skambjaw ukoll informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva. L-ambitu ġeografiku tal-ksur kien fid-dinja kollha. Il-ksur dam mit-12 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

F’Marzu 2005, Boliden infurmat lill-Kummissjoni dwar il-kartell fost il-produtturi tal-fluworidu tal-Aluminju u applikat għall-immunità skont l-Avviż ta' Klemenza tal-2002. F'April 2007, Fluorsid ippreżentat rikors skont l-Avviż ta' Klemenza.

(3)

F’Mejju 2005, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet mhux imħabbra fuq il-post tal-produtturi Ewropej tal-fluworidu tal-Aluminju. F'Awwissu 2006, il-Kummissjoni intervistat eks impjegat tal-applikant għall-immunità. Bejn Settembru 2006 u Frar 2007, il-Kummissjoni bagħtet talbiet għal informazzjoni lill-impriżi kkonċernati. Fl-24 ta' April 2007, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti u adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet. Smigħ Orali tal-każ sar fit-13 ta’ Settembru 2007. Il-partijiet kollha eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu fil-11 u fl-14 ta' April 2008 intbagħtu iktar talbiet għal informazzjoni.

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ l-opinjoni favorevoli tiegħu fit-12 ta’ Ġunju 2008 u fl-20 ta' Ġunju 2008. Id-Deċiżjoni ġiet adottata fil-25 ta’ Ġunju 2008.

2.2.   Sommarju tal-ksur

(5)

Il-fluworidu tal-Aluminju huwa kompost kimiku bil-formola AlF3. Iż-żieda tal-fluworidu tal-Aluminju fil-proċess ta' produzzjoni tal-aluminju primarju tnaqqas il-konsum tal-elettriku meħtieġ fil-proċess ta' tidwib u għalhekk tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għat-tnaqqis fl-ispejjeż ta' produzzjoni tal-aluminju. L-enerġija hija fattur ta' spiża maġġuri fil-produzzjoni tal-aluminju.

(6)

Il-produtturi tal-fluworidu tal-Aluminju li għalihom hija indirizzata d-Deċiżjoni ltaqgħu fit-12 ta' Lulju 2000 f'Milan. Matul din il-laqgħa qablu dwar żieda dinjija tal-prezz immirat tal-fluworidu tal-Aluminju u eżaminaw bosta reġjuni fid-dinja (l-Ewropa, l-Amerika t'Isfel, l-Amerika ta' Fuq, l-Awstralja u “swieq oħra”, pereżempju inkluża t-Turkija) biex jistabilixxu livell ta' prezz ġenerali u f'xi każijiet diviżjoni tas-suq. Huma skambjaw ukoll informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva. Fit-tieni nofs tas-sena 2000, id-destinatarji tad-Deċiżjoni daħlu f'kuntatti bilaterali li matulhom ġew monitorjati arranġamenti ta' kartell sabiex dawn jiġu implimentati.

(7)

Id-Deċiżjoni tikkonkludi li fit-12 ta' Lulju 2000, id-destinatarji tad-Deċiżjoni laħqu ftehim jew involvew ruħhom fi prattiki miftiehma bi ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Il-ksur dam mit-12 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000. Id-destinatarji kollha huma responsabbli għall-ksur għall-perjodu sħiħ ta' ksur. L-ambitu ġeografiku tal-ksur huwa fid-dinja kollha.

2.3.   Destinatarji

(8)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Boliden Odda A/S (In-Norveġja), Fluorsid SpA (l-Italja), Minmet Financing Company SA (l-Iżvizzera), Société des Industries Chimiques du Fluor (it-Tuniżija), Industrial Quimica de Mexico, SA de C.V. (il-Messiku) u QB Industrial, S.A.B de C.V. (il-Messiku).

2.4.   Rimedji

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(9)

L-ambitu tal-kartell kien id-dinja kollha u l-ishma fis-suq tal-membri tal-kartell fis-suq dinji ma kinux proporzjonalment riflessi fil-bejgħ tagħhom tal-fluworidu tal-Aluminju fiż-ŻEE. Għalhekk il-Kummissjoni applikat il-Punt 18 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar multi sabiex l-ammonti inizjali jirriflettu n-natura tal-ksur, l-impatt reali tal-ksur fuq is-suq u l-ambitu tas-suq ġeografiku kopert mill-imġiba kollużiva tal-partijiet u l-kapaċità ekonomika tal-membri tal-kartell biex ixekklu l-kompetizzjoni fi ħdan iż-ŻEE. L-ishma relattivi ta' kull destinantarju tal-bejgħ totali tad-destinatarji fiż-żona ġeografika koperta mill-kartell (iktar wiesgħa miż-ŻEE) intużaw biex jiġi determinat valur tal-bejgħ tal-fluworidu tal-Aluminju fi ħdan iż-ŻEE għal kull wieħed mid-destinatarji tad-Deċiżjoni.

(10)

Il-Kummmissjoni, wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi tal-każ, b'mod partikolari n-natura tal-ksur u l-ambitu ġeografiku tiegħu, stabbiliet il-proporzjoni tal-valur tal-bejgħ li għandu jintuża biex jiġi stabbilit l-ammont bażiku għal 17 %.

(11)

Il-ksur dam mit-12 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000, inqas minn sitt xhur. B'riżultat ta' dan, il-fattur moltiplikanti applikat għall-ammont determinat abbażi tal-valur tal-bejgħ kien 0,5. Dan applika għad-destinatarji kollha.

(12)

Sabiex impriżi jiġu skoraġġuti milli jidħlu fi ftehimiet ta' arranġamenti orizzontali ta' prezzijiet bħal dak li kien inkwistjoni, l-ammont bażiku tal-multi li għandu jiġi impost żdied b'ammont addizzjonali. Wara li ġew ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-każ, u b'mod partikolari n-natura tal-ksur u l-ambitu ġeografiku tiegħu, ġie konkluż li ammont addizzjonali ta' 17 % tal-valur tal-bejgħ ikun xieraq.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkustanzi aggravanti u mitiganti

(13)

Ma hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti.

(14)

Il-partijiet argumentaw għall-applikazzjoni ta' serje ta' ċirkostanzi mitiganti bħan-nuqqas tan-natura serja tal-ksur, in-nonimplimentazzjoni, in-nuqqas ta' effett u ż-żmien limitat tal-arranġamenti tal-kartell, ir-rwol passiv fil-kartell u l-kooperazzjoni effettiva minn barra l-Avviż ta' Klemenza. Dawn l-argumenti kollha ġew rifjutati fid-Deċizjoni.

2.4.2.2.   Żieda speċifika għal skop dissważiv

(15)

Il-Kummissjoni ma kkunsidratx neċessarju, sabiex tiżgura effett deterrenti suffiċjenti, li tapplika fattur ta' multiplikazzjoni għall-multi imposti.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(16)

L-ammonti finali individwali tal-multi kkalkolati qabel l-applikazzjoni tal-Avviz ta' Klemenza kienu taħt l-10 % tad-dħul dinji tal-impriżi indirizzati mid-Deċiżjoni.

2.4.4.   L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002: tnaqqis ta' multi

(17)

Boliden kienet l-ewwel li infurmat lill-Kummissjoni dwar kartell sigriet fid-dinja kollha għall-fluworidu tal-Aluminju. Boliden ikkooperat bis-sħiħ mal-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva kollha u ssodisfat kriterji oħra fl-Avviż ta' Klemenza 2002 fir-rigward tal-immunità. Boliden għalhekk ingħatat l-immunità minn kwalunkwe multi li kieku kienet tingħata.

(18)

F’April 2007, Fluorsid ippreżentat rikors skont l-Avviż ta' Klemenza. Il-Kummissjoni ma kkunsidratx li l-evidenza ppreżentata kienet ta' valur miżjud sinifikanti skont it-tifsira tal-Avviż ta' Klemenza 2002. L-applikazzjoni ta' Fluorsid għal tnaqqis tal-multi ġiet rifjutata.

3.   DEĊIŻJONI

(19)

Id-Deċiżjoni kkonkludiet li dawn l-impriżi kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, mit-12 ta' Lulju 2000 sal-31 ta' Diċembru 2000, fi ftehim u/jew prattiki miftiehma fis-settur tal-fluworidu tal-Aluminju:

(a)

Boliden Odda A/S;

(b)

Fluorsid SpA u Minmet Financing Company SA;

(c)

Société des Industries Chimiques du Fluor;

(d)

Industrial Quimica de Mexico SA de C.V. u Q.B. Industrias S.A.B. de C.V.

(20)

Il-multi segwenti huma imposti:

(a)

Boliden Odda A/S: EUR 0;

(b)

Fluorsid SpA u Minmet Financing Company SA, flimkien u separatament: EUR 1 600 000;

(c)

Société des Industries Chimiques du Fluor: EUR 1 700 000;

(d)

Industrial Quimica de Mexico SA de C.V. u Q.B. Industrias S.A.B. de C.V., flimkien u separatament: EUR 1 670 000.

(21)

L-impriżi elenkati fil-premessa (19) ġew ordnati li jwaqqfu immedjatament il-ksur imsemmi fil-premessa sakemm ma għamlux dan diġà u li jżommu lura milli jirrepetu kwalunkwe att jew imġiba deskritti fil-premessa, u minn kwalunkwe att jew imġiba li għandhom l-istess għan jew effett.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/14

1.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Assa Abloy AB (l-Isvezja) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ tal-impriża Cardo AB (l-Isvezja) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Assa Abloy AB timmanifattura u tforni soluzzjonijiet relatati mal-ftuħ ta’ bibien, jiġifieri prodotti ta’ sigurtà elettroniċi u mekkaniċi, serraturi u prodotti relatati bħal mezzi ta’ ħruġ ta’ emerġenza u tagħmir ta’ siġurtà mat-twieqi,

Cardo AB tforni bibien industrijali u sistemi loġistiċi, sistemi ta’ trattament tal-ilma tal-iskart, tagħmir tal-ipproċessar għall-industrija tal-polpa u l-karti u bibien tal-garaxxijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa’ fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6117 – Assa Abloy/Cardo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


9.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6137 – Citigroup Inc/Maltby Acquisitions Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 40/15

1.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Citigroup Inc (“Citi”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Maltby Acquisitions Limited (“MAL”, ir-Renju Unit), li għandha l-kapital azzjonarju kollu tal-EMI Group Ltd (“EMI”, ir-Renju Unit) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Citi: servizzi finanzjarji,

għal EMI: reġistrazzjoni ta' mużika, pubblikazzjoni ta' mużika u distribuzzjoni onlajn ta' mużika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6137 – Citigroup Inc/Maltby Acquisitions Limited, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).