ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.038.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
5 ta' Frar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 038/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 30, 29.1.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 038/02

Kawża C-532/10 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2010 minn adp Gauselmann GmbH mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-106/09 — adp Gauselmann GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Archer Maclean

2

2011/C 038/03

Kawża C-534/10 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 minn Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-135/08, Schniga vs OCVV — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

2

2011/C 038/04

Kawża C-538/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fid-19 ta’ Novembru 2010 — Richard Lebrun, Marcelle Howet vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

4

2011/C 038/05

Kawża C-541/10: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 minn Quinta do Portal, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fit-8 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-369/09 — Quinta do Portal, SA vs UASI

4

2011/C 038/06

Kawża C-545/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

5

2011/C 038/07

Kawża C-556/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

5

2011/C 038/08

Kawża C-557/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

7

2011/C 038/09

Kawża C-563/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2010 — Kashayar Khavand vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

7

2011/C 038/10

Kawża C-585/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Niels Møller vs Haderslev Kommune

8

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 038/11

Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ impriża — Kumpens żejjed għall-ispejjeż tal-missjoni ta’ servizz pubbliku — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

9

2011/C 038/12

Kawża T-19/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sejħa għal offerti fir-rigward tat-twettiq ta’ proġett li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tal-Kummissjoni — Kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter ikkummerċjalizzat — Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur — Żvelar mhux awtorizzat ta’ għarfien — Rikors għad-danni — Kwistjoni mhux kuntrattwali — Ammissibbiltà — Dannu reali u ċert — Rabta kawżali — Evalwazzjoni tal-ammont tad-dannu bħala somma waħda)

9

2011/C 038/13

Kawża T-276/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Martin vs Il-Parlament (Regolament dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-membri tal-Parlament Ewropew — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament)

10

2011/C 038/14

Kawża T-141/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — E.ON Energie vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ siġill — Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Oneru tal-prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

10

2011/C 038/15

Kawża T-369/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — EWRIA et vs Il-Kummissjoni (Dumping — Importazzjoni ta’ kejbils tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Indja, mill-Afrika t’Isfel, mill-Ukrajna u mir-Russja — Rifjut li ssir reviżjoni parzjali interim tad-dazju antidumping impost)

10

2011/C 038/16

Kawża T-427/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — CEAHR vs Il-Kummissjoni (Akkordji — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Deċiżjoni li lment jiġi miċħud — Rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi Svizzeri li jipprovdu spare parts lill-arluġġara indipendenti — Interess Komunitarju — Suq rilevanti — Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

11

2011/C 038/17

Kawża T-460/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Acantro Turismo (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jirrigwardaw l-organizzazzjoni ta’ vjaġġi għal missjonijiet uffiċjali — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Ammissibbiltà — Pagament ta’ ammonti dovuti bħala somma kapitali — Interessi moratorji)

11

2011/C 038/18

Kawża T-132/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Epcos vs UASI — Epco Sistemas (EPCOS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EPCOS — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti epco SISTEMAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))

12

2011/C 038/19

Kawża T-143/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Petrilli (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt awżiljarji — Kuntratt għal żmien determinat — Regoli dwar iż-żmien massimu ta’ ingaġġ tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni — Deċiżjoni li tirrifjuta t-tiġdid tal-kuntratt)

12

2011/C 038/20

Kawża T-175/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kunsill vs Stols (Appell — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Eżami komparattiv tal-merti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żnaturament tal-provi)

12

2011/C 038/21

Kawża T-191/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — HIT Trading u Berkman Forwarding vs Il-Kummissjoni (Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) ta’ provenjenza mill-Pakistan — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Applikazzjoni għal maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (CEE) Nru 2913/92)

13

2011/C 038/22

Kawża T-259/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Arci Nuova associazione comitato di Cagliari u Gessa (Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim konkluż fil-kuntest tal-appoġġ għal proġetti Ewropej ta’ diskussjonijiet organizzati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-2003 — Rikors ippreżentat kontra d-diriġent ta’ assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim — Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem)

13

2011/C 038/23

Kawża T-323/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Irish Electricity Generating (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, inkluża d-dimostrazzjoni, fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari (1994-1998) — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntrat — Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem — Interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja)

14

2011/C 038/24

Kawża T-331/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Novartis vs UASI — Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TOLPOSAN — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TONOPAN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2011/C 038/25

Kawża T-364/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave annwali — Kollokament għal nofs il-ħin għal għanijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali — Assenza irregolari — Tnaqqis ta’ ġranet mid-dritt għal leave annwali — Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)

14

2011/C 038/26

Kawża T-380/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Bianchin vs UASI — Grotto (GASOLINE) (Trade mark Komunitarja — Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komuitarja verbali GASOLINE — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

15

2011/C 038/27

Kawża T-451/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Wind vs UASI– Sanyang Industry (Wind) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Wind — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Wind — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi)

15

2011/C 038/28

Kawża T-52/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave annwali — Kollokament part-time għal finijiet ta’ rappreżentanza sindakali — Assenza irregolari — Tnaqqis tal-jiem tad-dritt ta’ leave annwali — Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)

15

2011/C 038/29

Kawża T-188/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — DTL vs UASI — Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Solaria — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOLARTIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2011/C 038/30

Kawża T-559/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2010 — Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)

16

2011/C 038/31

Kawża T-560/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2010 — Nencini vs Il-Parlament

17

2011/C 038/32

Kawża T-561/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2010 — LG Electronics vs UASI (DIRECT DRIVE)

17

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 038/33

Kawża F-25/07: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Bleser vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Nomina — Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli — Artikoli 2 u 13 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ transparenza — Prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba l-età — Dmir ta’ premura — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività — Regola ta’ projbizzjoni tar-reformatio in pejus — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ bona fide — Prinċipju patere legem quam ipse fecisti)

18

2011/C 038/34

Kawża F-14/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Almeida Campos et vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2008 — Eżami komparattiv tal-merti ta’ amministraturi assenjati għall-postijiet tal-lingwa u amministraturi assenjati għall-postijiet ġenerali)

18

2011/C 038/35

Kawża F-66/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Saracco vs BĊE (Servizz Pubbliku — Persunal tal-BĊE — Leave għal raġunijiet personali — Terminu massimu — Rifjut ta’ estensjoni)

19

2011/C 038/36

Kawża F-67/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Angelo Sánchez vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Leave speċjali — Mard gravi ta’ membru axxendenti tal-familja — Metodu ta’ kalkolazzjoni tan-numru ta’ ġranet ta’ leave f’każ ta’ mard gravi ta’ diversi membri axxendenti tal-familja)

19

2011/C 038/37

Kawża F-25/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 AG vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Tkeċċija wara li ntemm il-perijodu ta’ prova — Inammissibbiltà manifesta — Dewmien fil-preżentata ta’ rikors — Notifika permezz ta’ ittra reġistrata b’avviż ta’ riċevuta)

19

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/1


2011/C 38/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 30, 29.1.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 13, 15.1.2011

ĠU C 346, 18.12.2010

ĠU C 328, 4.12.2010

ĠU C 317, 20.11.2010

ĠU C 301, 6.11.2010

ĠU C 288, 23.10.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/2


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2010 minn adp Gauselmann GmbH mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-106/09 — adp Gauselmann GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Archer Maclean

(Kawża C-532/10 P)

2011/C 38/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: adp Gauselmann GmbH (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Archer Maclean

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata, tad-9 ta’ Settembru 2010, tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-Kawża T-106/09.

tannulla d-deċiżjoni, tat-12 ta’ Jannar 2009, tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż taż-żewġ kawżi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali ma kinitx konsistenti mal-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1). L-appellanti tibbaża ruħha fuq l-aggravji li ġejjin:

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta tat lill-kelmiet “Archer Maclean’s”, li ċarament għandhom rappreżentazzjoni sekondarja u marġinali fit-trade mark kollha li għaliha saret l-applikazzjoni, li jagħmluhom kważi illeġġibbli, l-istess valur distintiv bħall-kelma “MERCURY”, li hija l-element distintiv u dominanti, meta kkonkludiet li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark ikkontestata, “MERKUR”.

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata taż-żewġ trade marks, peress li l-kelma “MERCURY”, li hija l-element distintiv u dominanti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, mhux biss ma għandha l-ebda tifsira fil-lingwa tas-suq rilevanti, jiġifieri l-Ġermanja, iżda hija simili ħafna, mill-aspett fonetiku u viżiv, għat-trade mark ikkontestata, “MERKUR”.

Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li d-differenzi minimi bejn il-kelma “MERCURY”, li hija l-element distintiv u dominanti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, u “MERKUR”, li hija s-simbolu tat-trade mark ikkontestata, huwa biżżejjed sabiex jipprekludi lill-pubbliku milli jitħawwad bejn iż-żewġ trade marks.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja

ĠU L 78, p. 1


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/2


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2010 minn Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-135/08, Schniga vs OCVV — Elaris u Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

(Kawża C-534/10 P)

2011/C 38/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC (rappreżentant: M. Eller, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju Komunitarju ta’ Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), Schniga GmbH

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għas-sentenza jew, sussidjarjament, permezz ta’ sentenza definittiva, tiċħad ir-rikors tal-rikorrenti Schniga GmbH u konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-21 ta’ Novembru 2007 fil-Każijiet A-003/2007 u A-004/2007

tordna li l-ispejjeż jiġu rrimborsati.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata abbażi ta’ dawn ir-raġunijet:

I.   Inammissibbiltà tat-tielet motiv mressaq mir-rikorrenti Schniga GmbH. Eżami mill-ġdid illegali tal-fatti kif evalwati mill-Bord tal-Appell. Ksur tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Nru 2100/94 (1) (iktar ’il quddiem “RK”).

It-tielet motiv, imressaq mir-rikorrenti Schniga GmbH insostenn tar-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u milqugħ fis-sentenza kkontestata, kellu jiġi ddikjarat bħala inammissibbili, peress li dan kien jimplika eżami mill-ġdid tal-fatti, li ma huwiex awtorizzat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2) RK.

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 73(2) RK billi illegalment eżaminat mill-ġdid konstatazzjonijiet fattwali tal-Bord tal-Appell li jikkonċernaw il-kontenut attwali tat-talba individwali fis-sens tal-Artikolu 55(4) RK u t-tifsira tagħhom mill-applikant.

II.   Ksur tal-Artikolu 55(4) b’konnessjoni mal-Artikolu 61(1)(b) u mal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 2100/94 (iktar ’il quddiem “RK”)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat (jew impliċitament assumiet) li l-Artikolu 55(4) RK jagħti lill-Uffiċċju s-setgħa li jressaq talbiet f’każijiet individwali, il-ksur ta’ liema jwassal għal ċaħda tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 61(1)(b) RK, mhux biss b’referenza għall-kwalità tal-materjal li għandu jiġi ppreżentat f’ċertu żmien, iżda wkoll b’referenza għall-evidenza dokumentata ta’ tali kwalità.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat (jew impliċitament assumiet) li l-Artikolu 55(4) RK jagħti lill-Uffiċċju s-setgħa li jaqsam it-talbiet tiegħu f’każijiet individwali f’żewġ talbiet awtonomi u independenti, waħda li tikkonċerna l-materjal innifsu u waħda li tikkonċerna l-evidenza dokumentata tal-kwalità, il-ksur ta’ liema jwassal għal ċaħda tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 61(1)(b) RK.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ulterjuri billi ddikjarat (jew impliċitament assumiet) li l-Artikolu 55(4), flimkien mal-Artikolu 61(1)(b) RK, jagħti lill-Uffiċċju s-setgħa li jippermetti sottomissjonijiet ġodda ta’ materjal, f’sitwazzjoni fejn it-terminu stabbilit preċedentment għas-sottomissjoni ta’ materjal ta’ ċerta kwalità kien diġà skada, sempliċement minħabba li t-terminu sabiex tintbagħat l-evidenza dokumentata li tikkonċerna l-kwalità ta’ tali materjal kien għadu ma skadiex.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat (jew impliċitament assumiet) li l-Artikolu 55(4), flimkien mal-Artikolu 61(1)(b) RK, jagħti lill-Uffiċċju s-setgħa li jippermetti sottomissjoni ġdida ta’ materjal ħieles minn virus, ladarba t-terminu għas-sottomissjoni tal-imsemmi materjal kien skada u ladarba kien definittivament ċar li l-imsemmi materjal ma kienx ħieles minn virus.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ulterjuri billi ddikjarat (jew impliċitament assumiet) — fid-dawl tal-fatt li l-materjal sottomess kien infettat b’virus u li, għaldaqstant, l-ebda ċertifikat tas-saħħa ma seta’ ntbagħat u qatt ma kien sejjer jintbagħat għal dan il-materjal — li l-kliem “mill-iktar fis possibbli”, fir-rigward tal-istedina sabiex jintbagħat iċ-ċertifikat tas-saħħa li kien nieqes għal materjal diġà sottomess, ma setax jinftiehem bħala terminu u fi kwalunkwe każ mhux bħala terminu li skada, fir-rigward ta’ talba individwali fis-sens tal-Artikolu 55(4) RK, li jwassal għal ċaħda tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 61(1)(b) RK.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ulterjuri billi ddikjarat (jew impliċitament assumiet) li l-Artikolu 55(4) jagħti lill-Uffiċċju setgħa diskrezzjonali sħiħa sabiex ikun sodisfatt, mingħajr ebda stħarriġ ġerarkiku jew ġudizzjarju ulterjuri, mill-preċiżjoni legali u ċarezza tat-talbiet tiegħu f’każijiet individwali, il-ksur ta’ liema jwassal għal ċaħda tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 61(1)(b) RK, u billi b’mod ulterjuri ddikjarat (jew impliċitament assumiet) li tali evalwazzjoni diskrezzjonali mill-Uffiċċju tista’ titwettaq a) indipendentement minn jekk l-applikant ġiex formalment u tempestivament mitlub għar-ristabbiliment ex Artikolu 80 RK, u b) mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-fehim tal-applikant ta’ tali talba jew dwar il-bona jew mala fede fl-interpretazzjoni ta’ tali talba.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fid-19 ta’ Novembru 2010 — Richard Lebrun, Marcelle Howet vs L-Istat Belġjan — SPF Finances

(Kawża C-538/10)

2011/C 38/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Richard Lebrun, Marcelle Howet

Konvenuti: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi [fil-parti l-kbira tiegħu] id-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (ex 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu liġi nazzjonali, bħal dik tat-12 ta’ Lulju 2009 li temenda l-Artikolu 26 tal-liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti tal-Arbitraġġ (1), milli timponi rikors preliminari quddiem il-Cour constitutionnelle mill-qorti nazzjonali li tikkonstata li ċittadin li jħallas it-taxxa huwa mċaħħad mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, integrata fid-dritt Komunitarju minn liġi nazzjonali oħra, jiġifieri l-Artikolu 2 tal-liġi qafas tal-24 ta’ Lulju 2008, mingħajr ma dik il-qorti ma tkun tista’ tiżgura immedjatament l-applikabbiltà diretta tad-dritt Komunitarju għall-kawża quddiema u mingħajr ma tkun f’pożizzjoni li tagħmel stħarriġ tal-konformità meta l-Cour constitutionnelle rrikonoxxiet il-kompatibbiltà tal-liġi nazzjonali mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Titolu II tal-Kostituzzjoni?


(1)  Moniteur belge tal-31 ta’ Lulju 2009, p. 51617.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/4


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2010 minn Quinta do Portal, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) mogħtija fit-8 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-369/09 — Quinta do Portal, SA vs UASI

(Kawża C-541/10)

2011/C 38/05

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Quinta do Portal, SA (rappreżentant: Bolota Belchior, avukat)

Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vallegre — Vinhos do Porto, SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali kollha kemm hi.

tiddikjara l-provvista totali tat-talbiet ippreżentati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, jiġifieri l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-18 ta’ Ġunju 2009 tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni ta’ trade marks Komunitarji li, min-naħa tagħha, iddikjarat l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 004009908 PORTO ALEGRE, irreġistrata fis-16 ta’ Mejju 2006, ippubblikata fil-Bulettin tat-Trade marks Nru 30/2005, tal-25 ta’ Lulju 2005 (Każ R 1012/2008-1).

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż, fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bejn l-ismijiet “Porto Alegre” u “Vista Alegre” jeżisti nuqqas ta’ xebh kunċettwali, mill-aspett tal-karatteristika dominanti tat-trade mark b’mod komplessiv u nuqqas ta’ xebh ta’ natura grafika u fonetika, billi ż-żewġ ismijiet taż-żewġ trade marks huma differenti.

Il-karattru distintiv tat-trade mark Komunitarja appellata jirriżulta, b’mod determinanti, mill-għaqda tal-kliem “Porto” u “Alegre”, li jifformaw, flimkien, unità loġika u kunċettwali waħdanija.

Il-kelma “Alegre” ma tikkostitwixxix l-element dominanti tat-trade mark Komunitarja. Fid-dawl tal-effett ta’ din il-kwistjoni fl-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali, għandu jiġi osservat li dan ix-xebh ma jirriżultax fil-każ inkwistjoni.

Id-deċiżjoni appellata twettaq interpretazzjoni żbaljata kemm tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1), kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (2), tas-26 ta’ Frar 2009, (ir-redazzjoni hija l-istess għaż-żewġ regolamenti), u b’hekk tiksirhom.

Is-sentenza appellata ma ħaditx inkunsiderazzjoni u ma evalwatx l-argumenti mqajma fir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/5


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-545/10)

2011/C 38/06

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová, u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(1), 6(2), 7(3), 11 u 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (1),

tiddikjara li r-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (2),

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/14/KE meta stipulat rata massima tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura, liema rata ma tistax tinqabeż mill-amministratur tal-infrastruttura. Skont l-Artikolu 4(1) tal-istess Direttiva, huwa l-amministratur tal-infrastruttura li għandu jiddetermina l-piżijiet dovuti għall-użu tal-infrastruttura u li għandu jiġbor tali piżijiet. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu qafas għall-impożizzjoni ta’ piżijiet għall-użu tal-infrastruttura.

Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2001/14/KE meta ma adottatx il-miżuri li fuq il-bażi tagħhom għandhom jingħataw inċentivi lill-amministraturi sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-provvista tal-infrastruttura u l-livell tal-piżijiet għall-aċċess.

Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li ma żguratx li l-piżijiet għall-pakkett minimu ta’ aċċess u għall-aċċess għas-servizzi tal-binarju jiġu stabbiliti skont l-ispiża marbuta direttament mal-provvista tas-servizz ferrovjarju.

Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE peress li ma stabbilietx sistema li tinkoraġġixxi lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministratur tal-infrastruttura sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun it-tfixkil u sabiex itejbu l-prestazzjoni tan-netwerk ferrovjarju.

Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE peress li din ma ġietx trasposta b’mod korrett fis-sistema legali tagħha.

Ir-Repubblika Ċeka kisret l-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 91/440/KEE peress li ma żguratx li fir-Repubblika Ċeka jiġi stabbilit korp li jista’ jiġi kkunsidrat bħala korp skont l-imsemmi artikolu u li jaqdi funzjonijiet kif previsti f’tali dispożizzjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404,

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/5


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-556/10)

2011/C 38/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(1)

tikkonstata li, billi ttrasponiet l-ewwel pakkett tal-ferroviji, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt:

l-Artikolu 6(3) u l-Anness II tad-Direttiva 91/440/KEE (1), kif ukoll l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE (2);

l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2001/14/KE;

l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, u

l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2001/14/KE, flimkien mal-Artikolu 10(7) tad-Direttiva 91/440/KEE.

(2)

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttivi 91/440/KEE u 2001/14/KE kienu intiżi għall-aċċess ekwu u nondiskriminatorju mill-impriżi kollha ta’ infrastruttura tal-ferroviji u għall-promozzjoni fl-Ewropa ta’ suq tal-ferroviji kompetittiv, dinamiku u trasparenti. L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/440/KEE jippreskrivi li l-eżerċizzju tal-“funzjonijiet” ta’ min hu responsabbbli mill-infrastruttura għandu “jkun […] fdat […] lill-korpi jew lid-ditti li ma jipprovdux huma stess xi servizzi ta’ trasport ferrovjarju”.

Skont il-Kummissjoni, l-indipendenza li jgawdi l-operatur tal-infrastruttura fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali tiegħu, ipprovduti fid-direttiva, ma hijiex iggarantita fil-Ġermanja, peress li diversi minn dawn il-“funzjonijiet” ġew attribwiti lil kumpannija li hija legalment indipendenti iżda li, madankollu, hija sussidjarja ta’ kumpannija holding li flimkien magħha kienu jappartjenu, fost oħrajn, impriżi li kienu jipprovdu servizzi ta’ trasport ta’ ferroviji.

L-indipendenza pprovduta fid-Direttiva 2001/14/KE għandha tiġi interpretata mhux biss legalment, iżda wkoll f’sens organizzattiv u deċiżjonali. Minn dan isegwi li impriża fdata b’funzjonijiet essenzjali tista’ tiġi organizzata fl-istess kumpannija holding bħala impriża li tipprovdi servizzi ta’ ferrovija, fil-każ li tkun mhux biss legalment separata iżda li jkun jista’ jintwera li din lanqas tikkostitwixxi unità ekonomika magħha, u għalhekk hija ekonomikament awtonoma. Jekk, fi struttura ta’ kumpannija holding, il-“funzjonijiet” jitwettqu minn sussidjarja, għandhom jittieħdu miżuri kawtelatorji sabiex jiżguraw li l-kumpannija parent u s-sussidjarja ma jistgħux jaġixxu f’unità ekonomika, bħala kumpannija waħda. Madankollu, dawn il-miżuri xierqa u kawtelatorji, li jistgħu wkoll jiggarantixxu l-indipendenza ekonomika tal-operatur tal-infrastruttura mill-kumpanniji tat-trasport tal-ferroviji ma ġewx adottati fil-Ġermanja. Il-miżuri kawtelatorji ċċitati mill-Ġermanja ma humiex suffiċjenti sabiex jiggarantixxu l-indipendenza tal-funzjonijiet, jevitaw kunflitti ta’ interess, u jirtiraw il-kontroll tal-korp responsabbli mill-funzjonijiet essenzjali mill-kumpannija holding.

L-ewwel nett, l-osservanza tar-rekwiżiti ta’ indipendenza ma hijiex issorveljata minn awtorità indipendenti, u l-kompetituri ma għandhomx rikors fil-każ ta’ ksur tar-regola ta’ indipendenza. It-tieni nett, l-indipendenza mill-kumpannija holding ta’ persuni bħal ma huma d-diretturi u l-operaturi tal-korp responsabbli mill-funzjonijiet essenzjali ma hijiex iggarantita, għar-raġunijiet segwenti:

Diretturi ta’ kumpannija holding jew ta’ kumpanniji oħra li jappartjenu mal-kumpannija holding jistgħu wkoll jkunu parti mill-bord tal-korp responsabbli mill-funzjonijiet essenzjali.

Ma huwiex previst li, membri tal-korp tad-direzzjoni fdati bil-funzjonijiet essenzjali u l-persunal tiegħu responsabbli li jwettaq il-funzjonijiet essenzjali, wara li jkunu spiċċaw l-attività tagħhom mall-korp inkwistjoni, ma jkunux jistgħu, għal numru xieraq ta’ snin, ikollhom pożizzjoni għolja fil-kumpannija holding jew f’istituzzjonijiet oħra kkontrollati mill-kumpannija holding.

Id-diretturi tal-korp responsabbli bil-funzjonijiet essenzjali ma humiex maħtura taħt kundizzjonijiet iddefiniti b’mod ċar u suġġett għall-obbligi legali korrispondenti sabiex jiżguraw indipendenza kompleta fil-proċess deċiżjonali.

Il-korp responsabbli mill-funzjonijiet essenzjali ma għandux persunal tiegħu stess li jopera f’ambjent separat jew b’aċċess riżervat, li l-kuntatti tiegħu mal-kumpannija holding u ma’ kumpanniji oħra kkontrollati minnha għandhom jiġu limitati għan-notifiki uffiċjali assoċjati mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali.

Aċċess għas-sistemi tal-informatika ma huwiex protett, b’mod li ma jistax jiġi eskluż li l-kumpannija holding jista’ jkollha informazzjoni relatata mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali.

Flimkien mal-ksur tar-rekwiżit, imsemmi iktar ’il fuq, tal-indipendenza tad-direttur tal-infrastruttura fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali tiegħu, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset ukoll milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttivi 91/440 u 2001/14 peress li:

ma ttrasponietx b’mod suffiċjentement ċar id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE dwar il-piżijiet tal-infrastuttura u naqset milli tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tajba tal-prinċipju tal-ispejjeż kollha;

ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex teħtieġ li l-operaturi tal-infrastruttra jnaqqsu l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-piżijiet tal-infrastruttura għall-aċċess għan-netwerk tal-ferroviji;

naqset milli tattribwixxi lill-awtorità regolatorja s-setgħa li timponi fuq l-operatur tal-infrastruttura talba għall-informazzjoni permezz ta’ sanzjonijiet xierqa.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341)

(2)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/7


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-557/10)

2011/C 38/08

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. França, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, fir-rigward tat-traspożizzjoni tal-ewwel pakkett ta’ liġijiet dwar il-ferrovija, ir-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE (1), tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (fil-verżjoni tagħha skont id-Direttiva 2001/12/KE (2)), tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440/KEE u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà,

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Amministrazzjoni indipendenti

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/440 jinkludi lista ta’ deċiżjonijiet li l-impriżi ta’ trasport bil-ferrovija għandhom iwettqu mingħajr interferenza tal-Istat. Fost dawn id-deċiżjonjiet, huma inklużi dawk relatati mal-impjegati, mal-assi u mal-akkwiżizzjonijiet proprji. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom madankollu jittieħdu fl-ambitu tal-linji gwida ta’ politika ġenerali adottati mill-Istat. Madankollu, fil-Portugall, fir-rigward tal-impriża pubblika CP, minn naħa, l-Istat ma jistabbilixxix biss linji gwida strateġiċi ġenerali għall-akkwist u għat-trasferiment ta’ holdings f’kumpanniji oħra, iżda wkoll, min-naħa l-oħra, jimponi li d-deċiżjonijiet individwali ta’ akkwist jew ta’ trasferiment ta’ holdings fil-kapital ta’ kumpanniji jiddependu mill-approvazzjoni tal-Gvern. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-Portugall ma wettaqx l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/440 (kif emendata).

Ħlasijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja

Skont l-Artikoli 7(3) tad-Direttiva 91/440 (kif emendata) u 6(1) tad-Direttiva 2001/12, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw li l-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja ma jkollhomx żbilanċ. Madankollu, fil-Portugall, id-dħul mit-taxxi għall-użu tal-infrastruttura, il-finanzjament tal-Istat u dħul ieħor minn attivitajiet kummerċjali ma humiex suffiċjenti biex jibbilanċjaw il-kontijiet tal-amministratur tal-infrastruttura, l-impriża pubblika REFER E.P. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-Portugall ma wettax l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440 (kif emendata) u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 5, p. 376

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2010 — Kashayar Khavand vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-563/10)

2011/C 38/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kashayar Khavand

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

L-omosesswalità għandha tiġi kkunsidrata bħala orjentament sesswali fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) u tista’ tkun raġuni suffiċjenti għal persekuzzjoni?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(a)

Sa liema punt l-attività omosesswali hija protetta?

(b)

Tista’ persuna omosesswali tiġi mġiegħla tgħix l-orjentament sesswali tagħha fil-pajjiż tagħha b’mod sigriet u ma tħallix li dan isir magħruf minn oħrajn?

(c)

Projbizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku u tal-morali huma rilevanti fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83/KE jew l-attività omosesswali għandha tiġi protetta bl-istess mod bħall-persuni eterosesswali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Niels Møller vs Haderslev Kommune

(Kawża C-585/10)

2011/C 38/10

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret (id-Danimarka).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Niels Møller.

Konvenut: Haderslev Kommune.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.6(c) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-postijiet għal ħnieżer nisa żgħar li għadhom ma welldux huma koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80


Il-Qorti Ġenerali

5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Pajjiżi Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Olandiżi - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni - Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ impriża - Kumpens żejjed għall-ispejjeż tal-missjoni ta’ servizz pubbliku - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)

2011/C 38/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: H. Sevenster u M. de Grave, aġenti) (Kawża T-231/06); u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Feenstra u H. Speyart van Woerden, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan et H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE, tat-22 ta’ Ġunju 2006, dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż Għajnuna tal-Istat Nru C 2/2004 (ex NN 170/2003) (ĠU 2008, L 49, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Fil-Kawża T-231/06, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Fil-Kawża T-237/06, in-Nederlandse Omroep Stichting (NOS) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/07) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sejħa għal offerti fir-rigward tat-twettiq ta’ proġett li jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tal-Kummissjoni - Kodiċi sors ta’ programm tal-kompjuter ikkummerċjalizzat - Vjolazzjoni tad-dritt tal-awtur - Żvelar mhux awtorizzat ta’ għarfien - Rikors għad-danni - Kwistjoni mhux kuntrattwali - Ammissibbiltà - Dannu reali u ċert - Rabta kawżali - Evalwazzjoni tal-ammont tad-dannu bħala somma waħda)

2011/C 38/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Systran SA (Parigi, Franza); u Systran Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-P. Spitzer u E. De Boissieu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Montaguti u M. F. Benyon, sussegwentement E. Traversa u E. Montaguti, aġenti, assistiti minn A. Berenboom u M. Isgour, avukati)

Suġġett

Rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba numru ta’ illegalitajiet imwettqa wara li saret sejħa għal offerti mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tagħha.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Systran SA kumpens bħala somma waħda ta’ EUR 12 001 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 69, 24.03.2007.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Martin vs Il-Parlament

(Kawża T-276/07) (1)

(Regolament dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-membri tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament)

2011/C 38/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Peter Martin (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: É. Boigelot, T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn H. Krück, D. Moore u C. Karamarcos, u sussegwentement minn H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2007 u, sa fejn ikun hemm bżonn, tan-nota ta’ debitu tad-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament tat-13 ta’ Ġunju 2007, meħuda sabiex teżegwixxi d-deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2007, u jekk jagħti l-każ, kull deċiżjoni għall-eżekuzzjoni tal-atti msemmija iktar ’il fuq li tittieħed matul il-proċeduri.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hans-Peter Martin huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — E.ON Energie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/08) (1)

(Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur ta’ siġill - Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Oneru tal-prova - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 38/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: E.ON Energie AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Röhling, C. Krohs, F. Dietrich u R. Pfromm, sussegwentement minn A. Röhling, F. Dietrich u R. Pfromm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 377 finali, tat-30 ta’ Jannar 2008, rigward l-iffissar ta’ multa bbażat fuq l-Artikolu 23(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għal ksur ta’ siġill (Każ COMP/B-1/39.326 — E.ON Energie AG).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

E.ON Energie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 158, 21.06.2008.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — EWRIA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-369/08) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ kejbils tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Indja, mill-Afrika t’Isfel, mill-Ukrajna u mir-Russja - Rifjut li ssir reviżjoni parzjali interim tad-dazju antidumping impost)

2011/C 38/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Wire Rope Importers Association (EWRIA) (Hemer, il-Ġermanja); Câbleries namuroises SA (Namur, il-Belġju); Ropenhagen A/S (Vallensbaek Strand, id-Danimarka); ESH Eisen- und Stahlhandelsgesellschaft mbH (Kaarst, il-Ġermanja); Heko Industrieerzeugnisse (Hemer); Interkabel Internationale Seil- und Kabel-Handels GmbH (Solms, il-Ġermanja); Jose Casañ Colomar, SA (Valencia, Spanja); u Denwire Ltd (Dudley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Lieber, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropej (rappreżentanti: C. Clyne u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2008 li biha ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal ftuħ ta’ reviżjoni parzjali interim tal-miżuri antidumping imposti applikabbli għall-importazzjoni ta’ kejbils tal-ħadid u tal-azzar.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-European Wire Rope Importers Association (EWRIA), il-Câbleries namuroises SA, Ropenhagen A/S, ESH Eisen- und Stahlhandelsgesellschaft mbH, Heko Industrieerzeugnisse GmbH, Interkabel Internationale Seil- und Kabel-Handels GmbH, Jose Casañ Colomar SA u Denwire Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — CEAHR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/08) (1)

(Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Deċiżjoni li lment jiġi miċħud - Rifjut tal-manifatturi tal-arloġġi Svizzeri li jipprovdu spare parts lill-arluġġara indipendenti - Interess Komunitarju - Suq rilevanti - Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2011/C 38/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération européenne des Associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Mathijsen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Ronkes Agerbeek, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u F. Castilla Contreras, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Richemont International SA (Bellevue, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Ysewyn, avukat, u H. Crossley, solicitor)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3600, tal-10 ta’ Lulju 2008, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-Każ COMP/E-1/39.097.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3600, tal-10 ta’ Lulju 2008, fil-Każ COMP/E-1/39.097 hija annullata.

(2)

Richemont International SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR), minħabba l-intervent.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, il-kumplament tal-ispejjeż sostnuti mis-CEAHR.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Acantro Turismo

(Kawża T-460/08) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi li jirrigwardaw l-organizzazzjoni ta’ vjaġġi għal missjonijiet uffiċjali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Ammissibbiltà - Pagament ta’ ammonti dovuti bħala somma kapitali - Interessi moratorji)

2011/C 38/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Caeiros, aġenti)

Konvenuta: Acantro Turismo SpA (rappreżentanti: A. Carta u G. Murdolo, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 153 KEEA sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas ammonti allegatament dovuti, flimkien mal-interessi moratorji, b’eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi 349-90-04 TL ISP I, li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’ vjaġġi għal missjonijiet uffiċjali mitluba miċ-Ċentru konġunt tar-riċerka.

Dispożittiv

(1)

Acentro Turismo SpA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 13 497,46 dovut bħala s-somma kapitali, is-somma ta’ EUR 2 278,55 dovuta bħala interessi moratorji li skadew fid-data tal-preżentata tar-rikors kif ukoll l-interessi moratorji fuq dawn l-ammonti kkalkolati bir-rata fis-seħħ mill-10 ta’ Ottubru 2008 sad-data tal-pagament komplet tal-ammont dovut bħala s-somma kapitali.

(2)

Acentro Turismo hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Epcos vs UASI — Epco Sistemas (EPCOS)

(Kawża T-132/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EPCOS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti epco SISTEMAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009))

2011/C 38/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Epcos AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. von Zumbusch u S. Schweyer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Epco Sistemas, SL (Constanti, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1088/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Epco Sistemas, SL u Epcos AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Epcos AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Petrilli

(Kawża T-143/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt awżiljarji - Kuntratt għal żmien determinat - Regoli dwar iż-żmien massimu ta’ ingaġġ tal-persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni - Deċiżjoni li tirrifjuta t-tiġdid tal-kuntratt)

2011/C 38/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Appellata: Nicole Petrilli (Woluwé-Saint-Étienne, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-L. Lodomez u J. Lodomez, sussegwentement minn D. Dejehet u A. Depondt, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2009, Petrilli vs Il-Kummissjoni (F-98/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn N. Petrilli fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kunsill vs Stols

(Kawża T-175/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żnaturament tal-provi)

2011/C 38/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u G. Kimberley, aġenti)

Appellat: Willem Stols (Halsteren, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2009, Stols vs Il-Kunsill (F-51/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Frar 2009, Stols vs Il-Kunsill (F-51/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — HIT Trading u Berkman Forwarding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-191/09) (1)

(Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ lampi fluworexxenti elettroniċi integrati u kompatti (CFL-i) ta’ provenjenza mill-Pakistan - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Applikazzjoni għal maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (CEE) Nru 2913/92)

2011/C 38/21

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: HIT Trading BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Berkman Forwarding BV (Barendrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.T.M. Jansen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Bouyon u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn Y. van Gerven, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 747 finali, tat-12 ta’ Frar 2009, li tikkonstata li t-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori ta’ ċerti dazji fuq l-importazzjoni kien iġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma kinitx iġġustifikata (fajl REC 01/08).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hit Trading BV u Berkman Forwarding BV huma kkkundannati għall-ispejejż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Arci Nuova associazione comitato di Cagliari u Gessa

(Kawża T-259/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim konkluż fil-kuntest tal-appoġġ għal proġetti Ewropej ta’ diskussjonijiet organizzati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-2003 - Rikors ippreżentat kontra d-diriġent ta’ assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem)

2011/C 38/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u N. Bambara, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Arci Nuova associazione comitato di Cagliari (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Diana, sussegwentement P. Aureli, avukati); u Alberto Gessa (Cagliari, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ bil-għan li tikkundanna lil Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari, kif ukoll lil Alberto Gessa personalment u in solidum, sabiex jirrimborsaw is-somma mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ftehim 2003-1550/001-001, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud sa fejn huwa dirett kontra Alberto Gessa.

(2)

Arci Nuova associazione comitato di Cagliari hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali dovuta ta’ EUR 15 675, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 7,32 %, sa mill-20 ta’ Mejju 2007 sal-ħlas tas-somma kollha dovuta.

(3)

Arci Nuova associazione comitato di Cagliari hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni vs Irish Electricity Generating

(Kawża T-323/09) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, inkluża d-dimostrazzjoni, fil-qasam tal-enerġija mhux nukleari (1994-1998) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntrat - Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja)

2011/C 38/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, aġenti, assistiti minn U. O’Dwyer u A. Martin, solicitors)

Konvenuta: Irish Electricity Generating Co. Ltd (Waterford, l-Irlanda)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex tinkiseb il-kundanna ta’ Irish Electricity Generating Co. Ltd sabiex tirrimborsa s-somma ta’ EUR 180 664,70 li tikkorrispondi għal parti mill-ħasijiet bil-quddiem li l-Kummissjoni kienet ħallsitha fil-kuntest tal-kuntratt WE/178/97/IE/GB, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

(1)

Irish Electricity Generating Co. Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 180 664,70, flimkien mal-interessi moratorji:

rata ta’ 5,56 % fis-sena mill-25 ta’ Awwissu 2003 sad-data ta’ din is-sentenza;

rata annwali applikata skont il-liġi Irlandiża, jiġifieri attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840 (liġi dwar id-debituri), emendata, sa limitu ta’ rata ta’ 5,56 % fis-sena, mid-data ta’ din is-sentenza, sal-clearance sħiħ tad-dejn.

(2)

Irish Electricity Generating hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Novartis vs UASI — Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)

(Kawża T-331/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TOLPOSAN - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TONOPAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 38/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sanochemia Pharmazeutika AG (Vjenna, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1601/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Sanochemia Pharmazeutika AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/09) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Kollokament għal nofs il-ħin għal għanijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali - Assenza irregolari - Tnaqqis ta’ ġranet mid-dritt għal leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)

2011/C 38/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2009, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-39/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjez tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Bianchin vs UASI — Grotto (GASOLINE)

(Kawża T-380/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komuitarja verbali GASOLINE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 38/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luciano Bianchin (Asolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1455/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grotto SpA u Luciano Bianchin.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Luciano Bianchi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Wind vs UASI– Sanyang Industry (Wind)

(Kawża T-451/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Wind - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Wind - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi)

2011/C 38/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Harry Wind (Selfkant, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sanyang Industry Co., Ltd (Hsinchu, It-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1470/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harry Wind u Sanyang Industry Co., Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

H. Wind huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/10) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Kollokament part-time għal finijiet ta’ rappreżentanza sindakali - Assenza irregolari - Tnaqqis tal-jiem tad-dritt ta’ leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)

2011/C 38/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-54/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Giorgio Lebedef huwa kkundannat għall-ispejjeż kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — DTL vs UASI — Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales (Solaria)

(Kawża T-188/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Solaria - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SOLARTIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 38/29

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTL Corporación, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Rueda Pascual u A. Zuazo Araluze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL (Pampelune, Spanja) (rappreżentanti: C. Gutiérrez Martínez, H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2010 (Każ R 767/2009-2), li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Recursos y Soluciones Empresariales, SL u DTL Corporación, SL

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

DTL Corporación, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/16


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2010 — Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)

(Kawża T-559/10)

2011/C 38/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: R. Dissmann u A. Steegmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 971/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “natural beauty” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8294233

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li dawn ir-raġunijiet assoluti għal rifjut japplikaw għat-trade mark ikkontestata.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/17


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2010 — Nencini vs Il-Parlament

(Kawża T-560/10)

2011/C 38/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Nencini (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Bertini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2010, indirizzata lil Riccardo Nencini, u l-Komunikazzjoni Nru 3135653 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ottubru 2010, u l-Komunikazzjoni Nru 3135653 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ottubru 2010, li għandha bħala suġġett “Irkupru ta’ ħlasijiet indebiti fir-rigward tal-ħlas ta’ kumpens ta’ assistenza parlamentari u ta’ vvjaġġar – Nota ta’ debitu”, kif ukoll tal-atti li ġejjin, li diġà kienu s-suġġett tar-rikors preċedenti pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kawża T-431/10: id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2010, indirizzata lir-rikorrent, u sa fejn huwa meħtieġ, tal-atti preċedenti, konnessi u ta’ natura konsegwenti għad-deċiżjoni kkontestata; il-Komunikazzjoni Nru 312331 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Awwissu 2010, indirizzata lil Riccardo Nencini u atti preċedenti, konnessi u ta’ natura konsegwenti.

l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u tirrinvja l-każ quddiem is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew sabiex issir determinazzjoni mill-ġdid b’mod ekwu tal-ammont ikkontestat.

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent f’din il-kawża huwa l-istess tal-kawża T-431/10 Nencini vs Il Parlament (1).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jissottometti motivi u argumenti simili għal dawn invokati f’din il-kawża.


(1)  ĠU C 317, p. 40.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/17


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2010 — LG Electronics vs UASI (DIRECT DRIVE)

(Kawża T-561/10)

2011/C 38/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 1027/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “DIRECT DRIVE” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8797052

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni trade marks Komunitarji u reġistrazzjonijiet nazzjonali preċedenti, kif ukoll applikazzjoni nazzjonali.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/18


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Bleser vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-25/07) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Nomina - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Artikoli 2 u 13 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ transparenza - Prinċipju ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba l-età - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività - Regola ta’ projbizzjoni tar-reformatio in pejus - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ bona fide - Prinċipju patere legem quam ipse fecisti)

2011/C 38/33

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Bleser (Nittel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goergen u M. Wehrheim, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment M. Schauss, aġent, sussegwentement A. V. Placco u M. Glaeser, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Annulament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tar-rikorrent, inkluż f’lista ta’ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inqas favorevoli tagħhom (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 723/2004, li jemendaw ir-Regolamenti tal-Persunal) — Talba għal-kumpens għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 117, 26.05.2007, p. 36.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/18


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Almeida Campos et vs Il-Kunsill

(Kawża F-14/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2008 - Eżami komparattiv tal-merti ta’ amministraturi assenjati għall-postijiet tal-lingwa u amministraturi assenjati għall-postijiet ġenerali)

2011/C 38/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Maria Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, G. Kimberley, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, safejn meħtieġ, id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, skont l-istess proċedura ta’ promozzjoni, l-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi ppubblikata fil-Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 72/08 tal-21 ta’ April 2008.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċaħad li jiġu promossi għall-grad AD 12 is-Sinjuri Almeida Campos, Dariol, Morello u Verstreken skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2008 huma annullati.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.04.09, p. 40


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/19


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Saracco vs BĊE

(Kawża F-66/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Persunal tal-BĊE - Leave għal raġunijiet personali - Terminu massimu - Rifjut ta’ estensjoni)

2011/C 38/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Roberta Saracco (Arona, l-Italja) (rappreżentant: F. Parrat, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère, G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-tiġdid ta’ leave għal raġunijiet personali.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

R. Saracco għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009, p. 51.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/19


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Angelo Sánchez vs Il-Kunsill

(Kawża F-67/09) (1)

(Servizz pubbliku - Leave speċjali - Mard gravi ta’ membru axxendenti tal-familja - Metodu ta’ kalkolazzjoni tan-numru ta’ ġranet ta’ leave f’każ ta’ mard gravi ta’ diversi membri axxendenti tal-familja)

2011/C 38/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicolás Angelo Sánchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieleśkiewicz, M. Bauer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jiċħdu t-talbiet għal-leave speċjali mressqa mir-rikorrent minħabba mard gravi tal-ġenituri tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Ottubru 2008 u tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jiċħdu t-talbiet għal-leave speċjali mressqa minn Nicolás Angelo Sánchez huma annullati.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 220, 12.09.09, p. 43.


5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/19


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010

AG vs Il-Parlament

(Kawża F-25/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tkeċċija wara li ntemm il-perijodu ta’ prova - Inammissibbiltà manifesta - Dewmien fil-preżentata ta’ rikors - Notifika permezz ta’ ittra reġistrata b’avviż ta’ riċevuta)

2011/C 38/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u V. Montebello-Demogeot, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti wara li ntemm il-perijodu ta’ prova kif ukoll talba għall-ħlas tad-danni allegatament subiti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

AG għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010, p. 58