ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.031.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
29ta' Jannar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 031/01

Rapport dwar il-verifika tal-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena finanzjarja 2009: Il-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-BĊE flimkien mar-risposti tal-Bank Ċentrali Ewropew

1

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


RAPPORT

dwar il-verifika tal-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena finanzjarja 2009: Il-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-BĊE flimkien mar-risposti tal-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 31/01

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-3

3

L-AMBITU U L-APPROĊĊ TAL-VERIFIKA …

4-6

3

IS-SEJBIET TAL-VERIFIKA …

7-66

3

Il-BĊE stabbilixxa kundizzjonijiet u regoli komprensivi tax-xogħol tal-persunal? …

7-10

3

IL-BĊE adotta u applika proċeduri u regoli trasparenti għall-għażla tal-persunal? …

11-24

4

Ir-regoli u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal tal-BĊE …

12-13

4

Applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal- għażla tal-persunal …

14-24

4

L-evalwazzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-persunal, l-iżvilupp fil-karriera u l-politiki u l-proċeduri ta’ taħriġ tal-BĊE kienu adegwati? …

25-40

5

Proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-persunal …

26-28

5

Evalwazzjonijet individwali tal-persunal …

29-30

5

Żvilupp fil-karriera …

31-37

6

It-taħriġ …

38-40

7

Il-BĊE uża għodod biex jamministra l-attivitajiet tar-riżorsi umani tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni kemm tal-maniġment u tal-persunal? …

41-66

7

Sistemi ta’ informazzjoni użati għall-ġestjoni tar-riżorsi umani …

41-55

7

Ħtiġijiet ta’ informazzjoni …

56-66

8

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET …

67-72

9

Il-BĊE stabbilixxa kundizzjonijiet u regoli komprensivi tax-xogħol tal-persunal? …

67

9

Il-BĊE adotta u applika proċeduri u regoli trasparenti għall-għażla tal-persunal? …

68

9

L-evalwazzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-persunal, l-iżvilupp fil-karriera u l-politiki u l-proċeduri ta’ taħriġ tal-BĊE kienu adegwati? …

69-70

10

Il-BĊE uża għodod biex jamministra l-attivitajiet tar-riżorsi umani tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni kemm tal-maniġment u tal-persunal? …

71-72

10

Tweġibiet tal-Bank Ċentrali Ewropew

11

INTRODUZZJONI

1.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE - “il-bank”) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) flimkien jagħmlu s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). L-objettiv primarju tas-SEBĊ huwa li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Is-SEBĊ issostni wkoll il-politiki ekonomiċi ġenerali tal-UE bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE (1).Għal dan il-għan, il-BĊE jwettaq il-kompiti speċifikati fl-Istatut tiegħu (2) u huwa responsabbli mill-ġestjoni tal-attivitajiet u tal-finanzi tiegħu.

2.

Il-verifika tal-Qorti dwar l-effiċjenza operazzjonali tal-BĊE hija bbażata fuq l-Artikolu 27.2 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE (3). Il-verifika tal-2009 kopriet ir-regoli, il-proċeduri u s-sistemi stabbiliti mill-BĊE għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tiegħu.

3.

Il-Kunsill Governattiv, fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tal-BĊE (4). Id-dokumenti ewlenin li jirregolaw ir-riżorsi umani fil-BĊE huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-regoli tal-persunal u ċirkolari amministrattivi oħra u l-linji gwida dwar suġġetti speċifiċi bħar-reklutaġġ, il-promozzjonijiet, il-mobilità u l-kodiċi tal-kondotta. It-total tal-impjegati tal-BĊE jikkonsisti f’ “persunal li jingħadd” ( 1 386 fi tmiem l-2009) u “persunal li ma jingħaddx”(278 fi tmiem l-2009). “Persunal li ma jingħaddx” jinkludi: SEBĊ/Persunal ta’ Organizzazzjonijiet internazzjonali (127), membri tal-Programm tal-Gradwati (24), studenti li qed jagħmlu Dottorat (PHD) u studenti li jitħarrġu bi ħlas (72), Viżitaturi ta’ Riċerka (9) u persunal ta’ aġenzija (46). Barra minn dan, il-BĊE għandu kuntratti ma’ konsulenti għal ħtiġijiet speċifiċi.

L-AMBITU U L-APPROĊĊ TAL-VERIFIKA

4.

Il-Qorti tapplika approċċ ta’ verifika ta’ rotazzjoni lill-verifika tagħha tal-BĊE billi tagħżel qasam ta’ ġestjoni differenti għal eżaminazzjoni kull sena. L-objettiv tal-verifika tal-2009 kien li jevalwa kemm il-BĊE amministra r-riżorsi umani tiegħu tajjeb billi jindirizza l-mistoqsijiet ewlenin ta’ verifika li ġejjin:

Il-BĊE stabbilixxa kundizzjonijiet u regoli komprensivi tax-xogħol tal-persunal?

IL-BĊE adotta u applika proċeduri u regoli trasparenti għall-għażla tal-persunal?

L-evalwazzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-persunal, il-politiki u l-proċeduri ta’ żvilupp fil-karriera u ta’ taħriġ tal-BĊE kienu adegwati?

Il-BĊE uża għodod biex jamministra l-attivitajiet tar-riżorsi umani tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni kemm tal-maniġment u tal-persunal?

5.

Il-Qorti segwiet wkoll is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha f’dan il-qasam kif stipulat fil-verifika tagħha tal-2004 (5), li ttrattaw l-effiċjenza operazzjonali tar-riżorsi umani tal-BĊE fir-rigward ta’: reklutaġġ u mobilità; remunerazzjoni u kumpens; u l-ġestjoni ta’ assenza kienu segwiti wkoll.

6.

Il-verifika kopriet il-“persunal li jingħadd” (persunal) biss u kien fiha l-elementi ewlenin li ġejjin:

a)

reviżjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u r-regoli tal-persunal tal-BĊE, inkluż eżerċizzju ta’ evalwazzjoni komparattiva mar-regoli tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE u dawk ta’ organizzazzjoni finanzjarja oħra;

b)

evalwazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal permezz ta’ analiżi tad-dokumentazzjoni rilevanti u permezz ta’ analiżi dettaljata ta’ 20 proċedura magħżula fuq bażi aleatorja. Wieħed kien jistrieħ ukoll fuq ix-xogħol ta’ verfika tad-Direttorat tal-Verifika Interna tal-bank (D-IA) fir-rigward tal-proċess ta’ reklutaġġ. Wara evalwazzjoni pożittiva tal-adegwatezza u l-ambitu tax-xogħol ta’ verifika tad-D-IA f’dan il-qasam. Il-kampjun magħżul mill-Qorti kien kumplimentari għall-oġġetti ttestjati mid-D-IA;

c)

valutazzjoni tal-evalwazzjoni ta’ prestazzjoni tal-persunal tal-bank u sistemi ta’ kumpens billi jiġi riveduti l-linji gwida u billi jiġu ttestjati 24 evalwazzjoni magħżula minn tliet Oqsma tax-xogħol, reviżjoni tal-politiki ta’ taħriġ, inkluż l-ittestjar ta’ kampjun ta’ okkażjonijiet ta’ taħriġ kemm ċentralizzati u deċentralizzati;

d)

reviżjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni tar-riżorsi umani tal-bank flimkien ma’ evalwazzjoni tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ riżorsi umani pprovduti kemm lill-maniġment u lill-persunal.

IS-SEJBIET TAL-VERIFIKA

Il-BĊE stabbilixxa kundizzjonijiet u regoli komprensivi tax-xogħol tal-persunal?

7.

Il-kundizzjonijiet u r-regoli tax-xogħol tal-persunal għandhom ikunu komprensivi, ikopru fid-dettall l-aspetti kollha tal-ġestjoni tar-riżorsi umani, bħal remunerazzjoni, leave, ħin wara x-xogħol, sekondati, perjodi ta’ prova, ġestjoni ta’ assenza, fastidju, eċċ.

8.

Ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet u r-regoli ewlenin tax-xogħol tal-persunal urew li huma komprensivi. Il-BĊE jinsab fil-proċess li jsaħħaħ ir-regoli u r-regolamenti kollha fil-Manwal tal-Persunal, li jikkumplimenta l-Manwal ta’ Prassi tax-Xogħol, li tnieda fl-2007 u ġie aġġornat l-aħħar f’Marzu 2009.

9.

Il-Qorti qabel kienet irrakkomandat li l-BĊE għandu jevalwa perjodikament jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu humiex komparabbli mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u l-istituzzjonijiet finanzjarji (6).

10.

Il-BĊE kien wettaq eżerċizzju ta’ evalwazzjoni komparattiva dwar il-pjan ta’ rtirar tiegħu (7) u għadd limitat ta’ tqabbil tematiku mal-istituzzjonijiet tal-UE u istituzzjonijiet oħra finanzjarji komparabbli. Dan it-tqabbil ma rriżultax fi kwalunkwe tibdil sinifikanti għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tal-BĊE. B’mod ġenerali, il-BĊE jikkunsidra li l-kundizzjonijiet tal-persunal tiegħu huma adegwati, kif ippruvat biċ-ċaqliq żgħir tal-persunal (8) u l-fatt li ftit offerti tal-impjiegi biss kienu rrifjutati minn kandidati li rnexxew.

IL-BĊE adotta u applika proċeduri u regoli trasparenti għall-għażla tal-persunal?

11.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal huma neċessarji għal proċessi trasparenti u effettivi tar-reklutaġġ tal-persunal jekk dawn se jkunu meqjusa bħala xierqa. Il-Qorti evalwat jekk il-bank kienx:

stabbilixxa regoli u proċeduri ċari u komprensivi tal-għażla tal-persunal; u

applika dawn ir-regoli u l-proċeduri b’mod konsistenti f’kull stadju tal-proċess tar-reklutaġġ, jiġifieri matul:

it-twaqqif u l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ post battal; u

il-proċedura tal-għażla fiha nnifisha.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal tal-BĊE

12.

Sett ta’ regoli u proċeduri komprensivi u ċari dwar l-għażla tal-persunal għandhom ikunu stabbiliti biex ikopru l-istadji ewlenin kollha tal-proċess b’mod ċar u dettaljat. Dawn għandhom jidentifikaw il-persuna(i) responsabbli għall-istadji differenti tal-proċess tar-reklutaġġ, id-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu u d-dokumenti meħtieġa.

13.

Ir-regoli ġenerali dwar ir-reklutaġġ huma finalizzati, ċari u aċċessibbli faċilment għall-partijiet interessati involuti kollha. Madankollu, ebda manwal komprensiv ma ġie stabbilit u m’hemmx lista ta’ kontroll biex tiżgura li l-passi kollha twettqu b’mod xieraq matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-reklutaġġ.

Applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-għażla tal-persunal

14.

Ir-reklutaġġ tal-persunal għandu jitwettaq f’konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbiliti. L-għan tal-proċeduri tal-għażla għandu jkun li jiġi rreklutat persunal li jikkorrispondi l-aħjar mal-profil tal-impjieg b’mod trasparenti u f’waqtu.

15.

Il-proċeduri tal-għażla tal-BĊE jimmiraw li jiżguraw li “il-membri kollha tal-Istaff tal-ECB għandhom jintgħażlu, jinħatru u jiġu mlaħħqa mill-Bord Eżekuttiv u jiġu mlaħħqa b’konsiderazzjoni għall-prinċipji tal-kwalifika professjonali, il-pubbliċita’, it-trasparenza, l-aċċess ugwali u t-trattament indaqs” (9).

16.

Il-verifika eżaminat kemm il-kampanji tar-reklutaġġ u l-ħatriet diretti. Il-ħatriet diretti li ġew eżaminati kienu ddokumentati b’mod ċar u konformi mar-regoli stabbiliti tal-BĊE. Il-kampanji tar-reklutaġġ huma kkaratterizzati bi proċess aktar kumpless li matulu kienu evalwati kwistjonijiet bħal avviżi ta’ postijiet battala u proċeduri tal-għażla.

Avviż ta’ post battal

17.

Għall-kampanji kollha tar-reklutaġġ, avviż ta’ post battal għandu jkun imfassal billi jistipula biċ-ċar ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-pożizzjoni u deskrizzjoni ġenerali dwar l-edukazzjoni u kwalifiki oħra, il-kompetenzi u l-esperjenza meħtieġa u/jew mixtieqa. L-avviż ta’ post battal għandu jindika wkoll in-natura u d-dewmien tal-kuntratt kif ukoll il-kriterji tal-għażla. L-Avviżi kollha ta’ postijiet battala għandhom ikunu mehmuża fis-sistema elettronika ta’ reklutaġġ tal-BĊE u jistgħu jiġu promossi wkoll b’modi oħra meta dan jitqies xieraq.

18.

L-avviżi ta’ postijiet battala eżaminati ddefinixxew suffiċjentement l-esperjenza u l-kwalifiki mitluba, kif ukoll in-natura tal-kariga u l-kriterji tal-għażla. Ġiet stabbilita skadenza raġonevoli għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

19.

Minkejja l-isforzi tal-BĊE biex jinkoraġġixxi l-mobilità tal-persunal u biex ikun attraenti għall-kandidati bi profili li jistgħu jintużaw fl-Oqsma tax-Xogħol diversi tiegħu, il-prerekwiżiti għall-karigi ħafna drabi kienu tekniċi ħafna. B’mod ġenerali, jekk tingħata ħafna importanza lill-għarfien tekniku speċifiku, il-mobilità sussegwenti fil-BĊE ssir aktar diffiċli. Sett ta’ kompetenzi standard bażiċi biex jissodisfa l-kompiti mistennija f’livell differenti ta’ anzjanità, bil-ħsieb li jiffaċilita t-tfassil tal-avviż ta’ post battal u biex possibbilment iħeġġeġ il-mobilità interna tal-persunal, ma ġiex żviluppat.

Il-proċedura tal-għażla

20.

Ir-regoli tal-BĊE jipprevedu li l-kumitat tal-għażla maħtur għandu jiddeċiedi jekk it-testijiet, l-eżerċizzji bil-miktub jew l-għodod l-oħra tal-għażla jiffurmawx parti mill-proċedura tal-għażla. Il-proċeduri kollha tar-reklutaġġ iridu jinkludu mill-inqas intervista waħda ta’ kull kandidat mill-membri tal-kumitat tal-għażla. Għandha ssir evalwazzjoni ta’ kapaċitajiet maniġerjali għall-postijiet maniġerjali battala kollha minn konsulent estern. Il-kumitat tal-għażla jista’ jikkunsidra wkoll referenzi rilevanti għall-pożizzjoni minn dawk li qabel kienu jimpjegaw lill-kandidat kif ukoll minn superviżuri rilevanti kurrenti jew tal-passat fil-BĊE. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti tal-kwalifiki u tal-esperjenza speċifikati fl-avviż ta’ post battal.

21.

Wara li titlesta l-proċedura tal-għażla, il-kumitat tal-għażla hu mistenni li jfassal il-konklużjonijiet tiegħu fuq kandidati li jinsabu fil-lista qasira, ikklassifikati skont kif inhu adegwat. Il-kumitat tal-għażla għandu mbagħad ifittex l-approvazzjoni tal-mexxej tal-Qasam tax-Xogħol fejn hemm post battal jew tal-Bord Eżekuttiv jekk il-pożizzjoni tkunx ’il fuq minn ċertu livell ta’ anzjanità.

22.

Kull kampanja ta’ reklutaġġ eżaminata użat kombinazzjoni ta’ diversi metodi biex tevalwa l-adegwatezza tal-kandidati (Ara l-Kaxxa).

Kaxxa

Metodi ta’ evalwazzjoni li jintużaw fil-kampanji ta’ reklutaġġ

Skrining minn qabel/ tfassil ta’ lista qasira ta’ ismijiet

It-test bil-miktub

Kontroll ta’ referenzi

Intervista mal-kumitat tal-għażla

Evalwazzjoni esterna ta’ kompetenzi maniġerjali

Intervista ma’ Membru tal-Bord Eżekuttiv

23.

Il-kampanji ta’ reklutaġġ eżaminati saru b’mod f’waqtu. Id-deċiżjonijiet li saru f’kull stadju tal-proċess kienu ġġustifikati fil-memorandum tal-għażla. Madankollu, il-memoranda eżaminati kienu jinkludu biss evalwazzjoni narrattiva u ħafna drabi m’għamlux referenza espliċita għal kwalunkwe punti li nkisbu. Anki jekk il-kandidati li ntgħażlu kellhom l-esperjenza u l-kwalifiki mitluba, f’ħafna każijiet kien diffiċli biex jinstab eżatt kif numru żgħir tal-kandidati kienu magħżula minn numru akbar qabel l-għażla finali u kif finalment intgħażlu. L-evalwazzjonijiet tat-testijiet bil-miktub u l-intervisti mal-kandidati kienu l-aktar deskrittivi u ħafna drabi ma kien hemm ebda tabella ta’ klassifikazzjoni biex tqabbel l-evalwazzjoni ta’ kull kandidat.

24.

Fil-kampanji fejn saru kontrolli ta’ referenza, ir-riżultat tal-kontrolli ma kienx dejjem iddokumentat fil-fajl tar-reklutaġġ u lanqas ma kien hemm evidenza li r-riżultati tal-kontrolli kienu diskussi b’mod sistematiku mill-kumitat tal-għażla.

L-evalwazzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-persunal, l-iżvilupp fil-karriera u l-politiki u l-proċeduri ta’ taħriġ tal-BĊE kienu adegwati?

25.

Il-Qorti evalwat jekk il-BĊE kienx:

stabbilixxa proċeduri komprensivi u ċari dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-persunal u jekk dawn ġewx applikati b’mod konsistenti;

stabbilixxa politiki adegwati ta’ żvilupp fil-karriera; u

ippjana attivitajiet ta’ taħriġ b’mod adegwat u evalwa programmi ta’ taħriġ fuq bażi regolari.

Proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-persunal

26.

Għandhom jinħarġu linji gwida ċari li jkopru l-aspetti kollha ta’ sistema tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-persunal. Is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-persunal għandha tiddefinixxi rwoli u tistipula b’mod ċar x’inhu mistenni kemm mill-evalwaturi u minn min qed ikun evalwat.

27.

Il-“Gwida għall-evalwazzjoni tal-BĊE” tiddeskrivi l-aspetti ewlenin tas-sistema tal-evalwazzjoni applikata fil-bank. Il-forma ta’ evalwazzjoni li tintuża tinkludi l-oqsma li ġejjin: i) reviżjoni tal-prestazzjoni ta’ min ikun qed jiġi evalwat, li titkejjel skont il-kompiti u l-objettivi stipulati fl-evalwazzjoni tas-sena ta’ qabel; ii) evalwazzjoni ġenerali ta’ prestazzjoni skont il-valuri tal-BĊE; iii) reviżjoni tal-livell ta’ kapaċità kif imkejjel skont il-kompetenzi tal-BĊE; iv) tfassil tal-kompiti u l-objettivi għall-perjodu li ġej; v) taqsima ta’ taħriġ u żvilupp; vi) taqsima li tinkludi taqsiriet tal-kummenti taż-żewġ evalwaturi u vii) taqsima għall-kummenti ta’ min ikun qed jiġi evalwat.

28.

L-analiżi tal-Qorti tal-proċeduri tal-evalwazzjoni nnotaw dan li ġej:

a)

is-sistema hi komprensiva biżżejjed u l-gwida tiddeskrivi l-proċess b’mod ċar;

b)

is-sistema tiffaċilita l-għoti ta’ reazzjoni bbilanċjata peress li: i) kull min ikun qed jiġi evalwat jeħtieġ li jkun evalwat minn mill-inqas żewġ evalwaturi u fejn xieraq titfittex kontribuzzjoni minn evalwatur ieħor u ii) reazzjoni b’diversi sorsi tal-prestazzjoni tal-maniġers trid issir kull tlieta jew erba’ snin;

c)

it-taqsima tal-evalwazzjoni dwar kif min ikun qed jiġi evalwat ikun issodisfa l-valuri tal-BĊE għal kollox matul il-ħidma tiegħu/tagħha ta’ kuljum hi teoretika u ma tipprovdix informazzjoni ta’ valur partikolari li tista’ tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni u l-iżvilupp tal-membru tal-persunal individwali; u

d)

kien hemm użu inkonsistenti ta’ tliet sottotaqsimiet fit-taqsima tat-taħriġ u tal-iżvilupp tal-formola tal-evalwazzjoni.

Evalwazzjonijiet individwali tal-persunal

29.

L-evalwazzjonijiet individwali tal-persunal għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-‘Gwida għall-evalwazzjoni tal-BĊE’. Id-dispożizzjonijiet tal-Gwida għandhom ikunu applikati b’mod konsistenti mill-Oqsma tax-Xogħol kollha sabiex jiżguraw approċċ uniformi u evalwazzjoni ġusta tal-persunal kollu.

30.

L-ittestjar tal-evalwazzjonijiet individwali magħżula mill-Oqsma tax-Xogħol wera li:

a)

l-evalwazzjonijiet individwali tal-persunal ġeneralment isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-gwida;

b)

il-kwalità tal-evalwazzjonijiet tvarja skont l-individwi li jkunu qed jagħmlu l-eżerċizzju tal-evalwazzjoni;

c)

sal-aħħar ta’ Jannar 2010 ġew iffinalizzati biss 48 % mill-evalwazzjonijiet tal-2009, minkejja l-fatt li l-Oqsma tax-Xogħol kollha kellhom Indikatur Ewlieni ta’ Prestazzjoni (KPI) ta’ finalizzazzjoni ta’ 100 %;

d)

f’għadd kbir ta’ każijiet l-objettivi stipulati kienu vagi u ma setgħux jitkejlu faċilment (10) bl-eċċezzjoni tal-Qasam tax-Xogħol tal-Operat tas-Suq tad-DĠ (DĠ-M);

e)

ma ġewx identifikati oqsma speċifiċi ta’ titjib; u

f)

ġew innotati dgħufijiet oħra f’evalwazzjonijiet individwali tal-persunal, pereżempju, evalwazzjonijiet li għalihom ma kienx hemm objettivi stipulati jew ħtiġijiet ta’ taħriġ li ma kinux identifikati b’mod suffiċjenti.

Żvilupp fil-karriera

31.

Il-BĊE għandu jiżviluppa politiki u proċeduri ta’ żvilupp għal karriera adegwati mfassla biex jikkumpensaw lill-persunal għall-prestazzjoni tagħhom u biex iżżomm lill-ħaddiema motivati.

32.

Il-Qorti għamlet il-politiki u r-regoli ta’ żvilupp fil-karriera u għażlet kampjun għall-ittestjar għal konformità ma’ dawn il-politiki u r-regoli.

33.

L-iżvilupp tal-persunal u l-indirizzar tal-isfida demografika (11) huma fost il-prijoritajiet tal-BĊE msemmija fl-ittra tal-President 2009 (12). Skont l-istrateġija tal-BĊE, waħda mill-politiki ewlenin tas-snin reċenti kienet in-newtralità tal-għadd ta’ impjegati. L-isfida demografika, f’kombinazzjoni man-newtralità tal-għadd ta’ impjegati, tikkostitwixxi l-limitazzjoni ewlenija dwar il-progressjoni tal-karriera tal-persunal fil-BĊE. Ġie nnotat li filwaqt li l-għadd tal-persunal żdied bi 3 %, kien hemm żieda sostanzjali fil-persunal li ma jingħaddx (minn 154 fl-2006 għal 254 fl-2009).

34.

Filwaqt li l-BĊE jħeġġeġ il-mobilità (13) u jipprovdi taħriġ neċessarju, hija r-responsabbiltà tal-persunal li jagħmel użu minn dawn l-opportunitajiet u biex jifforma l-karriera tiegħu. M’hemmx linji ta’ karriera ddefiniti minn qabel u m’hemmx progressjoni awtomatika tal-karriera.

35.

Skont iċ-ċirkulari amministrattiv tal-BĊE dwar promozzjonijiet u avvanz ta’ salarju addizzjonali, membru tal-persunal jista’ jiġi promoss biss wara:

proċedura tal-għażla għal pożizzjoni ta’ post battal (reklutaġġ jew ħatra diretta);

konverżjoni ta’ pożizzjoni (pereżempju żieda fil-grad); u

deċiżjoni biex tagħti lilu/lilha Avvanz ta’ Salarju Addizzjonali (ASA).

36.

Minbarra l-għażliet deskritti fil-paragrafu t’hawn fuq, hemm ir-Reviżjoni tas-Salarju Annwali u tal-Bonus (ASBR). Il-politika ta’ kumpens inħolqot mal-objettiv li tiġi ppremjata l-prestazzjoni u s-suċċess tal-individwu permezz ta’ konnessjoni bejn il-livell tas-salarju tagħhom mal-kontribuzzjoni tagħhom għas-suċċess tal-BĊE fl-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Il-membri tal-persunal huma eliġibbli għal żewġ tipi ta’ kumpensi: żidiet fis-salarju u kumpensi ta’ bonus.

37.

Ġie nnotat dan li ġej:

a)

għall-konverżjonijiet tal-2009 ta’ pożizzjoni, total ta’ 55 talba tressqu minn 12-il Qasam tax-Xogħol, il-ħames każijiet magħżula mill-BĊE kienu ddokumentati tajjeb; (14)

b)

għal Avvanz ta’ Salarju Addizzjonali (ASA), ġew approvati 11 minn 17-il proposta mill-Oqsma tax-Xogħol. L-erbgħa eżaminati mill-Qorti wrew li r-raġunijiet għall-għoti ta’ ASA kienu kollha ddokumentati tajjeb (15);

c)

għall-ASBR, intgħażlu tliet Oqsma tax-Xogħol għall-ittestjar u kampjun ta’ 20 evalwazzjoni individwali ġew riveduti. Il-BĊE m’għamilx konnessjoni b’mod espliċitu tal-proċedura tal-evalwazzjoni u l-ASBR minħabba li l-bank jittratta l-evalwazzjoni individwali bħala eżerċizzju għalih waħdu meta mqabbel mal-ASBR, li huwa eżerċizzju komparattiv. Il-Qorti ma identifikatx kontradizzjonijiet li jidhru bejn l-evalwazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-ASBR. Madankollu, ma nstabet ebda konnessjoni diretta, la bejn evalwazzjoni pożittiva ħafna u lanqas bejn l-għadd ta’ punti mogħtija tal-ASBR jew bonus u

d)

id-deċiżjoni dwar l-ASBR issir mill-maniġment tal-Oqsma tax-Xogħol. Madankollu, id-deċiżjonijiet speċifiċi tagħhom dwar il-perċentwali li għandhom jingħataw bħala kumpens lill-individwi speċifiċi mhumiex iddokumentati u r-riżultati huma kkomunikati biss lill-individwu kkonċernat.

It-taħriġ

38.

L-attivitajiet annwali tat-taħriġ għandhom ikunu ppjanati b’mod adegwat. Għandu jiġi pprovdut taħriġ orjentat lejn l-objettiv, pereżempju għall-persunal il-ġdid, l-amministraturi u oħrajn b’kapaċitajiet speċifiċi. Għandhom isiru evalwazzjonijiet li jevalwaw il-kwalità tal-programmi pprovduti għall-programmi kollha tat-taħriġ. L-informazzjoni dwar l-attivitajiet tat-taħriġ għandha tkun aċċessibbli faċilment għall-persunal kollu u għandu jkun hemm punt uniku ta’ informazzjoni għall-okkażjonijiet kollha tat-taħriġ.

39.

Hemm żewġ tipi ta’ taħriġ fil-BĊE: ċentralizzat u deċentralizzat. It-taħriġ ċentralizzat hu offrut għall-persunal kollu u huwa mmexxi mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani, mill-Baġit u l-Organizzazzjoni (DĠ-H) u d-DĠ tas-Sistemi tal-Informazzjoni (DĠ-IS). It-taħriġ deċentralizzat hu organizzat minn kull Qasam tax-Xogħol l-aktar dwar suġġetti tekniċi speċjalizzati.

40.

Il-verifika kienet tinkludi reviżjoni tal-programm ta’ taħriġ 2009 u ttestjat kampjun ta’ attivitajiet ta’ taħriġ minn tliet Oqsma tax-Xogħol. Ir-riżultati tal-ittestjar urew li:

a)

jiġi pprovdut taħriġ inizjali suffiċjenti u informazzjoni oħra importanti lill-persunal il-ġdid kollu;

b)

għall-attivitajiet ta’ taħriġ li ġew ittestjati, ir-reazzjoni indikat li t-taħriġ issodisfa l-ħtiġijiet identifikati u l-evalwazzjoni ġenerali indikat sodisfazzjon;

c)

Għall-attivitajiet ta’ taħriġ deċentralizzat, li jiġu deċiżi u ffinanzjati f’kull Qasam tax-Xogħol u li jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor tnejn minn kull tlieta tal-baġit tat-taħriġ tal-BĊE, m’hemmx punt uniku ta’ informazzjoni (16); u

d)

hemm nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar taħriġ deċentralizzat. Rapporti ppreżentati ladarba lura fl-uffiċċju jitressqu u jinżammu fil-Qasam tax-Xogħol ikkonċernat, iżda ma jiġux ikkomunikati ma’ Oqsma tax-Xogħol oħrajn.

Il-BĊE uża għodod biex jamministra l-attivitajiet tar-riżorsi umani tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni kemm tal-maniġment u tal-persunal?

Sistemi ta’ informazzjoni użati għall-ġestjoni tar-riżorsi umani

Sistemi ta’ informazzjoni tar-riżorsi umani fil-BĊE

41.

Id-data tar-riżorsi umani għandha tkun ġestita b’mod integrat sabiex tiżgura sors ta’ data komplut, affidabbli u konsistenti, dwar l-ippanjanar, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-attivitajiet tar-riżorsi umani.

42.

Parti mill-informazzjoni tar-riżorsi umani (pereżempju l-kuntratti tal-impjiegi), tkun ipproċessata u maħżuna fil-fajls tal-persunal f’forma ta’ kopja stampata. Il-BĊE jinsab fil-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ fajls diġitali tal-persunal. Żewġ sistemi ewlenin tat-TI jintużaw mid-DĠ-H: ISIS u s-sistema tar-reklutaġġ elettroniku li hi mistennija li titneħħa fl-2011. L-ISIS hi sistema bbażata fuq software bbażat fuq SAP li kienet ġiet introdotta fil-BĊE f’Jannar 2008. Din kellha impatt sinifikanti fuq għadd ta’ kompiti relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi umani. Diversi moduli diġà qed jintużaw jew qed jiġu implimentati.

43.

Il-portal tal-ISIS huwa disponibbli għall-persunal kollu tal-BĊE permezz tal-intranet. Il-persunal tal-BĊE huwa responsabbli għall-manutenzjoni tad- data personali tiegħu, bħad-dettalji tal-kont tal-bank tiegħu u l-informazzjoni personali. Il-ġestjoni tad-data personali mill-persunal stess wasslet għal titjib fil-kwalità tad-data.

44.

Fi tmiem l-2009, minkejja li s-sistema ISIS kienet teknikament qed topera minn Jannar 2008, ebda pussess tas-sistema tal-ISIS ma kien assenjat lil direttorat speċifiku. Is-sistema kienet posseduta temporanjament mill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Proġetti. Barra minn hekk, il-ftehim dwar il-livell ta’ servizz (SLA) ma kienx ġie ffirmat. Il-ftehim dwar il-livell ta’ servizz (SLAs) huwa prassi komuni li tiddefinixxi l-livell ta’ servizz li għandu jkun garantit lill-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni permezz tal-fornitur ta’ appoġġ operattiv u li tiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet għall-ftehim.

L-implimentazzjoni tal-moduli tar-riżorsi umani tal-ISIS.

45.

Qabel l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ informazzjoni, għandu jsir l-ittestjar tal-aċċettazzjoni mill-utent u tal-konklużjoni mill-utent. L-ittestjar kollu għandu jkun iddokumentat kif xieraq, rivedut u approvat u jifforma parti mid-dokumentazzjoni tas-sistema.

46.

Wara ttestjar ta’ suċċess, is-sistema għandha tkun lesta biex temigra lejn l-ambjent ta’ produzzjoni. F’dan l-istadju, l-utenti jridu jkunu żviluppaw proċeduri u jridu jkunu mħarrġa sew fl-użu tas-sistema l-ġdida. Wara l-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida, għandha ssir reviżjoni ta’ wara l-implimentazzjoni biex tivverifika li s-sistema ġiet imfassla u żviluppata tajjeb, u li ġew mibnija kontrolli xierqa fis-sistema.

47.

Il-moduli tar-riżorsi umani tal-ISIS ġew implimentati fi stadji. Għal kull rilaxx, sar l-ittestjar tal-aċċettazzjoni tal-utent u dikjarazzjonijiet tal-aċċettazzjoni tal-utent ġew konklużi qabel ma bdiet il-produzzjoni. Fuq bażi ta’ kampjun il-Qorti ttestjat l-eżistenza u d-dokumentazzjoni tal-każijiet tat-test relatati mar-rilaxxi. F’żewġ każijiet li ġew eżaminati, l-unika dokumentazzjoni disponibbli kienet il-manwal tal-utent għall-proċess implimentat.

48.

Qabel ma bdiet is-sistema tal-ISIS, kienet saret evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ qabel il-produzzjoni li inkludiet l-identifikazzjoni tar-riskji tat-TI u l-pjanijiet/kontrolli ta’ azzjoni biex jiġu ġestiti dawn ir-riskji. Madankollu, kien hemm diversi kriterji fl-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ qabel il-produzzjoni qabel ir-rilaxx tal-ISIS li ma kinux ġew issodisfati. Il-proprjetarju, f’dan il-każ id-DĠ-H, aċċetta r-riskji residwi. Il-Qorti tikkunsidra li tnejn minn dawn ir-riskji huma potenzjalment għoljin u kellhom ikunu indirizzati sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità tad-data u d-disponibbiltà tal-assi ta’ informazzjoni.

49.

Sar taħriġ fil-klassijiet u sessjonijiet “prattiċi” biex iħarrġu lill-utenti meta l-moduli tar-riżorsi umani tas-sistema ISIS kienu qed jiġu implimentati. Bħalissa, il-persunal il-ġdid qed jitħarreġ fuq l-użu tas-sistemi mill-kollegi tiegħu (pereżempju monitoraġġ tal-impjiegi). Is-sessjonijiet tat-taħriġ huma organizzati għal ċerti gruppi ta’ utenti, pereżempju assistenti amministrattivi u persunal estern. Bulettin tal-ISIS jiġi ppubblikat kull xahar; manwali u dimostrazzjonijiet huma stabbiliti u disponibbli fl-intranet tal-BĊE.

50.

Il-proġett tal-implimentazzjoni tal-ISIS għadu ma ġiex iffinalizzat, għalhekk ir-reviżjoni ta’ wara l-implimentazzjoni biex tivverifika li s-sistema ġiet imfassla u żviluppata b’mod xieraq u l-kontrolli xierqa ġew mibnija fis-sistema għad mhijiex applikabbli.

51.

Kwalunkwe tibdil għas-sistema tal-ISIS huwa miftiehem mal-proprjetarji tal-proċess. Għal tibdil standard speċifikat fis-sistema tal-ISIS ġiet introdotta ġestjoni ta’ tibdil b’servizz mgħaġġel. Matul il-verifika ġew eżaminati tliet proċeduri operattivi relatati mal-ġestjoni ta’ tibdil b’servizz mgħaġġel. It-tliet dokumenti kienu kollha verżjonijiet ta’ abbozzi. Ma setgħet tinkiseb ebda informazzjoni dwar min se jipprovdi l-approvazzjoni ta’ dawn il-proċeduri u meta se ssir.

Il-ġestjoni tad-data tar-riżorsi umani

52.

Id-data personali għandha tkun ipproċessata f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti dwar ir-regoli ta’ protezzjoni ta’ data. Aċċess xieraq għal livelli differenti ta’ data għandu jingħata lill-persunal fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien. Jekk impjegat b’aċċess għas-sistema ta’ informazzjoni tar-riżorsi umani jitlaq mid-dipartiment, imbagħad l-aċċess ta’ dak l-individwu għandu jintemm.

53.

Il-BĊE għandu proċedura ta’ notifika stabbilita li teħtieġ il-kontrollatur rilevanti biex jinnotifika l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DPO), li juża l-interfaċċja online aċċessibbli permezz tal-websajt tad-DPO fuq l-intranet tal-BĊE, qabel ma jintroduċi operazzjonijiet ġodda ta’ pproċessar relatati mad-data personali. Id-data personali dwar il-memri tal-persunal hija pproċessata inter alia fil-moduli tar-riżorsi umani tal-ISIS. In-notifika lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ntbagħtet f’Settembru 2008 għalkemm is-sistema tal-ISIS kienet ilha topera minn Jannar 2008.

54.

Kull membru tal-persunal ġie assenjat rwoli speċifiċi fil-modulu tar-riżorsi umani tas-sistema ISIS. L-espert għoli tar-riżorsi umani dwar il-programm ISIS ingħata l-awtorità biex japprova l-profili tar-rwol.

55.

Lista tal-persunal kollu bi profil “aqra kollox” fl-ISIS b’relazzjoni mad-data tar-riżorsi umani nkisbet sabiex tevalwa jekk il-persunal xieraq biss kellux dan il-profil. Fi tliet każijiet “aqra r-riżorsi umani” r-rwoli ġew assenjati lill-persunal estern (il-persunal u l-konsulent ta’ aġenzija) u fi tliet każijiet oħra lill-persunal b’ perjodu qasir. Għalkemm dawn is-sitt membri tal-persunal jifformaw parti integrali tat-timijiet diversi tar-riżorsi umani, l-għoti ta’ aċċess lill-persunal estern u dak b’ perjodu qasir iżid ir-riskju li ma tiżammx il-kunfidenzjalità ta’ data personali sensittiva. F’erba’ każijiet persunal li telaq mill-BĊE kien għad għandu d-drittijiet ta’ aċċess assenjati tiegħu fl-ISIS.

Ħtiġijiet ta’ informazzjoni

Informazzjoni ta’ ġestjoni

56.

Il-persunal huwa l-kapital tal-istituzzjoni u l-ġestjoni tan-nies se tibqa’ preokkupazzjoni ewlenija tal-Bord Eżekuttiv (17). Is-sistemi ta’ informazzjoni tar-riżorsi umani għandhom ikunu għodod affidabbli li jiġġeneraw rapporti biex jassistu l-ġestjoni f’ippjanar stateġiku u tattiku, kif ukoll teħid ta’ deċiżjonijiet operattiv. Ir-rappurtar ta’ kwistjonijiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani għandu jsir b’mod regolari u f’waqtu. L-informazzjoni rrappurtata għandha tkun komprensiva u preċiża.

57.

L-introduzzjoni tal-ISIS tejbet il-fluss tal-informazzjoni b’mod sinifikanti fil-BĊE, minħabba li kemm il-maniġment kif ukoll il-persunal jistgħu jikkonsultaw id-data tar-riżorsi umani f’sistema waħda l-ħin kollu. Dan huwa titjib li jsolvi d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti fil-verifika tagħha tal-2004 fil-validazzjoni manwali tad-data tar-riżorsi umani.

58.

F’konformità mal-istruttura ta’ ġestjoni ta’ riżorsi umani deċentralizzata fil-BĊE, ir-responsabbiltà hija l-aktar tal-amministraturi tal-Qasam tax-Xogħol li jissorveljaw kwistjonijiet relatati mar-riżorsi umani fil-Qasam tax-Xogħol tagħhom. Skont ir-reazzjoni miksuba mir-rappreżentanti tal-Oqsma tax-Xogħol, hemm informazzjoni suffiċjenti disponibbli għall-ġestjoni kontinwa ta’ riżorsi umani u d-data mill-ISIS hija ta’ kwalità adegwata. Madankollu, ir-reklutaġġ u t-taħriġ deċentralizzat xorta għadhom qed jiġu ġestiti barra mis-sistema tal-ISIS. Rapporti standard huma wkoll disponibbli fl-ISIS. Barra minn dan, rapporti ta’ intelliġenza dwar ix-xogħol jagħmluha possibbli li joħolqu rapporti dwar proċessi tax-xogħol u r-riżultati tagħhom u janalizzaw u jinterpretaw id-data.

59.

Is-sistema ta’ rappurtar formali lill-Bord Eżekuttiv dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni ta’ riżorsi umani ma nbidlitx mill-verifika tal-Qorti tal-2004 ’l hawn. Rapport annwali estensiv dwar ir-reklutaġġ u l-mobilità tal-persunal huwa ppreżentat lill-Bord Eżekuttiv u lill-maniġment superjuri (anki jekk għadd ta’ reklutaġġi naqsu b’mod sinifikanti) filwaqt li l-implimentazzjoni ta’ politiki oħrajn ma tiġix segwita bl-istess mod mir-rappurtar formali.

60.

Saret preżentazzjoni dwar is-suġġett tal-leave tal-mard fil-BĊE lill-maniġment superjuri f’April 2008 (li tikkonċerna s-snin 2006 u 2007) filwaqt li saret preżentazzjoni interna dwar il-leave tal-mard fid-DĠ-H għall-2008. Il-leave tal-mard tal-persunal żdied matul is-snin 2006 sa 2008. Uħud mill-iżviluppi ewlenin mill-2007 sal-2008 kienu jinkludu żieda bi 13,3 % fit-total ta’ ġranet tax-xogħol mitlufa minħabba leave tal-mard u żieda ta’ 37 % ta’ ġranet mitlufa minħabba leave tal-mard għal żmien twil. Fl-2009 n-numru totali ta’ ġranet tax-xogħol mitlufa minħabba leave tal-mard naqas b’9,9 % u n-numru totali ta’ ġranet tax-xogħol mitlufa minħabba leave tal-mard għal żmien twil naqas bi 42,3 %. Ma ġie ppreżentat ebda rappurtar formali dwar statistiċi ta’ leave tal-mard lill-Bord Eżekuttiv.

61.

F’dawn l-aħħar snin, il-BĊE implimenta politiki ta’ importanza strateġika lill-organizzazzjoni, bħal politika dwar id-diversità u serje ta’ miżuri biex itaffu l-“isfida demografika”. Minkejja li ġie ppreparat u ppreżentat rapport dwar id-diversità fir-rigward tal-persunal tal-BĊE lill-Bord Eżekuttiv fl-2007, m’hemmx rappurtar formali regolari biex isegwi l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki u l-kwistjonijiet li jinqalgħu minnhom. B’mod simili, il-maġġoranza tal-politiki tad-DĠ-H implimentati mhumiex formalment jew regolarment irrappurtati lill-Bord Eżekuttiv. Minkejja dan, ġie nnotat li l-kumitat tal-maniġment kien ġie stabbilit biex jiddiskuti, fost l-oħrajn, kwistjonijiet ta’ riżorsi umani.

Informazzjoni ġenerali għall-persunal

62.

Id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni huma importanti biex jiżguraw trasparenza u konsistenza fir-regoli applikabbli għall-persunal. Għal din ir-raġuni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-regoli u l-politiki tar-riżorsi umani għandhom ikunu disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-persunal kollu tal-BĊE.

63.

Is-sors ta’ informazzjoni ewlieni u l-aktar komprensiv għall-persunal huwa l-intranet tal-BĊE. Il-paġna tal-intranet “madwar ix-xogħol tiegħi” fiha r-regoli ewlenin kollha tal-persunal, politiki u linji gwida tar-riżorsi umani u konnessjonijiet għal dokumentazzjoni ta’ sfond. L-aħbarijiet u l-aġġornamenti tar-riżorsi umani huma wkoll ippubblikati hawn.

64.

Id-DĠ-H ippubblika wkoll linji gwida operattivi dwar l-intranet li jagħtu aktar dettall dwar kif ir-regoli tal-persunal huma interpretati u applikati mid-DĠ-H. Dan sar sabiex titjieb it-trasparenza mal-organizzazzjoni kollha u biex jiġu ċċarati l-proċessi tar-riżorsi umani. Il-linji gwida operattivi jieħdu l-forma ta’ “kaxxi ta’ informazzjoni” f’verżjoni annotata mar-regoli tal-persunal.

65.

Manwal dwar il-Prassi tax-Xogħol (BPH) daħal fis-seħħ fl-2007 li jintegra għadd ta’ regoli organizzattivi (ċirkolari amministrattivi) li jorbtu dwar il-persunal tal-BĊE. Informazzjoni relatata ma’ rakkomandazzjonijiet ta’ etika, kundizzjonijiet tax-xogħol, regolamenti tal-persunal (bħal regoli għal sekondar, promozzjonijiet, reklutaġġ, eċċ.) għadhom ma ġewx inkorporati f’Manwal tal-Persunal li jikkomplementa l-Manwal dwar il-Prassi tax-Xogħol (BPH).

66.

L-istħarriġ intern tal-2008 dwar is-sodisfazzjon tal-konsumatur wera li dawk li wieġbu ġeneralment ikunu jafu fejn għandhom isibu informazzjoni relatata mar-riżorsi umani fuq l-intranet u wkoll li maġġoranza sabu l-aħbarijiet tar-riżorsi umani fuq l-intranet rilevati u madwar 40 % sabuha ċara u konċiża.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-BĊE stabbilixxa kundizzjonijiet u regoli komprensivi tax-xogħol tal-persunal?

67.

Il-BĊE stabbilixxa regoli komprensivi tax-xogħol tal-persunal li jkopru l-aspetti ewlenin kollha tar-riżorsi umani fid-dettall. Huwa minnu li l-bank evalwa perjodikament jekk aspetti speċifiċi tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu humiex komparabbli għal dawk tal-UE u istituzzjonijiet finanzjarji komparabbli oħra.

Il-BĊE adotta u applika proċeduri u regoli trasparenti għall-għażla tal-persunal?

68.

Il-BĊE stabbilixxa sett ta’ regoli u proċeduri komprensivi u ċari tal-għażla tal-persunal li jkopru l-istadji ewlenin kollha tal-proċess. Għal kampanji ta’ reklutaġġ:

i)

il-proċeduri tal-għażla saru f’waqthom;

ii)

minkejja l-isforzi tal-BĊE biex jinkoraġġixxi l-mobilità, l-avviżi ta’ postijiet battala ma kinux imfassla biex jidentifikaw kandidati bi profili li jistgħu jintużaw f’diversi Oqsma tax-Xogħol; u

iii)

id-deċiżjonijiet li saru fl-istadji differenti tal-proċess ma kinux dejjem iddokumentati b’mod suffiċjenti u għaldaqstant dan wera li kien diffiċli biex tiġi identifikata l-bażi għal kandidati kompetenti u l-ikklassifikar tal-kandidati wara l-evalwazzjoni komparattiva.

Rakkomandazzjoni

1.

Il-BĊE għandu jtejjeb aktar id-dokumentazzjoni tiegħu tad-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jintgħażlu kandidati matul il-proċeduri tar-reklutaġġ inkluż l-irreġistrar tar-riżultat tal-kontrolli ta’ referenza li saru matul il-proċeduri tal-għażla.

L-evalwazzjonijiet ta’ prestazzjoni tal-persunal, l-iżvilupp fil-karriera u l-politiki u l-proċeduri ta’ taħriġ tal-BĊE kienu adegwati?

69.

Il-BĊE ħareġ linji gwida ċari li jkopru l-aspetti kollha tas-sistema tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-persunal tiegħu. Is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-persunal tiddefinixxi biċ-ċar ir-rwoli u tistipula b’mod ċar x’inhu mistenni kemm mill-evalwaturi u minn min qed ikun evalwat. Madankollu:

i)

minkejja li l-evalwazzjonijiet tal-2009 saru ġeneralment skont il-‘Gwida għall-evalwazzjoni tal-BĊE’, għadd kbir minnhom ma kinux iffinalizzati fl-iskadenza stipulata;

ii)

il-kwalità tal-evalwazzjonijiet kienet tvarja;

iii)

ma ġewx identifikati oqsma speċifiċi ta’ titjib; u

iv)

ma ġew indikati ebda ħtiġijiet ta’ taħriġ.

70.

B’mod ġenerali l-BĊE żviluppa politiki u proċeduri adegwati ta’ żvilupp fil-karriera. Minkejja dan, il-kombinazzjoni tan-newtralità tal-għadd ta’ impjegati mal-isfida demografika li l-BĊE qed jaffaċċja, tikkostitwixxi limiti maġġuri fuq il-progressjoni tal-karriera tal-persunal. Għalkemm id-deċiżjonijiet dwar kumpensi għall-prestazzjoni tal-persunal b’mod ġenerali kienu ddokumentati tajjeb, id-deċiżjonijiet speċifiċi dwar is-Salarju Annwali u r-Reviżjoni tal-Bonus ma kinux.

Rakkomandazzjoni

2.

Il-formoli tal-evalwazzjoni tal-persunal għandhom jimtlew fi żmien l-iskadenzi stipulati u l-kwalità tagħhom għandha titjieb billi jiġu stabbiliti objettivi SMART (18) u billi ssir konnessjoni mal-progressjoni tal-karriera ma’ ħtiġijiet ta’ taħriġ speċifiku.

Il-BĊE uża għodod biex jamministra l-attivitajiet tar-riżorsi umani tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni kemm tal-maniġment u tal-persunal?

71.

Għalkemm il-partijiet tar-riżorsi umani tas-sistema tas-software tal-ISIS ilhom joperaw mill-2008, ebda pussess tas-sistema ma ġie assenjat lil direttorat speċifiku, u lanqas ma kien ġie ffirmat ftehim dwar Livell ta’ Servizz.

72.

Id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ informazzjoni affidabbli dwar kwistjonijiet ta’ riżorsi umani kemm lill-maniġment u lill-persunal tjiebet b’mod sinifikanti mill-verifika tal-Qorti tal-2004 ’l hawn. Minkejja dan, is-sistema ta’ rappurtar formali lill-Bord Eżekuttiv ma nbidlitx minn dak iż-żmien ’l hawn.

Rakkomandazzjoni

3.

Għandha ssir evalwazzjoni tal-elementi tar-riżorsi umani tas-sistema tas-software tal-ISIS sabiex tivverifika li s-sistema ssodisfat l-objettivi inizjali tagħha u li ġew stabbiliti kontrolli adegwati.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-23 ta’ Novembru 2010.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  L-Artikolu 127(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(2)  L-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE huwa protokoll mehmuż mat-Trattat.

(3)  L-Artikolu 27(2) jistipula: “Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu japplika biss għal eżami tal-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-BĊE”.

(4)  L-Artikolu 36.1 mill-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew.

(5)  ĠU C 119, 19.5.2006, p. 17.

(6)  Ara r-rakkomandazzjoni fir-rapport tal-Qorti tal-2004 (ĠU C 119, 19.5.2006, p. 17).

(7)  Il-verifika tal-Qorti ma koprietx il-pjan ta’ rtirar tal-BĊE.

(8)  Iċ-ċaqliq annwali tal-persunal għall-perjodu tal-2004-2008 kien madwar 2,0 % u 2,6 %.

(9)  L-Artikolu 20.1 u 20.2 tad-Deċiżjoni tal-BĊE tad-19 ta’ Frar 2004 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/2) (2004/257/KE) (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).

(10)  Pereżempju: jikkontribwixxu biex ikomplu r-relazzjonijiet tajbin tagħhom mal-klijenti f’oqsma oħra tax-xogħol, jikkontribwixxu permezz tat-taħriġ tal-persunal għal servizzi ta’ kwalità għolja, jaħdmu fuq KPIs, abbozzi ta’ kuntratti ta’ natura legali kumplessa, jipparteċipaw fil-proċedura ta’ akkwist għal kuntratt.

(11)  Aktar minn nofs il-persunal tal-BĊE għandu bejn il-35 u l-45 sena, filwaqt li l-maġġoranza vasta tal-maniġers u l-konsulenti għandhom inqas minn 54 sena. Dan jimplika li hemm għadd kbir ta’ persunal f’kategorija ta’ età b’qabża relattivament żgħira li se jkollhom aspettattivi simili ta’ karriera.

(12)  L-ittra tal-President li tinħareġ kull sena tistipula l-objettivi strateġiċi tal-BĊE għas-sena ta’ wara.

(13)  Hemm żewġ tipi ta’ mobilità: interna u esterna. Il-mobilità interna tista’ tkun permanenti jew temporanja, tista’ tkun fl-istess livell ta’ salarju jew ikkombinata ma’ promozzjoni; il-mobilità esterna tista’ titħallas kollha mill-bank jew tista’ tinvolvi suspensjoni temporanja tal-kuntratt tal-impjieg mal-BĊE.

(14)  Għal kull każ imtliet formola tat-talba, li tindika ġustifikazzjoni tax-xogħol, allinjamenti strateġiċi u impatt organizzattiv u/jew maniġerjali.

(15)  Għal kull każ saret taqsira tal-prestazzjoni fit-tul, raġuni għall-proposta ġiet spjegata ċara, u l-evalwazzjonijiet tal-persunal ġew imqassra.

(16)  Punt uniku ta’ informazzjoni jeżisti għall-korsijiet ta’ taħriġ ċentralizzat, pereżempju x’hemm disponibbli, kif tapplika, dettalji organizzativi oħra, eċċ.

(17)  L-Ittra tal-President 2008.

(18)  Speċifiċi, li jitkejlu, li jintlaħqu, realistiċi u f’waqthom.


TWEĠIBIET TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jilqa’ r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA) għas-sena finanzjarja 2009, u jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ECA għal titjib addizzjonali.

Hawn taħt jidhru xi kummenti tal-BĊE fir-rigward ta’ paragrafi speċifiċi u tat-tliet rakkomandazzjonijiet.

Paragrafu 13:

Fis-sistema tad-dokumentazzjoni hemm spazju ddedikat għal kull proċess ta’ reklutaġġ u s-sistema hi sostnuta minn proċeduri u mudelli standard awtomatizzati biex jiġi żgurat li l-istadji kollha tal-proċess tar-reklutaġġ jiġu segwiti b’mod konsistenti u effiċjenti.

Paragrafu 19:

Il-proċess tal-BĊE għar-reklutaġġ hu sostnut minn qafas ta’ kompetenza. Dan il-qafas hu strutturat f’termini ta’ kompetenzi kemm tekniċi (eż. marbuta mal-impjieg u ġeneriċi) kif ukoll ta’ mġiba, biex b’hekk ikun jista’ jinħoloq bilanċ bejn il-ħtieġa ta’ kompetenzi tekniċi speċifiċi għall-qasam tax-xogħol, li jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet operazzjonali u l-ħtieġa, min-naħa tal-organizzazzjoni, ta’ kompetenzi li jistgħu jaqdu funzjonijiet diversi (kompetenzi tekniċi ġeneriċi u kompetenzi ta’ mġiba) li jistgħu jħeġġu l-mobilità.

Skont is-sejbiet tal-ECA, tul is-snin, fis-sejħiet tiegħu għall-applikazzjonijiet, il-BĊE baqa’ dejjem iżid l-enfasi fuq kompetenzi tekniċi ġeneriċi u kompetenzi ta’ mġiba, u jittestja l-livell tal-kandidati fir-rigward ta’ dawn il-kompetenzi.

Paragrafu 23:

Il-BĊE għażel li jagħmel enfasi fuq il-valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati, f’termini kemm assoluti kif ukoll meta jitqabblu ma’ applikanti oħra. Iktar milli jiżviluppa kultura ta’ selezzjoni permezz ta’ applikazzjoni ta’ punteġġ, il-BĊE jħeġġeġ proċess li permezz tiegħu l-bord juża mudelli standard bħala mezz li jqanqal id-diskussjoni fi ħdan il-bord biex b’hekk tintlaħaq valutazzjoni ġenerali iżjed meqjusa.

Paragrafu 24:

Fil-BĊE, l-iċċekkjar tar-referenzi qed isir prassi iżjed regolari. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ir-referenzi jiġu segwiti għall-kandidat(i) li jilħqu l-ogħla postijiet fil-lista u, jekk ir-referenzi jikkonfermaw il-valutazzjoni tal-bord tal-għażla, ma jitqiesx il-bżonn ta’ diskussjoni fi ħdan il-bord. Jekk ir-referenzi jintużaw biex jgħinu l-klassifika, naturalment issir diskussjoni fi ħdan il-bord tal-għażla. Fi kwalunkwe każ, fil-proċess fejn ikun qed jiġi ffinalizzat ir-rapport dwar ir-reklutaġġ, il-membri kollha tal-bord ikunu involuti u jistgħu jikkummentaw dwar il-partijiet kollha tal-proċess.

Paragrafu 28c:

Il-BĊE jagħti importanta kbira lill-kunċett ta’ valuri u jipprovdi lill-istaff u lill-amministrazzjoni tifsira tal-użu tagħhom, permezz ta’ linji gwida fir-rigward tad-diskussjoni marbuta mal-evalwazzjoni, u jħeġġeġ lil min jagħmel l-evalwazzjoni ħalli jiddeskrivi kif, matul is-sena, dawk li jkunu qed jiġu evalwati jkunux laħqu, fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum, il-livell li jesiġu l-valuri tal-BĊE, b’enfasi fuq imġiba speċifika, biex b’hekk jittrasformaw il-valuri f’tagħrif validu għall-iżvilupp tal-istaff.

Paragrafi 37c u 37d:

Waqt li jqis l-osservazzjonijiet tal-ECA, il-BĊE jixtieq jistqarr li għażel politika li permezz tagħha l-evalwazzjoni annwali ma tintrabatx b’mod mekkaniku mal-ASBR. Għażel li japplika parametri diversi għaż-żewġ eżerċizzji. L-evalwazzjoni, li sservi wkoll bħala mezz għall-iżvilupp professjonali, issir biex jiġu vvalutati l-kapaċità u l-effiċjenza ta’ kull membru tal-istaff fir-rigward tal-għanijiet definiti u biex tiġi stmata l-imġiba tal-persuna kkonċernata fil-qadi ta’ dmirijietha. Dan ifisser li, min-natura tagħha stess, l-evalwazzjoni annwali ssir fir-rigward ta’ kull membru tal-istaff individwalment, jiġifieri, ma tinkludix paragun bejn żewġ persuni jew iżjed. B’kuntrast ma’ dan, l-ASBR hu eżerċizzju komparattiv, fejn jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-kontribut ta’ membru tal-istaff fir-rigward tad-dmirijiet tal-BĊE, imqabbel ma’ dak ta’ membri oħra tal-istaff fi ħdan l-istess qasam tax-xogħol. Ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni komparattiva jiġi dokumentat biex jiġi implimentat operazzjonalment, jiġi kontro-valutat għall-konsistenza u kkomunikat u mfisser lil kull individwu mill-maniġer rispettiv.

Paragrafu 42:

Il-BĊE jixtieq jispeċifika li s-sistema attwali tar-reklutaġġ elettroniku se titwaqqaf gradwalment, malli l-module tar-reklutaġġ elettroniku tiġi implimentata f’ISIS (mistenni mhux qabel l-2011).

Paragrafi 44 u 51:

Il-BĊE jixtieq jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li, minn meta ngħalaq il-proġett f’nofs l-2010, ġie żviluppat Ftehim dwar il-Livell tas-Servizz li mistenni jiġi ffinalizzat sa tmiem l-2010. Mill-għeluq tal-proġett, ġew segwiti l-proċessi standard għall-maniġġ tal-bidliet għall-fażi operazzjonali tas-sistema.

Paragrafu 48:

Skont il-qafas tal-BĊE dwar ir-riskji, ebda wieħed mir-riskji indentifikati fl-Istima Pre-Produzzjoni tas-Sigurtà ma kien riskju kbir: wieħed kien medju u l-ieħor baxx. Kif stabbilit fil-politika tal-BĊE dwar ir-Riskji Operazzjonali, jeħtieġ li tingħata attenzjoni lir-riskju medju biss. Madankollu, l-BĊE bi ħsiebu jerġa’ jagħmel stima tal-impatt ta’ dawn iż-żewġ riskji.

Paragrafu 55:

Fir-rigward tal-aħħar sentenza f’dan il-paragrafu, il-BĊE javża li, fil-każi identifikati, l-aċċess għall-bini u, iżjed importanti, l-aċċess IT għas-sistemi kollha ġew diżattivati meta l-persuni kkonċernati kienu telqu mill-BĊE. Sadattant, ġiet stabbilita proċedura awtomatizzata, li tiddiżattiva wkoll id-drittijiet għall-aċċess ta’ persuni li qabel kienu membri tal-istaff f’ISIS (u b’hekk ma tippermettix aċċess għal kwalunkwe attività f’ISIS). Il-BĊE jixtieq jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li membri esterni tal-istaff ukoll huma obbligati jiffirmaw id-dispożizzjonijiet ta’ konfidenzjalità li jeżistu fil-BĊE.

Paragrafu 71:

Il-BĊE jixtieq jiċċara l-fatt li (kif iddikjarat mill-ECA fil-Paragrafu 44), waqt li l-proġett ISIS kien qed jiffunzjona, il-Grupp ta’ Tmexxija tal-Proġett ISIS (PSG) ingħata dritt (temporanju) ta’ proprjetà kollettiva. Il-PSG kien jinkludi maniġers b’karigi għoljin mill-oqsma kollha li kellhom interess. Mill-għeluq tal-proġett, dritt tal-proprjetà fir-rigward ta’ proċessi individwali ġie allokat lil oqsma individwali tax-xogħol.

Paragrafu 72:

Il-BĊE jqis l-osservazzjoni tal-ECA u javża li, sa mill-2010, ir-rappurtar regolari lill-Bord Esekuttiv kompla jiżdied permezz ta’ rapport komprensiv (abbażi tad-dejta tal-2009), li jkopri l-aspetti kollha tal-firxa tax-xogħol HR, bħal per eżempju r-reklutaġġ, it-taħriġ, il-mobilità, is-salarji u l-benefiċċji, il-ħinijiet tax-xogħol u l-lif, l-assenteiżmu, l-integrazzjoni soċjali tal-istaff u l-familji tagħhom u r-riżenji/l-irtirar tal-istaff. Barra dan, tagħrif dettaljat dwar il-maniġġ tal-assenza tressaq quddiem il-Kumitat tal-Maniġment tal-BĊE. Fil-futur, iż-żewġ mezzi ta’ rappurtar se jibqgħu jitħejjew regolarment.

Rakkomandazzjoni 1:

Il-BĊE jaċċetta r-rakkomandazzjoni. Dwar l-aspetti tad-dokumentazzjoni, il-BĊE jinnota li, minbarra l-elementi li jeżistu, qabel tmiem l-2011, se jiġi ffinalizzat u ppubblikat manwal komprensiv dwar ir-reklutaġġ. Fir-rigward tar-reġistrar tar-riżultati tal-iċċekkjar tar-referenzi li jsir tul il-proċess tas-selezzjoni, il-BĊE qed jaħdem biex dawk ir-riżultati jiġu sistematikament riflessi fir-rapporti tar-reklutaġġ. Il-manwal dwar ir-reklutaġġ se jagħmel iżjed enfasi fuq dan l-aspett.

Rakkomandazzjoni 2:

Il-BĊE jinnota li t-tliet elementi tar-rakkomandazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ħidma tal-istaff, l-iżvilupp tal-karriera u l-politika tat-taħriġ, u jikkummenta kif ġej: fir-rigward tal-progress biex jimtlew il-formoli tal-evalwazzjoni, il-BĊE jinnota li, għaċ-ċiklu tal-evalwazzjoni li jmiss, iż-żmien dedikat għal dan ġie komunikat espliċitament, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam maż-żmien mogħti biex jiġu ffinalizzati l-formoli. Barra dan, żdiedu l-attivitajiet biex iqajmu għarfien dwar dan, u ġie stabbilit punt ta’ kuntatt għal mistoqsijiet tekniċi. Minbarra dan, dwar it-tieni u t-tielet aspett tar-rakkomandazzjoni, dawk li jagħmlu l-evalwazzjoni u dawk li dwarhom issir l-evalwazzjoni se jiġu offruti taħriġ apposta u se jieħdu sehem f’seduti ta’ tagħrif, li jinkludu partijiet speċifiċi dwar kif għandhom jistabbilixxu għanijiet SMART u kif jorbtu l-evalwazzjoni ta’ kompetenzi individwali mal-ħtiġijiet għat-taħriġ u ma’ proposti speċifiċi għal miżuri ta’ taħriġ. Fir-rigward tal-aħħar aspett tar-rakkomandazzjoni, il-BĊE javża li, fl-orjentament tal-BĊE, ma hemm ebda konnessjoni diretta bejn l-iffinalizzar ta’ kors ta’ taħriġ u l-progress fil-karriera, għalkemm, ovvjament, l-iffinalizzar ta’ taħriġ rilevanti jiġi rikonoxxut bħala mezz li jgħin fl-iżvilupp professjonali. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni bdiet maċ-ċiklu ta’ evalwazzjonijiet tal-2010 u se tintemm maċ-ċiklu ta’ evalwazzjonijiet fl-aħħar tal-2011.

Rakkomandazzjoni 3:

Il-BĊE jaċċetta r-rakkomandazzjoni u jixtieq itenni li, skont ir-rapport dwar l-għeluq tal-proġett, il-benefiċċji se jiġu vvalutati qabel tmiem l-2011.