ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.019.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
20ta' Jannar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 019/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5846 – Shell/Cosan/JV) ( 1 )

1

2011/C 019/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5973 – CVC/Charden International) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 019/03

Rata tal-kambju tal-euro

2

2011/C 019/04

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

3

2011/C 019/05

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

4

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2011/C 019/06

Festi pubbliċi fl-2011: Stati tal-EFTA fiż-ŻEE u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 019/07

PRINCE 2010 – UE27 – Sejħa għal proposti

6

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 019/08

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

8

2011/C 019/09

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 019/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6118 – Bain Capital Investors/IMCD) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 019/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6, paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5846 – Shell/Cosan/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 19/01

Fit-3 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M5846. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5973 – CVC/Charden International)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 19/02

Fit-12 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5973. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Jannar 2011

2011/C 19/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3506

JPY

Yen Ġappuniż

110,85

DKK

Krona Daniża

7,4513

GBP

Lira Sterlina

0,84330

SEK

Krona Żvediża

8,9325

CHF

Frank Żvizzeru

1,2964

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8260

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,258

HUF

Forint Ungeriż

272,40

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7029

PLN

Zloty Pollakk

3,8658

RON

Leu Rumen

4,2595

TRY

Lira Turka

2,0792

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3425

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3388

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5045

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7377

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7293

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 500,81

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

9,4201

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,8902

HRK

Kuna Kroata

7,3915

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 228,87

MYR

Ringgit Malażjan

4,1227

PHP

Peso Filippin

59,736

RUB

Rouble Russu

40,2625

THB

Baht Tajlandiż

41,133

BRL

Real Brażiljan

2,2543

MXN

Peso Messikan

16,2268

INR

Rupi Indjan

61,3172


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/3


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2011/C 19/04

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva ġdida taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Pajjiżi l-Baxxi

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jimmaniġaw il-muniti (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm jinżammu ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li tintuża biss id-denominazzjoni taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li huwa simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-500 mitt anniversarju tal-ħruġ tal-ktieb ta' fama mondjali “Laus Stultitiae” mill-filosfu, umanist u teologu Olandiż Desiderus Erasmus

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti ta’ ġewwa tal-munita turi lil Erasmus jikteb il-ktieb tiegħu u effiġjam tar-Reġina Beatrix. Bejn dawn iż-żewġ xbihat hemm l-iskrizzjoni “Beatrix Koningin der Nederlanden” ippożizzjonata vertikament, is-sena “2011”, il-marka tal-Mastru taz-zekka u l-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Il-volum ta' muniti li se jinħarġu: 4 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2011/C 19/05

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' 2 euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Franza

Il-muniti euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bl-għan li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni qed tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2009 (2) rigward dan is-suġġett, l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro, huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi maħsubin għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, partikolarment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn simboliku qawwi kommemorattiv fuq livell nazzjonali jew Ewropew.

Pajjiż tal-ħruġ: Franza

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 30 sena tal-Festa tal-Mużika

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-parti interna tal-munita turi folla ferħana, b'dehra stilizzata ta' strument mużikali, u b'noti jtiru fl-arja, sabiex juru s-simbolu ta' atmosfera ta' festa, il-festa tal-mużika, li ilha ssir fi Franza mill-1981 fl-ewwel jum tas-sajf. F'nofs id-disinn hemm il-kliem “Fête de la MUSIQUE” u d-data “21 JUIN 2011”. Fuqnett tal-munita, ixxaqleb 'l isfel lejn il-lemin, hemm il-kliem “30e ANNIVERSAIRE” u fin-naħa t'isfel hemm l-indikazzjoni tal-pajjiż “RF”.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-kwantità ta’ muniti maħruġin: 10 miljun munita

Data ta’ ħruġ: Ġunju 2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/5


Festi pubbliċi fl-2011: Stati tal-EFTA fiż-ŻEE u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE

2011/C 19/06

2011

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Awtorità tas- Sorveljanza tal-EFTA

Il-Qorti tal-EFTA

It-3 ta’ Jannar

 

 

 

X

 

Is-6 ta’ Jannar

 

X

 

 

 

It-2 ta’ Frar

 

X

 

 

 

Is-7 ta’ Marzu

 

 

 

 

X

It-8 ta’ Marzu

 

X

 

 

 

Il-21 ta’ April

X

 

X

 

X

It-22 ta’ April

X

X

X

X

X

Il-25 ta’ April

X

X

X

X

X

Is-17 ta’ Mejju

 

 

X

 

 

It-2 ta’ Ġunju

X

X

X

X

X

It-3 ta’ Ġunju

 

X

 

X

X

It-13 ta’ Ġunju

X

X

X

X

X

Is-17 ta’ Ġunju

X

 

 

 

 

It-23 ta’ Ġunju

 

X

 

 

X

L-24 ta’ Ġunju

 

X

 

 

 

L-1 ta’ Awwissu

X

 

 

 

 

Il-15 ta’ Awwissu

 

X

 

 

X

Il-5 ta’ Settembru

 

 

 

 

X

It-8 ta’ Settembru

 

X

 

 

 

Id-9 ta’ Settembru

 

X

 

 

 

L-1 ta’ Novembru

 

X

 

X

X

It-2 ta’ Novembru

 

 

 

 

X

It-8 ta’ Diċembru

 

X

 

 

 

It-23 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

Is-26 ta’ Diċembru

X

X

X

X

X

Is-27 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

It-28 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

Id-29 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X

It-30 ta’ Diċembru

 

 

 

X

X


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/6


PRINCE 2010 – UE27 – Sejħa għal proposti

2011/C 19/07

1.   Għanijiet

L-għan ġenerali ta' din is-Sejħa għal Proposti huwa li tinħoloq kuxjenza dwar il-benefiċċji u l-isfidi tat-tkabbir kurrenti tal-UE lejn il-Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-Islanda permezz tal-involviment tal-partijiet interessati prinċipali, il-multiplikaturi u l-professjonisti tal-midja u billi jiġu stimulati laqgħat bejn in-nies.

Din is-Sejħa hija maqsuma f'żewġ lottijiet: Programmi tat-televiżjoni (Lott 1) u Azzjonijiet ta' ħolqien ta' kuxjenza (Lott 2).

Riżultati mistennija:

Li jiġi stimulat u li tingħata kontribuzzjoni għal dibattitu pubbliku informat dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE permezz tal-produzzjoni u x-xandir ta' programmi tat-televiżjoni ddedikati li: jintroduċu t-tkabbir tal-UE fl-isfera pubblika; juru liċ-ċittadini Ewropej l-impatt (benefiċċji, żvantaġġi possibbli) li għandu t-tkabbir tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum tagħhom; iħottu miti u aspettattivi foloz; jibdlu l-mentalità fir-rigward tal-pajjiżi tat-tkabbir u jħottu l-isterjotipi.

Li jkun hemm appoġġ għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mat-tkabbir tal-UE u li tingħata kontribuzzjoni sabiex jiġu sfidati l-prekonċezzjonijiet u biex jiġu ppreżentati l-pajjiżi tat-tkabbir permezz tal-organizzazzjoni ta' azzjonijiet li joħolqu l-kuxjenza, u avvenimenti kulturali jew sportivi.

2.   Kandidati eliġibbli

Lott 1 –   Programmi tat-televiżjoni:

Sabiex ikunu eliġibbli għal għotja, l-applikanti jridu jkunu:

kumpanija tax-xandir tat-televiżjoni (il-kumpaniji tal-produzzjoni mhumiex eliġibbli bħala applikant ewlieni).

korpi pubbliċi jew privati (entitajiet ġuridiċi biss; għalhekk il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli);

irreġistrati f'wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE;

direttament responsabbli għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-azzjoni mal-imsieħba tagħhom;

Lott 2 –   Azzjonijiet ta' ħolqien ta' kuxjenza:

Sabiex ikunu eliġibbli għal għotja, l-applikanti jridu jkunu:

korpi pubbliċi jew privati (entitajiet ġuridiċi biss; għalhekk, il-persuni naturali mhumiex eliġibbli);

irreġistrati f'wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE;

direttament responsabbli għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-azzjoni mal-imsieħba tagħhom;

3.   Azzjonijiet eliġibbli

Huma previsti l-azzjonijiet li ġejjin:

Lott 1 –   Programmi tat-televiżjoni:

Programmi televiżivi b'garanzija ta' xandir

Il-programm irid jixxandar fi Stat Membru wieħed jew f'diversi Stati Membri tal-UE.

Il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-proġett ma jistax jaqbeż it-18-il xahar

Lott 2 –   Azzjonijiet ta' ħolqien ta' kuxjenza:

Sabiex ikunu eliġibbli, l-azzjonijiet għandhom iwettqu mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

ikollhom dimensjoni transkonfinali, jiġifieri li jseħħu f'mill-anqas żewġ Stati Membri tal-UE jew pajjiżi kandidati/potenzjalment kandidati

ikunu jikkonsistu f'attivitajiet ta' ħolqien ta' kuxjenza (ara l-lista mhux eżawrjenti aktar 'l isfel)

jgħaqqdu flimkien żewġ tipi differenti jew aktar ta' attivitajiet ta' ħolqien ta' kuxjenza li kull waħda minnhom ikollha l-impatt tagħha

Lista mhux eżawrjenti ta' azzjonijiet eliġibbli hija pprovduta fil-Linji Gwida ta' din is-sejħa

Il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-proġett ma jistax jaqbeż it-12-il xahar

Il-proġetti taħt din is-sejħa jridu jitlestew sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2013.

4.   Kriterji tal-għotja

Il-punti se jiġu allokati għal applikazzjonijiet eliġibbli minn total ta' 100. Tabelli dettaljati ta' evalwazzjoni, separati għal-Lott 1 u għal-Lott 2, huma pprovduti fil-Linji Gwida.

5.   Baġit għall-proġetti

L-ammont disponibbli taħt din is-sejħa għal proposti huwa ta' EUR 2 500 000. L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż is-60 % (għal-Lott 1) u t-80 % (għal-Lott 2) tal-ispejjeż eliġibbli totali.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tingħata fil-forma ta' għotja.

6.   Skadenza għas-sottomissjoni

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2011 lil:

Catherine WENDT

IL-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir

Unità A2 – Informazzjoni u Kommunikazzjoni

Rue de la Loi/Wetstraat 170

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

7.   Informazzjoni sħiħa

Il-Linji Gwida ta' din is-Sejħa għal Proposti kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi huma disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/enlargement/how-does-it-work/grants-tenders/grants/index_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mat-termini kollha tal-Linji Gwida, jiġu sottomessi fuq il-formoli pprovduti u jkun fihom l-informazzjoni u l-Annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa.


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/8


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 19/08

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 4/92, B-1049 Brussels (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Karbur tas-silikon

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju tal-antidumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1264/2006 (ĠU L 232, 25.8.2006, p. 1)

26.8.2011


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.


20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/9


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping

2011/C 19/09

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri ta' antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Il-Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' dumping u ta' ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għar-reviżjoni.

3.   Il-limitu taż-żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, biex tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, B-1049 Brussell (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Il-prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' skadenza

Ġilda tal-kamoxxa

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Dazju tal-antidumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2006 (ĠU L 251, 14.9.2006, p. 1)

15.9.2011


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6118 – Bain Capital Investors/IMCD)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 19/10

1.

Fit-12 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Bain Capital Investors LLC (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ IMCD Holding BV u s-sussidjarji tagħha (“IMCD”, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bain Capital Investors: ditta privata tal-investimenti tal-ekwità,

għal IMCD: distribuzzjoni ta’ speċjalitajiet kimiċi (li jinkludu ingredjenti tal-ikel u tal-farmaċewtiċi).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6118 – Bain Capital Investors/IMCD, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6, paragrafu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 19/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SALAME FELINO”

Nru tal-KE: IT-PGI-0005-0597-11.04.2007

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Salame Felino”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ Prodott:

Klassi 1.2

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:

Meta jinħareġ fis-suq biex jinbiegħ lill-konsumaturi, is-“Salame Felino” IĠP għandu jkollu forma ċilindrika, b'tarf wieħed ikbar mill-ieħor u l-wiċċ ta’ barra ta’ kulur abjad fil-griż kemxejn miksi bi trab, li jinħoloq minn ammont moderat ta’ tipi differenti ta’ moffa awtoktona.

Is-“Salame Felino” IĠP għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

—   Piż: bejn 200 gramma u 4,5 kilogrammi;

—   Qisien: forma ċilindrika mhux regolari, b'tul ta’ bejn 15 u 130 ċm;

—   Karatteristiċi organolettiċi: meta l-prodott jinqata’, kull fetta tkun kompatta u ta’ konsistenza mhux elastika u omoġenja, relattivament nieqsa mix-xaħam u ta’ kulur aħmar skur, mingħajr tbajja’, u b’togħma delikata u mhux pikkanti;

—   Karatteristiċi kimiċi, u kimikofiżiċi:

ammont totali ta’ proteina

:

mhux inqas minn 23 %

proporzjon kollaġen/proteina

:

mhux aktar minn 0,10

proporzjon ilma/proteina

:

mhux aktar minn 2,00

proporzjon xaħam/proteina

:

mhux aktar minn 1,50

pH

:

> 5,3

Ammont totali ta’ lactobacilli

:

> 100 000

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss):

Is-“Salame Felino” IĠP huwa magħmul mil-laħam tal-majjal, kif deskritt hawn taħt:

Jintużaw annimali ta’ razez bażiċi tradizzjonali puri jew derivati minn Large White u Landrace, kif imtejba permezz tar-Reġistru tar-Razez Taljan.

Jintużaw ukoll annimali tar-razza Duroc, kif imtejba permezz tar-Reġistru tar-Razez Taljan.

Barra minn hekk, jintużaw ukoll annimali ta' razez oħra, mħalltin u ibridi, sakemm ikunu trabbew taħt skemi ta' għażla jew ta' taħlit ta' razez li l-għanijiet tagħhom huma li dawn jinżammu skont ir-Reġistru tar-Razez Taljan għall-produzzjoni tal-ħnieżer Taljani ta' piż tqil.

B’osservanza għat-tradizzjoni, jibqgħu madankollu esklużi l-annimali b'karatteristiċi antiteteċi, l-aktar dawk suxxettibbli għall-istress (PSS), li llum jinstabu b’mod oġġettiv anki fuq annimali “post mortem” u fuq il-prodotti mmaturati.

Huma madankollu esklużi l-annimali tar-razez puri Landrace Belġjana, Hampshire, Pietrain, Duroc u Spotted Poland.

Ir-razez li jintużaw għandhom jiżguraw li jintalħqu piżijiet tqal b’effiċjenza tajba u, xorta waħda, piż medju ta’ 160 kilogramma għal kull lott (piż ħaj), b’10 % iktar jew inqas.

L-età minima għall-qatla hija ta’ disa' xhur.

Ma jintużawx ħnieżer maskili li jintużaw għat-tgħammir u ħnieżer femminili.

Il-ħnieżer għandhom jinqatlu waqt li jkunu fi stat tajjeb ta’ saħħa u għandhom jiġu svinati kompletament.

Il-qatgħat ta’ laħam użat għall-produzzjoni tas-“Salame Felino” IĠP jikkonsistu f’partijiet tal-muskolu u xaħam magħżula bħal, pereżempju, il-parti ta' quddiem taż-żaqq (testa di pancetta) u/jew kapuljat minn taħt l-ispalla (trito di banco (sottospalla)). Il-laħam li jintuża ma jrid ikun għadda minn l-ebda proċess ta’ ffriżar.

Mill-partijiet tal-muskolu u dawk xaħmin, jinqatgħu u jitneħħew bil-galbu l-għeruq tal-ligamenti kif ukoll it-tessut xaħmi l-artab.

Il-laħam (il-partijiet tal-muskolu u dawk xaħmin) li jintuża għas-“Salame Felino” IĠP għandu jinżamm f’kamra għat-tkessiħ b'temperatura ta’ mhux inqas minn – 1 °C mgħammra b'tali mod li tippermetti li l-partijiet tal-muskolu jinxfu sew mill-ilma. It-tħin tat-taħlita għandu jsir permezz ta’ magna tal-kapuljat (forom b'toqob ta’ dijametru ta’ 6-8 mm)

Il-laħam imbagħad jiġi magħġun bil-melħ fi proporzjon ta’ 2,0 għal kull 2,8, bil-bżar sħiħ u/jew midħun fi proporzjon ta’ 0,03 sa 0,06, kif ukoll b’tewm misħuq.

Jista’ jintuża wkoll:

inbid abjad xott, f'doża massima ta’ 400 ċl inbid/100 kg laħam sabiex jissaħħu r-riħa u l-aroma;

zokkor u/jew destrożju u/jew fruttożju: 0-0,3 %

kolturi li jagħtu bidu għall-fermentazzjoni: l-użu ta’ dawn il-kolturi li jagħtu bidu għall-fermentazzjoni għandu jsir b’konformità ma’ prattika tajba, u billi jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tal-kolturi li jagħtu bidu għall-fermentazzjoni tas-Salame Felino. L-iskop tagħhom hu li jiżviluppaw it-togħma u l-aroma permezz ta’ azzjoni lipolitika u proteolitika waqt li jistabilizzaw il-kulur u jikkontrollaw l-aċidifikazzjoni tal-prodott.

nitrat tas-sodju u/jew potassju mhux aktar minn 300 mg/kg, nitrit tas-sodju u/jew potassju mhux aktar minn 150 mg/kg; aċidu askorbiku u melħ tas-sodju tiegħu mhux aktar minn 1 g/kg.

3.4.   Għalf għall-annimali (għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali):

L-għalf użat għandu jkun konformi mal-istandards kummerċjali. L-għalf għandu preferibbilment jingħata f’forma ta’ likwidu (brodu jew tagħsida) u, tradizzjonalment, bix-xorrox tal-ħalib. Fl-għalf awtorizzat li jingħata lil annimali b’piż ħaj sa 80 kg, il-preżenza ta’ sustanza niexfa taċ-ċereali m’għandhiex tkun inqas minn 45 % tal-ammont sħiħ. Fir-rigward tal-għalf awtorizzat li jintuża waqt il-fażi tat-tismin, il-preżenza tas-sustanza niexfa taċ-ċereali m’għandhiex tkun inqas minn 55 % tal-ammont sħiħ.

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita:

Il-passi speċifiċi tal-produzzjoni huma:

tħin permezz ta’ magna tal-kapuljat

l-għaġna tat-taħlita u ż-żieda ta' melħ, bżar u tewm; jistgħu jintużaw ukoll inbid, tipi ta’ zokkor, kolturi li jagħtu bidu għall-fermentazzjoni, nitrat tas-sodju jew tal-potassju, nitrit tas-sodju jew tal-potassju, aċidu askorbiku u melħ tas-sodju tiegħu

Tqegħid fl-imsaren naturali tal-majjal

Rbit bl-ispag, mhux f’forma ta’ xibka

Tnixxif u maturazzjoni

Tqattigħ u ppakkjar f’vakwu jew f'atmosfera protettiva

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:

Il-tqattigħ u l-ippakkjar tas-Salame Felino jista’ jsir biss fi strutturi li jinsabu fit-territorju fejn issir il-produzzjoni, taħt is-superviżjoni ta’ entitajiet awtorizzati skont kif preskritt mill-pjan ta’ kontroll.

Fil-fatt, minħabba li l-prodott huwa delikat, fih ħafna aċidi grassi mhux saturati u li ma fihx ħafna preservattivi, u minħabba n-natura potenzjalment stressanti tal-istadji ta' tqattigħ u ppakkjar, jeħtieġ li dawn l-operati jitwettqu minn persunal li għandu għarfien speċifiku dwar il-prodott. B'mod partikolari, jeħtieġ li l-porzjon maqtugħa jkollha kemm jista’ jkun l-inqas kuntatt possibbli mal-arja sabiex ma tiswiedx.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Is-“Salame Felino” IĠP jista’ jinħareġ fis-suq biex jinbiegħ lill-konsumaturi: sħiħ, b’tikketta waħda jew siġill wieħed; f’biċċiet maqtugħin ħoxnin, f’vakwu jew f'atmosfera protettiva; imfellel, f’vakwu jew f'atmosfera protettiva.

L-isem “Salame Felino”, segwit mill-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jew mill-akronimu “IĠP” (tradott fil-lingwa tal-pajjiż li fih ikun qiegħed jinbiegħ il-prodott), għandu jitwaħħal ma’ kull tikketta jew siġill b’kitba ċara u li ma titħassarx, b’mod distint minn kull kitba oħra li tidher fuq il-prodott, u għandu jiġi segwit mill-lowgo tal-Komunità u l-marka tal-azjenda.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tas-“Salame Felino” IĠP hija identifikata fit-territorju amministrattiv tal-Provinċja ta’ Parma.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-żona ta’ produzzjoni tas-Salame Felino IĠP, identifikata bħala l-provinċja kollha ta’ Parma, hija kkaratterizzata mill-preżenza ta' għoljiet kif ukoll ta' pjanuri, u mill-preżenza ta' lagi u ta’ minjieri tal-melħ.

L-identifikazzjoni taż-żona ġeografika twettqet billi saret referenza għal rikostruzzjoni storika dettaljata dwar il-prattiki antiki ta’ produzzjoni li wasslu għall-ħolqien ta’ dan il-prodott lokali, u li huma marbuta mat-tradizzjonijiet tal-qtil u tal-maturazzjoni tal-laħam tal-majjal aġevolati mill-preżenza sa minn żmien il-qedem ta’ minjieri tal-melħ, kif ukoll mill-kondizzjonijiet tal-klima li huma kkaratterizzati minn livelli speċifiċi ta’ umdità, minn espożizzjoni għall-arja tal-baħar u minn konċentrazzjoni ta' firxiet kbar ta’ msaġar.

Fl-għoljiet ta’ Parma, dejjem kien possibbli li t-teknoloġija tal-pjanuri tiġi mlaqqa’ mal-melħ ta’ Salsomaggiore.

Teknoloġija tal-pjanuri tfisser dawk il-prattiki ta’ manifattura u ta’ maturazzjoni tal-laħam tal-majjal li kienu diġà nħolqu fi żmien ir-Rumani u l-Etruski anki minħabba l-preżenza ta' ħnieżer imrobbija, fost affarijiet oħra, biex iservu bħala provvista ta’ ikel għal-leġjuni Rumani. Fuq l-għoljiet li jsebbħu l-pjanura, dawn il-leġjuni ħadu l-opportunità li jużaw bl-iktar mod sempliċi, il-melħ tal-minjieri ta’ Salsomaggiore, minħabba li fl-għoljiet ta’ dan il-post tradizzjonalment kien jinġabar il-melħ li, minħabba li kien jitqies bħala materjal prezzjuż, kien jittieħed ’il bogħod mir-rotot ta' komunikazzjoni ewlenin biex jiġi evitat li jinsteraq.

Fil-fatt, sa mill-1300, anki minħabba l-preżenza ta’ dawn minjieri tal-melħ, il-tmelliħ tal-laħam tal-majjal u l-ipproċessar tiegħu wassal għall-produzzjoni ta' prodotti magħrufa kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Is-Salame Felino IĠP huwa differenti minn prodotti oħra tal-istess kategorija minħabba l-kompattezza u l-konsistenza omoġenja u mhux elastika tiegħu, u għaliex huwa relattivament nieqes mix-xaħam u minħabba l-kulur aħmar skur. It-togħma hija delikata u mhux pikkanti.

Dan huwa salami li, b'differenza mill-maġġoranza kbira ta’ dawk fis-suq, jitqiegħed biss fi msaren naturali (u qatt fi msaren sintetiċi). Is-Salame Felino ma fihx lattożju u dqiq tal-ħalib, u għandu pH moderatament għoli li jtejjeb il-kwalitajiet organolettiċi. Is-Salame Felino fih kwantitajiet ogħla ta’ proteina u inqas xaħam minn tipi oħra simili ta' salami.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (fir-rigward tad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-reputazzjoni tas-“Salame Felino” IĠP tintwera permezz tal-bibljografija dettaljata li tinkludi referenzi u kwotazzjonijiet rigward il-prodott.

L-ewwel referenzi għall-prodott jinsabu f’kitbiet ta’ awturi Latini tal-ewwel seklu W.K. (Apicio De Re cocquinaria).

Is-Salame Felino kien magħruf sew fir-residenzi uffiċjali tal-familji nobbli li segwew lil xulxin fil-belt kapitali: minn dawk tal-familja Farnese, tal-Borboni u sad-Dukessa Maria Luigia.

L-eqdem xbieha tal-prodott tidher f’dekorazzjoni fil-Battisterju ta’ Parma (1196-1307), fejn, fil-parti ddedikata lis-sinjal astroloġiku ta’ Akkwarju jidhru mqiegħda fuq appoġġ idur ta’ borma, fuq fuklar, żewġ salami, li mid-daqs u l-forma, li għadhom l-istess anke llum, jidhru li huma “Salame Felino” IĠP.

Iċ-ċensiment tal-ħnieżer li sar fl-1766 jindika li l-Markiżat ta’ Felino kien l-aktar post attiv fl-inħawi fir-rigward tal-kummerċ tal-majjal. Skemi dwar l-ipprezzar li nstabu fl-istess perjodu u li nkitbu b’referenza għat-territorju ta’ Felino jirreferu għal salami nieqes mix-xaħam u għal dak xaħmi. Sa mill-bidu tal-1800, testi dwar l-użanzi u d-drawwiet kulinarji jindikaw il-preżenza ta’ metodu partikolari għall-ipproċessar tal-laħam tal-majjal f’salami fit-territorju tal-lokalità ta’ Felino.

Fl-1905, fid-dizzjunarju Taljan jidher il-kliem “Salame Felino” u fl-1912 il-produzzjoni tas-salami Felino ġiet inkluża fir-rapport tal-Ministru tal-Agrikoltura rigward il-prestazzjoni ekonomika ta’ dik is-sena.

Sa mill-1927, l-istituzzjonijiet pubbliċi lokali kompetenti jirreferu għas-salami magħmul fil-Provinċja ta’ Parma bl-isem ta’ Salame Felino, li jidher li kien diġà jgawdi minn reputazzjoni u fama partikolari u, b’hekk, anki minn rikonoxximent partikolari, jekk id-dikjarazzjoni tal-isem fl-użu kummerċjali kienet tikkostitwixxi, fl-evalwazzjoni tal-Uffiċċju u l-Kunsill Provinċjali tal-Ekonomija Nazzjonali, raġuni għall-promozzjoni tal-ġid tal-provinċja. Anki llum, l-għeruq tal-produzzjoni tas-Salame Felino fil-provinċja ta’ Parma jistgħu jiġu vverifikati permezz tar-riċerka u studji fil-fond dwar il-kultura gastronomika tat-territorju ta’ Parma. Fil-fatt jeżistu bosta kitbiet kritiċi li jassoċjaw is-Salame Felino mal-gastronomija tal-provinċja billi jirreferu għalih bħala wieħed mill-aktar tipi ta’ laħam immellaħ apprezzati f’Parma, li t-tjubija tiegħu hija marbuta b’mod dirett mat-tradizzjoni antika tal-produzzjoni tiegħu li ġiet żviluppata u miżmuma fis-sħiħ biss fil-widien tal-provinċja ta’ Parma. Barra minn hekk jeżistu wkoll bosta attivitajiet u avvenimenti li għadhom qed jiġu organizzati mill-awtoritajiet lokali u l-istituzzjonijiet provinċjali ta’ Parma kemm fl-Italja kif ukoll f’pajjiżi oħra għas-Salame Felino permezz ta’ tħejjija ta' padiljuni fejn wieħed jista’ jduq il-prodott, u li minnhom jitqassam materjal ta’ tagħrif dwar il-karatteristiċi u l-produzzjoni storika tas-Salame Felino fit-territorju ta’ Parma.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5, paragrafu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Din l-amministrazzjoni nediet il-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni billi ppubblikat il-proposta għar-rikonoxximent tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Salame Felino” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana.

It-test konsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jinkiseb:

mil-link li ġej http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.