|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2011.018.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
L-462 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta' April 2010 |
|
|
2011/C 018/01 |
||
|
2011/C 018/02 |
||
|
2011/C 018/03 |
||
|
2011/C 018/04 |
||
|
2011/C 018/05 |
||
|
2011/C 018/06 |
||
|
2011/C 018/07 |
||
|
2011/C 018/08 |
||
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
L-462 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta' April 2010 |
|
|
2011/C 018/09 |
||
|
2011/C 018/10 |
||
|
2011/C 018/11 |
||
|
2011/C 018/12 |
||
|
2011/C 018/13 |
||
|
2011/C 018/14 |
||
|
2011/C 018/15 |
||
|
2011/C 018/16 |
||
|
2011/C 018/17 |
||
|
2011/C 018/18 |
||
|
2011/C 018/19 |
||
|
2011/C 018/20 |
||
|
2011/C 018/21 |
||
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-462 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta' April 2010
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Insaħħu l-mudell agroalimentari Ewropew” (opinjoni esploratorja)
2011/C 18/01
Relatur: Is-Sur ESPUNY MOYANO
Korelatur: is-Sur TRÍAS PINTO
F'ittra tat-23 ta' Lulju 2009, u b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Presidenza Spanjola tal-UE kkonsultat lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Insaħħu l-mudell agroalimentari Ewropew (Opinjoni esploratorja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' April 2010 (sessjoni tat-28 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'124 vot favur, vot kontra u 3 astensjonijiet.
1. Il-mudell agroalimentari Komunitarju llum
1.1 Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) mhijiex biss l-ewwel politika komuni fl-eqqel tal-kelma – żviluppata permezz tal-estensjoni reċenti tas-setgħat tagħha fit-Trattat tal-Lisbona – iżda hija wkoll mudell agroalimentari fiha nnifisha. Għalhekk għandha tkun tal-ikbar interess strateġiku għall-Ewropa u taqdi rwol attiv ta' influwenza fil-qafas internazzjonali.
1.2 Il-Politika Agrikola Komuni, li żammet l-objettivi tagħha mill-bidu nett kif ukoll fir-riformi suċċessivi tat-Trattati, f'dawn l-aħħar ħamsin sena adattat ruħha għall-bżonnijiet il-ġodda imposti mill-iżviluppi li saru: ir-riforma tal-istrumenti u s-sistemi ta' ġestjoni, il-baġits, it-talbiet tas-soċjetà u d-dħul fis-suq ta' pajjiżi terzi. Illum għandna mudell agroalimentari sostenibbli li huwa dejjem iktar ibbażat fuq l-għaqda ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali.
1.3 Tul dan il-proċess, il-mudell agroalimentari Ewropew kiseb b'mod progressiv l-objettivi essenzjali tiegħu: il-garanzija ta' provvista ta' ikel bnin u sikur lill-popolazzjoni, il-bini ta' sistema ekonomika agroalimentari mexxejja fid-dinja u l-offerta ta' produzzjoni varjata, ta' kwalità u apprezzata mill-konsumaturi.
2. Vantaġġi u żvantaġġi
2.1 Anke jekk il-valutazzjoni ġenerali hija waħda pożittiva, jidher biċ-ċar li jeħtieġ li jerġgħu jiġu kkunsidrati ċerti żviluppi u ċertu titjib tal-mudell, fosthom:
|
— |
il-bżonn ta' strumenti komuni li jindirizzaw il-volatilità tal-prezzijiet li tista' terġa' titfaċċja fis-snin li ġejjin, bil-għan li jiġu evitati ġrajjiet bħal dawk li seħħew fl-2007 u l-2008; |
|
— |
it-titjib tas-sistemi ta' speċifiċità agroalimentari – Ċertifikat ta' Oriġini Protetta, Indikazzjoni Ġeografika Protetta, Speċjalità Tradizzjonali Garantita – b'mod li jiġu ssemplifikati u razzjonalizzati l-kundizzjonijiet tagħhom, li jitqawwew ir-rekwiżiti tekniċi u li jissaħħaħ il-mudell, kif ukoll li tittejjeb il-protezzjoni ġusta ta' dawn il-prodotti fis-swieq esterni; |
|
— |
il-garanzija ta' politika ta' promozzjoni ġenwina għall-prodotti agroalimentari Komunitarji, li tagħti valur miżjud Ewropew lir-rikkezza u l-varjetà tal-prodotti tagħna u li fuq kollox tgħaqqad kif jixraq il-promozzjoni tal-valuri tal-Ewropa mal-iżvilupp kummerċjali tal-prodotti tagħha; |
|
— |
progress ibbażat fuq viżjoni strateġika tal-katina agroalimentari – il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċ – b'titjib tat-trasparenza tas-sistema u b'miżuri li jevitaw abbuż ta' pożizzjoni dominanti jew prattiki żleali li jbiddlu l-funzjonament tagħha; |
|
— |
it-titjib tal-informazzjoni mogħtija lill-konsumatur permezz ta' mudell komuni ta' tikketta, u t-tfassil ta' sistema li tuża l-possibbiltajiet kollha tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni b'mod li l-għażla tal-konsumatur tkun l-iktar għażla infurmata possibbli. |
3. Niffaċċjaw l-isfidi immedjati
3.1 L-Unjoni Ewropea dieħla f'fażi ġdida b'istituzzjonijiet imġedda u Trattat ġdid. Ser ikollha tiffaċċja għadd ta' sfidi ġodda u twettaq bidliet kbar li jgħinuha tistabbilixxi ruħha fir-rwol mexxej tagħha, b'mod speċjali sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali.
3.2 F'dan il-kuntest, is-sistema agroalimentari Komunitarja għandha r-rekwiżiti tagħha li għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess ta' riflessjoni attwali li ser iwitti t-triq għall-Politika Agrikola Komuni l-ġdida ppjanata għall-2013. Uħud minn dawn ir-rekwiżiti huma msemmija f'dan id-dokument u ġew ippreżentati iktar fid-dettall f'opinjonijiet oħra tal-KESE (1).
3.3 F'din l-opinjoni l-KESE jixtieq jidħol iktar fid-dettall fir-rigward tal-valuri tas-sostenibbilità tal-mudell agroalimentari u jfisser l-importanza tagħhom. Billi dan huwa l-uniku mudell validu fuq perijodu twil, huwa importanti li jiġi applikat b'mod uniformi fis-suq Komunitarju, u li jiġi evitat li jiġi adottat biss mill-operaturi Ewropej. Jidher biċ-ċar li dan huwa l-uniku mudell sostenibbli li għandna.
4. Lejn mudell sikur, ibbilanċjat u ġust
4.1 Il-mudell agroalimentari Ewropew huwa bbażat fuq skema li tikkunsidra t-tliet aspetti tas-sostenibbiltà: l-aspett ekonomiku, ambjentali u soċjali.
4.2 F'dawn l-aħħar snin, b'mod speċjali fl-aħħar riforma tal-PAK, ġew inklużi dispożizzjonijiet leġiżlattivi wiesgħa f'oqsma importanti bħal dawn li ġejjin:
|
— |
it-tisħiħ tas-sigurtà alimentari u t-traċċjabilità; |
|
— |
ir-regolazzjoni tal-produzzjoni ekoloġika, il-produzzjoni integrata, prattiki iktar ambjentali u l-protezzjoni tal-ambjent b'mod ġenerali; |
|
— |
l-applikazzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali, estiża għall-produzzjoni ġenerali; |
|
— |
l-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet soċjali u l-protezzjoni tal-ħaddiema. |
4.3 Il-KESE jemmen li dan il-mudell huwa fundamentali għaż-żamma tal-PAK fil-ġejjieni, u huwa l-muftieħ biex l-Ewropa tkompli tikkompeti f'dinja dejjem iktar globalizzata. Dawn il-valuri, maqlubin f'regoli u sforz favur ir-riċerka u l-produzzjoni agroalimentari, għandhom jippermettu lill-Unjoni Ewropea li tiffaċċja l-isfidi f'dinja li fiha, skont il-FAO, il-bżonnijiet ta' produzzjoni ta' ikel fid-dinja ser jirduppjaw.
4.4 Iżda t-twettiq ta' dan il-mudell jeħtieġ sforzi importanti min-naħa tal-operaturi Komunitarji, kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-ipproċessar agrikolu. Għaldaqstant ma jidhirx loġiku li fl-applikazzjoni prattika tiegħu jkun hemm difetti varji li jistgħu jxekklu l-eżistenza tiegħu stess.
4.5 L-ewwel difett jinsab fil-qasam tas-sigurtà alimentari u l-konformità tal-importazzjoni tal-ikel, l-għalf, l-annimali u l-pjanti mar-regoli Komunitarji. L-Ewropa tgħallmet mill-esperjenza l-bżonn li żżomm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-annimali u tal-pjanti, u dan wassal għall-impożizzjoni tar-regoli l-ġodda wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji tal-liġi alimentari Komunitarja. Madankollu l-leġiżlatur iffoka fuq ir-regolazzjoni tal-obbligi tal-operaturi Komunitarji u ma indirizzax l-obbligi għall-prodotti importati.
4.5.1 Illum-il-ġurnata, skont id-data tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, iktar minn terz tat-twissijiet alimentari rreġistrati fis-suq intern iseħħu barra mill-Unjoni Ewropea. Il-KESE jixtieq ifakkar fil-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha l-obbligu li tiggarantixxi s-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, kif ukoll l-applikazzjoni tal-istandards tal-prodotti kollha mqiegħda fis-suq, inklużi dawk importati.
4.6 It-tieni problema tal-produtturi u l-intraprendituri Komunitarji hija l-fatt li n-nuqqas ta' bilanċ fis-suq Komunitarju jxekkel il-kompetittività fir-rigward tal-prodotti importati.
4.6.1 L-eżiġenzi tal-mudell tagħna stess jgħollu b'mod konsiderevoli l-ispejjeż ta' produzzjoni, li wħud minnhom mhumiex applikati għall-prodotti importati, li barra minn hekk f'ċerti każijiet jibbenefikaw minn tariffi mnaqqsa (2).
4.6.2 B'hekk, u skont ir-rapport LEI 2008-071 tal-Università ta' Wageningen, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda dwar it-trattament xieraq tal-annimali għall-kundizzjonijiet ta' għajxien tat-tiġieġ li jbid, stabbiliti fid-Direttiva 99/74/KE, tirrappreżenta żieda ta' 8 sa 10 % tal-ispejjeż għal produttur Komunitarju medju, li jrid jikkompeti mal-prodotti importati mill-Brażil u l-Istati Uniti, li mhux biss ma japplikawx dawn ir-rekwiżiti ta' trattament xieraq tal-annimali, iżda li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom sistemi produttivi li l-istandards tagħhom huma ħafna aktar inferjuri għal dawk previsti mil-leġislazzjoni Komunitarja (produzzjoni intensiva, inqas restrizzjonijiet fuq l-użu tal-mediċini, l-ebda limiti fl-użu tal-GMOs fl-għalf tal-annimali, eċċ).
4.6.3 L-ispejjeż regolatorji għandhom effett simili. L-industrija Ewropea tal-għalf tal-bhejjem teħtieġ materja prima speċifika importata, billi l-produzzjoni Ewropea hija insuffiċjenti, iżda l-limiti stretti imposti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-GMOs jikkomplikaw l-importazzjoni tal-prodotti essenzjali għall-annimali bħaċ-ċereali, is-soja jew iż-żerriegħa b'kontenut kbir ta' proteina minn pajjiżi bħall-Brażil jew l-Arġentina. Dawn il-limitazzjonijiet jaffettwaw direttament il-produzzjoni u l-industriji tal-laħam Ewropej li jridu jiffaċċjaw żieda fl-ispejjeż li taffettwa l-kompetittività tagħhom kemm fis-suq Ewropew kif ukoll fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Madankollu dan ma jfissirx li l-KESE jaqbel mal-użu tal-OĠM.
4.6.4 Il-Kummissjoni Ewropea stess tagħraf dan il-fatt fir-rapport tad-DĠ AGRI dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-GMOs, fejn hija tispeċifika li l-politika ta' “tolleranza zero” tista' twassal għal telf ta' EUR 200000 miljun għas-settur agroalimentari Ewropew. Barra minn hekk, il-livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi fl-Ewropa mhuwiex qiegħed jitwettaq fil-prattika, billi għadna qegħdin nimportaw laħam, ħalib u prodotti oħra minn bhejjem li trabbew b'ikel magħmul mill-annimali li jinkludi l-GMOs. Għaldaqstant, iridu jinħolqu l-kundizzjonijiet adatti biex tiġi żviluppata katina ta' produzzjoni li tqis l-aspettattivi tal-konsumaturi.
4.6.5 Problemi simili għal dawk imsemmija hawn fuq jitfaċċjaw f'oqsma oħra fejn l-ispejjeż regolatorji huma daqstant għoljin, pereżempju l-pestiċidi (limiti massimi tar-residwi u limitazzjonijiet ambjentali oħra), is-saħħa veġetali u l-identifikazzjoni tal-annimali.
4.7 Fl-aħħar, fid-dawl ta' ċerti konsiderazzjonijiet ta' natura politika, is-sitwazzjoni attwali mhijiex sostenibbli. Mhuwiex loġiku li l-operaturi Ewropej ikunu ddiskriminati fis-suq naturali tagħhom stess fir-rigward ta' operaturi terzi.
5. Il-bżonn li tinstab soluzzjoni
5.1 Fil-fehma tal-KESE, l-Unjoni Ewropea għandha ssib soluzzjonijiet li jippermettu li tittejjeb l-applikazzjoni tal-mudell Komunitarju fis-suq intern, filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetizzjoni ħielsa u r-regoli internazzjonali.
5.2 Is-soluzzjoni timplika li tittieħed azzjoni f'diversi oqsma, u f'ċerti każijiet dan ifisser applikazzjoni progressiva. Fost id-diversi miżuri possibbli, il-KESE jinnota dawn li ġejjin:
|
— |
it-titjib tal-kondizzjonijiet ta' aċċess: il-kontroll tal-importazzjonijiet għandu jkun kapaċi jassigura li l-annimali u l-pjanti – b'mod speċjali dawk li għandhom jiġu integrati fil-katina tal-ikel – jidħlu fl-Unjoni b'mod sikur u li jikkonforma mal-istandards Ewropej. Barra minn hekk, huwa importanti li l-kontroll jiġi applikat fuq il-bażi ta' proċeduri armonizzati, sabiex il-prodotti kollha, indipendentement mill-punt ta' dħul tagħhom, joffru l-istess garanziji ta' sigurtà. Hija kwistjoni ta' reċiproċità mal-operaturi Ewropej; |
|
— |
it-titjib tal-approvazzjoni internazzjonali tal-mudell Ewropew: jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tispjega u tippromovi l-aċċettazzjoni internazzjonali tal-mudell tagħha, ibbażat fuq il-valuri ta' sostenibbiltà promossi globalment mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti stess. Korpi bħad-WTO, il-FAO, il-CODEX Alimentarius Mundi, l-OIE, l-ILO, l-UNCTAD u oħrajn għandhom jiġu inklużi fl-isforz ta' promozzjoni. Bl-istess mod għandna nfittxu l-ogħla livell ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet possibbli fil-livell internazzjonali sabiex b'hekk nevitaw diskrepanza fil-ġestjoni; |
|
— |
it-titjib tas-sistema ta' rikonoxximent reċiproku tas-sistemi ta' protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u tal-annimali flimkien ma' pajjiżi terzi: l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fil-ftehimiet kummerċjali tagħha kapitolu speċifiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku tas-sistemi fir-rigward tas-saħħa, il-pestiċidi u l-ikel, sabiex jinkisbu l-livelli adegwati ta' protezzjoni tas-saħħa fil-qafas stabbilit mid-WTO, bi qbil komuni; |
|
— |
it-titjib tal-assistenza teknika internazzjonali: bil-promozzjoni ta' inizjattivi bħal “Better Training for Safer Food”, li tappoġġja l-kollaborazzjoni teknika ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jesportaw jew li potenzjalment ser jesportaw lejn l-Ewropa, permezz tat-taħriġ ta' persunal tekniku, it-tfassil ta' regoli u standards, l-iskambju ta' persunal, eċċ.; |
|
— |
inċentivi kummerċjali: l-UE tista' wkoll tanalizza l-possibbiltà li ttejjeb il-ġestjoni kummerċjali, finanzjarja u ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jarmonizzaw is-sistemi tagħhom mal-mudell Komunitarju; |
|
— |
leġiżlazzjoni aħjar: l-Ewropa m'għandhiex tieħu miżuri protezzjonisti li jillimitaw l-aċċess għas-swieq tagħha, iżda lanqas ma tista' tippermetti li l-mudell tagħha jiġi applikat bi ħsara għall-operaturi Komunitarji tagħha stess. Is-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tista' wkoll tkun strument tassew utli biex jitnaqqas il-piż amministrattiv. |
5.2.1 Parti mill-mudell tagħna huwa bbażat fuq il-“prodotti pubbliċi” li ċ-ċittadini u l-konsumaturi jaraw bħala neċessarji: il-kwalità bbażata fuq l-oriġini u l-metodi ta' produzzjoni, il-ħarsien tal-bhejjem, il-prinċipju ta' prekawzjoni jew protezzjoni tal-ambjent huma fost l-iktar kriterji importanti.
5.2.2 Il-politika Ewropea għandu jkollha strumenti li jimpedixxu d-delokalizzazzjoni tax-xogħol lejn żoni oħra, sabiex tkun tista' tikkompeti bl-istess kundizzjonijiet u tippromovi l-applikazzjoni tar-regoli soċjoprofessjonali dwar ix-xogħol dinjituż li qegħdin nippromovu fis-suq intern. L-Unjoni Ewropea għandha wkoll taħdem mal-korpi internazzjonali rilevanti (b'mod speċjali d-WTO) sabiex ir-regoli soċjoprofessjonali (3) fundamentali jiġu inklużi fost il-konsiderazzjonijiet non kummerċjali, billi l-kummerċ jista' biss ikun tassew ħieles meta jkun ġust ukoll.
5.2.3 Għaldaqstant il-leġiżlatur għandu jagħti prijorità lill-ibbilanċjar mill-ġdid tas-sitwazzjoni attwali billi jadotta l-miżuri legali adegwati.
5.3 Il-KESE jitlob lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw din l-opinjoni u jħeġġeġ lill-Presidenza Spanjola tipproponi miżuri li jmorru f'din id-direzzjoni.
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) C 77 tal-31.3.2009, p. 81.
(2) Il-KESE jfakkar li l-UE hija l-ewwel importatur dinji ta' prodotti agroalimentari, pożizzjoni li kisbet permezz ta' skemi doganali preferenzjali (Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPG), SPG+, u l-inizjattiva “kollox minbarra l-armi”), għall-prodotti kollha mill-pajjiżi inqas żviluppati jew li qed jiżviluppaw.
(3) Konvenzjoni tal-ILO 87, 98, 105, 111, 135, 182; Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet fuq ix-Xogħol; Dikjarazzjoni Tripartita tal-ILO dwar il-Kumpaniji Multinazzjonali u l-Politika Soċjali; Dikjarazzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol Sfurzat; Dikjarazzjoni tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni; Aġenda tal-ILO dwar ix-Xogħol Deċenti; Dikjarazzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol tat-Tfal; Prinċipji tal-OECD dwar il-Governanza Korporattiva; Linji Gwida tal-OECD dwar il-Kumpaniji Multinazzjonali; Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-mudell agrikolu Komunitarju: kwalità tal-produzzjoni u komunikazzjoni lill-konsumaturi bħala fatturi ta’ kompetittività” (opinjoni esploratorja)
2011/C 18/02
Relatur: is-Sur TRÍAS PINTO
Nhar l-20 ta' Jannar 2010, il-Presidenza Spanjola tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Il-mudell agrikolu Komunitarju: kwalità tal-produzzjoni u komunikazzjoni lill-konsumaturi bħala fatturi ta' kompetittività (opinjoni esploratorja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Agrikolu u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta' April 2010 (seduta tat-28 ta' April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'116-il vot favur, 1vot kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jirrakkomanda li jissaħħu l-politiki dwar il-kwalità u l-komunikazzjoni lill-konsumaturi bħala fatturi ewlenin sabiex titħeġġeġ il-kompetittività tal-industrija agroalimentari Ewropea kif ukoll sabiex titjieb id-dehra ta' kif l-industrija tbiegħ lilha nnifisha. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li:
|
— |
jiġu promoss it-trawwim tal-aspetti soċjali, ambjentali, tas-saħħa u tat-trattament xieraq tal-annimali marbutin mal-produzzjoni agrikola, bl-iżvilupp ta' għodod ġodda bbażati fuq it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICTs); |
|
— |
jittejbu l-konsistenza u l-koerenza tal-istrumenti ta' akkreditazzjoni eżistenti permezz ta' linji gwida għall-kjarifika, l-armonizzazzjoni u s-semplifikazzjoni; |
|
— |
jissaħħu l-kanali għad-djalogu bejn il-produtturi, partijiet tal-industrija, id-distributuri u l-konsumaturi, u jiġu żviluppati strateġiji effettivi għall-komunikazzjoni mal-pubbliku. |
1.2 Aktar speċifikament, il-KESE jipproponi li jiġu implementati miżuri varji:
1.2.1
|
— |
L-użu tal-ICTs bħala għodda ta' komunikazzjoni. L-ICTs huma preżenti fil-ħajja tagħna ta' kuljum iżda għadhom ma jintużawx fil-proċess tax-xiri. Jekk dawn jiġu inkorporati fl-ixkafef tal-ħwienet bħala għodod ta' informazzjoni, ikun possibbli li l-informazzjoni tiġi aġġornata regolarment (il-prodotti agrikoli huma suġġetti għal rotazzjoni kbira), u li din tintgħażel mill-konsumaturi jew li tinkiseb minn postijiet oħra. |
|
— |
It-traċċabilità bħala għodda biex jiġi żgurat li dak li jiġi mistqarr ikun affidabbli. Il-katina tal-produzzjoni tinvolvi varjetà ta' nies li huma responsabbli għall-aspetti soċjali u ambjentali differenti li jaqgħu taħt il-kwalità integrali. It-traċċabilità ma tindikax biss liema partijiet huma involuti, iżda wkoll il-mod kif dawn ittrattaw il-prodott, flimkien ma' indikaturi relatati. |
1.2.2
|
— |
L-inkorporazzjoni ta' kriterji ta' kwalità integrali fi skemi volontarji eżistenti bħalma hi l-ekotikketta tal-UE sabiex l-ambitu jitwessa' għal prodotti agrikoli, jew fi standards ta' kwalità eżistenti bħad-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta jew l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta. |
|
— |
Il-ħolqien ta' skema ġdida ta' ċertifikazzjoni volontarja għal fatturi soċjoambjentali, sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jevalwaw il-kwalita integrali tal-prodotti mingħajr dewmien, b'mod sempliċi u affidabbli. |
1.2.3
|
— |
Il-promozzjoni tal-kwalità Ewropea. Il-KESE jipproponi l-promozzjoni ta' kampanji ta' komunikazzjoni għal prodotti agrikoli Ewropej, b'enfasi fuq id-diversità u l-istandards għolja ta' kwalità li jilħqu. |
|
— |
Il-promozzjoni u l-adozzjoni ta' miżuri. L-amministrazzjoni għandha l-opportunità li tagħmel użu mill-għodod li għandha disponibbli biex tippromovi prodotti agrikoli li huma soċjalment u ambjentalment responsabbli: l-akkwist pubbliku, it-tassazzjoni differenzjata, il-kampanji ta' tagħrif u l-inċentivi għall-produzzjoni. |
2. Daħla
2.1 Minn jum għall-ieħor, is-soċjetà tagħna qed issir aktar konxja tal-isfidi soċjali u ambjentali ewlenin minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima, it-tnaqqis gradwali tar-riżorsi naturali u t-tqassim dejjem aktar żbilanċjat tal-ġid.
2.2 Paradossalment, din is-sensibilizzazzjoni gradwali bilkemm hija riflessa fl-għażla tal-konsumatur (l'hekk imsejjaħ “konsum sensibbli u responsabbli”) u dan sfortunatament joħroġ fid-dieher il-qasma dejjem akbar bejn il-pożizzjoni tal-konsumaturi fit-teorija (1) u l-prattika tagħhom fil-ħajja ta' kuljum.
2.3 Madanakollu, ma nistgħux ninjoraw il-fatt li, fi żminijiet ta' inċertezza ekonomika kbira, huwa diffiċli ħafna li kostantement jiġu introdotti elementi varjabbli bħall-impatt soċjali u ambjentali fl-ekwazzjoni tradizzjonali tal-prezz-prodott (2), speċjalment meta dan jaffettwa l-ammont li jħallas il-konsumatur. Iżda ma jistax jiġi miċħud il-fatt li l-kriżi soċjoekonomika ħabtet mal-kriżi ambjentali u wieħed ma jistax jikkunsidra kriżi minnhom mingħajr ma jikkunsidra l-oħra wkoll. Fi kliem ieħor, kif stqarr Jacques Delors, il-kriżi tal-valuri faqqgħet minħabba l-fatt li ngħixu f'dinja fejn kollox jista' jinxtara. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-valuri tagħna jiġu evalwati mill-ġdid.
2.4 Fortunatament, fi ħdan l-Unjoni Ewropea għandna sistema ta' produzzjoni agroalimentari bbażata fuq livell għoli ta' standards sanitarji, ambjentali, soċjali u ta' trattament xieraq tal-annimali li tista' tiġi definita bħala sistema ta' kwalità integrali u li bla dubju tagħtina valur miżjud fir-rigward tal-bqija tad-dinja, iżda li magħha ġġib ukoll riskji kompetittivi.
2.5 Ħafna mill-aspetti li jiddefinixxu l-kwalità integrali jagħmlu parti mil-leġiżlazzjoni jew huma inklużi fil-prattiki tal-industrija agroalimentari Ewropea u għalhekk diġà qed jiġu rispettati mill-prodotti u l-produtturi. B'xorti ħażina, dan mhuwiex il-każ għal ħafna prodotti importati minn barra l-UE. Din id-differenza timplika l-fatt li hemm lakuna li dejjem qed tikber bejn il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli mill-Unjoni Ewropea u dawk minn pajjiżi terzi, u b'hekk qed titnaqqar il-kompetittività tal-prodotti agrikoli Ewropej.
2.6 Madankollu, din l-enfasi fuq il-kwalità – frott ta' tradizzjoni antika u ta' xogħol iebes biex tinkiseb l-eċċellenza – m'għandhiex tibqa', kif qed jiġri llum il-ġurnata, theddida għall-kompetittività iżda għandha ssir opportunità ikbar għall-iżvilupp. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġu studjati strateġiji ġodda li jenfasizzaw il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu l-mudell ta' produzzjoni tagħna u li jorjentaw lill-konsumaturi lejn għażla ta' prodott Ewropew, b'enfasi partikolari fuq il-politiki ta' komunikazzjoni lill-konsumaturi permezz ta' varjetà wiesa' ta' mezzi u b'mod partikolari l-użu tal-l-ICTs (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni) li huma għodod b'saħħithom ta' taħriġ u ta' informazzjoni għall-konsumaturi (3).
2.7 b'mod parallel, għandu jitqies l-appoġġ meħtieġ, kemm tekniku kif ukoll ekonomiku, biex ikompli l-progress tal-paradigma agrikolu multifunzjonali, billi tiġi żgurata l-vijabilità tal-għelieqi Ewropej, bi prezzijiet ġusti għall-produtturi u ż-żamma ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità – kundizzjonijiet essenzjali għas-sopravvivenza tal-mudell.
2.8 Il-KESE għalhekk jenfasizza li għat-titjib tal-kompetittività permezz tal-politiki dwar il-kwalità tal-agrikoltura u tal-komunikazzjoni lill-konsumaturi, għandu jkun hemm ukoll miżuri biex jerġa' jinstab il-bilanċ tal-katina ta' valur agroalimentarja, li bħalissa hija soġġetta għal diversi distorsjonijiet tal-prezz ikkawżati mill-abbuż tal-pożizzjoni dominanti ta' ċerti operaturi (4).
3. Konsumaturi, kwalità u aspetti soċjoekonomiċi
3.1 f'diversi okkażjonijiet, il-KESE diġà sostna l-impenn tiegħu favur l-iżvilupp sostenibbli bħala mezz sabiex jinkiseb l-iżvilupp ambjentali, ekonomiku u soċjali fl-Unjoni Ewropea. Dan l-impenn jista' jsaħħaħ il-mudell agrikolu Ewropew li jeżisti diġà, b'reviżjoni tal-kunċett attwali ta' kwalità, li jiffoka fuq l-aspetti kwalitattivi tradizzjonali inerenti fil-prodott (togħma, dehra, daqs, eċċ.), sabiex jinkludi wkoll kriterji oħra marbuta mal-ambjent tal-produzzjoni bħall-aspetti soċjali, ambjentali, sanitarji, tas-sigurtà u ta' trattament xieraq tal-annimali. Dawn ser jissejħu “il-kwalità integrali”, ibbażati fuq indikaturi ġodda ta' eċċellenza.
3.1.1 Pereżempju, fost oħrajn, għandhom jitqiesu dawn il-kriterji jew indikaturi varji (5):
|
|
L-impatt ambjentali:
|
|
|
Fatturi soċjali:
|
|
|
Trattament xieraq tal-annimali:
|
3.2 Huwa f'dan il-qafas ġdid ta' kwalità integrali ġdid li l-prodotti Ewropej ser ikunu jistgħu jispikkaw meta mqabbla ma' dawk ta' pajjiżi produtturi oħra peress li diġà jikkonformaw ma' ħafna mill-aspetti msemmija minħabba l-fatt li jeżistu regolamenti Ewropej u nazzjonali ħafna aktar stretti minn dawk tal-pajjiżi produtturi l-oħra. Il-problema hija li l-konsumaturi mhumiex midħla ta' ħafna mill-aspetti li huma regolamentati u għalhekk ma jqisuhomx waqt li jkunu qed jixtru l-prodotti, b'mod partikolari jekk ikollhom xi dubju dwar il-verità ta' dak li jkun indikat. Għalhekk ser ikun hemm bżonn li l-konsumaturi jiġu edukati u infurmati sabiex tiżdied id-domanda għal prodotti li jinvolvu prattiki aħjar.
3.3 Għadha ma ssemmitx is-sigurtà tal-ikel peress li din mhijiex biss kriterju ta' eċċellenza, iżda fattur essenzjali biex jiġi żgurat id-dritt għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Il-KESE jtenni t-tħassib tiegħu dwar l-attitudni merħija li minħabba fiha qed tkompli l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta' ikel li mhuwiex kompletament traċċabbli (minħabba l-interpretazzjoni dubjuża tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri) jew li l-ikel jiġi ttrattat bi prodotti sintetiċi li huma pprojbiti fl-UE. Il-mod kif jitqiegħdu fis-suq iqarraq bil-konsumaturi u jikkostitwixxi kompetizzjoni inġusta għall-produtturi Ewropej.
4. It-traċċabbiltà bħala għodda ta' informazzjoni
4.1 Bħalissa qed ifeġġu bosta inizjattivi differenti fid-dinja (6) għat-traċċabbiltà ta' prodott tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu. Uħud minn dawn l-inizjattivi kienu obbligatorji (pereżempju l-laħam taċ-ċanga fl-UE) filwaqt li oħrajn kienu volontarji (ktajjen ta' distribuzzjoni differenti jew inizjattivi tat-tip “marka tal-karbonju”).
4.2 Il-KESE jirrakkomanda li din l-għodda tingħata applikazzjoni ġdida (li għall-bidu tkun fuq bażi volontarja) fil-qasam tal-kwalità billi jiġu inklużi aspetti jew indikaturi soċjoekonomiċi differenti marbuta mal-prodotti bil-għan li jkun aktar faċli għall-konsumaturi biex jaqraw din l-informazzjoni. Għaldaqstant, jipproponi li din l-għodda b'saħħitha u affidabbli, b'ċertifikati jew verifiki korrispondenti, tintuża biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, ibbażati fuq informazzjoni preċiża u reali.
4.3 Madankollu, jeħtieġ li jiġu implimentati l-mekkaniżmi meħtieġa biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-indikaturi rilevanti. Dawn il-mekkaniżmi jinkludu l-informazzjoni tradizzjonali li tidher fuq it-tikketti - kemm jekk dan jieħu s-sura ta' skala ta' valuri (bħat-tikketta dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija), logo (l-ekotikketta, id-denominazzjoni ta' oriġini kkontrollata) jew claim (prodott riċiklat) - u l-użu tal-ICTs.
5. Il-potenzjal tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex il-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli
5.1 S'issa, it-tikketti kienu s-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar il-prodotti għall-konsumaturi. Minkejja li t-tikkettar għandu rwol ewlieni biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun trasparenti, l-informazzjoni volontarja jew obbligatorja li tidher f'dan l-ispazju limitat qiegħda dejjem tiżdied u tista' tagħmilha diffiċili biex wieħed jaqra u jifhem sew il-messaġġ, mhux biss minħabba l-akkumulazzjoni tal-messaġġi iżda wkoll minħabba l-kumplessità ta' xi wħud minnhom (bħal pereżempju l-kowd stampat fuq il-bajd li jinkludi informazzjoni dwar it-trobbija, il-pajjiż tal-oriġini u n-numru ta' identifikazzjoni tal-produttur).
5.2 Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat aspett partikolari ħafna għall-prodotti agrikoli: ir-rata għolja li biha dawn il-prodotti jinbidlu fuq l-ixkafef minħabba n-natura staġunali tagħhom u l-fatt li l-fornituri jistgħu jinbidlu matul is-sena, u saħansitra fi staġun partikolari.
5.3 Barra minn hekk, ħafna ċittadini diġà huma midħla tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), li evolvew b'mod konsiderevoli fil-mod kif tiġi ppreżentata u maħżuna l-informazzjoni (pereżempju kowds tat-tip QR (7) kif ukoll fit-tnaqqis fil-prezzijiet tagħhom. Fir-rigward tal-informazzjoni għall-konsumaturi, għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta' tagħmir personali li diġà jeżisti (pereżempju l-mobajls) kif ukoll l-użu ta' tagħmir fiss fil-post tal-bejgħ (pereżempju touch screens u LCDs) u tal-Internet fl-istadju ta' qabel u wara l-bejgħ.
5.4 Pajjiżi bħall-Italja diġà qed jużaw din it-teknoloġija biex itejbu s-sistemi ta' informazzjoni għall-konsumaturi u dawk ta' akkreditazzjoni tal-kwalità tal-prodotti:
|
— |
Is-swieq tal-bdiewa “campagna amica” juru li l-prezzijiet maqsumin bejn il-produzzjoni u l-konsum iħallu marġni biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu żgurati akkwisti mhux għoljin għall-familji u appoġġ għad-dħul tal-bdiewa. |
|
— |
“Tac salva mozzarella” hija l-ewwel sistema ta' analiżi li permezz tagħha joħroġ jekk il-mozzarella tkunx saret tassew b'ħalib frisk jew inkella jekk tkunx intużat baqta qadima jew li kienet fil-friġġ jew iffriżata. Din it-teknoloġija ġdida hija strument konkret li jipproteġi lill-bdiewa u lill-konsumaturi mill-qerq fl-ikel. |
5.5 Fid-dawl ta' dawn il-fatturi, il-KESE jipproponi li jiġi studjat il-potenzjal tal-ICTs li jtejjeb l-informazzjoni għall-konsumaturi, b'mod partikolari dik l-informazzjoni li tista' tkun utli għax-xiri, peress li normalment huwa proprju meta jkunu quddiem l-ixkaffa li l-konsumaturi jieħdu deċiżjoni dwar jekk jixtrux jew le.
6. It-tikkettar u l-indikaturi ġodda ta' eċċellenza
6.1 L-estensjoni tal-ambitu tal-ekotikketta tal-UE (il-fjura tal-UE) għall-prodotti tal-ikel
6.1.1 It-tikketta Ewropea hija simbolu distintiv tal-kwalità ambjentali. Il-punt tat-tluq biex jiġu stabbiliti l-kriterji ta' kwalità ambjentali, li l-prodotti jew s-servizzi li fuqhom tidher l-ekotikketta tal-UE għandhom jissodisfaw, huwa l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja sabiex jiġi garantit li l-prodott jissodisfa ċerti rekwiżiti ambjentali tul il-ħajja utli kollha tiegħu.
6.1.2 Ladarba jitwettaq l-istudju ppjanat mill-Kummissjoni (8) (qabel il-31 ta' Diċembru 2011), il-KESE ser jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar dan is-suġġett filwaqt li jqis żewġ aspetti importanti:
|
— |
l-inklużjoni ta' marka ġdida fit-tikketta li diġà hi mimlija informazzjoni tal-prodotti tal-ikel; |
|
— |
il-possibbiltà ta' konfużjoni kunċettwali mat-tikketta tal-prodotti organiċi (Regolament (KE) Nru 834/2007 tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2007, dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi). |
6.1.3 L-aspetti pożittivi li għandhom jitqiesu huma, l-ewwel nett il-fatt li l-konsumaturi jistgħu jkunu familjari mas-simbolu wara li jkunu rawh fuq prodotti oħra, u t-tieni, l-eżistenza ta' kriterji usa' minn dawk li jintużaw għall-agrikoltura organika.
6.1.4 Il-KESE jipproponi li, fil-kuntest ta' studju li jrid isir, il-Kummissjoni Ewropea tanalizza l-possibbiltà li għall-prodotti tal-ikel jiġu inklużi kriterji soċjoekonomiċi (bħall-benesseri tal-annimali, l-opportunitajiet indaqs, eċċ.) bħala test pilota għall-iskema kollha, mingħajr ma jintrifes fuq il-qafas imwaqqaf mir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 dwar l-ekotikketta.
6.2 L-inklużjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali fl-istandards ta' kwalità differenti li jeżistu
6.2.1 Huwa fatt magħruf, kif innota l-KESE f'għadd ta' okkażjonijiet, li jeżistu ħafna skemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli fl-UE, u ħafna ċertifikazzjonijiet u tikketti privati, li l-għanijiet tagħhom jinkludu:
|
— |
il-garanzija tas-sigurtà u l-kwalità tal-prodotti għall-utent finali; |
|
— |
li jiżdied il-valur lill-prodotti sabiex tiżdied il-kompetittività tal-operaturi differenti tas-suq (produtturi, proċessaturi u distributuri). |
6.2.2 Minħabba l-varjetà wiesgħa ta' referenzi, kemm pubbliċi kif ukoll privati, fi ħdan il-qasam ta' azzjoni tal-UE, l-għanijiet imsemmija hawn fuq jitilfu ħafna mill-impatt tagħhom u jistgħu jkollhom l-effett oppost għal dik mixtieq, li jwassal għal:
|
— |
li l-konsumatur ikun imħawwad minħabba li ma jkunx familjari mal-iskemi differenti; |
|
— |
in-nuqqas ta' fiduċja mill-konsumatur fit-tikketti u ċ-ċertifikazzjonijiet; |
|
— |
il-ħolqien ta' kunflitt bejn il-produtturi li jsegwu s-sistemi ta' ċertifikazzjoni/tikkettar u dawk li ma jsegwuhomx; jista' jkun hemm ukoll kunflitti bejn il-produtturi bi skemi ta' ċertifikazzjoni/tikkettar differenti; |
|
— |
in-nuqqas ta' prodotti lokali ċertifikati (fil-livell tal-UE) meta mqabbla mal-pajjiżi terzi. |
6.2.3 f'dan il-kuntest, ikun utli għall-UE li tippromovi inizjattivi għas-semplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-għadd ta' skemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli mill-UE.
6.2.4 Fil-qafas ta' din l-unifikazzjoni tal-iskemi u/jew il-kriterji, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tippromovi l-inklużjoni ta' kriterji ambjentali u soċjali bħala rekwiżiti minimi fl-iskemi ta' ċertifikazzjoni uffiċjali eżistenti (jew li tibdilhom): it-tikketta tal-agrikoltura organika, id-Denominazzjoni ta' Oriġini Protetta (DOP), l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP), l-iSpeċjalità Tradizzjonali Garantita (STG), eċċ.
6.2.5 Hemm bżonn ukoll li dawn l-indikaturi tal-eċċellenza jiġu inkorporati f'uħud mill-istandards tar-reklamar, speċjalment dawk li sa ċertu punt jinkluduhom diġà (bħat-termini riżervati fakultattivi possibbli ta' prodotti “mill-muntanji” jew “b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju” (9).
6.2.6 Fir-rigward taċ-ċertifikazzjonijiet privati, l-UE għandha twaqqaf rekwiżiti minimi għall-istandards kollha, inklużi indikaturi ambjentali u soċjali, u għandha tippromovi l-armonizzazzjoni u l-unifikazzjoni tad-diversi tipi ta' ċertifikazzjoni: eżempju wieħed huwa l-istandard COSMOS (http://www.cosmos-standard.org), li jġib flimkien korpi ta' ċertifikazzjoni Ewropej differenti taħt referenza waħda għaċ-ċertifikazzjoni ta' kożmetiċi naturali u organiċi, imsejjes fuq regoli sempliċi bbażati fuq il-prevenzjoni u s-sigurtà fil-livelli kollha ta' produzzjoni, mill-materja prima sal-prodott finali. Din iċ-ċertifikazzjoni hija mistennija tibda tintuża minn April 2010.
6.3 Il-ħolqien ta' skema ta' ċertifikazzjoni volontarja ġdida għall-aspetti soċjoambjentali
6.3.1 L-għan huwa l-promozzjoni ta' skema ta' ċertifikazzjoni ta' eċċellenza ġdida li tqis l-aspetti ambjentali u soċjali, u tiżgura li l-impatt ambjentali tal-prodotti agrikoli jinżamm l-inqas possibbli matul il-ħajja tagħhom, filwaqt li tiġi garantita konformità ma' rekwiżiti soċjali bħall-ugwaljanza, il-paga ġusta jew il-bilanċ fil-katina ta' valuri.
6.3.2 Dan jinvolvi l-inklużjoni ta' tagħrif ġdid fit-tikketta biex jiġu distinti l-prodotti (jew il-produtturi) bi standards ambjentali u soċjali eżemplari. It-twaqqif ta' sistemi bħal dawn bħalissa qed jiġi eżaminat minn diversi organizzazzjonijiet pubbliċi u privati.
6.3.3 L-iskema l-ġdida ser ikollha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti tal-istandards ISO 1402X li, fost oħrajn, jitolbu l-preċiżjoni, il-verifikabbiltà, ir-rilevanza u l-verità. Waqt li qed tinħoloq, hemm bżonn li jitqiesu l-aspetti differenti li ser imexxu l-iskema, bħal:
|
— |
jekk għandhiex tkun kwalitattiva (logo jew sistema oħra ta' evalwazzjoni) jew kwantitattiva (lista ta' indikaturi u valuri); |
|
— |
jekk għandhiex tkun awtodikjarata jew soġġetta għal proċess ta' ċertifikazzjoni; |
|
— |
jekk l-indikaturi humiex obbligatorji (IVA/LE), bil-punti jew taħlita tat-tnejn; |
|
— |
kif jiġi żgurat li s-sistema hija trasparenti. |
7. Il-promozzjoni ta' prodotti Ewropej (kwalità Ewropea)
7.1 Minkejja li l-Kumitat diġà kkummenta dwar in-nuqqas tal-użu tat-tikketta tar-rekwiżiti tal-UE (NAT 413 (10), hemm bżonn li jiġu promossi l-valuri ta' kwalità (imwessgħin biex jinkludu l-aspetti ambjentali) tal-prodotti tal-agrikoltura Ewropea sabiex tittejjeb il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-prodotti ta' pajjiżi terzi.
7.2 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni biex tippromovi għodda u strumenti speċifiċi ta' komunikazzjoni għas-settur agroalimentari, b'enfasi fuq l-istandards ta' kwalità tal-prodotti Ewopej, ibbażati fuq il-kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati. f'dan l-aspett, minkejja d-differenzi, f'setturi oħra hemm standards li jgħinu lill-konsumatur jidentifika l-prodotti ta' kwalità, bħat-tikketta tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (minħabba t-tikkettar u l-klassifikazzjoni tal-prodotti b'konformità mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, seħħet ċaqliqa lejn prodotti aktar effiċjenti) jew il-marka (konformità mal-istandards ta' sigurtà għall-bejgħ ta' prodotti fl-Ewropa li tobbliga lill-prodotti importati minn pajjiżi terzi jikkonformaw mal-istandards Ewropej).
7.3 Huwa meħtieġ ukoll li jsir aktar favur il-promozzjoni tal-informazzjoni dwar il-kwalità (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-konformità mar-rekwiżiti obbligatorji) permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u slogans li jirreklamaw il-karatteristiċi ewlenin tal-kwalità tal-prodott. Dawn il-kampanji jistgħu jkunu ġenerali (eż. kampanja għall-prodotti organiċi) jew speċifiċi għal prodott jew grupp ta' prodotti.
8. Lejn l-integrazzjoni tal-miżuri (Integrated Product Policy)
8.1 Il-Green Paper tas-7 ta' Frar 2001 dwar il-Politika Integrata tal-Prodotti titkellem dwar l-adozzjoni ta' miżuri li jippromovu l-prodotti agrikoli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bl-użu tal-għodod kollha disponibbli għall-amministrazzjoni, li jvarjaw mix-xiri sal-informazzjoni, kif ukoll tassazzjoni differenzjata. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli – Pjan ta' Azzjoni COM(2008) 397 tindirizza l-istess suġġett, iżda b'enfasi partikolari fuq prodotti industrijali, u tista' tgħid mingħajr l-ebda referenza għal prodotti ta' oriġini agrikola.
8.2 Setturi oħra li għandhom jiġu żviluppati jinkludu l-potenzjal li joffri l-akkwist pubbliku (li bħalissa jiffoka biss fuq kwistjonijiet bħall-biedja organika jew integrata u t-trattament xieraq tal-annimali) u inċentivi għal produzzjoni responsabbli (b'sussidji għal prodotti li huma konxji tal-aspetti ambjentali u soċjali), kif ukoll l-informazzjoni tal-konsumatur. f'dan ir-rigward, huwa importanti ħafna li jiġi enfasizzat il-bżonn li jiġu inklużi indikaturi ta' eċċellenza bħala standard għall-prodotti ta' kwalità. Bħalissa ħafna konsumaturi għadhom jassoċjaw il-kunċett ta' kwalità ma' prodotti magħrufa jew ma' karatteristiċi intrinsiċi oħra tal-prodott. Xi konsumaturi jassumu wkoll li prodott agrikolu organiku bilfors huwa eċċellenti f'termini soċjali u ambjentali, li mhux dejjem ikun il-każ.
8.3 Huwa biss bl-interazzjoni ta' dawn il-fatturi, fejn jiltaqgħu d-domanda u l-offerta, li ser jkun possibbli li titkisser id-dikotomija bejn it-twemmin etiku u l-imġiba fiha nnifisha, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi u d-distributuri.
8.4 Fl-aħħar nett, il-KESE jipproponi li ssir valutazzjoni tal-impatt sabiex isiru magħrufa x'inhuma l-effetti tajbin u ħżiena li l-introduzzjoni tal-miżuri proposti timplika fuq il-mudell agrikolu Ewropew.
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) L-isħarriġ tal-Ewrobarometru ppubblikat f'Lulju 2009 enfasizza li erba' minn kull ħames Ewropej jistqarru li jikkunsidraw l-impatt ambjentali tal-prodotti li jixtru u li l-maġġoranza tagħhom jaqblu li jiġu implimentati miżuri bil-għan li titjieb l-imġieba ambjentali tal-prodotti.
(2) Id-deċiżjoni tax-xiri hija kkundizzjonata wkoll minn aspetti inerenti għall-prodott bħad-dehra, il-prestiġju, il-kwalitajiet nutrizzjonali, eċċ. u mill-konsumaturi nnifishom (ħin disponibbli, viċinanza, eċċ.).
(3) Fis-sens wiesa' tal-kelma, jiġifieri inklużi l-konsumaturi potenzjali: għandhom jintlaħqu wkoll l-istudenti fl-iskejjel, bit-twessigħ tal-ambitu tal-għodod tal-edukazzjoni tal-konsumaturi.
(4) Komunikazzjoni COM(2009) 591 - Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar.
(5) Qed jingħataw biss bħala eżempji, sabiex jintwerew it-tipi differenti ta' indikaturi għall-aspetti varji tal-kwalità integrali. Iridu jitfasslu indikaturi speċifiċi biex jaqblu mal-prodott u mal-livell ta' pproċessar tiegħu.
(6) www.tracefood.org jew www.foodtraceability.eu.
(7) Il-kodiċi QR (Quick Reference) huwa kaxxa grafika jew barcode li jaħżen l-informazzjoni u li jista' jinqara b'kamera żgħira li wieħed jista' jġorr miegħu jew b'webcam.
(8) Kif indikat fl-Artikolu 6 tal-Proposta għal reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta (Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta Komunitarja (COM(2008) 401 – C6-0279/2008 – 2008/0152(COD)).
(9) Komunikazzjoni COM(2009) 234 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro”
2011/C 18/03
Relatur: is-Sinjura DRBALOVÁ
F'ittra datata l-14 ta' Lulju 2009, il-Kummissarju Margot Wallström u l-Kummissarju Olli Rehn talbu lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex ifassal opinjoni esploratorja dwar
Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-12 ta' April 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta' April 2010 (sessjoni tat-28 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'101 vot favur u 6 astensjonijiet.
1. Rakkomandazzjonijiet li jsaħħu l-validità ta' din l-opinjoni kemm għall-Montenegro kif ukoll għall-istituzzjonijiet Ewropej
Lill-Parlament tal-Montenegro:
|
1.1 |
Il-proċedura biex jiġu nnominati r-rappreżentanti tal-Organizzazzjonijiet Nongovernattivi (NGOs) fil-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni fl-UE (1) għandha tiġi ddefinita permezz ta' digriet Parlamentari u tkun ibbażata fuq kriterji ċari tal-kredibbiltà u l-leġittimità tal-NGOs b'esperjenza fl-affarijiet tal-UE. |
|
1.2 |
Il-Liġi dwar il-Voluntiera li għad trid tiġi approvata għandha tinkorpora l-fehmiet tal-NGOs. |
Lill-Gvern tal-Montenegro:
|
1.3 |
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tissaħħaħ b'konformità mar-rakkomandazzjoni mressqa fir-rapport ta' progress tal-KE. Il-korruzzjoni li għad hemm f'ħafna oqsma għadha problema partikolarment serja. |
|
1.4 |
L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali adottata għall-kooperazzjoni bejn il-Gvern tal-Montenegro u l-NGOs trid tissaħħaħ. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ċari sabiex ikun hemm rappreżentazzjoni ġenwina tal-NGOs f'diversi entitajiet skont l-ispirtu tar-regolament eżistenti, u b'mod speċjali fi ħdan il-Kunsill ippjanat għall-kooperazzjoni mal-NGOs, fejn ir-rappreżentanti tal-NGOs m'għandhomx jiġu eletti mill-gvern; għandu biss jiġi vverifikat li ntgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji ta' eliġibbiltà. |
|
1.5 |
L-uffiċċju attwali għall-kooperazzjoni mal-NGOs għandu riżorsi umani u tekniċi limitati ħafna biex jassisti lill-NGOs kif jixraq u biex jassigura li l-NGOs ikomplu jiżviluppaw fil-Montenegro. Il-pjan li jiġi stabbilit Kunsill tal-Gvern għall-NGOs b'rappreżentanti ġenwini tal-NGOs għandu jingħata prijorità għolja. |
|
1.6 |
Ir-regolamenti fiskali għall-NGOs għandhom jiġu speċifikati b'mod ċar, u fejn meħtieġ għandhom jiġu introdotti liġijiet rilevanti. Barra minn hekk, l-NGOs għandhom ikunu inklużi b'mod iktar effettiv fid-dibattiti pubbliċi dwar l-abbozzi ta' liġijiet sabiex jikkontribwixxu biex il-leġiżlazzjoni tal-Montenegro tkun konformi mal-istandards u l-prattika t-tajba tal-UE. L-istess jgħodd għall-aġġornamenti tal-Pjan Nazzjonali għall-Integrazzjoni u l-ipprogrammar tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni. |
|
1.7 |
Ir-reġistru tal-NGOs għandu jiġi aġġornat u ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-entità kompetenti, sabiex ikun hemm informazzjoni preċiża dwar l-għadd ta' NGOs u b'hekk tieqaf il-manipulazzjoni f'dan il-qasam. L-NGOs kollha għandhom jippubblikaw ir-rapporti narrattivi u finanzjarji tagħhom regolarment, sabiex jikkontribwixxu għall-proċess ġenerali ta' trasparenza fis-soċjetà u jsaħħu l-kredibbiltà tagħhom stess. Għandha tiġi adottata bażi legali adegwata, jiġifieri leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet ta' negozju fl-agrikoltura, is-sajd u professjonijiet indipendenti oħra, u d-dritt li wieħed jissieħeb fi trade union għandu jiġi estiż għal kulħadd, u ma jibqax għall-impjegati biss. |
|
1.8 |
L-abbozz ta' liġi dwar ir-rappreżentattività tat-trade unions, li għandu pendenti, għandu joħloq qafas legali li jistabbilixxi kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji għar-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet tat-trade unions, u għandu jippermetti li jkun hemm pluralità ta' trade unions fil-pajjiż. Il-kriterji dettaljati għar-rappreżentattività tal-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem għandhom ikunu koperti mil-liġi wkoll, hekk kif din tkun iddefinita għat-trade unions. |
|
1.9 |
Għandu jintuża l-potenzjal tal-Kunsill Soċjali billi huwa għodda effettiva għall-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-imsieħba soċjali, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali rilevanti kollha. |
|
1.10 |
Il-Kummissjoni tal-gvern għall-Integrazzjoni Ewropea għandha tinfetaħ għar-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u tinvolvihom gradwalment fil-proċess tal-integrazzjoni tal-pajjiż fl-UE. |
Lill-Kummissjoni Ewropea:
|
1.11 |
Fil-proċess ta' monitoraġġ għandhom jiġu applikati indikaturi ġodda – wieħed għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u ieħor għad-djalogu soċjali – sabiex jiġi assigurat li s-soċjetà ċivili tkun iktar involuta, u b'mod iktar effettiv, fil-proċess ta' preadeżjoni. |
|
1.12 |
Għandha tkompli tappoġġja s-sħubijiet tas-soċjetà ċivili u l-iżvilupp tal-kapaċità, tinkludi s-soċjetà ċivili fl-ipprogrammar tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u tippromovi l-istabbiliment ta' Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Montenegro hekk kif il-Montenegro jingħata l-istatut ta' pajjiż kandidat. |
Il-KESE:
|
1.13 |
Ser ikompli jikkoopera mas-soċjetà ċivili organizzata tal-Montenegro, jgħinha fil-proċess ta' preadeżjoni u jieħu passi konkreti għall-istabbiliment ta' Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Montenegro. |
2. Ċifri u fatti ewlenin dwar il-Montenegro
|
2.1 |
Wara s-separazzjoni tal-Federazzjoni Jugoslava fl-1989, il-Montenegro tħalla f'pożizzjoni prekarja. Bejn l-1991 u l-1992 is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerzegovina kif ukoll dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kollha sseparaw minn mal-Jugoslavja. Fis-27 ta' April 1992, is-Serbja u l-Montenegro ngħaqdu u adottaw il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja f'Belgrad. Għalkemm il-Montenegro tenna l-għaqda politika tiegħu mas-Serbja, is-sens ta' identità Montenegrina separata kompla jikber. Fl-4 ta' Frar 2003 ġiet adottata l-Karta Kostituzzjonali tal-Unjoni tal-Istati tas-Serbja u l-Montenegro. |
|
2.2 |
Ir-Repubblika tal-Montenegro organizzat b'suċċess referendum dwar l-indipendenza fil-21 ta' Mejju 2006 u ddikjarat l-indipendenza tagħha fit-3 ta' Ġunju. |
|
2.3 |
Il-Montenegro huwa l-iżgħar pajjiż fil-Balkani tal-Punent, bi 13 812 km2 u popolazzjoni ta' 620 145 persuna. Dan għandu impatt fuq il-pożizzjoni tal-pajjiż fil-kuntest ġeostrateġiku reġjonali u politiku wiesa'. |
|
2.4 |
L-għamla multietnika tas-soċjetà dejjem ġiet ikkunsidrata bħala wieħed mill-ikbar assi tal-pajjiż. Il-maġġoranza hija magħmula mill-Montenegrini (43,16 %), imbagħad jiġu s-Serbi (31,99 %), il-Bosnijaċi (7,77 %), l-Albaniżi (5,03 %), il-Musulmani (2) (3,97 %) u l-Kroati (1,10 %). |
|
2.5 |
Fl-2008 (3), il-PDG per capita kien EUR 4 908 (43 % tal-medja Ewropea) u r-rata tal-qgħad kienet 16,8 %. Is-salarju nett medju kien EUR 416 (4), iżda 12,2 % taċ-ċittadini kienu jgħixu b'inqas minn EUR 116 fix-xahar u 4,7 % tal-popolazzjoni kienet tgħix f'faqar estrem. L-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut kienet 9 % fl-2008. Fl-2009, id-dejn pubbliku kien EUR 1 071,1 miljun, jew 34,7 % tal-PDG (5), filwaqt li d-dejn domestiku kien EUR 426 miljun (13,8 %) u d-dejn estern EUR 645,2 miljun (20,9 %). Ir-rata ta' alfabetiżmu fost l-adulti kienet 97,5 %. |
3. Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro
|
3.1 |
Illum l-isfida ewlenija li qiegħed jiffaċċja l-Montenegro hija l-bini tal-istat u l-istituzzjonijiet, ir-rispett tal-istandards u l-kriterji stabbiliti mill-UE u konsegwentement l-istabbiliment ta' rwol funzjonali tas-sistema legali bl-inklużjoni sħiħa tal-gruppi kollha tas-soċjetà. Dawn l-isfidi huma parti mill-istess proċess u jinfluwenzaw lil xulxin b'mod qawwi, u għalhekk iridu jiġu analizzati fil-kuntest ta' din l-interazzjoni. |
|
3.2 |
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Montenegro huma bbażati fuq il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Montenegro, kif ukoll il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ u Kwistjonijiet Relatati ffirmat f'Ottubru 2007. Il-Montenegro qiegħed jagħmel progress fl-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea. |
|
3.3 |
Il-Montenegro ilu mill-2007 jirċievi l-assistenza finanzjarja tal-preadeżjoni fil-qafas tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), li qiegħda tiġi amministrata mid-Delegazzjoni l-ġdida tal-UE f'Podgorika. Għall-komponenti I u II tal-IPA, fl-2007 l-Montenegro rċieva EUR 31,4 miljun, fl-2008 EUR 32,6 miljun, u fl-2009 EUR 33,3 miljun. |
|
3.4 |
Il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien huma parti essenzjali tal-proċess lejn is-sħubija fl-UE. Il-Montenegro qiegħed jipparteċipa fil-ħidma dwar l-inizjattivi reġjonali, inkluża l-ħidma fi ħdan il-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk (SEECP), li tiegħu ser jieħu l-Presidenza fl-2010-2011, u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni Reġjonali (RCC), li ssostitwixxa l-Patt ta' Stabbiltà għall-Ewropa tax-Xlokk, u qiegħed jimmira lejn qafas iktar reġjonali. Il-Montenegro kellu l-Presidenza tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) fl-2009 u jipparteċipa wkoll fit-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija u l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni Ewropew tal-Avjazzjoni (ECAAA). |
|
3.5 |
Il-Montenegro kompla jrawwem relazzjonijiet bilaterali tajbin mal-pajjiżi ġirien u l-Istati Membri tal-UE. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien issaħħet b'mod partikolari fil-qasam tal-kooperazzjoni transkonfinali (erba' programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali: mal-Bosnja-Ħerzegovina, l-Albanija, is-Serbja u l-Kroazja), ix-xjenza u t-teknoloġija (l-Albanija), il-ħarsien tal-minoranzi (il-Kroazja) u ċ-ċittadinanza doppja (dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja). Ir-relazzjonijiet mas-Serbja għadhom affettwati mid-deċiżjoni tal-Montenegro li jirrikonoxxi l-indipendenza tal-Kosovo (6). Ir-relazzjonijiet mat-Turkija baqgħu tajbin. Ġew iffirmati ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles u l-kooperazzjoni ta' difiża bilaterali. Ir-relazzjonijiet bilaterali mal-Italja, l-imsieħba kummerċjali ewlenija tal-Montenegro fl-UE, komplew jiżviluppaw. L-imsieħba kummerċjali ewlenija tal-Montenegro fir-reġjun tibqa' s-Serbja, b'terz tal-kummerċ totali tal-Montenegro. |
|
3.6 |
Fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu fix-xena internazzjonali, il-Montenegro qiegħed jagħmel progress kostanti. Sar membru tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), il-Kunsill tal-Ewropa u għadd ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali oħra. Il-Gvern jistqarr li l-adeżjoni mal-UE hija l-għan ewlieni tiegħu u hemm apoġġ pubbliku wiesa' għal dan (7). |
|
3.7 |
Ir-Rapport ta' Progress tal-2009 tal-Montenegro (8) jiddeskrivi r-relazzjonijiet bejn il-Montenegro u l-Unjoni Ewropea, jeżamina l-progress imwettaq mill-Montenegro biex jissodisfa l-kriterji politiċi ta' Kopenħagen, janalizza s-sitwazzjoni ekonomika tal-Montenegro u jirrevedi l-kapaċità tal-Montenegro li jimplimenta l-istandards Ewropej, jiġifieri li ftit ftit iġib il-leġiżlazzjoni u l-politiki tiegħu konformi mal-acquis. Ikopri wkoll il-miżuri kollha meħudin mill-pajjiż biex jiffaċċja l-kriżi finanzjarja u ekonomika. |
|
3.8 |
Minkejja l-fatt li r-rapport jinnota progress sinifikanti f'ħafna oqsma, l-amministrazzjoni pubblika tal-Montenegro, il-ġudikatura u l-politiki kontra l-korruzzjoni ser jibqgħu sfida ewlenija fil-ġejjieni. |
|
3.9 |
Il-Gvern kompla jtejjeb u jissemplifika l-attivitajiet għall-integrazzjoni Ewropea billi kompla jadotta l-leġiżlazzjoni l-ġdida b'ritmu kostanti. Madankollu, wieħed irid jagħmel distinzjoni ċara bejn it-tfassil u l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdida, li jsiru fi żmien raġonevoli u f'ħafna każijiet b'mod effettiv, u l-implimentazzjoni li ħafna drabi teħtieġ riżorsi aħjar jew rieda politika. |
|
3.10 |
Il-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-viża kienet kwistjoni ewlenija fl-2009: fil-15 ta' Lulju l-KE pproponiet li tilliberalizza s-sistema jekk il-Montenegro jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Pjan Direzzjonali. Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Ministri tal-Affarijiet Interni tal-Unjoni Ewropea qablu formalment li b'effett mid-19 ta' Diċembru 2009 jneħħu l-obbligu tal-viża għaċ-ċittadini ta' dik li kienet ir-Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja, is-Serbja u l-Montenegro li jkunu deħlin fiż-żona Schengen. |
|
3.11 |
Fir-rigward tal-kriterji ekonomiċi, il-kunsens domestiku dwar il-punti ewlenin tal-politika ekonomika nżamm. Il-funzjonament tal-mekkaniżmu tas-suq kellu jiffaċċja l-isfida tal-firxa wiesgħa ta' aġġustamenti li kienu qed isiru fil-kontabbiltà esterna u fis-settur finanzjarju. Il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi kibret fl-2009. Il-politika makroekonomika tmexxiet b'mod wiesa' mill-kriżi finanzjarja. L-enfasi kienet fuq l-implimentazzjoni ta' politika fiskali iktar prudenti u fuq l-aċċelerazzjoni tar-riformi strutturali. |
4. Is-soċjetà ċivili (9) f'kuntest soċjoekonomiku ġdid
4.1 Kummenti preliminari
|
4.1.1 |
Is-soċjetà ċivili tal-Montenegro m'għandhiex għeruq storiċi jew tradizzjonijiet b'saħħithom (10). L-ewwel assoċjazzjoni volontarja ġiet stabbilita f'nofs is-seklu 19 u ffukat prinċipalment fuq l-attivitajiet ta' karità. L-ewwel trade unions u għaqdiet tal-ħaddiema twaqqfu fil-bidu tas-seklu 20. Mal-wasla tar-reġim Komunista fl-1945, l-organizzazzjonijiet ċiviċi indipendenti ma tħallewx ikomplu jaħdmu u l-ħidma tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ ġiet limitata ħafna. |
|
4.1.2 |
Fil-kuntest Montenegrin, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi huma sinonimi – l-NGOs huma parti mis-soċjetà ċivili li, skont il-metodoloġija żviluppata minn CIVICUS (11), għandha 19-il element ieħor. Anke jekk nippruvaw napplikaw kategoriji usa', irridu nirrikonoxxu li s-soċjetà ċivili hija rappreżentata wkoll mill-komunitajiet reliġjużi, it-trade unions, il-mezzi tax-xandir, l-assoċjazzjonijiet professjonali, il-fondazzjonijiet, il-movimenti soċjali, eċċ. Madankollu, fil-perċezzjoni taċ-ċittadini tal-Montenegro, l-NGOs huma s-soċjetà ċivili; dan huwa essenzjalment marbut mal-kontribut reali li jagħtu l-NGOs għall-istabbiliment tal-prinċipji ta' soċjetà ċivika miftuħa u bilanċ tajjeb tal-poteri, iżda jipponta wkoll lejn livelli baxxi ħafna ta' attiviżmu, potenzjal u inizjattiva soċjali f'kategoriji oħra tas-soċjetà ċivili. |
4.2 Il-grupp tal-interessi varji fil-Montenegro
|
4.2.1 |
Il-qafas legali għall-ħidma tal-NGOs huwa sod – It-twaqqif tagħhom huwa ggarantit mid-dritt kostituzzjonali għall-assemblea (12) u stipulat f'iktar dettall fil-Liġi dwar l-NGOs (13) kif ukoll f'għadd ta' siltiet ta' leġiżlazzjoni oħra. Madankollu, ċerti aspetti tal-ħidma tal-NGOs mhumiex iddefiniti b'mod ċar, b'mod speċjali fir-rigward tas-sistema tat-taxxa, u hemm lok għal titjib. Barra minn hekk, l-abbozz ta' liġi dwar il-voluntiera approvat mill-Gvern fl-14 ta' Jannar 2010 ma rrikonoxxiex il-pożizzjoni tar-rappreżentanti tal-NGOs u b'hekk xeħet dubju fuq l-ispirtu ta' din il-liġi. |
|
4.2.2 |
Ir-reġistrazzjoni tal-NGOs – Il-proċedura hija faċli u kultant wasslet għal reġistrazzjoni ta' għadd kbir ta' NGOs. Sal-2006 r-Reġistru kien jinżamm fil-Ministeru tal-Ġustizzja, imbagħad ġie ttrasferit għall-Ministeru tal-Affarijiet Interni u l-Amministrazzjoni Pubblika b'konformità mal-bidla tal-mandati fil-Gvern. Iċ-ċifra approssimattiva ta' 4 500 NGO rreġistrati kkwotata ta' spiss fil-pubbliku mhijiex ta' min joqgħod fuqha billi r-Reġistru mhuwiex miżmum sewwa, bir-riżultat li l-organizzazzjonijiet il-ġodda jiżdiedu iżda dawk li ma baqgħux jeżistu ma jitneħħewx miċ-ċifra globali kkwotata. Il-Gvern ħabbar li dalwaqt ser iniedi programm li għandu jsolvi dawn il-kwistjonijiet kontroversjali. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet professjonali bħall-għaqdiet tal-bdiewa jew tas-sajjieda huma rreġistrati bħala NGOs ukoll, billi m'hemm l-ebda bażi jew forma legali oħra għall-attività tagħhom. |
|
4.2.3 |
Il-fondi pubbliċi – L-isforzi mwettqa matul is-snin mill-NGOs biex jiksbu finanzjament pubbliku wasslu għall-provvista ta' ammont konsiderevoli ta' fondi għad-dispożizzjoni tal-NGOs fil-livell lokali (fi ħdan il-baġits tal-gvernijiet awtonomi lokali, bejn wieħed u ieħor EUR 883 900 (14)) u f'dak nazzjonali (mill-Kummissjoni Parlamentari għall-allokazzjoni tal-fondi lill-NGOs b'fond stmat għal EUR 20 000 (15), kif ukoll mill-Kummissjoni għall-allokazzjoni ta' parti mid-dħul tal-lotterija b'fond ta' EUR 3 440 000 (16)). Barra minn hekk, ċerti Ministeri għandhom fondi speċjali għall-organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma rispettivi tagħhom (17). B'kollox, dawn il-fondi jistgħu jgħinu l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili konsiderevolment. Madankollu, minħabba l-fatt li għadd limitat ta' oqsma ta' ħidma tal-NGOs jirċievu l-biċċa l-kbira tal-fondi, b'mod speċjali mill-ikbar fond tal-lotterija (18), u minħabba n-nuqqas ġenerali ta' trasparenza fil-ħidma tal-kummissjoni u problemi serji fl-allokazzjoni tal-fondi, fir-realtà dawn il-fondi (19) ma jilħqux lil ħafna mill-NGOs attivi u ġenwini u ma jappoġġjawx il-programmi mmirati lejn id-demokratizzazzjoni tas-soċjetà. Ir-regolament dwar l-allokazzjoni ta' dawn il-fondi tfassal minn task force magħmula minn uffiċjali tal-gvern u rappreżentanti tal-NGOs u ġie adottat mill-gvern fl-2008. Huwa jifforma qafas sod, iżda l-applikazzjoni tiegħu għadha soġġetta għal manipulazzjoni wiesgħa u hija sors ta' tħassib serju (20). Fl-2010 ser jitwaqqaf grupp intersettorjali ġdid biex jaħdem fuq regolamenti ġodda bil-għan li jiġu solvuti dawn il-kwistjonijiet. |
|
4.2.4 |
Finanzjament minn sorsi internazzjonali – Il-komunità tal-NGOs fil-Montenegro kienet qed taħdem b'mod speċjali bl-appoġġ tad-donaturi internazzjonali. Reċentement, dan il-finanzjament sar problematiku minħabba l-fatt li ħafna donaturi bilaterali waqfu jagħtu l-flus b'riżultat tal-prijoritajiet tagħhom, kif ukoll minħabba l-fatt li l-assistenza tal-Istati Uniti naqset ħafna u ħalliet lis-settur tal-NGOs dipendenti mill-fondi tal-UE, li huma marbutin ma' proċeduri pjuttost ikkumplikati. Dan diġà qiegħed iwassal għal sitwazzjoni li fiha l-ikbar organizzazzjonijiet biss ser ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu u jiżviluppaw filwaqt li l-oħrajn ser ikunu limitati fl-azzjonijiet u fit-tkabbir tagħhom. |
|
4.2.5 |
Bini tal-kapaċità tal-NGOs – Il-persunal tal-NGOs jinbidel ta' spiss u m'hemmx għajnuna finanzjarja min-naħa tal-istituzzjonijiet, fattur limitanti anke għall-NGOs żviluppati. Is-CRNVO (21) kellha firxa ta' programmi għall-bini tal-kapaċità iżda t-tluq tad-donaturi li kienu jappoġġjaw dawn l-attivitajiet affettwa b'mod serju dak li tista' toffri f'termini ta' kwantità. L-assistenza teknika l-ġdida mogħtija mill-UE lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Balkani tal-Punent (22) qiegħda titħejja. B'mod ġenerali, hemm bżonn kontinwu ta' programmi għall-bini tal-kapaċità u l-iżvilupp ta' għarfien speċjalizzat u kompetenzi f'diversi oqsma, kif ukoll ta' għajnuna finanzjarja min-naħa tal-istituzzjonijiet immirata lejn il-bini ta' kapaċità individwali. Barra minn hekk, l-NGOs għandhom jaġixxu iktar fuq suġġetti speċifiċi permezz ta' pjattaformi u netwerks ad hoc jew operattivi fuq perijodu twil, sabiex l-azzjonijiet tagħhom ikunu iktar effikaċi u jkollhom impatt ikbar fuq il-partijiet involuti. |
|
4.2.6 |
Awtoregolazzjoni tal-NGOs – fi ħdan il-Koalizzjoni tal-NGOs “Nilħqu l-objettiv permezz tal-kooperazzjoni”, li hija l-ikbar koalizjoni ta' dan it-tip li tiġbor fiha madwar 200 NGO fil-Montenegro (23), twaqqaf korp awtoregolat u tfassal Kodiċi tal-Kondotta li ġie aċċettat mill-biċċa l-kbira tal-NGOs il-kbar, kif ukoll minn għadd ta' NGOs oħra, li ppubblikaw l-arkivji narrattivi u finanzjarji tagħhom b'konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta. Dan huwa kruċjali biex tittejjeb it-trasparenza tal-NGOs u konsegwentement il-fiduċja tal-pubbliku fihom. |
|
4.2.7 |
Rappreżentanza fil-kunsilli li jindirizzaw diversi interessi tas-soċjetà – b'konformità mal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida li titlob il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha, l-NGOs ingħataw pożizzjoni ggarantita fil-Kunsill tal-RTCG (24), il-Kunsill tal-Kontroll Ċiviku għall-Pulizija (25), il-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea (26), il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata, il-Kunsill għall-kura tal-persuni b'diżabbiltà, il-Kunsill għall-kura tat-tfal, eċċ., kif ukoll f'ċerti korpi lokali. F'ħafna każijiet sar xi titjib wara ħafna snin ta' sforzi persistenti min-naħa tal-NGOs, iżda l-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea għadu korp inkwetanti ħafna fil-kuntest tal-leġittimità u l-legalità tar-rappreżentanti tal-NGOs. |
|
4.2.8 |
Is-sostenibbiltà tas-settur tal-NGOs fil-Montenegro – is-settur tal-NGOs fil-Montenegro għandu tradizzjoni dgħajfa u ġejjieni inċert (27) minħabba l-fatt li b'mod ġenerali l-kultura politika u l-kultura tad-drittijiet tal-bniedem mhumiex żviluppati biżżejjed. Is-settur jiddependi ħafna mill-għajnuna barranija kif ukoll mill-mexxejja ewlenin tiegħu, u minħabba f'hekk huwa fraġli meta jinbidlu l-personalitajiet jew jitilqu xi donaturi. Fl-ikbar organizzazzjoni ttieħdu xi miżuri għar-riorganizzazzjoni interna u l-ippjanar strateġiku kif ukoll għall-introduzzjoni ta' servizzi li jikkontribwixxu għall-baġit iżda din mhijiex garanzija soda tas-sostenibbiltà ġenerali tas-settur. |
4.3 Id-djalogu soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali
|
4.3.1 |
Il-Liġi tax-Xogħol adottata fl-2008 (28) tirregola d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet kollettivi, il-proċedura għat-titjib tar-relazzjonijiet mutwi bejn il-partijiet tan-negozjar kollettiv u kwistjonijiet oħra importanti għal dawk li jħaddmu u l-impjegati. Għandu jiġi nnegozjat ftehim kollettiv ġenerali mal-awtorità kompetenti tat-trade union rilevanti, l-għaqda tal-impjegati u l-gvern. |
|
4.3.2 |
Il-Liġi tax-Xogħol tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-impjegati u l-organizzazzjoni tal-impjegati. L-impjegati u dawk li jħaddmu għandhom kull dritt li jagħżlu li jistabbilixxu l-organizzazzjonijiet tagħhom u jsiru membri tagħhom mingħajr approvazzjoni minn qabel u bir-rispett tal-kundizzjonijiet stipulati fl-istatuti u r-regoli ta' dawn l-organizzazzjonijiet. |
|
4.3.3 |
Il-libertà tal-organizzazzjoni ta' trade unions. L-impjegati għandom il-garanzija tal-libertà tal-organizzazzjoni ta' trade union u li jimpenjaw ruħhom fl-attivitajiet tat-trade union mingħajr ma dan jiġi approvat minn qabel. L-organizzazzjonijiet tat-trade unions jinsabu fir-reġistru tal-organizzazzjonijiet tat-trade unions miżmum mill-Ministeru tax-Xogħol u tal-Benesseri Soċjali. Skont il-Liġi, trade union rappreżentattiva hija organizzazzjoni li għandha l-ikbar numru ta' membri u hija rreġistrata bħala tali fil-Ministeru. Fil-fatt dan ifisser li trade union waħda biss tista' tkun rappreżentattiva fil-livell nazzjonali, irrispettivament mill-għadd ta' trade unions oħra u r-rappreżentattività tagħhom. Fl-aġenda tal-Kunsill Soċjali hemm proposta għal liġi dwar ir-rappreżentattività tat-trade unions. |
|
4.3.4 |
It-trade unions huma rrappreżentati mill-Konfederazzjoni tat-Trade Unions tal-Montenegro (KTUM) u l-Unjoni tat-Trade Unions Ħielsa tal-Montenegro (UTUĦM). Il-KTUM hija membru tal-KITU (29) u osservatur fil-proċess ta' sħubija fil-KETU (30). L-UTUĦM hija organizzazzjoni maħluqa reċentement li nfirdet minn mal-KTUM u stabbiliet ruħha uffiċjalment f'Novembru 2008; għalhekk għadha mhijiex integrata fl-organizzazzjonijiet tat-trade unions internazzjonali (KITU) u Ewropej (KETU), għalkemm tinsab fil-kuntatt magħhom. Il-KTUM ngħatat l-istatus ta' msieħba soċjali għalkemm fil-prattika l-ebda organizzazzjoni tat-trade unions m'għaddiet minn proċedura legali biex tkun rikonoxxuta bħala rappreżentattiva taħt il-Liġi tax-Xogħol il-ġdida. |
|
4.3.5 |
L-Għaqdiet ta' Min Iħaddem. Skont il-liġi, l-għaqdiet ta' min iħaddem huma kkunsidrati bħala rappreżentattivi jekk il-membri tagħhom jimpjegaw minimu ta' 25 % tal-impjegati fl-ekonomija tal-Montenegro u jikkontribwixxu għal mill-inqas 25 % tal-PDG tal-Montenegro. L-għaqdiet ta' min iħaddem huma obbligati jirreġistraw mal-Ministeru tax-Xogħol u tal-Benesseri Soċjali għaż-żamma tar-reġistri. Il-Ministeru jiddeċiedi kif għandhom jinżammu r-reġistri dwar l-għaqdiet ta' min iħaddem u jipprovdi kriterji dettaljati biex jiġi ddeterminat kemm huma rappreżentattivi l-għaqdiet ta' min iħaddem. |
|
4.3.6 |
Min iħaddem fil-Montenegro huwa rrappreżentat mill-Federazzjoni ta' Min Iħaddem tal-Montenegro (MEF) f'Podgorika. L-MEF hija membru attiv ħafna tal-Għaqda Internazzjonali ta' Min Iħaddem (IOE) li tinsab f'Ġinevra, u hija involuta f'ħafna proġetti. Hija wkoll osservatur ta' BUSINESSEUROPE (31). |
|
4.3.7 |
Il-Montenegro għandu wkoll Kamra tal-Kummerċ, organizzazzjoni obbligatorja stabbilita fl-1928 li fil-livell Ewropew hija membru osservatur ta' Eurochambers u Eurocommerce. Il-Kamra tal-Kummerċ m'għandhiex status ta' msieħba soċjali. Fil-livell nazzjonali hija membru tal-Kunsill Nazzjonali kontra l-ostakoli għan-negozju u għat-titjib tal-kompetittività, kif ukoll tal-Kummissjoni Governattiva għall-Integrazzjoni Ewropea. |
|
4.3.8 |
Il-Kunsill Soċjali huwa l-ogħla korp tripartitiku u ġie stabbilit f'Ġunju 2008 fuq il-bażi ta' liġi adottata fl-2007 (Il-Liġi dwar il-Kunsill Soċjali). Il-Kunsill jinkludi 11-il rappreżentant tal-gvern, 11-il rappreżentant tat-trade unions awtorizzati u 11-il rappreżentant tal-għaqdiet ta' min iħaddem. Il-Kunsill Soċjali jinkludi diversi kumitati ta' ħidma li jindirizzaw kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali differenti. |
|
4.3.9 |
Il-Memorandum dwar is-Sħubija Soċjali fil-kuntest tal-kriżi ekonomika globali ġie ffirmat f'April 2009. L-imsieħba soċjali huma miftuħin u kemm-il darba jieħdu l-opportunità biex jorganizzaw konsultazzjonijiet formali u informali fil-kuntest attwali tal-kriżi ekonomika globali. |
|
4.3.10 |
Minkejja li sar xi progress fid-djalogu tripartitiku, id-djalogu soċjali bilaterali għadu dgħajjef ħafna u jiffoka fuq kollox fuq in-negozjar tal-ftehimiet kollettivi settorjali. Għalkemm fil-livell nazzjonali l-għan huwa li jitfassal Ftehim Kollettiv Ġenerali (FKĠ) wieħed iffirmat mit-trade unions, min iħaddem u l-gvern, qiegħda tiġi diskussa l-possibbiltà li jiġu introdotti żewġ FKĠ – għall-ekonomija u l-amministrazzjoni pubblika. Kwalunkwe deċiżjoni f'dan ir-rigward għandha tkun ibbażata fuq analiżi iktar dettaljata. L-istabbiliment ta' Ċentru tar-Riżorsi bipartitiku għad-Djalogu Soċjali jista' jkun importanti ħafna għad-djalogu soċjali ġenerali u għall-analiżi konġunta tal-imsieħba soċjali. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1 |
Ir-raba' rapport ta' progress tal-KE dwar il-Montenegro ma juri l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-libertà tal-assemblea u l-assoċjazzjoni. Sar xi progress fir-rigward tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Ħafna NGOs għad għandhom profil pubbliku u politiku għoli. Fil-livell nazzjonali hemm Strateġija tal-Gvern dwar il-kooperazzjoni mal-NGOs iżda l-implimentazzjoni tagħha għadha lura u l-impatt reali tal-NGOs fuq it-tfassil tal-politika għadu limitat minkejja l-għarfien espert u r-riżorsi disponibbli fis-settur tal-NGOs. L-NGOs jintlaqgħu mill-Gvern meta jkunu politikament aċċettabbli jew meta jipprovdu diversi servizzi, iżda l-problemi f'dan ir-rigward jitfaċċaw fi ħdan il-programmi ta' sorveljanza u monitoraġġ, kif ukoll fil-konsultazzjoni effettiva u l-inklużjoni fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjoni u ta' tfassil tal-politiki. |
|
5.2 |
Ir-rwol tal-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni tal-NGOs attwali, li jaħdem bħala parti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern tal-Montenegro, għandu jkun li jassisti lill-NGOs u jiggarantixxi l-iżvilupp sod tagħhom fil-pajjiż. Ir-realtà hija li l-kapaċità u t-tagħmir ta' dan l-uffiċċju huma limitati ħafna. Minkejja l-isforzi tal-persunal, l-attività tiegħu mhijiex ċara għar-rappreżentanti tal-NGOs. L-istabbiliment tal-Kunsill Governattiv għall-Kooperazzjoni mal-NGOs għadu f'fażi bikrija u l-Uffiċċju għandu jaqdi r-rwol tas-Segretarjat tal-Kunsill. Dan jista' jkun pass 'il quddiem għat-titjib tas-sitwazzjoni. |
|
5.3 |
Is-soċjetà ċivili għandha wkoll żewġ rappreżentanti fil-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni fl-UE. Madankollu, xi NGOs affidabbli qajmu dubji dwar il-legalità u l-leġittimità tal-ħatra tal-membri attwali ta' dan il-kunsill. Għandhom jiġu ddefiniti kriterji ċari permezz ta' digriet parlamentari. Dawn għandhom jitfasslu b'tali mod li jassiguraw it-trasparenza, ir-rappreżentanza u l-kwalità tal-membri rispettivi. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni fl-UE jista' jkun għodda tajba biex is-soċjetà ċivili tiġi involuta iktar u b'mod iktar effettiv fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE. Il-potenzjal tagħha m'għandu jiġi ristrett bl-ebda mod. |
|
5.4 |
Minkejja l-istqarrija tal-gvern u tal-ministeri rilevanti fir-rigward tal-konsultazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala parti mill-proċess għall-ħolqien ta' qafas leġiżlattiv, l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għadu mhux sodisfaċenti. |
|
5.5 |
Il-kundizzjonijiet (b'mod partikolari dawk finanzjarji) biex l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaħdmu tajjeb għandhom jittejbu u l-kapaċità tagħhom trid tissaħħaħ permezz tad-diversifikazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sorsi finanzjarji tagħhom. |
|
5.6 |
Il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjijiet għas-sħubija fl-UE hija limitata wkoll. L-istrutturi u l-mekkaniżmi adegwati diġà ġew stabbiliti iżda għadhom mhux qed jintużaw biżżejjed. Il-kontribut attiv tas-soċjetà ċivili jista' jikkontribwixxi għall-andament tajjeb tal-proċess ta' negozjar tal-UE u jsawwar komunikazzjoni effettiva bejn is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE. |
|
5.7 |
Id-djalogu tripartitiku fi ħdan il-Kunsill Soċjali għadu għaddej. Madankollu r-rwol u l-potenzjal tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali għadhom sottovalutati. Il-Kunsill Soċjali jista' jkun korp b'saħħtu ħafna fil-proċess ta' sħubija tal-UE u jista' jgħin biex jingħelbu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali. |
|
5.8 |
Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tax-Xogħol eżistenti li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tar-rappreżentattività tal-organizzazzjonijiet tat-trade unions fil-livell nazzjonali huma diskriminatorji fir-rigward tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar u jimpedixxu żvilupp tajjeb tal-pluraliżmu tat-trade unions. Għalkemm l-UTUĦM qiegħda tipparteċipa fil-grupp ta' ħidma tal-gvern li qiegħed jinnegozja l-proposta leġiżlattiva l-ġdida dwar ir-rappreżentattività tat-trade unions, għadu ma rnexxilux jinfluwenza l-ħidma tiegħu. Il-gvern iddeċieda b'mod unilaterali favur kwota ta' 20 %, jiġifieri li 20 % tal-impjegati kollha tal-Montenegro jridu jkunu organizzati fit-trade unions sabiex dawn jissodisfaw il-kriterji għar-rappreżentattività fil-livell nazzjonali. Madankollu l-kriterji għandhom ukoll jirriflettu elementi oħra bħall-istruttura territorjali u settorjali u l-kapaċità li jiddefendu d-drittijiet tal-ħaddiema b'mod effettiv. |
|
5.9 |
L-imsieħba soċjali ma kinux involuti kemm kellhom ikunu fil-kwestjonarju tal-UE. Il-Federazzjoni ta' Min Iħaddem u l-Kamra tal-Kummerċ biss ikkoopreaw bħala korpi tal-gvern u wieġbu l-kwestjonarju. Skont l-istruzzjonijiet tal-UE l-imsieħba soċjali kollha kellhom jiġu kkonsultati fil-parti rilevanti tal-kwestjonarju. |
|
5.10 |
Il-Kummissjoni governattiva għall-Integrazzjoni Ewropea, taħt l-awspiċji tal-Ministeru għall-Integrazzjoni Ewropea, qiegħda tikkoordina l-amministrazzjoni statali fil-proċess ta' integrazzjoni tal-pajjiż fl-UE. Il-Kamra tal-Kummerċ biss hija rrappreżentata f'dan il-korp. L-imsieħba soċjali mhumiex involuti. |
|
5.11 |
Il-kapaċità tal-imsieħba soċjali trid tkompli tiġi żviluppata. Il-forom kollha ta' assistenza huma mixtieqa. F'dan ir-rigward, il-KESE japprezza r-rwol tal-IOE u l-KITU fil-livell internazzjonali u ta' BUSINESSEUROPE u l-KETU fil-livell Ewropew. Ħafna programmi u proġetti integrati qegħdin jitnedew biex isaħħu l-kapaċità tal-imsieħba soċjali u biex jippromovu d-djalogu soċjali. |
|
5.12 |
Il-KESE jilqa' wkoll l-assistenza finanzjarja u teknika pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-istrateġija tagħha tat-tkabbir u r-riżorsi disponibbli. Involviment ikbar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsaħħaħ il-kwalità tad-demokrazija u jgħin fir-rikonċiljazzjoni. Permezz tal-implimentazzjoni tal-istrument dwar is-soċjetà ċivili tal-IPA, il-KE ffinanzjat il-ftuħ ta' uffiċċji ta' assistenza teknika f'kull stat ikkonċernat, kif ukoll għadd dejjem ikbar ta' żjarat żgħar fl-istituzzjonijiet tal-UE u l-parteċipazzjoni ta' madwar 800 persuna f'workshops fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija. |
6. Ir-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
6.1 |
It-tkabbir tal-UE u l-progress imwettaq mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent lejn is-sħubija fl-UE huma fost il-prijoritajiet tal-KESE fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni. Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni żviluppat għodda effiċjenti biex tilħaq l-għanijiet ewlenin tagħha, jiġifieri li tappoġġja s-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent u ttejjeb il-kapaċità tagħha li tkun imsieħba tal-gvernijiet fi triqithom lejn l-adeżjoni mal-UE. |
|
6.2 |
Il-Grupp ta' Kuntatt tal-Balkani tal-Punent beda l-ħidma tiegħu f'Ottubru 2004. L-ambitu ġeografiku tiegħu jkopri l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo taħt UNSCR 1244/1999. Huwa l-korp permanenti u speċifiku tal-KESE għal dan ir-reġjun partikolari. |
|
6.3 |
Ġew organizzati żewġ Forums tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent fi Brussell (2006) u f'Ljubljana (2008), li wrew il-volontà tas-soċjetà ċivili li tiltaqa' fuq bażi transkonfinali sabiex titħaddet dwar ġejjieni aħjar għall-partijiet kollha. It-tielet Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent ser isir fi Brussell nhar it-18 u d-19 ta' Mejju 2010. |
|
6.4 |
L-aktar għodda importanti l-oħra għad-djalogu permanenti bejn is-soċjetà ċivili tal-UE u s-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent huma l-Kumitati Konsultattivi Konġunti (KKK). L-opinjoni esploratorja tal-KESE tal-2006 dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent (32) enfasizzat il-pożizzjoni tal-KESE u l-għarfien u r-riżorsi umani konsiderevoli tiegħu, u enfasizzat ir-rwol tal-KKK fil-proċess ta' tkabbir. |
|
6.5 |
Għal din ir-raġuni, il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv Konġunt UE-Montenegro hekk kif il-Montenegro jingħata l-istatut ta' pajjiż kandidat għall-adeżjoni fl-UE. Dan il-KKK jippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili miż-żewġ naħat li jkollhom djalogu iktar fil-fond u jimmonitorjaw il-progress tal-pajjiż lejn l-UE. |
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Il-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni fl-UE jopera fi ħdan il-Parlament, iżda minbarra l-MP jinkludi wkoll ir-rappreżentanti tal-ġudikatura, l-NGOs, l-Università tal-Montenegro, l-Akkademija tax-Xjenza tal-Montenegro, il-Kunsill Soċjali u l-Uffiċċju tal-President.
(2) Data uffiċjali minn ċensiment. F'dan iċ-ċensiment il-Musulmani fil-Montenegro huma trattati bħala grupp etniku b'konformità mal-prattika f'dik li qabel kienet il-Jugoslavja.
(3) Eurostat.
(4) Monstat: http://www.monstat.org/Mjesecna%20saopstenja.htm
(5) Programm Ekonomiku u Fiskali 2009-12, 21 ta' Jannar 2010.
(6) B'konformità mar-Riżoluzzjoni Nru 1244/1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
(7) Skont l-istħarriġ li sar matul dawn l-aħħar snin, bejn 75 % u kważi 80 % taċ-ċittadini tal-Montenegro huma favur l-adeżjoni mal-UE.
(8) Rapport ta' Progress tal-Montenegro 2009 SEC(2009) 1336, li jakkumpanja mal-Komunikazzjoni tal-KE COM(2009) 533 Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2009-2010.
(9) Fil-kuntest wiesa' ta' din l-opinjoni, soċjetà ċivili tfisser l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, fosthom l-organizzazzjonijiet professjonali, l-organizzazzjonijiet tal-imsieħba soċjali, il-konsumaturi, il-bdiewa, l-artiġjani, il-komunitajiet reliġjużi, il-fondazzjonijiet, il-movimenti soċjali, il-mezzi tax-xandir, eċċ.
(10) TRIALOG, Soċjetà Ċivili tal-Montenegro, Maša Lekič.
(11) CIVICUS – World Alliance for Citizen Participation, www.civicus.org.
(12) Il-Kostituzzjoni ġiet adottata f'Ottubru 2006, iżda dan il-punt kien jinsab fil-Kostituzzjoni preċedenti wkoll.
(13) Adottata fl-1999, emendata fl-2002 u fl-2007.
(14) Data mir-riċerka CRNVO għall-2008, fejn huwa nnutat li EUR 883 900 kienu ppjanati filwaqt li fir-realtà tqassmu EUR 860 764,66.
(15) Data tal-2009.
(16) B'konformità mar-Regolament dwar l-għoti ta' parti mid-dħul tal-lotterija, 75 % minn dan l-ammont għandu jiġi allokat lil NGOs u l-bqija lil organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet oħra. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-membri tal-kummissjoni u tal-proċess amministrattiv globali huma ffinanzjati mill-istess baġit. Din iċ-ċifra hija tal-2009; iċ-ċifra għall-2010 hija iktar baxxa.
(17) Il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Ministeru tal-Kultura, tal-Mezzi tax-Xandir u tal-Isport, il-Ministeru tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Minoranzi.
(18) L-oqsma koperti huma dawn li ġejjin: 1) il-benesseri soċjali u l-attivitajiet umanitarji, 2) il-bżonnijiet tal-pesuni b'diżabbiltà, 3) l-iżvilupp tal-isport, 4) il-kultura u l-kultura teknika, 5) l-edukazzjoni nonistituzzjonali u 6) il-ġlieda kontra d-drogi u kull xorta ta' vizzju.
(19) Rapport ta' Monitoraġġ taċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ċivika dwar l-allokazzjoni tal-fondi mill-Kummissjoni għall-allokazzjoni ta' parti mid-dħul tal-lotterija fl-2009.
(20) Rapport ta' Monitoraġġ taċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Ċivika dwar l-allokazzjoni tal-fondi mill-Kummissjoni għall-allokazzjoni ta' parti mid-dħul tal-lotterija fl-2009.
(21) CRNVO – Ċentru għall-Iżvilupp tal-NGOs Montenegrini.
(22) Programm għall-assistenza tas-soċjetà ċivili.
(23) Għal aktar tagħrif, żur: www.saradnjomdocilja.me.
(24) Liġi dwar is-Servizzi Pubbliċi tax-Xandir RTCG, adottata fl-2002, kif ukoll il-Liġi dwar is-Servizzi Pubbliċi tax-Xandir tal-Montenegro adottata fl-2008 (li tissostitwixxi l-ewwel waħda).
(25) Liġi dwar il-Pulizija adottata fl-2005.
(26) Deċiżjoni dwar l-istabbiliment tal-Kunsill Nazzjonali għall-Integrazzjoni Ewropea, adottata fl-2008.
(27) CIVICUS Assessment on Montenegrin Civil Society “Weak Tradition, Uncertain Future” (Valutazzjoni tas-CIVICUS tas-Soċjetà Ċivili tal-Montenegro, “Tradizzjoni Dgħajfa, Futur Insikur”), 2006, ed. S. Muk, D. Uljarevic u S. Brajovic.
(28) Il-Liġi tax-Xogħol, Ġurnal Uffiċjali tal-Montenegro, Nru 49/08.
(29) KITU – Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC – International Trade Union Confederation).
(30) KETU – Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC – European Trade Union Confederation).
(31) BUSINESSEUROPE – Il-Konfederazzjoni Ewropea tan-Negozju.
(32) ĠU C 195, 18.5.2006, p. 88.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/18 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-edukazzjoni favur l-inklużjoni soċjali: għodda għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali” (opinjoni esploratorja)
2011/C 18/04
Relatur: is-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL
F'ittra datata t-23 ta' Lulju 2009, is-Sur Diego López Garrido, Segretarju tal-Istat ta' Spanja għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, f'isem il-Presidenza Spanjola futura, biex skont l-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, ifassal opinjoni esploratorja dwar
L-edukazzjoni favur l-inklużjoni soċjali: għodda għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-23 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta' April 2010 (seduta tat-28 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'103 voti favur, 13-il vot kontra u 10 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni biex fl-2010 jirduppjaw l-isforzi biex jinqerdu l-esklużjoni u faqar u jenfasizza l-importanza li jintużaw l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala għodod effettivi biex dawn l-għanijiet jintlaħqu. L-edukazzjoni hija rikonoxxuta bħala strument importanti għall-inklużjoni fis-soċjetà ta' dawk li jgħixu fil-faqar. |
|
1.2 |
Il-fatt li waħda mill-prijoritajiet tal-“Istrateġija tal-UE għall-2020” hija t-tisħiħ tal-edukazzjoni bħala mezz kif jiġu miġġielda l-inugwaljanza u l-faqar u li t-tliet presidenzi tal-UE fuq bażi ta' rotazzjoni, jiġifieri Spanja, il-Belġju u l-Ungerija, stabbilixxew “L-edukazzjoni għal kulħadd” bħala wieħed mill-objettivi tagħhom ifisser li huwa possibbli li jitressqu sensiela ta' miżuri li għandhom l-għan li jagħmlu l-edukazzjoni u t-taħriġ għodod effettivi għall-glieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
|
1.3 |
L-edukazzjoni ġiet rikonoxxuta bħala dritt tal-bniedem bażiku minn mindu twaqqfet l-UE u saru sforzi kbar pożittivi sabiex dan id-dritt isir ġid pubbliku disponibbli għal kulħadd. Il-KESE ta l-kontribut tiegħu f'dan il-qasam b'għadd kbir ta' opinjonijiet, u kollha kemm huma jirrikonoxxu li l-għan ċentrali tal-edukazzjoni huwa li l-individwi jitħarrġu biex ikunu ħielsa, b'moħħ kritiku, indipendenti u kapaċi jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp tas-soċjetà li jgħixu fiha, b'livell għoli ta' ħiliet sabiex jindirizzaw l-isfidi l-ġodda, b'mod partikulari fid-dinja tax-xogħol, iżda wkoll li jkunu konxji li jaqsmu valuri u kultura u li d-dinja li jgħixu fiha għandha tiġi mħarsa għall-ġenerazzjonijiet futuri. |
|
1.4 |
Fuq il-bażi tal-kunċett tal-edukazzjoni favur l-inklużjoni, il-KESE jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jridu jirrevedu l-politiki tal-edukazzjoni, il-kontenut, l-approċċi u l-istrutturi tagħhom u l-allokazzjoni tar-riżorsi, iżda li hija meħtieġa wkoll reviżjoni u/jew l-aġġornament ta' politiki relatati mal-impjieg, servizzi pubbliċi ta' kwalità, attenzjoni għal gruppi speċifiċi (it-tfal, il-persuni bi ħtiġijiet speċjali, il-migranti, eċċ.) u li l-perspettiva msejsa fuq il-ġeneru tiġi inkluża f'dawn il-politiki kollha. L-edukazzjoni inklużiva tista' ssir f'għadd ta' ambjenti, formali u mhux formali, fi ħdan familji, fil-komunità, sabiex il-piż ma jaqax esklużivament fuq l-iskejjel. Din mhijiex kwistjoni marġinali jew waħda li tiffoka biss fuq il-fqar. Anzi, għandha tkun miftuħa għall-gruppi soċjali kollha li jeħtiġuha. Ir-raġunijiet għalfejn għandna nagħżlu l-edukazzjoni inklużiva huma:
|
|
1.5 |
Ilhom ħafna snin isiru diskussjonijiet fl-UE dwar ir-rikonoxximent tar-riżultati tal-edukazzjoni mhux formali, li ssir barra mill-ambiti edukattivi tradizzjonali filwaqt li tikkomplementa l-edukazzjoni formali billi lin-nies tipprovdilhom kompetenzi prattiċi, soft skills u attitudnijiet, u tħeġġeġ iċ-ċittadinanza attiva. Għalkemm dawn id-diskussjonijiet għadhom ma waslux fi stadju ta' ftehimiet kunsenswali fil-livell tal-UE, b'mod ġenerali qed jiġi rikonoxxut li l-edukazzjoni mhux formali tgħin sabiex jiżdied l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Il-KESE huwa tal-fehma li jkun utli għall-UE li tħares lejn dan l-aspett fid-dawl tal-edukazzjoni favur l-inklużjoni, u konsegwentement jirrakkomanda:
|
|
1.6 |
Il-KESE rrimarka f'opinjonijiet preċedenti li edukazzjoni pubblika ta' kwalità għal kulħadd hija għodda li tippromovi l-ugwaljanza u l-inklużjoni soċjali. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li dawk kollha esklużi jkollhom aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għolja li fil-biċċa l-kbira tkun pubblika (1), li tagħtihom aċċess għas-suq tax-xogħol u għal impjieg diċenti u li jitħallas tajjeb. |
|
1.7 |
Fl-aħħar nett, il-KESE jirrakkomanda li, mingħajr ma tintilef il-koerenza mal-prijoritajiet politiċi diġà definiti, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għandhom iservu bħala xprun għal impenji ferm iktar kuraġġużi u ambizzjużi f'dan il-qasam, li jinvolvu l-ikbar firxa possibbli ta' istituzzjonijiet u atturi soċjali. |
|
1.8 |
Il-konferenza organizzata mill-KESE f'Firenze mill-20 sat-22 ta' Mejju 2010 dwar “L-edukazzjoni fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali” torbot tajjeb ħafna ma' din il-kwistjoni. Fil-fatt, din il-konferenza ser tiffoka fuq approċċ trasversali u ser tlaqqa għadd kbir ta' atturi f dan il-qasam. |
2. Daħla
|
2.1 |
Id-dritt għall-edukazzjoni bħala dritt fundamentali tal-bniedem ġie rikonoxxut u inkluż fl-istrumenti kollha l-Unjoni Ewropea waqqfet minn mindu nħolqot. L-Ewropa għamlet sforzi kbar u pożittivi sabiex dan id-dritt isir ġid pubbliku aċċessibbli għal kulħadd (2). Minkejja dan, għad hemm sferi tal-popolazzjoni li għadhom esklużi mill-benefiċċji tagħha, u dan jaggrava l-kondizzjonijiet ta' faqar li għadhom ma ġewx eradikati. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew ipproponew u approvaw miżuri sostanzjali mmirati lejn il-ġlieda kontra l-faqar, bl-użu tal-edukazzjoni pubblika ta' kwalità għal kulħadd bħala strument favur l-inklużjoni. B'mod simili, l-UE ddeċidiet li l-2010 ser tkun is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar (3). |
|
2.2 |
L-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar huma wkoll parti mill-għanijiet tal-Unjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg. Il-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali dwar il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali qiegħda ssir permezz ta' proċess ta' skambju u tagħlim magħruf bħala l-“metodu miftuħ ta' koordinazzjoni” (MMK) li qed jiġi applikat fl-oqsma li jaqgħu fil-kompetenzi tal-Istati Membri għall-finijiet li tintlaħaq konverġenza bejn il-politiki nazzjonali sabiex jintlaħqu wħud mill-objettivi komuni. L-MMK jgħin biex jikkoordina politiki soċjali, b'mod partikulari fil-kuntest tal-Istrateġija mġedda ta' Lisbona. |
|
2.3 |
Barra minn hekk, l-edukazzjoni u t-taħriġ huma fatturi ewlenin għat-titjib tal-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali fis-soċjetajiet tagħna. In-nuqqas li jintlaħqu l-objettivi għat-tnaqqis tal-livelli ta' faqar u l-konsegwenzi tiegħu, f'termini tal-esklużjoni, il-kriżi ekonomika attwali flimkien maż-żjieda fil-qgħad ifissru li huwa dejjem iktar importanti li jinsabu l-mezzi sabiex ikun possibbli li nimxu 'l quddiem lejn l-objettiv tal-inklużjoni attiva. |
|
2.4 |
L-ewwel prijorità tal-UE fir-rigward tal-Istrateġija 2020 (4) hija“Il-ħolqien tal-valur billi nsejsu t-tkabbir fuq il-konoxxenza”. Għaldaqstant, qed jiġi rikonoxxut li l-għarfien (il-konoxxenza) huwa l-mutur ta' tkabbir sod u dejjiemi u li l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kreattività jagħmlu differenza. Il-konklużjonijiet tas-Summit tax-Xogħol li sar fi Praga f'Mejju 2009 jsegwu l-istess linja. F'dan ir-rigward, u fid-dawl tal-kriżi ekonomika attwali li kellha impatt kbir fuq il-ħaddiema u l-kumpaniji, b'mod partikulari l-SMEs, u meta wieħed jikkunsidra li l-qgħad laħaq livelli storiċi qrib ta' 20,2 % b'differenzi sostanzjali bejn il-pajjiżi fl-UE; huwa neċessarju li jissaħħu l-miżuri, b'mod partikulari fir-rigward tal-politika tal-edukazzjoni, li jgħinu biex jinħoloq ix-xogħol, u fl-istess waqt, tissaħħaħ l-ugwaljanza bejn l-Ewropej kollha. |
|
2.5 |
L-edukazzjoni pubblika, li hija waħda mill-istrumenti ewlenin li trawwem l-ugwaljanza, attwalment qed tindirizza bosta sfidi ġodda f'dinja dejjem iktar globalizzata, iżda fl-istess ħin fejn hemm iktar inugwaljanza, u li hija iktar maqsuma u asimmetrika. L-integrazzjoni edukattiva u soċjali għal kull min qed jitgħallem hija prijorità għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali. L-edukazzjoni favur l-inklużjoni soċjali hija approċċ immirat biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tat-tagħlim tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti kollha, u b'mod partikulari dawk minn setturi li huma l-iktar affettwati mid-diskriminazzjoni, il-marġinalizzazzjoni, il-faqar jew l-esklużjoni soċjali. |
|
2.6 |
L-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu jkunu strumenti effettivi għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Iż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet fis-soċjetà jiffaċċjaw diffikultajiet speċifiċi assoċjati mal-fatt li jiġu minn ambjenti żvantaġġjati mil-lat edukattiv, soċjoekonomiku jew ġeografiku, jew minħabba li qed jgħixu b'diżabilità. |
|
2.7 |
Skont il-linji gwida tal-UNESCO dwar l-edukazzjoni inklużiva, din titqies bħala proċess ta' indirizzar u reazzjoni għall-firxa ta' ħtiġijiet ta' dawk kollha li qed jitgħallmu permezz ta' aktar parteċipazzjoni fit-tagħlim, fil-kulturi u fil-valuri tal-komunità, u t-tnaqqis tal-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-Edukazzjoni favur l-inklużjoni soċjali tesiġi bidliet fil-kontenut, fl-approċċi, fl-istrutturi u fl-istrateġiji edukattivi, il-bidliet li dawn iġibu għall-programmi tat-taħriġ tal-għalliema, l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi b'viżjoni li tkopri dawk kollha li jitgħallmu u bil-konvinzjoni li hija r-responsabbiltà tas-sistema regolari li jiġi edukat kulħadd. L-edukazzjoni inklużiva tħaddan l-għoti ta' reazzjonijiet adatti lill-ispettru wiesa' ta' ħtiġijiet tat-tagħlim tal-gruppi soċjali u tista' tiġi offruta permezz ta' ambjenti edukattivi formali u mhux formali. |
|
2.8 |
Minflok ma hi kwistjoni marġinali dwar kif xi wħud minn dawk li jitgħallmu jistgħu jiġu integrati fil-qasam edukattiv, jew minflok ma ssir enfasi esklużiva fuq l-ifqar persuni, l-edukazzjoni inklużiva hija approċċ li jesiġi t-trasformazzjoni tas-sistemi edukattivi u ambjenti oħra tat-tagħlim sabiex l-azzjoni ssir fil-kuntest tad-diversità ta' dawk li jitgħallmu u ssir għodda b'saħħitha għall-ġlieda kontra l-faqar. Għandha tippermetti kemm l-għalliema kif ukoll dawk li jitgħallmu li jħossuhom komdu mad-diversità u jarawha bħala sfida u opportunità biex jarrikkixxu l-ambjent tat-tagħlim, minflok ma tkun problema. |
|
2.9 |
Hekk kif il-qgħad tal-massa beda jinfirex inħolqu sitwazzjonijiet ta' faqar mingħajr preċedent. Il-kriżi ekonomika dinjija attwali (5) hija biss il-konferma xejn pjaċevoli ta' dan. Illum il-ġurnata l-faqar ma jfissirx biss li hemm dħul mhux suffiċjenti, jista' jieħu l-forma wkoll ta' aċċess limitat jew ineżistenti għall-kura tas-saħħa jew l-edukazzjoni, ambjent perikoluż, il-persistenza tad-diskriminazzjoni u l-preġudizzji u l-esklużjoni soċjali. Impjieg fih innifsu (jekk ma jkunx impjieg tajjeb) ma jħarisx b'mod effettiv kontra l-faqar. U l-faqar estrem huwa iktar mifrux fost in-nisa milli l-irġiel. Ir-riskju tal-faqar estrem huwa konsiderevolment ogħla għan-nisa fi sbatax mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Familji b'ġenitur wieħed, fejn il-kap tal-familja tkun mara, jiffaċċjaw riskju ħafna ikbar li jaqgħu fil-faqar. F'dinja fejn 60 % tal-popolazzjoni jgħixu b'6 % biss tad-dħul globali, fejn 50 % jgħixu b'USD 2 kuljum u iktar minn biljun ruħ jaqilgħu inqas minn USD 1 kuljum, l-Ewropa ma tistax tingħalaq f'fortizza u tinjora l-kuntest li qed tgħix fih. |
|
2.10 |
Il-problemi li qed jiżdiedu tal-faqar urban, nies li qed jiċċaqilqu mill-kampanja għal żoni industrijali u l-migrazzjoni bil-massa huma sfida għall-politiki soċjali tar-reġjun. Skont iċ-ċifri tal-EUROSTAT għall-2009, 16 % tal-popolazzjoni Ewropea qed tgħix taħt il-linja tal-faqar, fl-Ewropa, wieħed minn kull għaxra jgħix f'dar fejn l-ebda membru tal-familja ma jaħdem, tfal f'għadd ta' Stati Membri huma iktar esposti għall-faqar milli l-bqija tal-popolazzjoni, u huwa maħsub li 19 % (jiġifieri 19-il miljun tifel u tifla) huma fil-periklu. Huwa essenzjali li ngħinu biex noħorġu miċ-ċiklu li jwassal biex daqstant minnhom biex jispiċċaw jgħixu fil-faqar billi jinħoloq ambjent ta' tagħlim sigur u stabbli u li jkun kapaċi jiggarantixxi li dawk kollha li jitgħallmu jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jkollhom kull opportunità ta' suċċess fil-ġejjieni. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-ġlieda kontra l-faqar tagħmel parti ewlenija tal-politiki dwar l-inklużjoni u l-impjieg tal-UE u tal-Istati Membri. Waqt li qabel kienet titqies bħala parti mill-politika tal-għajnuna soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar issa żviluppat fi ġlieda kontra l-esklużjoni. M'għadhiex biss kwistjoni dwar il-protezzjoni tas-soċjetà mill-konsegwenzi tal-biża' tal-faqar, iżda li jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-bniedem ta' dawk l-individwi milquta mill-faqar. Meta ddeċidew fl-2007 li s-sena 2010 tkun is-sena għall-“Ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali”, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stqarru li madwar 78 miljun ruħ attwalment qed jgħixu mhedda bil-faqar fl-UE, u din iċ-ċifra qed tkompli tiżdied. Miżuri li jinvolvu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha kienu meħtieġa peress li din is-sitwazzjoni marret kontra l-valuri komuni tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.2 |
Barra minn hekk, fl-2000 l-Istati Membri tan-NU adottaw l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) li kellhom il-mira li b'mod partikulari jnaqqsu l-faqar estrem bin-nofs. Suppost dawn it-tmien għanijiet għandhom jintlaħqu sal-2015. Madankollu, huwa rikonoxxut li fil-klima ekonomika attwali, ser ikun diffiċli ħafna li niżguraw li l-għanijiet kollha jintlaħqu f'dak il-perijodu ta' żmien. L-UE ddeċidiet li tiddedika s-sena 2010 għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali speċifikament sabiex jissaħħu l-isforzi favur dawn l-għanijiet. |
|
3.3 |
Il-KESE żamm ripetutament pożizzjoni armonizzata li fl-essenza tagħha tgħid li s-soċjetà tal-għarfien hija waħda mill-istrumenti essenzjali sabiex tintlaħaq integrazzjoni sħiħa għaċ-ċittadini kollha, minflok għal minoranza privileġġjata, u b'mod speċjali bħala wieħed mill-mezzi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fis-Summit ta' Lisbona. |
|
3.4 |
Dan l-aħħar il-KESE esprima l-opinjoni (6) li dawk b'livell ta' edukazzjoni iktar baxx jiffaċċjaw l-ikbar riskju ta' esklużjoni. Id-dritt għall-edukazzjoni għandu jagħtihom għażliet biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom u biex ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol. B'mod simili, għandna nżommu f'moħħna li l-bidliet ekonomiċi, soċjali u teknoloġiċi jitolbu li jsiru aġġustament fil-kontenut edukattiv, b'mod partikulari jekk l-edukazzjoni għandha tilħaq il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. F'dan ir-rigward, il-KESE jissuġġerixxi bidla kemm fil-kurrikulu tal-iskola kif ukoll f'dak tal-università, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkomplementati minn programmi ta' taħriġ vokazzjonali li jiffaċilitaw id-dħul fis-suq tax-xogħol (7) għal dawk li forsi jitilqu mill-iskola kmieni. Dan jista' jkun mod kif tiġi evitata l-ħsara kkawżata mill-esklużjoni soċjali, u tagħmel tajjeb għal din il-ħsara. |
|
3.5 |
Il-KESE (8) adotta wkoll opinjoni li appoġġjat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”. Punt li jrid jiġi enfasizzat huwa l-appell għal “tisħiħ tal-ħiliet fil-livelli kollha [li] huwa fattur essenzjali kemm biex terġa' tiġi stimulata l-ekonomija fil-perijodu l-qasir u għall-iżvilupp fit-tul, kif ukoll sabiex jiżdiedu l-produzzjoni, il-kompetittività u l-impjiegi u jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs u l-koeżjoni soċjali.” |
|
3.6 |
F'kull każ, hemm kwistjoni waħda inevitabbli u din hija li jiġi definit il-prinċipju bażiku tal-edukazzjoni favur l-inklużjoni, għaliex barra milli hi strateġija, hija wkoll proċess li jitlob minna li nirrivedu mhux biss il-politiki edukattivi, iżda wkoll dawk relatati mal-impjieg, il-forniment ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità, li tingħata attenzjoni għad-diversità ta' dawk li għandhom jiġu edukati u fejn ikunu: l-irġiel, in-nisa, it-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani, il-migranti, il-qiegħda, persuni li jgħixu b'diżabilità jew bl-HIV/AIDS, eċċ.). Essenzjalment, l-edukazzjoni favur l-inklużjoni fl-aħħar mill-aħħar għandha l-intenzjoni li telimina kull forma ta' esklużjoni, kemm dik li toriġina minn attitudnijiet negattivi kif ukoll minn nuqqas ta' apprezzament tad-diversità. Tista' ssir f'għadd ta' kuntesti, formali u mhux formali, fi ħdan familji jew fil-komunità, u tiżgura li l-piż ma jaqax esklużivament fuq l-iskejjel. |
|
3.7 |
L-edukazzjoni mhux formali ta' spiss tkun ibbażata fuq forom u metodi ta' ħidma pedagoġiċi parteċipattivi u mhux ġerarkiċi u tkun assoċjata mill-qrib u mmexxija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Bis-saħħa tan-natura u l-approċċ minn isfel għal fuq tagħha, l-edukazzjoni mhux formali kienet għodda effiċjenti għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant, il-KESE jenfasizza li l-edukazzjoni mhux formali jista' jkollha wkoll rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE “Ewropa 2020”. |
|
3.8 |
Is-suċċess tat-tagħlim tul il-ħajja jiġi rinfurzat mill-edukazzjoni mhux formali li tikkomplementa u tappoġġja l-edukazzjoni formali. Din ir-rabta tista' pereżempju, taqdi rwol importanti biex tagħmel it-tagħlim aktar attraenti għaż-żgħażagħ, u b'hekk din tiġġieled kontra l-fatt li l-istudenti jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien billi jiġu introdotti metodi ġodda, jiġu ffaċilitati t-transizzjonijiet bejn l-edukazzjoni formali u dik mhux formali u r-rikonoxximent tal-ħiliet (9). |
|
3.9 |
L-OECD tat attenzjoni speċjali lill-edukazzjoni informali b'għadd ta' studji u pjani (10). Għad m'hemmx ftehimiet ġenerali dwar kif, u sa liema punt, l-għarfien miksub mill-“edukazzjoni mhux formali” u inqas u inqas mill-“edukazzjoni informali” għandu jiġi rikonoxxut. Dan jesiġi, fost oħrajn, ir-rikonoxximent li l-partijiet interessati l-oħra, bħall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ikollhom il-kapaċità jgħallmu barra mis-sistema edukattiva formali u jistabbilixxu standards għall-evalwazzjoni tal-kompetenzi li jinkisbu b'dan il-mod. L-għarfien tal-kompetenzi u l-ħiliet li huma meħtieġa żviluppa permezz ta' strateġiji dwar it-tagħlim tul il-ħajja fl-Istati Membri varji. F'uħud minnhom, il-proċeduri għall-għarfien legali ta' dawn il-kompetenzi u ħiliet qed jiġu studjati permezz tal-qafas nazzjonali tal-kwalifiki li diġà jeżisti, u dan ser jiffaċilita l-proċess tal-aċċess għas-suq tax-xogħol. Il-KESE jaħseb li huwa utli għall-UE li tħares lejn dan l-aspett fil-livell tal-Istati Membri u jirrakkomanda li l-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi pożittivi u l-prattiki eżemplari. |
|
3.10 |
Żball ieħor li għandu jiġi evitat huwa li l-istrateġiji tal-inklużjoni fil-qasam tal-edukazzjoni huma disponibbli biex għall-foqra, l-immigranti u dawk li għal xi raġuni abbandunaw is-sistema tal-iskola. Jekk jiġri hekk iktar se jiġu iżolati milli inklużi l-parteċipanti. Waħda mill-alternattivi tista' tkun li l-bieb ta' dawn is-sistemi jibqa' miftuħ għal gruppi oħrajn li forsi jkollhom bżonnhom (11). Min-naħa l-oħra l-edukazzjoni mhux formali ma tiħux post l-edukazzjoni formali, iżda fir-rikonoxximent tal-valur tal-għarfien li jinkiseb b'dak il-mod, tikkomplementa l-edukazzjoni formali billi l-benefiċjarji ta' dawn il-miżuri jingħataw l-għodda biex jerġgħu lura fl-ambjent tal-edukazzjoni formali jekk ikunu jridu jew ikollhom bżonn. |
|
3.11 |
Il-KESE huwa tal-fehma li huwa essenzjali li dawk kollha esklużi jibbenefikaw minn edukazzjoni ta' kwalità għolja li fil-biċċa l-kbira tkun pubblika (12), li tagħtihom aċċess għas-suq tax-xogħol u għal impjieg diċenti u li jitħallas tajjeb. Hija ħaġa daqstant importanti li din l-edukazzjoni tgħaddi l-valuri fundamentali taċ-ċittadinanza, tal-ugwaljanza effettiva bejn is-sessi u tal-parteċipazzjoni demokratika attiva. Il-KESE huwa impenjat favur l-edukazzjoni li ma tkunx biss utilitarja, li tiffoka biss fuq it-tagħlim tal-ħiliet, iżda li tikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u soċjali, toħloq individwi miftuħa u kritiċi li huma kapaċi jsiru involuti b'mod attiv f'soċjetajiet iktar maturi politikament u fejn hemm dejjem iktar ugwaljanza soċjali. |
|
3.12 |
l-KESE jemmen li l-promozzjoni tal-inklużjoni fl-edukazzjoni tfisser li tiżdied il-kapaċità għal analiżi kritika. Ikun ta' għajnuna wkoll it-titjib fl-oqfsa edukattivi u soċjali tal-istudenti sabiex ikunu jistgħu jlaħqu mal-esiġenzi l-ġodda tas-suq tax-xogħol u tas-soċjetà. Fil-qosor, ir-rabta tal-edukazzjoni mal-inklużjoni soċjali tfisser ukoll li tintrabat mal-għanijiet tal-iżvilupp tas-soċjetà u r-reġjuni fejn qed tingħata. B'dan il-mod, l-edukazzjoni tista' sservi wkoll bħala għodda biex il-faqar jinqered b'mod progressiv. |
|
3.13 |
Ir-raġunijiet, fil-qosor, għalfejn irridu nagħżlu l-edukazzjoni inklużiva huma:
|
4. Objettivi speċifiċi
|
4.1 |
Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar għandha erba' objettivi speċifiċi: — l-għarfien: l-għarfien tad-dritt tan-nies f'qagħda ta' faqar u esklużjoni soċjali biex jgħixu fid-dinjità u biex ikunu parti sħiħa mis-soċjetà; — is-sjieda: żieda fis-sjieda pubblika tal-politiki u l-azzjonijiet tal-inklużjoni soċjali, enfasi fuq ir-responsabbiltà ta' kulħadd fit-trattament tal-faqar u l-marġinalizzazzjoni; — il-koeżjoni: il-promozzjoni ta' soċjetà iktar koeżiva, billi titqajjem kuxjenza pubblika tal-benefiċċji għal kulħadd ta' soċjetà fejn il-faqar huwa eradikat u ħadd ma jkun kkundannat jgħix fil-marġini; — l-impenn: it-tennija tal-impenn politiku qawwi tal-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-promozzjoni ta' dan l-impenn fil-livelli kollha tal-governanza. |
|
4.2 |
Is-Sena Ewropea ser tiffoka fuq it-temi li ġejjin:
|
|
4.3 |
B'hekk is-sena 2010 fl-Ewropa ser tipprovdi opportunità unika biex nimmobilizzaw u nissensibbilizzaw pubbliku wiesa' u diversifikat ħafna fil-ġlieda kontra l-faqar u biex jiġi enfasizzat ir-rwol li l-edukazzjoni tista' taqdi fit-triq lejn l-eradikazzjonital-faqar. Dan il-għan jista' jintlaħaq biss jekk jitwassal messaġġ qawwi u ċar, minflok għadd ta' messaġġi mċajpra. Huwa għalhekk li l-KESE qed jipproponi li jikkonċentra l-attivitajiet tiegħu fi pjattaforma ċentrali: L-edukazzjoni favur l-inklużjoni soċjali: għodda b'saħħitha għall-ġlieda kontra l-faqar. Lejn Ewropa mingħajr esklużjoni soċjali. |
|
4.4 |
Il-Gvern Spanjol huwa inkarigat mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea matul l-ewwel sitt xhur tal-2010. F'dawn l-aħħar snin, Spanja wriet interess partikulari fis-suġġett tal-ġlieda kontra l-faqar, l-eradikazzjoni tal-esklużjoni soċjali u l-edukazzjoni inklużiva. Spanja ħadet il-Presidenza fil-bidu tas-Sena Ewropea ddedikata għal dan is-suġġett. Iċ-ċerimonja ta' ftuħ saret f'Madrid fil-21 ta' Jannar 2010 u s-Summit Ewropew tradizzjonali, meta Spanja ser tgħaddi l-Presidenza fuq bażi ta' rotazzjoni lill-Belġju, ser jinżamm fit-tmiem ta' Ġunju. L-interess u l-impenn li wriet Spanja dwar is-suġġett tal-Edukazzjoni għal Kulħadd jidhru li jipprovdu opportunità tajba biex titwettaq sensiela sħiħa ta' attivitajiet li ser jiżguraw li din is-sena tħalli l-marka tagħha fuq l-għamla tad-deċiżjonijiet politiċi li jressquna eqreb lejn l-objettiv mixtieq li neliminaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara l-linji gwida tal-UNESCO dwar politiki ta' inklużjoni fl-edukazzjoni, Pariġi 2009.
(2) Il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali (2000). Għandha ssir referenza wkoll għar-ratifika mill-pajjiżi Ewropej tat-Trattati Internazzjonali kollha relatati mad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1989) u l-Patti Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966).
(3) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 106.
(4) COM(2009) 647 finali 24.11.2009. Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni – Konsultazzjoni dwar l-Istrateġija Futura “UE 2020”.
(5) Key Data on Education in Europe. (Rapport tal-2009 tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa). http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/key_data_series/105EN.pdf.
(6) C 128 tat-18.5.2010, p. 10.
(7) ĠU C 256, 27.10.2007, p. 93.
(8) C 128 tat-18.5.2010, p. 74.
(9) ĠU C 151, 17.6.2008, p. 45 u ĠU C 318, 23.12.2009, p. 113.
(10) Pereżempju “L-għarfien tat-tagħlim mhux formali u informali fil-pajjiżi tal-OECD: Idea tajba ħafna fil-periklu?”. It-tagħlim tul il-ħajja fl-Ewropa, Patrick Werquin, Pariġi, 2008.
(11) OECD, Beyond Rhetoric: Adult learning policies and practices. Pariġi, 2003 and Promoting Adult Learning, Pariġi, 2005.
(12) Ara l-linji gwida tal-UNESCO dwar politiki ta' inklużjoni fl-edukazzjoni, Pariġi 2009.
APPENDIĊI
għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin, li ġabru mill-inqas kwart tal-voti mixħuta, ġew irrifjutati fid-dibattiti
Punt 1.5
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Voti favur |
: |
44 |
|
Voti kontra |
: |
61 |
|
Astensjonijiet |
: |
14 |
Punt 3.7
“ L-edukazzjoni mhux formali ta' spiss tkun ibbażata fuq forom u metodi ta' ħidma pedagoġiċi parteċipattivi u mhux ġerarkiċi u tkun assoċjata mill-qrib u mmexxija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Bis-saħħa tan-natura u l-approċċ minn isfel għal fuq tagħha, l-edukazzjoni mhux formali kienet għodda effiċjenti għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Għaldaqstant, il-KESE jenfasizza li l-edukazzjoni ‘mhux formali’ jista' jkollha rwol importanti ħafna fl-implimentazzjoni tal-istrateġija -UE -2020.”
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Voti favur |
: |
37 |
|
Voti kontra |
: |
73 |
|
Astensjonijiet |
: |
10 |
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/24 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Aċċess għall-kreditu għall-konsumaturi u l-familji: fenomeni abbużivi” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 18/05
Relatur: is-Sur CAMPLI
Nhar is-16 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:
Aċċess għall-kreditu għall-konsumaturi u l-familji: fenomeni abbużivi.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, addottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tat-28 ta’ April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’75 vot favur, vot wieħed kontra u astensjoni waħda.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jqis strateġiku li jinħoloq qafas regolatorju uniku, trasparenti u sħiħ dwar l-aċċess għall-kreditu.
1.2 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistudja l-aħjar mod biex jiġu eliminati n-nuqqasijiet tal-qafas regolatorju attwali, b’referenza partikolari għall-prodotti ta’ kreditu proposti, il-prattiki ta’ riklamar qarrieqa, it-trasparenza tal-kundizzjonijiet, l-intermedjarji tal-kreditu, l-assimetriji fl-informazzjoni u l-litteriżmu finanzjarju tal-partijiet involuti.
1.3 Il-KESE jistieden lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu l-Awtorità ta’ Monitoraġġ tal-prattiki kummerċjali żleali b’kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-kreditu.
1.4 Il-Kumitat jirrakkomanda li s-Sistema Ewropea ta’ Allert Rapidu (RAPEX) tiġi estiża għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tossiċi fis-suq Ewropew tal-prodotti finanzjarji u ta’ kreditu.
1.5 Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex janalizzaw b’mod aktar fil-fond il-fenomeni tal-prattiki illegali u/jew kriminali fil-qasam tal-kreditu, b’mod partikolari l-prattiki predatorji u ta’ użura u l-inizjattivi speċifiċi fl-Ispazju Ewropew ta’ Ġustizzja.
1.6 Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi definit regolament speċifiku Ewropew li jinkludi d-diversi tipi ta’ intermedjarji ta’ kreditu li jfisser id-definizzjoni, ir-rekwiżiti u l-obbligi ta’ mġiba, indipendentement mill-prodott ikkumerċjalizzat u min-natura prinċipali jew awżiljarji tal-attività ta’ kreditu.
1.7 Il-Kumitat jirrakkomanda qafas speċifiku għall-monitoraġġ tal-attività, il-prattiki u l-imġiba tal-professjonisti bħall-aġenti kummerċjali li jżidu l-attività ta’ intermedjazzjoni mal-attivitajiet differenti l-oħra.
1.8 Il-KESE jitlob li r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni tad-diversi intermedjarji finanzjarji u ta’ kreditu f’netwerk Ewropew ta’ reġistri nazzjonali jitfissru fuq il-bażi ta’ standards operattivi Ewropej fir-rigward tal-professjonalità, il-prudenzjalità u l-etika. Dawn għandhom jinkludu regoli Komunitarji li jneħħu intermedjarji b’imġiba li hija ta’ detriment għall-konsumatur minħabba prattiki abbużivi jew illegali.
1.9 Il-Kumitat iqis li huwa importanti li tiġi studjata l-possibbiltà li l-qafas Komunitarju dwar ir-responsabbiltà jiġi estiż, bil-modifiki u l-adattamenti adegwati, għall-prodotti finanzjarji u ta’ kreditu, hekk kif previst mid-Direttiva 85/374/KE u modifiki suċċessivi.
1.10 Il-KESE jirrakkomanda li jiġu introdotti fis-suq Ewropew firxiet adatti ta’ prodotti ta’ kreditu “ċertifikati” jew “standardizzati” sabiex tiġi kkompletata l-offerta eżistenti, bil-għan li tiġi promossa trasparenza ikbar u kompetizzjoni b’saħħitha fl-għoti tal-kreditu lill-konsumatur, kemm fil-prattiki kif ukoll fil-prodotti.
1.11 Il-KESE jqis indispensabbli li titnieda kampanja Ewropea ta’ informazzjoni u taħriġ tal-konsumaturi, tal-assoċjazzjonijiet tagħhom u tal-professjonisti li jassistuhom, dwar id-drittijiet li jinkisbu mill-konsumaturi fir-rigward tal-kreditu u s-servizzi finanzjarji, u li jiġu żviluppati netwerks Ewropej relatati mal-mekkaniżmi ġurisdizzjonali u bonarji ta’ soluzzjonijiet tal-kontroversji (Alternative Dispute Resolution – ADR) (1).
1.12 Il-KESE jqis importanti li, bi qbil mal-awtoritajiet pubbliċi, jinħolqu u jiġu promossi netwerks tas-soċjetà ċivili sabiex jistudjaw, jgħinu u jissorveljaw is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni soċjali u ta’ faqar marbutin mal-kreditu u d-dejn eċċessiv.
1.13 B’mod partikolari, il-KESE jirrakkomanda li jiġu introdotti proċeduri komuni, fil-livell Ewropew, fir-rigward tal-indirizzar tas-sitwazzjonijiet ta’ dejn eċċessiv, li għandhom iservu bħala bażi għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi pubbliċi ta’ appoġġ u/jew għajnuna lill-persuni kkonċernati.
1.14 Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq studju uffiċjali sabiex tistħarreġ dwar jekk jistgħux jiġu introdotti dispożizzjonijiet Ewropej kompleti dwar l-użura u jistgħux ikomplu jiġu żviluppati l-prinċipji u l-elementi bażiċi komuni, li jgħinu biex jiġu stabbiliti limiti Ewropej li fi ħdanhom tiġi ddefinita sitwazzjoni ta’ użura.
1.15 Il-KESE jirrakkomanda li jiġu introdotti proċeduri komuni għall-promozzjoni ta’ sistemi nazzjonali għall-ġlieda kontra l-użura, ikkoordinati fuq il-bażi ta’ qafas regolatorju Ewropew.
1.16 Il-KESE jitlob li l-ħruġ tal-karti ta’ kreditu jkun soġġett għal regolazzjoni Komunitarja stretta sabiex tiġi evitata l-imġiba predatriċi u li tħeġġeġ id-dejn eċċessiv, u sabiex isir obbligatorju li jiġi ffirmat ftehim bejn id-detentur u l-provveditur tal-karta ta’ kreditu dwar il-limiti ta’ kreditu.
1.17 Ir-regolazzjoni Komunitarja għandha tiżgura protezzjoni kompleta u trasparenti, fl-UE kollha, tal-użu tad-data pprovduta mill-klijenti, b’mod speċjali bl-Internet.
1.18 Il-KESE jemmen li l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumaturi huma ferm siewja, inkluż permezz ta’ prattiki edukattivi sa minn stadju bikri fl-iskola, u għalhekk jirrakkomanda li jiġu promossi u appoġġjati inizjattivi tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-informazzjoni li jkunu trasparenti u komprensibbli.
1.19 Fl-aħħar il-KESE jirrakkomanda li d-data ppjanata għall-verifika tal-effikaċja tad-Direttiva 2008/48 KE titmexxa ’l quddiem (huwa ppjanat li din il-verifika ssir għall-ewwel darba fit-12 ta’ Ġunju 2013) u li l-perijodi stabbiliti għall-verifika jiqsaru minn ħames għal tliet snin.
2. Daħla
2.1 Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja dinjija, l-isforzi kkonċentraw, l-ewwel u qabel kollox, fuq kif jistgħu jerġgħu jinħolqu l-istabilità u l-likwidità fis-swieq finanzjarji, u wara, fuq kif tista’ tissaħħaħ l-istabilità u jiġi rivedut il-qafas regolatorju, sabiex jiġu evitati fallimenti ġodda tas-suq fil-futur.
2.2 Filwaqt li din l-azzjoni għandha tkompli għaddejja u tissaħħaħ, il-KESE huwa konvint li issa wasal iż-żmien li jsir kull sforz meħtieġ sabiex iċ-ċittadini Ewropej jerġgħu jiksbu l-fiduċja fis-sistema finanzjarja u jkollhom moħħhom mistrieħ fir-rigward tad-diversi forom ta’ aċċess għall-kreditu.
2.3 Fil-fatt, b’konsegwenza tal-kriżi finanzjarja kien hemm kriżi ekonomika, li issa qiegħda twassal għal telf ta’ impjiegi, ta’ attività ekonomika u ta’ dħul individwali u tal-familja.
2.4 F’dan il-kuntest, qed tiġi osservata żieda fl-esklużjoni soċjali u finanzjarja u fil-faqar (2).
2.5 Il-kreditu huwa għodda importanti għall-konsumaturi u għall-familji li jippermettilhom ilaħħqu ma’ spejjeż li ma jistgħux jgħaddu mingħajrhom sabiex ikollhom ħajja normali u ordnata. F’dan is-sens, l-aċċess għall-kreditu, bi prezz raġonevoli, huwa fattur fundamentali għall-inklużjoni soċjali.
2.6 Madankollu, il-kreditu m’għandux jitqies jew jiġi promoss bħala sostitut jew suppliment għad-dħul tal-konsumaturi u l-familji.
2.7 L-akbar sfida għall-politika ekonomika, fiskali u soċjali hija dik li tiżgura l-aċċess responsabbli għall-kreditu, mingħajr ma tinħoloq sitwazzjoni ta’ dipendenza.
2.8 Sabiex jintlaħaq dan l-għan, hemm bżonn ta’ qafas regolatorju bil-ħsieb li jiġu evitati attività irresponsabbli ta’ self jew talbiet ta’ self u l-forom kollha ta’ informazzjoni asimmetrika bejn is-selliefa u l-konsumaturi.
3. Suġġett tal-opinjoni
3.1 Din l-opinjoni tindirizza s-sitwazzjonijiet abbużivi fil-kuntest tas-self, kif ukoll is-sitwazzjonijiet illegali li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi u li jikkontribwixxu biex is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni soċjali u ta’ faqar jiggravaw. Ma tiddiskutix kwistjonijiet speċifiċi li kienu s-suġġett ta’ opinjonijiet oħra tal-KESE.
3.2 Għaldaqstant, l-opinjoni beħsiebha tanalizza l-qafas regolatorju attwali sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet eżistenti li jippermettu li jitqajmu sitwazzjonijiet abbużivi u jiġu suġġeriti soluzzjonijiet possibbli lill-awtoritajiet pubbliċi Ewropej u nazzjonali. Barra minn hekk, din l-opinjoni ma tridx tonqos milli tagħti l-ewwel ħarsa lejn il-prattiki illegali, li bħalissa jinsabu barra dan il-qafas regolatorju; dawn il-kwistjonijiet ftit huma magħrufin, huwa diffiċli li tinstabilhom soluzzjoni, huma marbutin mill-qrib mal-prattiki abbużivi u spiss jirriżultaw minn dawn il-prattiki. Fl-aħħar, l-opinjoni tindika r-rwoli possibbli tas-soċjetà ċivili biex jissolvew il-problemi identifikati.
3.3 Reċentement, matul seduta pubblika (3), il-Kummissjoni ddikjarat li “l-kriżi finanzjarja wriet id-danni li jista’ jkollhom prattiki irresponsabbli ta’ self fuq il-konsumaturi u istituzzjonijiet ta’ kreditu, fuq is-sistema finanzjarja u fuq l-ekonomija in ġenerali. Ninsabu determinati li nitgħallmu mill-iżbalji possibbli sabiex nassiguraw li l-attivitajiet ta’ self isiru b’mod responsabbli (is-Sur McCreevy, Kummissarju għas-Suq Intern)”. Fl-istess okkażjoni, il-Kummissjoni ppreċiżat: “Huwa l-kompitu tagħna li niftħu għajnejna għall-mekkaniżi vizzjużi li ġġeneraw l-attivitajiet irresponsabbli ta’ self li qed jagħmlu ħsara finanzjarja lil numru kbir ta’ ċittadini” (is-Sinjura Kuneva, Kummissarju għall-Ħarsien tal-Konsumaturi).
3.4 Għaldaqstant, l-għan aħħari tal-opinjoni huwa wkoll li tikkontribwixxi għat-titjib tal-funzjonament tas-suq uniku, filwaqt li tivvaluta liema soluzzjonijiet jistgħu jiġu proposti fil-livell Komunitarju u liema jistgħu jiġu pprovduti fil-livell tal-Istati Membri, iżda dejjem fil-kuntest ta’ qafas komuni. Fil-fatt, il-KESE jemmen li r-risposti għall-problemi ta’ dimensjoni sovranazzjonali jridu jingħataw f’dak il-livell, sabiex jiġi evitat li s-suq uniku jitkisser.
4. Il-qafas regolatorju attwali: in-nuqqasijiet u l-prospettivi ta’ azzjoni
4.1 Rigward il-kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi, il-leġiżlazzjoni ewlenija fil-livell Ewropew hija d-Direttiva 2008/48/KE (Id-Direttiva dwar il-Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur). Id-Direttiva dwar il-Ftehim ta’ Kreditu għall-Konsumatur hija regolamentazzjoni ta’ armonizzazzjoni sħiħa: jiġifieri l-Istati Membri ma jistgħux iżommu u lanqas jintroduċu regolamentazzjonijiet nazzjonali differenti anke jekk dawn jipproteġu aktar lill-konsumaturi tagħhom. Id-Direttiva tistabbilixxi l-qafas ġenerali tad-drittijiet tal-konsumaturi fil-qasam tal-kreditu għall-konsumatur iżda ma tapplikax għall-kreditu ipotekarju.
4.2 Biex tikkumplementa dan il-qafas, id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur tistabbilixxi qafas ġenerali għad-definizzjoni u s-sanzjoni tal-prattiki kummerċjali żleali. Fir-rigward tas-“servizzi finanzjarji”, din id-Direttiva tirrappreżenta regolamentazzjoni ta’ armonizzazzjoni minima, li tippermetti lill-Istati Membri jintroduċu regoli aktar restrittivi jew aktar rigorużi biex jipproteġu lill-konsumaturi tagħhom.
4.3 Ma teżisti l-ebda regolamentazzjoni Ewropea dwar il-kreditu ipotekarju; il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jvarjaw skont il-kulturi u s-swieq interni differenti. Madankollu jeżisti kodiċi Ewropew ta’ prattika tajba dwar l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata lill-konsumaturi u dokument ta’ tagħrif standardizzat għall-konsumatur (ESIS). Madankollu dan il-kodiċi huwa biss strument volontarju u l-applikazzjoni tiegħu hija limitata ħafna.
4.4 Il-KESE jagħraf li r-regoli attwali joffru firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet possibbli biex jiġu indirizzati l-prattiki abbużivi ta’ self ta’ kreditu. Madankollu għad hemm nuqqasijiet importanti li jridu jiġu eliminati fil-livell Ewropew; u l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej għad għandhom ħafna xogħol x’jagħmlu, b’mod partikolari b’rabta mal-implimentazzjoni u s-sistemi ta’ sanzjoni.
4.5 Barra minn hekk, il-KESE josserva li l-kriżi finanzjarja laħqet livelli tant għoljin anki minħabba pressjonijiet kummerċjali li tqiegħdu fuq il-ħaddiema tas-settur tal-kreditu u tal-finanzi. Il-ksib ta’ objettivi ta’ bejgħ dejjem ogħla, indipendentement minn kemm il-prodotti jkunu jikkorrispondu għall-profil tal-konsumatur, wassal sabiex il-portafolli tal-intrapriżi, tal-konsumaturi kif ukoll, f’ċerti każijiet, tal-awtoritajiet muniċipali jiġu kontaminati mill-firxa ta’ prodotti tossiċi.
4.6 Skont il-KESE, dan il-fenomenu huwa kkawżat anki minn sistemi ta’ inċentiv u ta’ bonuses għall-maniġers f’pożizzjoni għolja, li f’ċerti każijiet kellhom żieda esaġerata fid-dħul tagħhom. Intlaħaq punt fejn is-CEOs tal-istituzzjonijiet finanzjarji l-kbar bdew jaqilgħu 400 darba aktar mill-impjegati tagħhom. Minkejja l-impenni u d-dikjarazzjonijiet solenni magħmula mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UE, il-KESE josserva li s’issa għad iridu jittieħdu miżuri effiċjenti u konkreti sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati.
4.7 B’mod partikolari, il-qafas leġiżlattiv attwali dwar il-ftehimiet ta’ kreditu ma jinkludix ir-rekwiżit li l-provvista tkun adatta għall-bżonnijiet tal-konsumaturi. Id-Direttiva 2008/48/KE (Artikolu 8) tistabbilixxi b’mod opportun l-obbligu li tiġi evalwata s-solvenza tal-konsumatur. L-Artikolu 5(6) jistipula biss li s-selliefa għandhom jipprovdu lill-konsumaturi bi spjegazzjonijiet adegwati li jippermettulhom jevalwaw jekk il-kreditu propost huwiex adatt, fejn hemm bżonn permezz ta’ spjegazzjoni tal-informazzjoni prekuntrattwali, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li jista’ jkollhom fuq il-konsumaturi, u jagħti lill-Istati Membri ċerta flessibbiltà fl-applikazzjoni prattika, iżda ma jinkludi l-ebda regola dwar il-ħtieġa li l-prodott ikun adatt għall-bżonnijiet.
4.8 Dan in-nuqqas ta’ regoli wassal għal sitwazzjonijiet ta’ abbuż fejn xi kultant il-prodotti offruti lill-konsumaturi ma jkunux adatti għall-bżonnijiet tagħhom. Eżempju ta’ dan huwa l-provvista ta’ tip wieħed biss ta’ kreditu jew meta l-karti ta’ kreditu/debitu jingħataw mingħajr distinzjoni għax-xiri ta’ prodotti minn ċerti ħwienet kbar (fil-każ ta’ aġenti kummerċjali).
4.9 F’dan ir-rigward, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-provvista tal-karti ta’ kreditu tibqa’ separata b’mod ċar minn dik tal-prodotti kummerċjali jew tal-offerti promozzjonali marbutin magħhom.
4.10 Fir-rigward tal-informazzjoni pubbliċitarja, il-KESE josserva li, filwaqt li r-regolamenti attwali jinkludu l-obbligi dwar l-informazzjoni bażika meħtieġa biex jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ kreditu (Direttiva 2008/48/KE minn Artikolu 4 ’l quddiem), ma jinkludux obbligi speċifiċi marbuta mal-prattiki qarrieqa u aggressivi jew tal-inqas prattiki li jwasslu għad-dejn (4).
4.11 Il-KESE huwa konxju li, f’ekonomija tas-suq, huwa s-suq li għandu jsib il-bilanċ kwantitattiv u kwalitattiv bejn il-provvista u d-domanda. Iżda meta s-suq ma jkunx jista’ jsib is-soluzzjonijiet adatti, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jintervjenu peress li għandhom ir-responsabbiltà li jiggarantixxu risposti adatti għall-bżonnijiet soċjali.
4.12 Il-Kumitat jikkunsidra li l-introduzzjoni fis-suq Ewropew ta’ firxiet adatti ta’ prodotti ta’ kreditu “ċertifikati” jew “standardizzati” tista’ tkun soluzzjoni possibbli. Dawn il-prodotti jistgħu jikkompletaw l-offerta eżistenti. B’hekk il-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jsibu prodott aktar konvenjenti u adatt għall-bżonnijiet tagħhom (5).
4.13 Għaldaqstant, il-KESE jqis li hemm bżonn li l-Kummissjoni teżamina b’aktar reqqa l-bażijiet legali u l-proċeduri għall-introduzzjoni ta’ trasparenza ikbar fis-suq Ewropew bi prodotti ta’ kreditu “ċertifikati” jew “standardizzati” u biex tiġi implimentata sistema Ewropea ta’ twissija bikrija sabiex jiġi mmonitorjat it-tqegħid ta’ prodotti finanzjarji u ta’ kreditu tossiċi fis-suq finanzjarju u ta’ kreditu Ewropew.
4.14 Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li tiġi analizzata b’aktar reqqa l-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-fornituri ta’ kreditu bil-għan li jiġu limitati l-prodotti li m’humiex adegwati għall-bżonnijiet tal-konsumaturi. Għal dan il-għan, fil-fehma tal-KESE, jeħtieġ li jiġu introdotti proċeduri komuni, fil-livell Ewropew, fir-rigward tal-indirizzar tas-sitwazzjonijiet ta’ dejn eċċessiv, li għandhom iservu bħala bażi għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi pubbliċi ta’ appoġġ u/jew għajnuna lill-persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ dejn eċċessiv ikkawżat ukoll minn prattiki abbużivi użati min-naħa tal-fornituri.
4.15 Sitwazzjoni oħra li mhijiex koperta mil-leġiżlazzjoni Ewropea hija l-użura. L-użura hija rregolata f’xi Stati Membri (Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall) iżda mhux fil-pajjiżi kollha.
4.16 Barra minn hekk, studji reċenti (6) juru li r-regolamentazzjoni tal-użura jista’ jkollha effetti pożittivi fuq il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar kif ukoll fuq il-ġlieda kontra l-prattiki abbużivi.
4.17 Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq studju uffiċjali sabiex tistħarreġ dwar jekk jistgħux jiġu introdotti dispożizzjonijiet Ewropej kompleti dwar l-użura u dwar kif dan jista’ jsir. B’mod partikolari, il-KESE jemmen li jkun tajjeb li jkomplu jiġu żviluppati l-prinċipji u l-elementi bażiċi komuni sabiex jiġu stabbiliti l-limiti ta’ rata Ewropea li fi ħdanhom tkun tista’ tiġi stabbilita sitwazzjoni ta’ użura.
4.18 Sabiex l-esperjenzi multiannwali ta’ xi Stati Membri jissaħħu u jsir użu tajjeb minnhom, il-KESE jqis li huwa utli li jiġi stabbilit qafas regolatorju Ewropew għall-promozzjoni ta’ sistemi nazzjonali għall-ġlieda kontra l-użura u għall-għajnuna lill-persuni kkonċernati.
4.19 Il-Kumitat josserva li l-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet abbużivi fil-qasam tal-kreditu jseħħu fil-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-intermedjarji (tal-kreditu) u l-konsumaturi.
4.20 F’dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew (7) talab qafas Komunitarju li jiċċara u jarmonizza r-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-intermedjarji tal-kreditu, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-istess attività, l-istess riskji, l-istess regoli biex tiġi garantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u jiġu evitati prattiki ta’ bejgħ li ma jkunux trasparenti u forom ta’ pubbliċità qarrieqa, li jagħmlu ħsara b’mod partikolari lill-gruppi ta’ konsumaturi l-aktar dagħjfa u l-anqas infurmati. Il-KESE jaqbel ma’ dan l-approċċ u jemmen li jikkontribwixxi biex jitnaddaf is-suq tal-provvista u jiġu miġġielda b’mod vigoruż l-abbużi, l-intermedjazzjoni ta’ kreditu irresponsabbli u l-intermedjazzjoni kriminali tal-użuraji.
4.21 Il-KESE huwa tal-fehma li l-ħolqien ta’ reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu jista’ jiżgura trasparenza, affidabbiltà u professjonalità; dan ir-reġistru għandu jinkludi kriterji vinkolanti għar-reġistrazzjoni, jiġi kkontrollat minn korpi magħmula minn assoċjazzjonijiet professjonali tal-banek, tal-intermedjarji/medjaturi finanzjarji u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet ta’ monitoraġġ; fih għandhom jiġu indikati wkoll ir-raġunijiet li għalihom ikunu ttieħdu miżuri ta’ sospenzjoni, kanċellazzjoni u temma ta’ kuntratt, u għandha tissemma r-responsabbiltà solidali f’każ ta’ ħsara mġarrba waqt prosekuzzjonijiet kriminali.
4.22 Prattiki bħall-kreditu permezz ta’ SMS għaż-żgħażagħ, kreditu “faċli” permezz tat-telefon, kreditu bil-quddiem abbażi ta’ previżjoni tad-dħul futur jew il-provvista mingħajr l-ebda diskriminazzjoni ta’ karti ta’ kreditu/debitu xi kultant jafu jkunu l-bażi ta’ prattika abbużiva. Dawn il-prattiki għandhom jiġu miġġielda bil-mezzi kollha. Għal dawn is-sitwazzjonijiet, id-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiki kummerċjali żleali tagħti diversi soluzzjonijiet possibbli għall-problemi marbuta mal-għoti irresponsabbli ta’ kreditu, li jistgħu jiġu adattati u adottati wkoll mir-regolamenti dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi.
4.2.2.1 Il-KESE jitlob li l-kumpaniji finanzjarji li joħorġu l-karti ta’ kreditu jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni stretta (offerti speċjali, limiti ta’ dejn globali, età tad-detentur potenzjali, trasparenza tar-rendikonti bankarji) sabiex tiġi evitata mġiba predatriċi u li tħeġġeġ id-dejn eċċessiv.
4.2.2.2 Il-limiti tal-kreditu tal-karti ta’ kreditu b’mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mad-detentur. Żieda ta’ dawn il-limiti għandha ssir biss wara ftehim espliċitu bejn id-detentur u l-provveditur tal-karta ta’ kreditu.
4.23 Iżda biex tkun effettiva, il-leġiżlazzjoni għandha tiġi applikata b’mod aktar strett (8). B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni l-ġdida li nħolqot minħabba l-kriżi finanzjarja dinjija, il-KESE josserva l-ħtieġa li d-data ppjanata għall-verifika tal-effikaċja tad-Direttiva 2008/48 KE titmexxa ’l quddiem (huwa ppjanat li din il-verifika ssir għall-ewwel darba sat-12 ta’ Ġunju 2013) u li l-perijodi stabbiliti għall-verifika jiqsaru minn ħames għal tliet snin. Fil-qasam tal-prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-kreditu, b’mod partikolari, il-KESE jemmen li huwa importanti li fil-livell tal-Istati Membri titwaqqaf awtorità għall-kontroll tas-suq, b’setgħat u riżorsi tekniċi adegwati u speċifiċi għall-qasam tal-kreditu.
4.23.1 B’mod partikolari, il-KESE jitlob qafas regolatorju msaħħaħ biex jiżgura protezzjoni kompleta u trasparenti tal-użu tad-data pprovduta mill-klijenti, b’mod speċjali dik ipproċessata bl-Internet jew bil-posta elettronika.
4.24 Fil-każ tal-kreditu ipotekarju, il-KESE jemmen li, filwaqt li għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet imsemmija fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu f’dan ir-rigward (9), ta’ min jikkunsidra l-possibbiltà li l-ambitu ta’ applikazzjoni obbligatorja tal-ESIS u tal-indikazzjonijiet dwar ir-rati tal-imgħax jiġi estiż għall-intermedjarji tal-kreditu ipoketarju, skont id-Direttiva dwar il-ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur. Dan jista’ jġib miegħu integrazzjoni akbar tas-suq tal-kreditu ipotekarju Ewropew u protezzjoni globali tal-konsumaturi u l-familji.
4.25 Fir-rigward tal-konsulenzi fil-qasam tal-kreditu għall-konsumaturi, il-KESE jħeġġeġ l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’mod speċjali tal-konsumaturi, bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ta’ konsulenza li jgħinu lil dawk li jiksbu l-kreditu jiffurmaw opinjoni oġġettiva, trasparenti u professjonali dwar kemm il-prodotti offerti lilhom ikunu adatti għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
4.26 Il-KESE jenfasizza li l-attività ta’ konsulenza dwar il-kreditu għandha tkun irregolata sabiex jiġi żgurat, fuq kollox, livell għoli ta’ trasparenza u indipendenza fir-rigward tas-selliefa kif ukoll tal-intermedjarji.
4.27 Sabiex dawn il-problemi kollha jiġu indirizzati, il-KESE jqis li jeħtieġ qafas regolatorju uniku, koerenti u omoġenju, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, li jkollu prinċipji u regoli applikabbli għall-prodotti kollha ta’ kreditu.
5. Prattiki abbużivi u/jew illegali fil-qasam tal-kreditu
5.1 Fil-fehma tal-KESE, għandhom jiġu indirizzati b’mod parallel il-problemi ta’ dik id-dinja vasta li tinħeba wara kumpaniji fittizji ta’ intermedjazzjoni u ta’ servizzi finanzjarji u li fil-verità tikkonsisti fi prattiki predatorji u ta’ użura kif ukoll fi prattiki kriminali marbuta mar-rati tal-imgħax u forom ta’ estorsjoni. Mingħajr ebda pretensjoni ta’ lista eżawrjenti u kompleta, ta’ min jirreferi għall-każijiet li ġejjin:
|
— |
self irregolari lil konsumaturi u familji li jinsabu f’diffikultà u li jkunu qabżu l-livell ta’ dejn li jifilħu għalih; |
|
— |
self ipprovdut lill-klijenti b’mod li dawn jisfaw misruqa, bħall-użura – prattika tipika tal-organizzazzjonijiet kriminali. |
5.2 Il-kreditu irregolari jista’ jieħu forom differenti:
|
— |
għoti bil-quddiem ta’ flus jew ta’ servizzi oħra b’mod “mhux reġistrat”, billi l-likwidità tal-individwu tiġi sfruttata kemm jista’ jkun u billi dan l-għoti ta’ flus bil-quddiem jibqa’ jsir għall-aktar perijodu twil possibbli; |
|
— |
finanzjament irregolari fejn is-sellief jagħmel qligħ ta’ flus billi jonqos milli jirrispetta l-kodiċi ta’ etika, billi japplika klawsoli qarrieqa jew kundizzjonijiet mhux trasparenti jew billi jagħmel pressjoni biex jgħolli l-garanziji mitluba; |
|
— |
self li jikkonsisti tipikament f’attivitajiet abbużivi ta’self mhux bankarju; |
|
— |
self ibbażat b’mod ċar fuq l-użura, li jieħu forom kriminali differenti u f’diversi kuntesti speċifiċi. |
5.3 Il-KESE huwa tal-fehma li l-potenzjal ta’ tkabbir tas-sitwazzjonijiet ta’ kreditu irregolari huwa bbażat fuq il-fatt li ħafna familji u konsumaturi huma esklużi mis-suq tal-kreditu regolari, xi drabi minħabba self li jkun sar b’mod irresponsabbli u li jkun daħħalhom f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza u ta’ vulnerabbiltà estrema.
5.4 Il-KESE jirrikonoxxi li l-problemi relatati mad-dħul baxx tal-familji u mal-forom differenti ta’ pressjoni fuq il-konsumatur – li huma, fost kawżi oħra, responsabbli għad-dgħufija li twassal lill-konsumaturi u lill-familji sabiex jirrikorru għal prattiki ta’ kreditu illegali u swieq finanzjarji paralleli – ma jistgħux jiġu solvuti biss permezz tar-regolazzjoni tas-settur tal-kreditu.
5.5 Barra minn hekk, il-prattiki abbużivi u/jew illegali fis-settur tal-kreditu spiss jaqgħu taħt il-liġi kriminali u b’hekk għandhom jiġu rregolati permezz ta’ inizjattivi speċifiċi fil-liġi kriminali fil-kuntest tal-Ispazju Ewropew ta’ Ġustizzja u applikati mill-awtoritajiet tal-pulizija. L-infurzar sħiħ madwar l-UE kollha ta’ sentenzi nazzjonali rigward is-sekwestri ta’ oġġetti li jkunu ġejjin mill-użura jew estorsjoni kriminali jista’ jagħti kontribut sinifikanti għall-ġlieda kontra fenomeni ta’ dan it-tip (10).
5.6 Il-KESE jinnota li ma teżistix informazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward, li tkopri l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, sabiex ikun hemm għarfien ta’ dan il-fenomenu fil-livell Ewropew fl-aspetti kollha tiegħu, kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, u għalhekk jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tanalizza fid-dettall sitwazzjonijiet bħal dawn fuq il-bażi ta’ data komparabbli.
6. Ir-rwol tas-soċjetà ċivili
6.1 Is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u anke l-organizzazzjonijiet tal-karità, għandha rwol importanti x’taqdi fl-identifikazzjoni, fl-analiżi u fis-sorveljanza tal-problemi marbuta mal-prattiki abbużivi u/jew illegali ta’ għoti ta’ kreditu lill-konsumaturi u lill-familji.
6.2 Għalhekk, il-KESE jqis li huwa importanti li, bi qbil mal-awtoritajiet pubbliċi, jinħolqu u jiġu promossi netwerks tas-soċjetà ċivili sabiex jistudjaw, jgħinu u jissorveljaw is-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni soċjali u ta’ faqar marbutin mal-kreditu u d-dejn eċċessiv. Dawn in-netwerks jaqdu rwol essenzjali ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ prattika tajba, inkluż bħala parti minn sistema armonizzata tal-ilmenti.
6.3 Il-KESE jinnota li diġà jeżistu prattiki tajbin f’dan ir-rigward, bħall-“kreditu soċjali appoġġjat” jew in-netwerk Ewropew għall-inklużjoni finanzjarja (EFIN) u li dawn il-prattiki tajbin għandhom jiġu stimolati u mifruxa fl-Unjoni Ewropea kollha.
6.4 Il-KESE jikkunsidra li l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, anki b’metodi u prattiki edukattivi sa mill-ewwel fażijiet tal-iskola, huma qasam fejn l-inizjattivi tal-Istati Membri u tas-soċjetà ċivili jilħqu livell ta’ eċċellenza (11). Dawn huma azzjonijiet importanti biex jiġi żviluppat il-litteriżmu finanzjarju fil-livell Ewropew fl-Unjoni kollha.
6.5 Il-KESE jqis li huwa importanti li dawn l-attivitajiet jiġu stimolati u żviluppati iżda jenfasizza li l-informazzjoni dwar il-prodotti hija dover tal-fornituri tal-kreditu u li l-edukazzjoni hija dover tal-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, il-KESE jqis li l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili fil-qasam tal-informazzjoni trasparenti u komprensibbli u tal-edukazzjoni jistgħu jkunu effettivi kemm-il darba jkunu qed jikkompletaw qafas regolatorju uniku u globali.
6.6 Fis-seduta pubblika li ġiet organizzata mill-KESE fi Brussell fit-28 ta’ Jannar 2010, b’rappreżentanti kkwalifikati tas-soċjetà ċivili fil-livell nazzjonali u Ewropew, ġie enfasizzat il-bżonn li l-fenomenu tal-prattiki abbużivi u/jew illegali jaqa’ taħt il-kontroll Ewropew kemm mill-perspettiva tar-regolazzjoni u tal-assistenza tal-vittmi, kif ukoll minn dik tal-politiki edukattivi, ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha.
6.7 Sabiex tiġi stimolata ekonomija tas-suq soċjali fis-settur tal-kreditu, il-KESE jemmen fl-importanza tal-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali bħall-kooperattivi (12). L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ukoll ir-responsabbiltà li jappoġġjaw u jippromovu l-ħolqien u l-funzjonament ta’ intrapriżi ta’ dan it-tip (13).
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Sistema FIN-NET ( Financial Dispute Resolution Network - Netwerk għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim Finanzjarju).
(2) Second joint assessment by the SPC and the European Commission of the social impact of the economic crisis and of policy responses (It-tieni valutazzjoni konġunta mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea tal-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika u tar-reazzjonijiet ta’ politika) – SPC/2009/11/13 FINAL; is-sondaġġ tal-Ewrobarometru dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali – 2010, is-Sena Ewropea għall-Ġlieda tal-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali; il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=757&langId=en
(3) Seduta pubblika dwar “Responsible lending and borrowing” (Self u tislif responsabbli), Brussell, 3 ta’ Settembru 2009.
(4) Definizzjoni tajba ta’ “azzjoni qarrieqa” (Art. 6) jew “aggressiva” (Art. 8) tinsab fid-Direttiva 2005/29/KE dwar il-prattiki żleali fin-negozju mal-konsumatur.
(5) F’dan ir-rigward, ara ISO 22222 (“Personal financial planning” (Ippjanar finanzjarju personali) – 2005); UNI-ISO (“Pianificazione finanziaria, economica e patrimoniale personale” (Ippjanar finanzjarju, ekonomiku u relatat mal-patrimonju personali – 2008); AENOR –UNE 165001 (“Etica. Requisitos de los productos financieros socialmente responsables” (Etika. Rekwiżiti tal-prodotti finanzjarji soċjalment responsabbli) – 2009)); ara wkoll l-Opinjoni ECO/266 – Prodotti finanzjarji soċjalment responsabbli.
(6) Ara “Usura - Rapporto finale dell’Osservatorio socioeconomico sulla criminalità” (Użura – Rapport finali tal-Osservatorju soċjoekonomiku dwar il-kriminalità), CNEL – Ruma 2008.
(7) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Ġunju 2008, “Indaġni tas-Settur tal-Kompetizzjoni rigward l-operazzjonijiet bankarji ġenerali”.
(8) L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-regolamenti Komunitarji qabel it-12 ta’ Ġunju 2010.
(9) ĠU C 27, 3.2.2009, p. 18, u ĠU C 65, 17.3.2006, p. 13.
(10) “Fil-kuntest ta’ fenomeni li issa huma dinjin, il-gvernijiet u l-istituzzjonijiet, jekk iridu, jistgħu jkomplu jagħmluha tabirruħhom li mhumiex jaraw jew jaħsbu f’soluzzjonijiet limitati għad-dimensjoni nazzjonali. Iżda, kieku mqar jieħdu nota tal-ispinta li l-introduzzjoni tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew tat lit-tfittxija tal-maħrubin, kieku jipproċedu b’mod koerenti u rapidu sabiex jiddefinixxu strumenti komuni ta’ stħarriġ u ta’ prosekuzzjoni u bażi ta’ liġi kriminali kondiviża mill-Istati Membri kollha, ibda biex permezz tal-għoti ta’ kumpens fil-każ ta’ delitti konnessi mal-mafja.” (Ara F. Forgione, Mafia export, 2009, Milan).
(11) UNI (Proposta għal standard dwar l-edukazzjoni finanzjarja taċ-ċittadin – Ħtiġiet tas-servizz), Jannar 2010.
(12) Ara “Resilience of the Cooperative Business Model in Times of Crisis” (Ir-reżistenza tal-mudell kummerċjali tal-kooperattivi fiż-żmien tal-kriżi), ILO (Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol), 2009.
(13) Ara ĠU C 318, 23.12.2009, p. 22.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/30 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Istatut tal-Fondazzjonijiet Ewropej” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 18/06
Relatur: is-Sinjura HELLAM
Nhar is-16 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
l-Istatut tal-Fondazzjonijiet Ewropej.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Marzu 2010.
Matul il-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (sessjoni tat-28 ta’ April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'134 voti favur, 2 voti kontra u astensjoni waħda.
1. Rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet ġenerali
1.1 Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tressaq xi riflessjonijiet u proposti dwar l-iżvilupp ta’ Statut Ewropew adattat għall-fondazzjonijiet, u tipproponi linji gwida li jistgħu jmexxu Statut bħal dan.
1.2 L-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tikkonferma li hemm bżonn proġett Ewropew tal-liġi tal-kumpaniji għall-fondazzjonijiet, li jkun joffrilhom strument adattat li jiffaċilita l-attivitajiet tagħhom fis-suq intern. Studju (1) reċenti u xi prattikanti (2) indikaw li għadd ta’ fondazzjonijiet u fundaturi li jixtiequ jiżviluppaw operazzjonijiet u kooperazzjoni transnazzjonali żdiedu b'mod konsiderevoli tul l-aħħar għaxar snin. Huma taw xhieda wkoll li l-fondazzjonijiet li jwettqu attivitajiet transkonfinali jkollhom jiffaċċjaw bosta ostakli, anke legali, li jwasslu għal spejjeż ogħla relatati mat-transazzjoni u b'hekk jitnaqqas l-ammont globali tal-fondi disponibbli għall-benefiċċju pubbliku.
1.3 Saru diversi talbiet għal Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej mis-settur tal-fondazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi u n-netwerks fil-livell tal-UE (3) bħala l-iktar soluzzjoni kost-effettiva biex jiġu indirizzati l-ostakli transkonfinali u b'hekk jiġu stimolati l-attivitajiet tal-fondazzjonijiet madwar l-Ewropa.
1.4 F'dan il-kuntest, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta għal Regolament dwar Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej biex jappoġġja l-attivitajiet għall-benefiċċju pubbliku, li eventwalment jiġi adottat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.
1.5 Il-KESE jemmen li Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej huwa strument essenzjali biex iċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tas-suq intern u biex l-Ewropa titqarreb lejn iċ-ċittadini tagħha.
1.6 Il-KESE jqis li l-SFE jista' jservi ta’ mekkaniżmu ġdid li jappoġġja l-benefiċċju pubbliku Ewropew u l-azzjonijiet taċ-ċittadini, u jindirizza tħassib soċjoekonomiku importanti u bżonnijiet urġenti f'oqsma bħall-għarfien u l-innovazzjoni, ir-riċerka medika, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali, l-ambjent u l-iżvilupp reġjonali, l-impjieg u t-taħriġ vokazzjonali, il-konservazzjoni tal-wirt naturali u kulturali, il-promozzjoni tal-arti u d-diversità kulturali, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali.
1.7 Sabiex ikun effettiv u attraenti, l-istatut il-ġdid ser ikollu jipprovdi regoli ċari u komprensivi rigward it-twaqqif, l-operazzjonijiet u s-superviżjoni u jkollu dimensjoni Ewropea ġenwina. Huwa ser jiffaċilita l-operazzjonijiet transkonfinali, id-donazzjonijiet u l-kooperazzjoni billi jipprovdi strument ta’ ġestjoni effiċjenti għall-finijiet tal-benefiċċju pubbliku, filwaqt li joffri “tikketta” Ewropea rikonoxxuta.
2. Kummenti ġenerali
2.1 Ambitu u sfond istituzzjonali
|
2.1.1 |
L-għan ta’ din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja huwa li teżamina l-iżvilupp potenzjali ta’ Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej (SFE) li għandu jgħin lill-fondazzjonijiet u lill-fundaturi, li kulma jmur dejjem qed jaħdmu iżjed fuq livell transkonfinali, jiffaċċjaw ostakli ċivili u legali. Mill-bidu tal-proġettt huwa ser iservi ta’ bażi Ewropea għall-ħolqien ta’ fondazzjonijiet ġodda. |
|
2.1.2 |
F'Novembru 2009 id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi tal-Kummissjoni Ewropea ħareġ ir-riżultati ta’ konsultazzjoni pubblika (4) dwar Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej li ġġenerat għadd kbir ta’ risposti speċjalment mis-settur tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u kien hemm appoġġ qawwi għal SFE minn dan is-settur. |
|
2.1.3 |
Fi Frar 2009, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Studju ta’ Fattibbiltà dwar l-Istatut tal-Fondazzjonijiet Ewropej (5). L-Istudju ppreżenta l-benefiċċji potenzjali ta’ SFE f'termini ta’ tnaqqis jew tneħħija ta’ spejjeż finanzjarji u piżijiet amministrattivi inutli biex b'hekk isir iktar faċli għall-fondazzjonijiet li jixtiequ jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi differenti fl-UE. |
|
2.1.4 |
Jeżistu wkoll żewġ rakkomandazzjonijiet rigward Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej:
|
|
2.1.5 |
Fl-4 ta’ Lulju 2006, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar prospetti relatati mal-liġi tal-kumpaniji (8) li talbet lill-Kummissjoni tkompli bit-tħejjija tagħha għal leġiżlazzjoni Komunitarja għal forom legali oħra, bħall-fondazzjoni Ewropea. |
|
2.1.6 |
F'opinjoni li ħareġ fl-2009 dwar diversi forom ta’ intrapriża (9), il-KESE laqa' l-bidu ta’ ħidma fuq Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej u talab lill-Kummissjoni tikkonkludi l-evalwazzjoni ta’ impatt fil-bidu tal-2010 billi tressaq proposta għal regolament li jippermetti lill-fondazzjonijiet b'ambitu Ewropew biex joperaw b'kondizzjonijiet indaqs fis-suq intern. |
|
2.1.7 |
Fl-2006, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet (10) li t-trattament fiskali differenti bejn il-fondazzjonijiet għall-benefiċċju pubbliku residenti u non-residenti jikkostitwixxi ksur mingħajr ġustifikazzjoni tal-moviment ħieles tal-kapital. Dan jgħodd biss meta Stat Membru jirrikonoxxi l-istatus tal-benefiċċju pubbliku tal-fondazzjoni skont il-liġi tal-istess Stat Membru. |
|
2.1.8 |
Fil-każ ta'donazzjonijiet transkonfinali (11), il-Qorti ddeċidiet li l-liġijiet fiskali li jiddiskriminaw kontra d-donazzjonijiet għall-organizzazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku, ibbażati fi Stati Membri oħrajn tal-UE jmorru kontra t-Trattat tal-KE, sakemm l-organizzazzjonijiet riċevituri bbażati fi Stati Membri oħrajn jiġu kkunsidrati bħala “ekwivalenti”għall-organizzazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku li jkunu residenti. |
2.2 Osservazzjonijiet: is-settur tal-fondazzjonijiet fl-UE
|
2.2.1 |
Is-settur tal-fondazzjonijiet Ewropej huwa forza (12) ekonomika importanti b'beni ta’ bejn EUR 350 biljun u qrib l-EUR 1 000 biljun u bi spejjeż annwali ta’ bejn EUR 83 biljun u EUR 150 biljun. Hemm ukoll għadd sostanzjali ta’ pajjiżi Ewropej li sejrin tajjeb fejn jidħol tkabbir sostenibbli tal-fondazzjonijiet. |
|
2.2.2 |
Il-fondazzjonijiet jaqdu rwol importanti fis-suq tax-xogħol. Il-110 000 fondazzjoni identifikata mill-Istudju ta’ Fattibbiltà dwar l-SFE jipprovdu impjiegi diretti full-time għal bejn 750 000 u miljun ruħ fl-UE (13). Permezz tal-kontribut tagħhom fl-għamla ta’ għotjiet jew appoġġ kapitali lill-organizzazzjonijiet u lill-individwi huma jappoġġjaw l-impjieg u l-impenn volontarju. |
|
2.2.3 |
Il-maġġoranza l-kbira tal-fondazzjonijiet fl-UE huma bbażati fuq il-beni u l-għan ewlieni tagħhom huwa l-benefiċċju pubbliku. Bħala regola ġenerali, m'għandhom l-ebda membri jew azzjonisti u huma korpi kostitwiti separatment mingħajr skop li jqassmu l-profitti. Huma għandhom sors ta’ dħul finanzjarju stabbilit u affidabbli li jkun iddedikat irrevokabbilment għall-finijiet tal-benefiċċju pubbliku. Huma jistgħu jaqilgħu d-dħul tagħhom minn għotja, minn ammont kapitali provdut minn individwu, familja, kumpanija jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra. Dan id-dħul jista' jkun fl-għamla ta’ proprjetà “mobbli”: flus kontanti, ishma, bonds, xogħlijiet tal-arti, drittijiet tal-awtur, liċenzji għar-riċerka jew proprjetà “fissa”: art u proprjetà bħall-mużewijiet, u ċ-ċentri għall-kura. Huma jakkwistaw id-dħul tagħhom minn sorsi oħra wkoll: pereżempju wirt u rigali, appelli għall-ġenerożità tal-pubbliku, dħul li jiġġeneraw huma stess, kuntratti, dħul minn lotteriji. |
|
2.2.4 |
Il-fondazzjonijiet fl-UE jaħdmu fuq kwistjonijiet u proġetti li minnhom jibbenefikaw direttament in-nies u li huma essenzjali għall-iżvilupp ta’ Ewropa taċ-ċittadini f'oqsma li jvarjaw mill-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-servizzi soċjali u l-kura tas-saħħa, ir-riċerka medika, l-ambjent, l-iżvilupp reġjonali, l-impjieg u t-taħriġ vokazzjonali, il-konservazzjoni tal-wirt naturali u kulturali, sal-promozzjoni tal-arti u l-kultura, l-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali. |
|
2.2.5 |
Qed jiżdied in-numru ta’ fondazzjonijiet u ta’ dawk li jagħtu l-fondili joperaw fuq livell transkonfinali. Madankollu dawn qed jiffaċċjaw ostakli amministrattivi, ċivili u relatati mal-leġiżlazzjoni fiskali, li huma identifikati fl-Istudju ta’ Fattibbiltà. Fosthom:
|
2.3 Il-bżonn li jiġi stabbilit strument għall-fondazzjonijiet
|
2.3.1 |
Mhuwiex realistiku li wieħed jistenna armonizzazzjoni tal-għadd enormi ta’ liġijiet li jmexxu l-fondazzjonijiet fl-Istati Membri (14), b'mod partikolari fid-dawl tad-differenzi bejniethom rigward l-iskop, il-ħtiġijiet għat-twaqqif, il-governanza u r-responsabbiltà (15). |
|
2.3.2 |
L-ebda wieħed mill-istrumenti Ewropej (16) eżistenti li twaqqfu biex jappoġġjaw it-tkabbir tal-attivitajiet tal-kumpaniji privati u l-korpi pubbliċi transkonfinali fl-UE – jew il-kooperazzjoni ta’ bejniethom – m'huwa adatt għall-bżonnijiet u l-karatteristiċi speċjali tal-fondazzjonijiet bħala korpi privati li ma jqassmux profitt, li l-għan tagħhom huwa l-interess pubbliku u li ma jkollhomx azzjonisti jew membri li jikkontrollawhom. |
|
2.3.3 |
Hemm bżonn li jitqies l-iżvilupp ta’ Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej li jkun aċċessibbli u li jkun adatt għall-bżonnijiet tal-fondazzjonijiet, bil-għan li jiffaċilita l-operazzjonijiet u l-impriżi kollaborattivi tagħhom fis-suq uniku, u b'hekk jippermettilhom jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom minn diversi pajjiżi u mill-bidu nett tiegħu jagħti dimensjoni Ewropea lill-fondazzjonijiet Ewropej biex jappoġġjaw l-attivitajiet għall-benefiċċju pubbliku. |
3. Għal Statut tal-Fondazzjonijiet Ewropej: għanijiet fundamentali u struttura
3.1 Għanijiet u benefiċċji
|
3.1.1 |
L-Istatut tal-Fondazzjonijiet Ewropej (SFE) huwa għażla ta’ politika tajba sabiex titħeġġeġ il-ħidma tal-fondazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku madwar l-UE. Dan billi:
|
|
3.1.2 |
Hemm ħafna vantaġġi ta’ SFE:
|
3.2 Karatteristiċi essenzjali
|
3.2.1 |
SFE effettiv għandu jinkorpora sensiela ta’ prinċipji u karatteristiċi ewlenin. Huwa jkun strument addizzjonali u fakultattiv għall-benefiċċju pubbliku li jitmexxa l-iktar skont il-liġi Ewropea u jikkomplementa l-liġijiet nazzjonali u reġjonali. |
|
3.2.2 |
SFE jista' jitfassal skont dawn il-linji gwida li ġejjin, li ser ikollhom jiġu dettaljati b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. SFE għandu:
|
4. Liġi applikabbli
|
4.1.1 |
Il-proposta għal SFE tista' tistabbilixxi d-diversi sorsi tal-liġi applikabbli: ir-Regolament tal-UE dwar l-SFE, il-liġijiet amministrattivi tal-FE u l-liġijiet tal-UE jew nazzjonali oħra. |
|
4.1.2 |
Filwaqt li l-leġiżlazzjoni dwar l-SFE jkollha tkun komprensiva, għandha tkun ċara u sempliċi wkoll. Ir-raġunijiet għal dawn huma ovvji: iċ-ċarezza ser tgħin lill-Fondazzjonijiet Ewropej jikkonformaw mal-liġi, u dawk inkarigati mis-superviżjoni, biex jinfurzawha. |
|
4.1.3 |
Il-proposta għal SFE għandha tistabbilixxi l-qafas li fih jiġu stabbiliti, joperaw u jkunu responsabbli l-Fondazzjonijiet Ewropej. Fl-oqsma li tirregola (pereżempju t-twaqqif, ir-reġistrazzjoni, l-għan, il-kapital, l-uffiċċju registrat, il-personalità legali, ir-responsabbiltà tad-diretturi, it-trasparenza u l-ħtiġijiet tal-kontabbiltà) il-leġiżlazzjoni għandha tkun komprensiva u ma tirreferix għal-liġijiet nazzjonali. Dan ser jiżgura l-unità, iċ-ċarezza u s-sigurtà li l-Istatut għandu jipprovdi għall-partijiet terzi, l-imsieħba u d-donaturi. |
|
4.1.4 |
Rigward is-superviżjoni, il-monitoraġġ tal-Fondazzjonijiet Ewropej jista' jiġi ddelegat lill-awtoritajiet kompetenti maħtura fil-livell nazzjonali skont il-ftehim komuni dwar l-istandard tal-SFE. |
|
4.1.5 |
Rigward il-kwistjonijiet li mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-SFE, ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jew il-liġi tal-Istati Membri. |
|
4.1.6 |
Rigward it-taxxi, il-kompetenza li jiġi determinat it-trattament fiskali tal-Fondazzjoni Ewropea tkun f'idejn l-awtorità fiskali tal-Istat Membru fejn l-FE tħallas it-taxxa. |
|
4.1.7 |
L-Istati Membri tal-UE jipprovdu trattament fiskali speċjali għall-fondazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku (18). Differenza fit-trattamenti fiskali tal-korpi domestiċi u barranin ta’ benefiċċju/ġid pubbliku hija meqjusa f'kunflitt potenzjali mat-Trattat tal-KE b'mod partikolari rigward it-taxxa fuq id-donazzjonijiet, il-wirt jew ir-rigali, għall-wirt u r-rigali, u d-dħul minn sors barrani għall-fondazzjonijiet. Għalhekk, FE għandha tkun tista' tibbenefika wkoll mill-benefiċċju fiskali li l-leġiżlaturi jkunu taw lill-fondazzjonijiet residenti inkluż il-ħelsien mit-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq ir-rigali u l-wirt, u t-taxxa fuq il-valur/trasferimenti tal-beni tagħhom (19). |
|
4.1.8 |
Rigward it-trattament fiskali tal-fundaturi/donaturi tal-FE: kull fundatur/donatur li jikkontribwixxi għal FE fi ħdan il-fruntieri jew lil hinn minnhom għandu jirċievi l-istess tnaqqis tat-taxxa jew kreditu ta’ taxxa bħallikieku d-donazzjoni ngħatat lil organizzazzjoni li taħdem għall-benefiċċju pubbliku fl-istess Stat Membru tad-donatur. |
|
4.1.9 |
Rigward it-taxxi indiretti, f'opinjoni dwar Diversi forom ta’ intrapriżi (20), il-KESE kien talab lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jeżaminaw il-possibbiltà li jagħtuhom miżuri ta’ kumpens fuq il-bażi tal-valur pubbliku kkonfermat jew il-kontribut tagħhom bi provi lill-iżvilupp reġjonali. |
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Studju ta’ Fattibbiltà dwar Statut Ewropew tal-Fondazzjonijiet, 2009.
(2) Il-European Foundation Centre (EFC), l-organizzazzjoni prinċipali tas-sħubija għall-fondazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku fil-livell tal-UE spjegat din it-tendenza. Żewġ terzi tal-membri tagħha huma attivi f'pajjiżi barra minn tagħhom.
(3) European Foundation Centre, netwerks ta’ fondazzjonijiet u donaturi fl-Ewropa, in-Netwerk ta’ fondazzjonijiet Ewropej.
(4) http://ec.europa.eu/internal_market/company/eufoundation/index_de.htm.
(5) http://ec.europa.eu/internal_market/company/eufoundation/index_de.htm.
(6) http://www.efc.be/SiteCollectionDocuments/EuropeanStatuteUpdated.pdf.
(7) http://www.bertelsmann-stiftung.de/bst/en/media/xcms_bst_dms_15347__2.pdf.
(8) P6_TA(2006)0295.
(9) ĠU C 318, 23.12.2009, p.22.
(10) Il-każ Stauffer C-386/04.
(11) Il-każ Persche C-318/07.
(12) Sommarju eżekuttiv, Studju ta’ Fattibbiltà Ad1.
(13) Ara nota 12 f'qiegħ il-paġna.
(14) Profili legali u fiskali tal-fondazzjonijiet fl-UE (EFC) http://www.efc.be/Legal/Pages/FoundationsLegalandFiscalCountryProfiles.aspx.
(15) EFC Comparative Highlights of Foundation Laws.http://www.efc.be/Legal/Pages/Legalandfiscalcomparativecharts.aspx.
(16) Il-Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku, il-Kumpanija Ewropea, il-Kooperattiva Ewropea, ir-Ragruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali.
(17) Il-proposta tal-2005 tal-EFC għal SFE tressaq lista miftuħa.
(18) Hemm sintesi ta’ regoli fiskali tal-fondazzjonijiet fil-“Comparative Highlights of Foundation Laws”, EFC 2009 http://www.efc.be/Legal/Pages/Legalandfiscalcomparativecharts.aspx.
(19) Ara The European Foundation a new legal perspective. http://www.bertelsmann-stiftung.de/bst/en/media/xcms_bst_dms_15347__2.pdf.
(20) Opinjoni tal-KESE: ĠU C 234, 22.9.2005, p.1 (punt 4.2.3).
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/35 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti fil-konfront tal-kriżi attwali”
2011/C 18/07
Relatur: is-Sur KRZAKLEWSKI
Korelatur: is-Sur CALVET CHAMBON
Nhar is-16 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
L-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti fil-konfront tal-kriżi attwali
Il-Kummissjoni Konsultattiva għall-Bidliet Industrijali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ April 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tad-29 ta’ April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’168 vot favur, 14-il vot kontra u 12-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropea jinsab imħasseb sew dwar il-kriżi profonda li qed tolqot l-industrija tal-bini tal-bastimenti fl-UE. Din il-kriżi hija ikkaratterizzata minn fjask sħiħ dwar ordnijiet ġodda, problemi serji fil-finanzjament tal-ordnijiet attwali, kapaċità żejda ta’ produzzjoni għall-bini ta’ bastimenti tal-merkanzija, telf irreversibli ta’ impjiegi flimkien ma’ previżjoni ta’ sensji addizzjonali, u żieda kontinwa ta’ fallimenti u xoljimenti tat-tarznari u tal-intrapriżi relatati.
1.2 Il-Kumitat huwa konvint li, b’riżultat tal-kriżi jinħtieġu strateġija Ewropea komuni dwar il-ġejjieni tal-industrija tal-bini tal-bastimenti fl-UE u azzjoni kkoordinata mill-Istati Membri f’dan ir-rigward. L-ewwel elementi ta’ din l-istrateġija għandhom jiġu definiti u implimentati mhux iktar tard minn nofs l-2010 u għandhom jindirizzaw dawn il-bżonnijiet urġenti:
|
— |
l-ixprunar tad-domanda (ara l-punti 4.1 u 4.1.1), |
|
— |
il-finanzjament (li jinkludi l-prolongazzjoni wara l-2011 tal-miżuri taħt il-Kwadru dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat għall-bini tal-bastimenti), |
|
— |
il-garanzija ta’ miżuri għall-impjieg (inkluż l-appoġġ wara li jingħalqu t-tarzni), |
|
— |
il-kumpens għal nuqqas ta’ sitwazzjoni b’kondizzjonijiet indaqs. |
Dawn il-miżuri għandhom irażżnu t-tendenza li jiġu adottati miżuri li jistgħu jxekklu l-kompetittività.
1.3 Minħabba n-nuqqas ta’ regolamenti kummerċjali vinkolanti applikabbli għas-settur tal-bini tal-bastimenti madwar id-dinja, il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel sforz ikbar u tieħu azzjoni iktar diretta biex tħares dan is-settur strateġiku. Madankollu, billi m’hemmx ftehim internazzjonali mill-OECD, l-UE għandha tieħu azzjoni diretta u deċiżiva biex tħares is-settur Ewropew tal-bini tal-bastimenti mill-kompetizzjoni inġusta.
1.4 Il-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u nazzjonali, l-intrapriżi fis-settur u l-imsieħba soċjali għandhom jieħdu passi urġenti biex jimplimentaw dan il-proġett konġunt (1). L-għanijiet politiċi tal-proġett huma:
|
— |
li fl-Ewropa tinżamm bażi industrijali b’saħħitha u kompetittiva għal dan is-settur ta’ livell teknoloġiku għoli li huwa kapaċi joħloq ħafna impjiegi sostenibbli fil-futur; |
|
— |
li jiġu evitati s-sensji mingħajr ħsieb fit-tul matul il-perijodu ta’ nuqqas ta’ attività ekonomika, jinżammu l-impjiegi u, daqstant importanti, li tinżamm forza tax-xogħol ikkwalifikata f’dan is-settur strateġiku; |
|
— |
li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-vantaġġi li t-trasport marittimu joffri minn lat ekoloġiku u li jiffranka l-enerġija – l-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti, u speċjalment is-sottosettur tat-tagħmir marittimu, għandha potenzjal sinifikanti biex ittejjeb is-sitwazzjoni f’dawn iż-żewġ oqsma; |
|
— |
li tiġi żgurata l-koeżjoni f’reġjuni tal-kosta li jinsabu fil-periklu, inklużi r-reġjuni fejn jinbnew il-bastimenti; |
|
— |
li l-produzzjoni tal-bini tal-bastimenti tinżamm milli taqa’ taħt il-massa kritika meħtieġa, inkella l-UE ma tkunx tista’ tipproduċi bastimenti fil-ġejjieni; |
|
— |
li jiġi ssalvagwardjat l-għarfien Ewropew rigward il-finanzjament tal-bini tal-bastimenti (2); |
|
— |
li jinżammu l-ħiliet marittimi Ewropej (fir-riċerka u l-edukazzjoni terzjarja, fost oħrajn); |
|
— |
li jiġi żgurat li s-settur ikollu potenzjal sinifikanti għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-espansjoni f’termini ta’ riċerka u żvilupp; |
|
— |
li jkun ċar li l-ispiża tan-nuqqas ta’ azzjoni hija ħafna ikbar mill-ispiża biex jittieħdu miżuri konkreti li jappoġġjaw is-settur (ara l-eżempju fl-Istati Uniti) (3). |
1.5 Il-Kumitat jitlob lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament biex jiżguraw li, bħala prijorità strateġika, l-Ewropa tipprova żżomm il-massa kritika meħtieġa għall-bini u tiswija tal-bastimenti fl-Ewropa. Dan huwa essenzjali sabiex:
|
— |
isir il-monitoraġġ tal-progress fil-kwistjonijiet relatati mal-ambjent u l-enerġija fil-qasam tat-trasport u ż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. |
|
— |
ma jintilifx il-kontribut teknoloġiku importanti tas-settur lill-industrija Ewropea, bl-impatt tiegħu fuq setturi oħrajn (ekonomiji esterni). Ladarba tarzna tingħalaq, ma terġax tinfetaħ. |
|
— |
jiġi sfruttat il-potenzjal tat-tkabbir futur (pereżempju l-użu tal-enerġija mir-riħ), li l-Ewropa tista’ tagħmel biss billi tuża l-kapaċitajiet tagħha fil-qasam tal-bini tal-bastimenti. |
|
— |
ikun hemm livell suffiċjenti ta’ kapaċità biex jiġu indirizzati kondizzjonijiet mingħajr preċedent (f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, kull bastiment isir element strateġiku tat-taqbida, inklużi l-bastimenti tal-merkanzija). |
|
— |
tinżamm forza tax-xogħol kwalifikata u livell suffiċjenti ta’ riċerka ta’ livell għoli fl-industrija tal-bini tal-bastimenti, li inkella tispiċċa għalkollox f’idejn li ma jkunux Ewropej, f’oqsma bħat-trasport, it-tkabbir sostenibbli, il-preservazzjoni tal-ambjent u l-eċċellenza teknoloġika fl-innovazzjoni. |
1.6 Il-Kumitat iwissi li t-telf ta’ massa kritika essenzjali fis-settur tal-bini tal-bastimenti ser iwassal biex jingħalqu l-istituzzjonijiet li jħarrġu l-inġiniera u l-persunal tekniku speċjalizzat u l-iskejjel vokazzjonali għall-ħaddiema speċjalizzati. Dan ifisser li l-Unjoni Ewropea tinsab fil-periklu li ma jibqalhiex massa intellettwali kritika biex tiffaċċja l-kompetituri kummerċjali u politiċi.
1.7 Il-Kumitat jemmen li, bħal setturi oħra (pereżempju s-settur tal-karozzi), l-Istati Membri għandhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom biex jieħdu azzjoni konġunta fil-livell Ewropew, sabiex is-settur ikun jista’ jegħleb il-kriżi, b’miżuri urġenti li jqisu l-karatteristiċi tas-settur.
1.7.1 Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li:
|
— |
ordnijiet ġodda jitwettqu mill-iktar fis possibbli; |
|
— |
ir-rabta bejn it-tarzni, l-intrapriżi li jikkooperaw magħhom u l-ħaddiema bl-għarfien essenzjali tinżamm meta l-industrija tkun għaddejja minn perijodu ħażin sabiex l-għarfien ma jintilifx għalkollox minħabba kriżi temporanja. |
1.8 Rigward il-politika dwar l-impjieg fis-settur, il-Kumitat jemmen li għandu jsir minn kollox biex jiġu evitati s-sensji. Il-ħaddiema kwalifikati u li għandhom il-ħiliet meħtieġa, li kien hemm nuqqas tagħhom dawn l-aħħar snin, għandhom jinżammu. Matul il-kriżi fis-settur, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jistabbilixxu oqfsa Ewropej komuni biex jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol bil-għan li jiġu ggarantiti l-opportunitajiet indaqs u l-protezzjoni tal-ħaddiema. Dawn is-sistemi għandhom ikunu disponibbli għal kull ħaddiem li jinsab fir-riskju.
1.8.1 Dawn l-oqfsa għandhom jiggarantixxu li fejn huwa possibbli jinżammu l-impjiegi bil-poter tal-akkwist tagħhom u jiżguraw id-dritt ta’ kull ħaddiem tal-aċċess għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid. Il-programmi huma meħtieġa biex iħarrġu u jerġgħu jħarrġu l-ħaddiema li jibnu l-bastimenti biex itejbu l-ħiliet individwali tagħhom u l-livell ġenerali tal-kwalifiki fit-tarzni.
Ir-rakkomandazzjonijiet u l-proposti speċifiċi tal-Kumitat
1.9 Huwa essenzjali li tittieħed iżjed azzjoni fil-livell Ewropew sabiex jiġi ffaċilitat it-tiġdid urġenti tal-flotta minħabba raġunijiet ambjentali. Għal dan il-għan huwa importanti li jsir użu mill-possibbiltajiet li jinħolqu mil-linji gwida għall-għajnuna għall-ħarsien tal-ambjent. L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għandha tindirizza l-kwistjonijiet ambjentali fil-livell internazzjonali bħala kwistjoni prijoritarja. Dan il-proċess diġà nbeda.
1.10 L-Istati Membri u l-UE għandhom jindirizzaw il-problemi kroniċi tal-finanzjament tas-settur tal-bini tal-bastimenti. Għalhekk, fi ħdan il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), għandu jiġi stabbilit strument finanzjarju Ewropew għall-bini tal-bastimenti. L-industrija, il-livell politiku u l-BEI għandhom isibu mezz biex il-fondi tal-BEI għall-promozzjoni ta’ “teknoloġiji ekoloġiċi” u trasport nadif ikunu disponibbli għas-settur tal-bini tal-bastimenti.
1.11 Għandu jsir monitoraġġ iktar strett tal-prattiki tas-sidien tal-bastimenti sabiex ma jużawx l-għajnuna Ewropea u nazzjonali biex jixtru l-bastimenti mit-tarzni barra mill-UE.
1.12 Għandha tingħata għajnuna u appoġġ liż-żarmar u l-modernizzazzjoni (retrofitting) bi ħsara ambjentali u ekonomika mill-inqas, tal-bastimenti antiki, bir-rekwiżiti ta’ kwalità Ewropej għat-tarzni li jwettqu dan ix-xogħol.
1.13 Il-Kumitat jappoġġja l-inizjattiva LeaderSHIP 2015 bħala qafas tajjeb għall-partijiet kollha interessati biex jiżviluppaw politiki b’mod konġunt għas-settur. Dan it-tip ta’ qafas għandu jiġi estiż għal setturi oħra tal-industrija.
1.13.1 L-inizjattiva LeaderSHIP 2015 għandha tiżviluppa pjan ta’ azzjoni dinamiku u kuraġġuż li jiffoka fuq it-tisħiħ tal-industrija tal-bini tal-bastimenti fl-Ewropa u fuq li jinżammu l-impjiegi li jeħtieġu livell għoli ta’ ħiliet waqt li jindirizza l-isfidi ambjentali marbuta mal-industrija tal-bini tal-bastimenti. Huwa kruċjali li l-proposti żviluppati fil-kuntest tal-LeaderSHIP 2015 jiġu implimentati mill-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri.
1.14 Il-Kumitat jirrakkomanda li, matul il-kriżi, l-imsieħba soċjali jisfruttaw l-opportunitajiet għad-djalogu soċjali bil-għan li jitfasslu strateġiji konġunti għall-futur. Id-djalogu soċjali huwa pjattaforma għall-ideat u s-soluzzjonijiet konġunti biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri għas-settur tal-bini tal-bastimenti. B’rabta ma’ dan, għandu jintlaħaq ftehim dwar l-istandards soċjali għall-ħaddiema fl-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti u dawn għandhom jiġu implimentati.
1.14.1 Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-applikazzjoni tal-prinċipji tar-responsabbiltà tal-kumpaniji fis-settur għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tiegħu.
1.14.2 Il-Kumitat iħeġġeġ li jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi sabiex tinżamm ir-rabta bejn il-ħaddiema u l-kumpanija matul perijodi twal ta’ domanda baxxa (forzi tax-xogħol komuni (labour pools), taħriġ issussidjat, eċċ).
1.14.3 Għandha tiġi evalwata l-possibbiltà li jiġi identifikat xi appoġġ “soċjali” (il-FSE (4), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni) temporanjament għas-settur tal-bini tal-bastimenti.
1.15 Il-Kumitat jappoġġja t-twaqqif pront ta’ kunsill settorjali tal-impjieg u l-ħiliet għas-settur tal-bini tal-bastimenti, b’konformità mal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni li tipprovdi għall-ħolqien ta’ korpi bħal dawn.
1.16 Billi l-produzzjoni “ekoloġika” u l-bastimenti li jiffrankaw l-enerġija huma importanti ħafna għas-sopravivenza tal-industrija, huwa essenzjali li l-kumpaniji tal-bini tal-bastimenti, il-kulleġġi u l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu l-programmi tat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid biex jippromovu u jiżviluppaw ġabra ta’ ħiliet u kompetenzi li jippermettu transizzjoni effettiva għal bastimenti b’emissjonijiet baxxi u li jiffrankaw l-enerġija. Il-Kumitat jappoġġja l-idea ta’ “kwalifiki ekoloġiċi” għall-ħaddiema kollha fis-settur.
1.16.1 Fis-settur tal-bini tal-bastimenti għandu jsir użu mill-istrumenti bħas-Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET), il-Qafas Ewropew ta’ Referenza għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità (EQARF) u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) biex il-mobbiltà ssir eħfef u biex jissaħħu l-kompetittività u l-produttività.
1.17 L-industrija tal-bini tal-bastimenti għandha titħeġġeġ biex twessa’ l-objettivi u l-attivitajiet tagħha (id-dinja marittima, l-akkwakultura, l-enerġiji barra l-kosta, id-dimensjoni Artika, eċċ.)
1.18 Il-miżuri teknoloġiċi għandhom ikunu orjentati lejn oqsma ġodda wkoll (inkluża r-riċerka) u r-rwol tal-pjattaformi teknoloġiċi u l-kollaborazzjoni bejniethom (pereżempju WATERBORNE) għandhom jissaħħu.
1.19 Il-Kummissjoni għandha titħeġġeġ biex tagħti iktar appoġġ u biex tieħu azzjoni iktar urġenti biex iddaħħal it-trasport bil-baħar b’distanzi qosra, l-awtostradi tal-baħar u bastimenti adatti li jilħqu r-rekwiżiti Ewropej għall-ambjent u l-enerġija.
1.20 Il-Kumitat jemmen li fit-tfittxija għas-soluzzjonijiet għat-tarzni Ewropej ma nistgħux ma nikkunsidrawx analiżi tas-settur tal-produzzjoni tat-tagħmir tal-bastimenti, li huwa marbut direttament magħhom. Il-qagħda ta’ dan is-settur hija ħafna aħjar minn dik tat-tarzni (mhux l-inqas għax l-intrapriżi jistgħu jirrilokaw iktar faċilment). Għaldaqstant, tajjeb li jiġu analizzati r-raġunijiet għal dawn is-sitwazzjonijiet differenti u li jinsiltu konklużjonijiet li jistgħu jitqiesu meta waqt li jitfittxu soluzzjonijiet effettivi għat-tarzni Ewropej.
Il-Kumitat beħsiebu jħejji rapport dwar dan is-settur u l-impatt tiegħu fuq is-settur tal-bini tal-bastimenti.
2. Daħla – sfond tal-opinjoni u l-objettivi tagħha
2.1 L-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti (5) ntlaqtet partikolarment ħażin mill-kriżi attwali, minħabba:
|
— |
il-ħtiġijiet finanzjarji tagħha, li huma ikbar minn ta’ setturi oħra; |
|
— |
is-sensittività enormi tagħha għall-bidliet fil-kummerċ dinji, li bħalissa qed jirkadi mingħajr l-ebda trażżin f’dak li għandu x’jaqsam mad-domanda għall-bini tal-bastimenti, l-iktar minħabba ż-żieda rekord fl-għadd ta’ bastimenti kummerċjali fid-dinja, li l-ammont żejjed jiżboq sew it-tkabbir meħtieġ għat-trasport bil-baħar; |
|
— |
il-kompetituri tagħha, li joriġinaw l-ewwel nett mill-Istati li jadottaw approċċ intervenzjonist lejn din l-industrija u jqisu lil dan is-settur bħala wieħed ta’ importanza strateġika; |
|
— |
il-fatt li din il-kriżi seħħet fi żmien meta madwar id-dinja hemm kapaċità żejda ċara ta’ kapital fiżiku, li tiżboq sew il-ħtiġijiet; |
|
— |
il-fatt li din il-kriżi ġrat eżatt meta ħafna tarzni qed joħorġu minn proċess avvanzat u ħafna drabi diffikultuż ta’ ristrutturar, modernizzazzjoni u żvilupp teknoloġiku mtejjeb. Eżempju ta’ dan huwa t-tarzni Pollakki; |
|
— |
il-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan is-settur (investimenti kbar, ċikli ta’ produzzjoni twal, prototipi u merkanzija li qatt ma jiġu prodotti fi kwantità, eċċ), li f’ħafna modi jagħmlu l-bini tal-bastimenti inevitabbilment u intrinsikament riġidi. Fi żmien ta’ kriżi serja dan iwassal għal miżuri drastiċi bħall-għeluq tat-tarzni. |
2.2 Hemm periklu veru li tintilef il-massa kritika (6) meħtieġa biex tiġi sostnuta l-produzzjoni tal-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti u dan il-fattur għandu jiġi kkunsidrat sabiex tiġi analizzata l-ħsara li ġrajja bħal din taf iġġib, mil-lat ekonomiku, soċjali, teknoloġiku u strateġiku, għall-futur tal-Ewropa li nixtiequ nibnu.
2.3 Il-fatturi li ssemmew hawn fuq wasslu lill-Kumitat biex ifassal din l-opinjoni, li tiffoka fuq il-konsegwenzi speċifiċi tal-kriżi għall-industrija tal-bini tal-bastimenti. L-opinjoni teżamina l-kwistjoni mill-perspettiva ekonomika u dik soċjali (rigward l-impjieg, l-impjiegi ta’ kwalità u l-impatt reġjonali) u mil-lat teknoloġiku u strateġiku.
2.4 F’din l-opinjoni, il-Kumitat jwettaq ukoll analiżi u evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva LeaderSHIP 2015 u jipprova jwieġeb dawn il-mistoqsijiet: x’jista’ jsir biex jiġi żgurat is-suċċess u jiġi evitat il-falliment, u din l-inizjattiva kif tista’ tiġi aġġornata fil-konfront ta’ fatturi ġodda li qed joħorġu mill-kriżi ekonomika?
3. Il-konsegwenzi speċifiċi tal-kriżi għall-industrija tal-bini tal-bastimenti
3.1 Minħabba n-natura unika tas-settur tal-bini tal-bastimenti, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-akkumulazzjoni tal-problemi finanzjarji f’dan is-settur, li hija r-riżultat kemm tal-problemi finanzjarji li għadhom għaddejjin (7) u mill-istadju xejn favorevoli fiċ-ċiklu ekonomiku, kif ukoll mill-irtirar tal-finanzjament min-naħa tal-investituri ta’ ordnijiet li kienu diġà saru (u l-kummerċ dejjem jikber fil-bastimenti użati (8)) huma periklu kbir, l-aktar minħabba li dan il-qasam tal-industrija dejjem kellu aktar problemi ta’ finanzjament minn setturi oħra.
3.1.1 Is-settur tal-bini tal-bastimenti tal-UE, u b’mod partikolari s-sottosettur tat-tarzni li jibnu bastimenti kbar u ta’ daqs medju, qed isofri wkoll min-nuqqas ta’ kondizzjonijiet indaqs u mill-kompetizzjoni inġusta minn partijiet oħra tad-dinja; u dan ilu jiġri għexieren ta’ snin. Is-settur għad m’għandux sistema ta’ regolamenti kummerċjali vinkolanti fid-dinja kollha. Barra minn hekk, ma nistgħux ninjoraw il-fatt li l-kriżi enfasizzat il-kapaċità żejda f’pajjiżi li qed jaġixxu mingħajr ħniena biex jiksbu finanzjament pubbliku permanenti għall-produzzjoni nazzjonali.
3.1.2 Minħabba li għall-ewwel darba dawn iċ-ċirkostanzi negattivi li ssemmew hawn fuq ġraw fl-istess perijodu, il-problema li s-settur qed jiffaċċja bħalissa ma tistax tiġi ttrattata sempliċement bħala “l-istorja li tirrepeti ruħha”, iżda iktar bħala sfida ġdida u drammatika. Huwa importanti li wieħed jinnota li n-natura ta’ dawn id-diffikultajiet hija iktar finanzjarja milli industrijali/strutturali.
3.1.3 Madankollu, il-kriżi tippreżenta opportunità biex jittieħdu passi li jwasslu għaż-żamma u s-salvagwardja tal-massa kritika meħtieġa biex jinżammu t-teknoloġiji avvanzati f’dan is-settur fil-periklu tal-kollass iżda li huwa kruċjali għat-trasport marittimu. B’xorti ħażina, it-tarzni Ewropej jinsabu fir-riskju li jitilfu din il-massa kritika.
3.2 L-industrija tal-bini tal-bastimenti qed turi tendenza karatteristika li tibqa’ lura meta l-ekonomija tibda tirkupra. Fid-dawl ta’ din it-tendenza xejn favorevoli, jekk ma jiġix appoġġjat, dan is-settur jista’ jsofri impatt fatali. Dan jista’ jiġri wkoll jekk il-miżuri temporanji ta’ appoġġ li diġà qed jittieħdu jitwaqqfu kmieni wisq.
3.2.1 Fl-industrija tal-bini tal-bastimenti, it-triq tan-niżla ħadet post perijodu ta’ tkabbir. Din kienet tendenza familjari fl-industrija tal-bini tal-bastimenti għal għexieren ta’ snin, u l-UE għandha tantiċipa l-effetti taċ-ċiklu ekonomiku fil-politiki settorjali tagħha.
3.3 Fid-diskussjonijiet dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tal-qagħda diffiċli fis-settur, huwa importanti li jissemmew iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiżi bħall-Polonja jew ir-Rumanija pereżempju.
Is-sitwazzjoni drammatika fil-Polonja, kif rajna fil-kollass attwali tal-produzzjoni f’żewġ tarzni ewlenin fi Gdynia u Szczecin, hija r-riżultat ta’ diversi sensiliet ta’ ċirkostanzi diżastrużi fuq xulxin li ma kinux previsti snin qabel. Dawn kienu l-abbandunar tal-isforzi tar-riforma u r-ristrutturar tas-settur, l-ewwel nett b’riżultat tad-deċiżjoni politika bejn l-2002 u l-2003 u n-nuqqas li tiġi sfruttata l-klima ekonomika pożittiva fis-suq Ewropew u dak internazzjonali bejn l-2003 u l-2008.
3.4 Din hija industrija b’importanza strateġika fiha nnifisha, kif ukoll b’rabta ma’ impjiegi u setturi oħra. Dan huwa partikolarment importanti u evidenti f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet dan il-fatt, u wieħed jittama li anke l-Presidenza attwali tal-UE tagħmel dan. Għalhekk, min-naħa tagħhom hemm mistennija u meħtieġa l-azzjoni politika. B’xorti ħażina, sal-ġurnata tal-lum kien hemm nuqqas ċar ta’ appoġġ min-naħa tal-maġġoranza ta’ dawk l-Istati Membri li għandhom settur tal-bini tal-bastimenti.
3.5 L-impatt soċjali tal-kriżi fl-industrija tal-bini tal-bastimenti huwa sinifikanti ħafna fil-livell reġjonali. Il-qgħad li qed jiżdied fl-hekk imsejħa reġjuni tal-bini tal-bastimenti u t-telf ta’ parti sinifikanti mill-PDG reġjonali jistgħu jkunu aktar drastiċi minn dak fl-industriji nazzjonali, li għalihom qed jittieħdu miżuri ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali.
3.6 Meta tarzna tingħalaq, ġeneralment tingħalaq għal dejjem. B’hekk l-għarfien u t-teknoloġiji avvanzati jintilfu darba għal dejjem. Fil-prattika, il-prodotti kollha tal-bini tal-bastimenti huma prodotti pilota jew prototipiċi u kull wieħed minhom fih komponent differenti tar-riċerka u l-iżvilupp. Jekk l-Ewropa titlifhom, il-futur tat-trasport ekoloġiku u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju garantit mill-“bastimenti nodfa” jaqa’ f’idejn inċerti. Barra minn hekk, it-telf tal-massa kritika joħloq ir-riskju li jiġi limitat l-aċċess għall-enerġija u l-materja prima mill-oċeani u għall-minerali estratti lil hinn mill-kosta.
3.7 Is-sottosettur tat-tiswija mhuwiex fi kriżi, iżda jista’ jkun li qed jibda jħoss il-kompetizzjoni mit-tarzni tal-bini tal-bastimenti li qed ibiddlu l-orjentazzjoni tagħhom lejn it-tiswija. Iżda dan l-aħħar kien hemm xi każijiet fejn it-tarzni speċjalizzati fit-tiswija xtraw (jew krew) partijiet minn infrastruttura tal-manifattura minn tarzni speċjalizzati fil-bini u ingaġġaw ħaddiema kkwalifikati minn tarzni li ngħalqu.
3.8 Il-bini u t-tiswija tal-bastimenti u t-teknoloġija ta’ livell għoli li tintuża għal dan il-għan jaqdu rwol ewlieni biex jiddefendu l-Ewropa, itejbu s-sigurtà u l-ambjent, u jittrasferixxu t-teknoloġiji lejn oqsma oħra tal-industrija. Dan jirrappreżenta argument importanti fit-tfittxija ta’ soluzzjoni għall-kriżi attwali fis-settur.
3.9 Meta niddeskrivu l-qagħda tas-settur tal-bini tal-bastimenti, speċjalment dik tat-tarzni, ma nistgħux ma nagħmlux valutazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tat-tagħmir tal-bastimenti, li huwa direttament marbut miegħu. Fl-Ewropa, dan is-settur jimpjega kważi d-doppju tan-numru ta’ ħaddiema li jimpjega s-settur tal-bini tal-bastimenti (minbarra l-impjiegi fis-settur tal-bini tal-jottijiet u d-dgħajjes tad-divertiment, li jaqbżu n-numru ta’ impjiegi fis-settur tal-bini tal-bastimenti b’darba u nofs). Is-sehem tas-settur tal-UE tal-manifattura tat-tagħmir fil-produzzjoni globali ta’ tagħmir li huwa teknoloġikament avvanzat huwa konsiderevolment akbar minn dak tas-settur tat-tarzni, u jammonta għal 36 % (meta mqabbel ma’ dak tal-Asja li huwa ta’ 50 % li jirrigwarda prodotti ta’ klassi inferjuri). Għalhekk, is-sitwazzjoni tas-settur tal-provvedituri tat-tagħmir marittimu hija aħjar b’mod inkomparabbli minn dik li jinsab fiha s-settur tat-tarzni.
3.10 Għaldaqstant, tajjeb li jiġu analizzati r-raġunijiet għal dawn is-sitwazzjonijiet differenti u li jinsiltu konklużjonijiet li jistgħu jitqiesu meta jitfittxu soluzzjonijiet effettivi għat-tarzni Ewropej. Is-soluzzjonijiet applikati f’dan is-settur u r-rabtiet naturali tiegħu mat-tarzni jistgħu jifformaw sinerġija siewja u denja biex tiġi implimentata fis-settur kollu tal-bini tal-bastimenti. Fl-istess ħin, m’għandniex ninsew il-previżjoni li s-sitwazzjoni tas-settur Ewropew tat-tagħmir ser teħżien b’mod konsiderevoli jekk tintilef il-massa kritika tat-tarzni Ewropej.
4. Azzjonijiet u soluzzjonijiet proposti biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali fis-settur
4.1 Jeħtieġ li tiżdied minnufih id-domanda għall-prodotti u s-servizzi offruti mis-settur kollu kemm hu (inkluża t-tiswija). Il-Kumitat jemmen li, għal dan il-għan, huwa importanti li titħeġġeġ il-modernizzazzjoni (retrofitting) ekoloġika ta’ bastimenti qodma jew mhux siguri kif ukoll ta’ dawk li “jikkontaminaw”, permezz ta’ miżuri leġiżlattivi u inċentivi ekonomiċi.
4.1.1 Sabiex tingħeleb il-problema tas-sitwazzjoni negattiva tas-suq ta’ dan is-settur, l-UE u l-Istati Membri, fost affarijiet oħra, jistgħu jappoġġjaw jew jiffinanzjaw it-titjib tal-flotta kummerċjali tal-UE fl-aspetti ekoloġiċi u li jiffrankaw l-enerġija, flimkien mas-sottokuntrattar tat-tagħmir industrijali/marittimu.
4.1.2 It-tarzni Ewropej għandhom jikkonċentraw fuq il-bini ta’ bastimenti li għandhom vantaġġ komparattiv, jiġifieri bastimenti speċjalizzati ta’ kwalità u b’teknoloġija għolja (9).
4.2 Għandhom jiġu kkunsidrati l-miżuri speċifiċi fil-qafas tal-flessigurtà “interna”, li jipproteġu r-rabta bejn il-ħaddiema fis-settur u l-kompetenzi tagħhom fil-fażi tad-dumping taċ-ċiklu (10). Dawn għandhom jiġu appoġġjati permezz ta’ negozjati fil-qafas tad-djalogu soċjali u l-organizzazzjoni ta’ miżuri tal-għajnuna mill-Istat għal dan il-għan.
4.2.1 Ċerti miżuri ta’ appoġġ strutturali fir-reġjuni jistgħu jiġu evalwati mill-ġdid u ffokati fuq is-settur. Il-FEŻR (11) jista’ jkun sors ta’ finanzjament għal xi strumenti ta’ dan it-tip.
4.3 S’issa, l-isforz biex ikun hemm kondizzjonijiet indaqs fis-suq kompetittiv tal-bini u t-tiswija tal-bastimenti la kien serju u lanqas ġust. Fl-Ewropa għandha tiġi żgurata l-kompetizzjoni ħielsa, però dan is-settur, li jrid ilaħħaq mal-bqija tad-dinja, għandu jiġu offrut l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-kompetituri barra mill-UE.
4.3.1 Sabiex is-settur tal-bini tal-bastimenti jitqies bħala wieħed ta’ importanza strateġika, fid-dawl tal-kompetituri minn barra l-UE, għandna nieħdu azzjoni simili għal dik li qed tittieħed pereżempju fis-settur tal-karozzi. Iżda fl-istess ħin, l-aħħar ftehim mal-Korea, li lanqas biss jirrikjedi li jiġu sodisfatti l-obbligi l-aktar reċenti u preċedenti, mhuwiex approċċ serju.
4.3.2 Il-Korea għandha tirrispetta l-impenn tagħha għal “prezzijiet normali tas-suq” u żżomm lura milli tagħti fondi (bail-outs) biex issalva t-tarzni. Il-Kummissjoni għandha tressaq rakkomandazzjoni dwar dan fil-laqgħa tal-OECD dwar in-negozjati tal-ftehim il-ġdid tal-bini tal-bastimenti.
4.4 Ir-rabta tal-bini tal-bastimenti mad-difiża għandha wkoll rwol importanti x’taqdi fil-futur tas-settur. Hawnhekk għandha tiġi kkunsidrata l-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li għandha titqies bħala waħda li tħares ’il quddiem. F’dan l-istadju, ta’ min isemmi l-opportunitajiet li ser jinħolqu għal dan is-sottosettur mit-teknoloġiji ta’ użu doppju.
4.5 Huwa importanti li jiġu żviluppati l-kapaċità u l-potenzjal tal-pjattaforma teknoloġika WATERBORNE b’rabta mas-settur tal-bini tal-bastimenti bħala parti mis-7 Programm Qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-kollaborazzjoni tiegħu ma’ pjattaformi teknoloġiċi oħra, bil-għan li jinżamm l-iżvilupp ta’ waħda mill-aktar armi importanti tas-settur, jiġifieri l-miżuri tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.
4.6 Huwa essenzjali li tinżamm il-massa kritika tal-industrija fil-livell Ewropew jekk nixtiequ jkollna bastimenti siguri, “ekoloġiċi” u li jiffrankaw l-enerġija, li ser ikollhom influwenza kbira fuq il-futur tal-protezzjoni ambjentali fuq il-baħar, fuq l-ispejjeż tat-trasport kollu kif ukoll fuq il-protezzjoni u ż-żamma tat-trasport Ewropew f’termini ta’ provvista tal-enerġija (bastimenti kostali, pjattaformi, pjattaformi tat-tħaffir, turbini tar-riħ fuq il-baħar, eċċ.). Dan huwa marbut ukoll mal-idea li jiġi organizzat trasport ekoloġiku (trasport bil-baħar fuq distanzi qosra, awtostradi tal-baħar, eċċ.).
4.6.1 Il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali [2008/C82/01] jispeċifikaw l-akkwist ta’ bastimenti li jirrispettaw l-ambjent. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien u mingħajr burokrazija żejda.
4.7 Fid-dawl tal-isfidi attwali, hemm bżonn li s-sistema ġenerali ta’ appoġġ provdut mill-programmi qafas, li hija indirizzata għas-setturi tal-produzzjoni tal-massa, tiġi adattata għall-ħtiġijiet tas-settur, b’tali mod li dawn il-programmi jkunu jistgħu jiġu applikati għall-bini tal-bastimenti bl-użu tat-teknoloġija avvanzata, dedikata b’mod ġenerali għall-prototipi u għall-produzzjonijiet limitati.
4.8 Il-qafas finanzjarju Ewropew tal-2003 għall-għajnuna mill-istat għall-bini tal-bastimenti (12) (2003/C 317/06), li tfassal mill-Kummissjoni Ewropea, huwa utli u għandu jiġġedded sa wara l-2011 sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ innovazzjoni li jkunu affidabbli. Il-prinċipji mġedda għandhom jikkorispondu b’mod iktar effettiv għall-bżonnijiet speċifiċi u l-iktar reċenti tas-settur u jiżguraw iktar stabbiltà fi ħdanu.
5. L-inizjattiva LeaderSHIP 2015 – x’nistgħu nagħmlu biex niżguraw li din tgħin lis-settur fil-kriżi attwali u biex tevita l-fallimenti?
5.1 Meta l-inizjattiva LeaderSHIP (LS) 2015 tfasslet mis-settur u ġiet appoġġjata mil-livell politiku tal-UE matul il-perijodu 2002–2003, il-prospetti għall-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti kienu jidhru li huma pjuttost dgħajfa. L-ordnijiet ġodda naqsu, u l-ispejjeż għall-bini ta’ bastimenti ġodda kienu baxxi u bdew jonqsu minħabba li bdiet tikber il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Asja.
5.1.1 Bħalissa l-istrateġija LS 2015 tinsab f’nofs il-perijodu tagħha, però s-settur qiegħed fl-istess qagħda bħalma kien meta tnieda l-programm, jew possibbilment saħansitra agħar minħabba l-kriżi globali.
5.1.2 Sitt snin ilu, l-inizjattiva LS 2015 kienet meqjusa bħala viżjoni bbażata fuq il-fiduċja fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-potenzjal innovattiv tas-setturi marittimi Ewropej u fuq id-determinazzjoni li s-settur jiġġieled għall-futur tiegħu. Jidher li dan l-approċċ għadu jgħodd, iżda l-inizjattiva nnifisha trid tiġi aġġustata u adattata għas-sitwazzjoni preżenti, b’mod partikolari billi jinsiltu l-konklużjonijiet mill-perijodu tal-ħolqien u l-implimentazzjoni tagħha.
5.2 Il-valutazzjoni tal-LS 2015 mill-imsieħba soċjali mis-settur tal-bini tal-bastimenti hija din:
|
a. |
Is-suċċessi prinċipali huma:
|
|
b. |
In-nuqqasijiet prinċipali huma:
|
5.2.1 Fil-qosor, l-imsieħba soċjali jemmnu li l-approċċ għat-tul għandu jiġi aġġustat bl-użu ta’ miżuri li jindirizzaw il-kriżi.
5.3 Sentejn ilu, f’dokument bil-fehmiet tagħha dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-programm LS 2015, fil-konklużjoni finali tagħha l-Kummissjoni stqarret li “LeaderSHIP 2015 ikompli jipprovdi qafas xieraq għall-politiki tagħha indirizzati lejn is-settur tal-bini tal-bastimenti. Għandu jissokta u fejn possibbli għandha tiżdiedlu l-ħeffa tiegħu, partikolarment fir-rigward tal-kwistjoni tal-iffinanzjar tal-bastimenti. Iżda għandu jiġi nnutat li f’bosta oqsma l-inizjattiva tinsab prinċipalment fil-qasam tal-industrija (eż. l-istruttura tal-industrija) jew għand l-Istati Membri.” Il-Kummissjoni tiddikjara li għadha impenjata fil-LeaderSHIP 2015 u ser tkompli taħdem biex tiżgura li titfassal l-aħjar taħlita ta’ politika u li tiġi applikata fil-livell tal-UE.
5.4 Minkejja l-kontenut u l-intenzjonijiet tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, irridu nagħmluha pjuttost ċara li, aktar minn sentejn wara li tħejja dan id-dokument, hemm bżonn urġenti (l-aktar minħabba l-bidliet fis-settur ikkawżati mill-kriżi) li l-programm jiġi aġġornat u jinkludi strumenti mġedda, għalkemm jidher li l-qafas ġenerali tal-aktar miżuri importanti marbuta mas-settur ma tilef xejn mir-rilevanza tiegħu.
5.4.1 Jidher li l-problema prinċipali sabiex il-programm LS 2015 jirnexxi hija li l-inizjattivi ppjanati mhux qed jiġu implimentati b’mod effettiv u li l-programm ftit li xejn qed jitħaddem f’xi Stati Membri, speċjalment f’dawk ġodda.
5.5 Fir-rigward tal-impatt tal-inizjattiva LS 2015 fuq l-impjiegi fl-industrija tal-bini tal-bastimenti, il-valutazzjonijiet f’xi ċrieki kienu pjuttost xettiċi (14). Huma jsibu problema bl-inizjattiva minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni konkreta. Jenfasizzaw li l-uniċi bidliet introdotti bl-implimentazzjoni tal-LS2015 kienu l-aktar ta’ natura kwalitattiva u jirreferu għall-ħiliet ġodda tal-ħaddiema.
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ir-reazzjoni ppjanata għall-kriżi tfasslet f’Bremerhaven fil-laqgħa tar-rappreżentanti ta’ livell għoli fil-qafas tal-inizjattiva LeaderSHIP.
(2) S’issa l-Ewropa kienet qed tiddomina s-swieq tal-kreditu għall-bini tal-bastimenti. Sabiex tiġi mħarsa u tissaħħaħ din il-kompetenza, għandha tiġi stabbilita sistema Ewropea ta’ garanzija li tippermetti lit-tarzni jiżguraw il-finanzjament tal-ordnijiet eżistenti u futuri, l-Ewropa għandha żżomm u tiżviluppa aktar ir-rwol tagħha bħala ċentru għall-finanzjament tal-bastimenti.
(3) L-impatt kummerċjali ta’ telf ta’ massa kritika fl-Istati Uniti kien ta’ żieda ta’ 300 % fl-ispejjeż tal-bini ta’ bastimenti ġodda wara l-kriżi fis-settur.
(4) Il-Fond Soċjali Ewropew.
(5) Hemm definizzjoni ta’ dan it-terminu fil-glossarju fl-aħħar tal-opinjoni.
(6) Huwa essenzjali li jkun hemm livell minimu ta’ produzzjoni ġenerali fit-tarzni tal-Istati Membri tal-UE sabiex jiġi żgurat li s-settur tal-bini tal-bastimenti jkompli jitħaddem fl-UE.
(7) Problemi ta’ finanzjament dejjem jikbru minħabba marġni baxxi ta’ profitt (CESA).
(8) L-għadd ta’ bastimenti żejda jiżboq sew it-tkabbir meħtieġ fit-trasport bil-baħar; li kieku l-bastimenti l-ġodda kellhom jitqiegħdu wieħed wara l-ieħor, dawn ikopru żona ta’ 60 Mil Nawtiku (skont il-Bloomberg and Clarkson Research Services).
(9) Mingħajr ma din il-lista titqies bħala eżawrjenti, nistgħu nsemmu dawn it-tipi ta’ bastimenti: bastimenti tal-passiġġieri, bastimenti tal-kroċeri, jottijiet, dgħajjes tad-divertimenti, bastimenti tas-servizz, trasportaturi tal-karozzi u tal-kimiċi, trasportaturi tal-LNG/LEG/LPG, bastimenti offshore, bastimenti li jkissru s-silġ (middle ice breakers), bastimenti lukandi, bastimenti tal-protezzjoni tas-sajd, bastimenti tar-rmonk u l-provvisti, pjattaformi għat-tħaffir, turbini tar-riħ ’il barra mix-xtut, bastimenti intiżi għal skopijiet militari, bastimenti attrezzati b’teknoloġija b’użu doppju, bastimenti tal-merkanzija moderni b’aktar minn skop wieħed, laneċ tar-rmonk u bastimenti tar-riċerka.
(10) Il-perijodu fejn joħorġu fid-dieher l-effetti tal-kriżi u n-nuqqas ta’ attività fiċ-ċiklu ekonomiku (għadd ta’ ordnijiet limitat sew).
(11) Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
(13) Leadership Platform Financing.
(14) Preżentazzjoni: “Analiżi tal-impatt tal-programm LeaderSHIP 2015 fuq l-impjiegi fis-settur tal-bini tal-bastimenti”, Jerzy Bieliński, Renata Płoska, Università ta’ Gdańsk, il-Polonja.
APPENDIĊI 1
Glossarju tat-Termini:
— L-industrija tal-bini tal-bastimenti (inklużi t-tiswija u t-trasformazzjoni): hija orjentata lejn il-bastimenti l-kbar (l-iktar dawk li jintużaw fuq il-baħar), intiżi għall-finijiet merkantili/kummerċjali, iżda wkoll lejn il-bastimenti militari. Tindirizza wkoll il-prodotti u s-servizzi provduti għall-bini, il-konverżjoni u ż-żamma ta' dawn il-bastimenti (dawk li jintużaw fuq il-baħar kif ukoll dawk li jintużaw fil-passaġġi interni) (1). Fi ħdan l-industrija tal-bini tal-bastimenti nistgħu niddistingwu bejn żewġ sottosetturi (2):
Il-bini tal-bastimenti
It-tagħmir marittimu
— Il-bini tal-bastimenti: jinkludi l-bini tal-bastimenti, it-tiswija (u t-trasformazzjoni) tagħhom u huwa orjentat lejn il-bastimenti kummerċjali marittimi kbar. Dan jinkludi wkoll is-sottosettur tal-jottijiet l-kbar nett.
— It-tagħmir marittimu: iħaddan il-prodotti u s-servizzi kollha provduti għall-bini, it-trasformazzjoni u ż-żamma tal-bastimenti (dawk li jintużaw fuq il-baħar kif ukoll dawk li jintużaw fil-passaġġi interni) u l-istrutturi marittimi. Dan jinkludi s-servizzi tekniċi fil-qasam tal-inġinerija, l-installazzjoni u l-ikkummissjonar u ż-żamma tal-bastimenti (inkluża t-tiswija) (3).
Fatti u Figuri:
Tarzni:
Fl-Ewropa hemm madwar 150 tarzna kbira, li xi 40 minnhom huma attivi fis-suq dinji għall-bastimenti kummerċjali marittimi l-kbar. Fl-Unjoni Ewropea hemm mal-120 000 ruħ impjegati direttament mit-tarzni (ċivili u navali, il-bini ġdid u t-tiswija). B'sehem ta' 15 % tas-suq f'termini ta' volum, l-Ewropa għadha qed tikkompeti ma' pajjiżi mix-Xlokk tal-Asja biex tkun minn tal-ewwel fid-dinja f'termini tal-valur tal-bastimenti ċivili li jiġu manifatturati (EUR 15-il biljun fl-2007) (4).
Tagħmir marittimu:
L-impjiegi diretti fis-settur tat-tagħmir marittimu huma stmati għal iktar minn 287 000 filwaqt li l-impjiegi indiretti jammontaw għal madwar 436 000. Il-bejgħ annwali tas-settur fl-2008 ġie stmat għal madwar EUR 42 biljun (5). Is-sehem tal-esportazzjoni tat-tagħmir manifatturat jilħaq is-46 %. Is-settur tat-tagħmir marittimu huwa t-tielet l-ikbar wieħed fil-cluster marittimu wara t-tbaħħir u s-sajd (6).
(1) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/maritime/index_en.htm.
(2) ECORYS, Studju dwar il-Kompetittività tal-Industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti, Rotterdam, Ottubru 2009.
(3) http://www.emec.eu/marine_equipment/index.asp.
(4) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/maritime/index_en.htm.
(5) Il-membri tal-EMEC: il-Kroazja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, l-Isvezja, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja, it-Turkija u r-Renju Unit.
(6) http://www.emec.eu/marine_equipment/index.asp
APPENDIĊI 2
tal-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin, li ġabru minn ta' l-inqas kwart tal-voti mixħuta, ma ġewx aċċettati matul id-dibattiti:
Punt 1.11
Għandu jitħassar:
“”
Riżultat tal-votazzjoni
|
Voti favur |
: |
65 |
|
Voti kontra |
: |
108 |
|
Astensjonijiet |
: |
18 |
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Tendenzi ġodda fil-qasam tax-xogħol indipendenti: il-każ speċifiku tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 18/08
Relatur: is-Sur ZUFIAUR NARVAIZA
Nhar is-26 ta' Frar 2009, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Tendenzi ġodda fil-qasam tax-xogħol indipendenti: il-każ speċifiku tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-23 ta' Frar 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' April 2010 (seduta tad-29 ta' April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'137 vot favur, 52 vot kontra u 11-il astensjoni.
1. Sintesi, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Dan id-dokument jagħti ħarsa lejn id-definizzjonijiet li diversi organizzazzjonijiet Ewropej stabbilixxew għad-diversi tipi ta' xogħol indipendenti. Iżda b'mod partikolari, din l-opinjoni tanalizza l-iktar tendenzi reċenti li jolqtu lix-xogħol “parasubordinat”, magħruf ukoll bħala “xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti”. Ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti qed jingħata ħafna attenzjoni bħala reazzjoni għall-bżonn ta' fehim aħjar dwar in-natura li qed tinbidel tal-impjieg indipendenti, li minħabba li ntlaqat minn bidla ekonomika u soċjali profonda, issa din il-forma ta' xogħol żviluppat b'mod differenti mill-forom ta' xogħol indipendenti rikonoxxuti tradizzjonalment fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Hemm biss ftit pajjiżi Ewropej li rrikonoxxew legalment kategorija ġdida u intermedja ta' ħaddiema, li taqa' bejn l-impjegati u min jaħdem għal rasu. L-għan ġenerali tal-leġislazzjoni nazzjonali eżistenti huwa li ċerti kategoriji ta' ħaddiema jingħataw protezzjoni aħjar mingħajr ma jiġu kklassifikati bħala impjegati. Fil-pajjiżi li jirrikonoxxu kategorija intermedja bejn l-istatus ta' impjegat u dak ta' ħaddiem indipendenti, id-dipendenza ekonomika hija l-bażi għal sensiela ta' drittijiet speċifiċi li ma jingħatawx lil kategoriji oħra ta' ħaddiema indipendenti, iżda li huma inqas estensivi mid-drittijiet li jingħataw lill-impjegati. Il-kopertura tal-protezzjoni li tingħata lill-“ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti” tvarja b'mod konsiderevoli minn pajjiż għal ieħor. Id-drittijiet tal-ħaddiem indipendenti li jkun ekonomikament dipendenti jistgħu jkunu wkoll marbuta mal-ħarsien soċjali. Dawn jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq il-garanziji offerti lill-ħaddiema mil-leġislazzjoni dwar ix-xogħol. F'dan ir-rigward, jistgħu japplikaw għar-relazzjonijiet individwali bejn il-ħaddiem u l-klijent tiegħu (dħul minimu, ħin tax-xogħol, eċċ), iżda dan iwassal ukoll għar-rikonoxximent li l-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti għandhom id-dritt li jorganizzaw ruħhom u li jaġixxu b'mod kollettiv biex jiddefendu u jfittxu l-interessi professjonali tagħhom.
Il-kwistjonijiet marbuta mar-rikonoxximent legali tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jistgħu, minkejja d-differenzi li jikkaratterizzaw r-realtajiet ekonomiċi u soċjali tad-diversi pajjiżi, jispjegaw d-diversità tar-regolamenti nazzjonali. Statuses intermedji bħal dawn jistgħu fil-fatt iwasslu għal riservi leġittimi. Hemm ukoll il-biża' li, anke bil-kjarifika tal-kategoriji legali, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jwassal biex il-persuni li s'issa kienu definiti bħala impjegati, jiġu trasferiti għall-kategorija ta' xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti, b'rabta, pereżempju, mal-istrateġiji ta' esternalizzazzjoni tal-impjiegi mill-kumpaniji. Huwa minnu li l-analiżi tar-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti ma tistax tinfired għalkollox mill-kwistjonijiet tax-“xogħol taparsi indipendenti”. Din hija realtà li hija evidenti f'numru ta' pajjiżi tal-UE. Hija evidenti b'mod partikolari f'setturi bħall-bini, fejn din il-prattika illegali tant hija mifruxa li ġġustifikat l-adozzjoni reċenti ta' pożizzjoni komuni mill-imsieħba soċjali Ewropej ta' dan is-settur. Mingħajr l-ebda dubju, jeżistu każijiet ta' ħaddiema li formalment jaħdmu għal rashom (fejn iż-żewġ partijiet jiddefinixxu r-relazzjoni tagħhom f'dawn it-termini) iżda li jaħdmu taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-impjegati. Dawn il-każijiet għandhom tendenza li jaqblu mal-ipotesi li min iħaddem jikkwalifika x-xogħol bħala impjieg indipendenti biex jevita l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tax-xogħol u/jew tas-sigurtà soċjali. Fil-fatt, f'ħafna każijiet, il-bidla fl-istatus ta' ħaddiem ekonomikament dipendenti mhijiex strettament għażla volontarja, iżda waħda li saret bilfors b'riżultat ta' fatturi esterni bħall-esternalizzazzjoni ta' produzzjoni jew ir-ristrutturar ta' kumpanija bis-sensji li tkun ġabet magħha.
Minbarra r-riskji li jġib miegħu, ir-rikonoxximent tal-istatus tal-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti huwa mezz li bih, fl-Istati li adottawh, ġiet estiża iktar il-protezzjoni legali għall-ħaddiema li mhumiex impjegati iżda ġenwinament jaħdmu għal rashom, iżda f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux jieħdu vantaġġ mill-protezzjoni ekonomika li kienu jingħataw kieku setgħu jaħdmu għal numru ta' klijenti differenti. F'dan ir-rigward, minbarra l-estensjoni tal-protezzjoni rigward is-sigurtà soċjali u l-istatus professjonali, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jista' jkun ukoll mezz ta' tisħiħ tal-intraprenditorija. F'dan il-kuntest, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti biex ikun hemm bilanċ bejn ir-relazzjoni kuntrattwali li torbot lill-ħaddiem u l-prinċipal għandu jnaqqas il-pressjoni ekonomika fuq il-ħaddiem u jgħin jiżgura kwalità aħjar tas-servizz lill-konsumatur aħħari.
Bl-iżvilupp tas-servizzi transkonfinali, il-varjetà ta' leġislazzjoni f'dan il-qasam hija kwistjoni li tikkonċerna lill-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Huwa ċar li l-armonizzazzjoni tal-istatus ta' impjieg, l-ewwel nett b'definizzjoni tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti, mhijiex kwistjoni sempliċi. Kull ħsieb dwar dan is-suġġett ma jistax jinjora d-diversità tar-regolamenti u prattiki nazzjonali: skont il-leġislazzjoni soċjali Ewropea, id-definizzjoni tal-ħaddiem u tal-intraprenditur huma stabbiliti fil-livell nazzjonali.
Madankollu, il-bżonn urġenti li jinkiseb fehim aħjar tal-iżviluppi li qed isiru fix-xogħol indipendenti m'għandux jiġi injorat. Tal-inqas, fil-pajjiżi fejn il-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti mhumiex definiti bħala impjegati, grupp dejjem ikbar ta' ħaddiema Ewropej, qegħdin fir-riskju li jibqgħu mingħajr protezzjoni.
1.1 Għandhom jiġu żviluppati mezzi biex titfassal stampa preċiża tal-istatistika tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti fl-Unjoni Ewropea.
1.2 Għandhom jiġu promossi studji li jippermettu l-analiżi dettaljata tal-esperjenzi nazzjonali fil-qasam tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti.
1.3 Il-kwistjoni tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti għandha tiġi integrata b'mod ċar fil-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b'modi li għad iridu jiġu determinati.
1.4 L-imsieħba soċjali Ewropej għandhom jitħeġġu biex jinkludu x-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti fil-programmi ta' ħidma tagħhom fil-livell transsettorjali u dak settorjali. L-analiżi konġunta tal-imsieħba soċjali Ewropej (1), ippubblikata f'Ottubru 2007, turi kemm hija importanti l-kwistjoni tal-istatus professjonali għal dawk involuti fid-djalogu soċjali Ewropew. F'dan il-kuntest, jista' jkun utli li jiġu evalwati l-opportunitajiet biex jiġu żviluppati r-rabtiet bejn l-imsieħba soċjali Ewropej u l-organizzazzjonijiet (b'mod partikolari l-korpi nazzjonali) li jirrappreżentaw il-ħaddiema indipendenti.
1.5 Għandhom jiġu identifikati l-aspetti komuni għad-definizzjoni ta' impjegat fl-Istati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-analiżi li jinġabru mir-rakkomandazzjonijiet preċedenti. Approċċ bħal dan ikun neċessarju mhux biss biex tiġi żgurata applikazzjoni xierqa tad-Direttivi Ewropej eżistenti tal-Liġi tax-Xogħol iżda wkoll biex ikun hemm fehim aħjar taż-żidiet fl-impjieg transkonfinali fl-Ewropa. B'hekk tkun tista' tintuża l-informazzjoni meħtieġa biex jinfiehem aħjar x'jinkludi x-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti. Qabel ma jsir tentattiv biex jinfiehem aħjar ix-xogħol indipendenti iżda ekonomikament dipendenti għandha tiġi stabbilita definizzjoni ċara u preċiża ta' impjegat.
2. Introduzzjoni
Dawk li jaħdmu għal rashom huma letteralment dawk li jaħdmu għalihom infushom, minflok għal ħaddieħor f'relazzjoni dipendenti. Madankollu, għalkemm jidher sempliċi, ma jistax jiġi injorat il-fatt li x-xogħol indipendenti jkopri firxa wiesgħa ta' sitwazzjonijiet soċjali u ekonomiċi, li ma jistgħux jitqiesu kollha l-istess. Din il-frammentazzjoni tax-xogħol indipendenti hija kwistjoni sensittiva fl-Istati Membri kollha. Il-provvedituri ta' servizzi dipendenti huma s-suġġett ta' din l-opinjoni. Konsegwentement, ser ikun hemm enfasi partikolari fuq il-ħsieb wara l-forom ġodda ta' impjieg indipendenti sabiex nifhmu meta dawn jistgħu jibdew jostakolaw l-indipendenza ekonomika ta' dawk li jaħdmu għal rashom. B'hekk, mhux ser nipprovaw nindirizzaw is-suġġett tax-xogħol mhux iddikjarat jew tal-hekk imsejjaħ “xogħol taparsi indipendenti”, għalkemm it-tnejn li huma jista' jkollhom, jew jidhru li jkollhom, rabta mal-ħaddiema ekonomikament dipendenti li jaħdmu għal rashom.
L-ewwel u qabel kollox, ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti huwa problema attwali fl-Unjoni Ewropea (1). Barra minn hekk, dan ġie rikonoxxut legalment f'xi pajjiżi Ewropej li stabbilixxew definizzjonijiet u introduċew forom speċifiċi ta' protezzjoni (2). Fl-aħħar nett, hemm bżonn li jiġu mifhuma kompletament il-kwistjonijiet marbuta max-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti (3).
3. Ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti: suġġett attwali fl-Unjoni Ewropea
3.1 Forom ġodda ta' ħaddiema indipendenti għar-realtajiet ekonomiċi u soċjali ġodda
|
3.1.1 |
Sensiela ta' fatturi jistgħu jwasslu biex joħorġu fid-dieher forom “ġodda” ta' ħaddiema indipendenti, jew fi kliem ieħor, ħaddiema li jaħdmu f'oqsma tax-xogħol li mhux bilfors ikunu integrati fil-kategoriji tradizzjonali tax-xogħol indipendenti bħall-biedja u l-professjonijiet liberi (2). Nistgħu nsemmu għadd ta' fenomeni hawnhekk:
|
|
3.1.2 |
Fil-kuntest ta' dawn il-bidliet, il-letteratura akkademika, ibbażata fuq ir-riċerka empirika, iffokat fuq l-identifikar ta' diversi kategoriji ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom. L-iktar kategoriji li jintużaw huma (3):
|
|
3.1.3 |
Flimkien ma' dawn id-definizzjonijiet, fit-tfassil tal-istampa tal-istatistika tal-impjieg indipendenti, l-Istħarriġ tal-EUROSTAT dwar is-Suq tax-Xogħol jiddistingwi bejn dawn il-gruppi ta' ħaddiema indipendenti:
|
|
3.1.4 |
L-identifikazzjoni tal-fenomenu tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti toħloq problemi reali ħafna. Huwa biss f'dawk il-pajjiżi li rrikonoxxew b'mod legali din il-kategorija l-ġdida, li teżisti approssimazzjoni iktar preċiża ta' dawk li minkejja li jaħdmu għal rashom huma ekonomikament dipendenti. Madankollu, nistgħu nassumu li proporzjon tal-ħaddiema klassifikati fl-istatistika bħala persuni li jaħdmu għal rashom fil-fatt ekonomikament jiddependu fuq klijent jew prinċipal. |
|
3.1.5 |
Għalhekk, jekk wieħed jara d-data Ewropea disponibbli fuq l-iskala tal-impjieg indipendenti (5), din turi li fl-2007, il-ħaddiema indipendenti mingħajr l-ebda impjegat kienu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-ħaddiema indipendenti kollha f'kull Stat Membru. F'xi Stati Membri, din ir-rata kienet saħansitra ogħla (70 % jew iktar). Dan kien il-każ fir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovakkja u r-Renju Unit. Fid-dawl tal-bidliet ekonomiċi u soċjali li wasslu għall-forom ġodda ta' impjieg indipendenti u l-esperjenza tal-pajjiżi li rregolaw dawn l-istess forom ta' xogħol, ikun raġonevoli li wieħed jassumi li proporzjon sinifikanti ta' dan il-grupp imdaqqas ta' “own account workers” qed jaħdmu f'sitwazzjoni ta' dipendenza ekonomika. |
|
3.1.6 |
Tul l-aħħar għexieren ta' snin, it-tendenzi juru li fl-Ewropa għadd dejjem ikbar ta' ħaddiema indipendenti qed isiru parti mis-sistema formali tal-impjieg, filwaqt li hemm żieda fil-forom ta' xogħol dipendenti permezz ta' mezzi legali barra s-sistema tal-impjieg. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu identifikati l-kriterji li jiddefinixxu din id-dipendenza ekonomika u jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' statistika li jkejlu l-għadd ta' persuni li jaħdmu b'dan il-mod. |
3.2 Ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti, mistoqsija mressqa fil-livell Ewropew
|
3.2.1 |
Il-protezzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom ilha kwistjoni ta' tħassib għall-UE għal bosta snin. Hawnhekk nistgħu nsemmu r-Rakkomandazzjoni 2003/134/KE tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2003 (6) dwar it-titjib tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom. L-isfidi li jinħolqu mill-protezzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom huma riflessi wkoll fid-dibattitu li għaddej dwar il-proposta għal direttiva ġdida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa li jaħdmu għal rashom. |
|
3.2.2 |
Barra minn hekk, id-distinzjoni bejn l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom tinsab fil-qalba tad-diskussjoni li għaddejja dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport bit-triq. |
|
3.2.3 |
Il-kwistjoni tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti ġiet indirizzata espliċitament fil-livell tal-Unjoni Ewropea f'diversi okkażjonijiet. Pereżempju, ir-rapport ta' Alain Supiot li tressaq lill-Kummissjoni Ewropea fl-2000 (7) irrikonoxxa l-eżistenza ta' “ħaddiema li ma jistgħux jiġu deskritti bħala impjegati, iżda li huma ekonomikament dipendenti fuq klijent uniku”, bl-argument li għandhom ikunu intitolati għad-“drittijiet soċjali” ġustifikati minn din id-dipendenza. |
|
3.2.4 |
Fil-Green Paper tal-2006 dwar l-immodernizzar tal-liġi dwar ix-xogħol (8), il-Kummissjoni Ewropea nnotat li “L-impjiegi ta' min jaħdem għal rasu ukoll huma mezz ta' kif wieħed ilaħħaq mal-istrutturar, inaqqas l-ispejjeż tax-xogħol diretti jew indiretti u jimmaniġġja r-riżorsi b'mod aktar flessibbli bi tweġiba għal ċirkostanzi ekonomiċi mhux previsti. Dan jirrifletti wkoll il-mudell tan-negozju li huwa orjentat lejn is-servizz u twassil ta' proġetti sħaħ għall-klijenti. F'ħafna każijiet dan jirrifletti l-għażla ħielsa għal xogħol indipendenti minkejja livelli aktar baxxi ta' ħarsien soċjali b'paragun ma' kontroll aktar dirett fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-ħlas.” Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ressqet l-argument ukoll li, “Il-kunċett ta' ‘xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti’ ikopri sitwazzjonijiet li jaqgħu bejn iż-żewġ kunċetti stabbiliti ta' impjegar subordinat u ħaddiema għal rashom indipendenti. Dawn il-ħaddiema m'għandhomx kuntratt tax-xogħol. Jistgħu ma jkunux koperti b'liġi tax-xogħol minħabba li jokkupaw żona mhux ċara bejn il-liġi tax-xogħol u l-liġi kummerċjali. Għalkemm formalment ‘jaħdmu għal rashom’, ekonomikament jibqgħu dipendenti fuq klijent/min iħaddem wieħed, jew wieħed prinċipali [sic], għad-dħul tagħhom. Dan il-fenomenu għandu jiġi distint b'mod ċar mill-klassifikazzjoni ħażina apposta ta' dawk li jaħdmu għal rashom.” |
|
3.2.5 |
Din il-kwistjoni tqajmet ukoll fl-Opinjoni tal-KESE dwar il-Green Paper (9). |
4. Ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti: realtà legali f'xi pajjiżi tal-UE
4.1 L-eżistenza ta' kategoriji legali intermedji bejn l-impjieg b'paga u l-impjieg indipendenti
|
4.1.1 |
It-tip ta' approċċ li l-liġi tieħu lejn ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jista' jwassal sabiex dan jitqies bħala kategorija intermedja bejn l-impjieg b'paga u l-impjieg indipendenti. |
|
4.1.2 |
Sal-lum, hemm għadd żgħir ta' Stati Membri li jirrikonoxxu b'mod speċifiku l-kunċett ta' ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti, għalkemm f'forom differenti u f'livelli differenti, u jipprovaw jiddefinixxuh. L-eżistenza ta' din il-kategorija intermedja ta' ħaddiem, bejn ħaddiem indipendenti u impjegat, tirriżulta fil-ħolqien ta' forom ġodda ta' impjieg, għalkemm l-ambitu u l-kontenut tiegħu jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. L-eżempji prinċipali jinkludu l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit. Għalhekk, fl-Italja, l-idea tal-parasubordinazzjoni tapplika għal dawk il-persuni impjegati f'“relazzjonijiet kuntrattwali kontinwi u koordinati” u għall-“ħaddiema ta' proġetti”. Fir-Renju Unit insibu kategorija separata ta' “ħaddiem”, li huwa differenti minn “impjegat”. Il-“ħaddiem” (worker) huwa distint minn impjegat (employee) fis-sens li jagħmel ix-xogħol mingħajr ma jkun taħt l-awtorità ta' persuna li tħaddem. Fl-Awstrija jeżistu forom speċifiċi ta' kuntratti, rikonoxxuti fil-leġislazzjoni, fejn wieħed jista' jara indikazzjonijiet ta' tħassib ġenerali dwar ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti, b'mod partikolari fil-każ tal-“free service contracts”. Dawk li qed jaħdmu b'dan it-tip ta' kuntratt huma differenti mill-impjegati fis-sens li, għalkemm fil-biċċa l-kbira taż-żmien jaħdmu għal klijent uniku, skont skeda fissa, ir-relazzjoni tax-xogħol mhijiex waħda ta' subordinazzjoni. Fil-Ġermanja nsibu l-kunċett ta' “persuna bħal impjegat” (“arbeitnehmerähnliche Person”). Din il-kategorija ta' ħaddiema, trattata separatament mill-impjegati fil-leġislazzjoni tax-xogħol, tikklassifika lil dawk li b'kuntratt kummerċjali jew ta' servizz, jagħmlu x-xogħol ikkonċernat personalment u direttament, mingħajr ma jingaġġaw impjegati, u li jiddependu fuq klijent uniku għal iktar minn 50 % tad-dħul tagħhom. Spanja għandha l-iktar definizzjoni reċenti u l-iktar waħda kompluta tax-xogħol ekonomikament dipendenti. L-istatus tal-ħaddiema indipendenti, adottat fl-2007 jagħti definizzjoni ta' ħaddiem ekonomikament dipendenti skont għadd ta' kriterji. Dan it-tip ta' ħaddiem huwa dak li s-soltu jwettaq attività ekonomika jew professjonali, personalment u direttament, bi skop ta' qligħ u għal klijent wieħed biss, li mingħandu jaqla' mill-inqas 75 % tad-dħul tiegħu. Dan l-istatus mhuwiex kompatibbli ma' kumpanija ċivili jew kummerċjali (10). |
|
4.1.3 |
Jistgħu jinġabru għadd ta' konklużjonijiet mill-osservazzjoni tas-sistemi nazzjonali li jkunu rikonoxxew l-eżistenza ta' kategorija legali ġdida fil-liġi. L-ewwel nett, fil-każijiet kollha qed naraw il-ħolqien ta' kategorija totalment ġdida, distinta minn dik ta' impjegat u minn dik ta' ħaddiem indipendenti, u, a fortiori, minn dik ta' intraprenditur ġenwin. Għaldaqstant, l-objettiv li jrid jintlaħaq fid-diversi pajjiżi mhuwiex li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom imma li huma ekonomikament dipendenti jinbidlu f'impjegati, iżda li jagħtihom status speċifiku bid-dritt għal protezzjoni speċifika fuq il-bażi tad-dipendenza ekonomika tagħhom. Għalhekk, fid-diversi każijiet ikkwotati hawn fuq, l-istatus tal-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti ma jiddependix fuq l-eżistenza ta' relazzjoni ta' subordinazzjoni legali, fejn din tal-aħħar hija element fid-definizzjonijiet legali ta' impjegati fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. B'hekk, impjegat huwa xi ħadd li jaħdem taħt id-direzzjoni u s-superviżjoni ta' persuna oħra, li mbagħad jiġi kklassifikat bħala min iħaddem, sitwazzjoni li hi stess tiġi determinata skont bosta fatturi, jiġifieri, l-obbligu li wieħed jipprovdi x-xogħol għalih innifsu, li jaħdem għal entità waħda biss għal tul ta' żmien speċifiku, li ma jkunux responsabbli għar-riskji finanzjarji tal-kumpaniji u x-xogħol li jsir f'isem ħaddieħor. Filwaqt li l-impjegati kollha huma ekonomikament dipendenti, ħarsa lejn dan il-kriterju turi li l-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti mhux bilfors ikunu impjegati. |
|
4.1.4 |
Madankollu, hemm bżonn li jiġu stabbiliti kriterji li jiddistingwu d-dipendenza ekonomika. Dan huwa kompitu kumpless, iżda mhux impossibbli, hekk kif juru d-diversi regolamenti nazzjonali li jeżistu f'dan il-qasam. L-ewwel tip ta' kriterju li jista' jintuża huwa relatat mal-ħaddiem stess. Għalhekk (pereżempju fi Spanja), ħaddiem indipendenti li jkun ekonomikament dipendenti jista' jiġi definit bħala xi ħadd li jagħmel ix-xogħol ikkonċernat personalment, mingħajr ma jingaġġa impjegati. Kriterji oħrajn, li jintużaw b'mod konġunt mal-ewwel wieħed, huma relatati mal-istat tad-dipendenza ekonomika nnifisha. Wieħed mill-fatturi li jistgħu jintużaw hawnhekk huwa l-proporzjon tad-dħul minn klijent wieħed (li jekk ikun il-każ, il-kwistjoni sussegwenti tkun li jiġi determinat il-proporzjon eżatt tad-dħul li jikkwalifika d-dipendenza ekonomika, jew it-tul tar-relazzjoni bejn il-ħaddiem u l-klijent: iktar ma tkun twila r-relazzjoni, ikbar tkun id-dipendenza ekonomika fuq il-klient). L-Italja tuża dan l-aħħar fattur biex tiddetermina l-eżistenza ta' “relazzjoni kontrattwali kontinwa u koordinata”. Fl-aħħar nett, l-esperti li jaħdmu f'dan il-qasam f'xi każijiet issuġġerixxew kriterju addizzjonali. Għaldaqstant, il-Professur Perulli (11) jqis li ħaddiem jista' jiġi kkwalifikat bħala ekonomikament dipendenti biss jekk il-mod li bih jorganizza l-produzzjoni jiddependi fuq l-attività tal-klijent. Fi kliem ieħor, il-ħaddiem għandu jkun f'pożizzjoni li ma jistax jaċċessa s-suq minħabba li l-organizzazzjoni globali produttiva (b'mod partikolari, il-materjal u t-teknoloġija użati) ikollha l-objettiv li taqdi l-ħtiġijiet ta' klijent wieħed biss. |
4.2 Protezzjoni għall-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti
|
4.2.1 |
Fil-pajjiżi li jirrikonoxxu kategorija intermedja bejn l-istatus ta' impjegat u dak ta' ħaddiem indipendenti, id-dipendenza ekonomika hija l-bażi tad-drittijiet speċifiċi li ma jingħatawx lill-ħaddiema indipendenti, iżda tkun inqas estensiva mid-drittijiet li jingħataw lill-impjegati. Id-drittijiet tal-ħaddiem indipendenti li jkun ekonomikament dipendenti jistgħu jkunu wkoll marbuta mal-ħarsien soċjali. Dawn jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq il-garanziji offerti lill-ħaddiema mil-leġislazzjoni tax-xogħol. F'dan ir-rigward, jistgħu japplikaw għar-relazzjonijiet individwali bejn il-ħaddiem u l-klijent tiegħu (dħul minimu, ħin tax-xogħol, eċċ), iżda dan iwassal ukoll għar-rikonoxximent li l-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti għandhom id-dritt li jorganizzaw ruħhom u li jaġixxu b'mod kollettiv biex jiddefendu u jfittxu l-interessi professjonali tagħhom. Dan juri l-idea li d-dipendenza, għalkemm ekonomika u mhux legali, tiġġustifika protezzjoni partikolari. |
|
4.2.2 |
B'rabta mal-protezzjoni soċjali, fil-pajjiżi kkonċernati jista' jkun hemm livell intermedju ta' protezzjoni soċjali, ogħla minn dak offrut lill-“ħaddiema indipendenti ordinarji”. Fl-Italja, dan japplika għal dawk ingaġġati bħala “ħaddiema ta' proġetti”, li jkunu intitolati għal garanziji f'każ ta' tqala, mard, inċidenti relatati max-xogħol u l-pensjoni li qed isiru dejjem iktar simili ta' dawk li jingħataw lill-impjegati. L-istess jgħodd għar-Renju Unit, fejn il-“workers” ikunu intitolati għal paga statutorja meta jkunu morda. |
|
4.2.3 |
Rigward ir-regoli li jirregolaw l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom, għalkemm mhumiex impjegati, il-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti, ġeneralment ikunu intitolati għal parti mill-protezzjoni offruta lill-impjegati. |
|
4.2.4 |
Naturalment, jekk inħarsu iktar fil-fond minn din l-istampa ġenerali, il-kopertura tal-protezzjoni li tingħata lill-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti tvarja b'mod konsiderevoli minn pajjiż għal ieħor. Fir-Renju Unit, il-“workers” huma intitolati għall-protezzjoni marbuta mal-paga minima, is-sigħat tax-xogħol u l-ġranet franka. Fi Spanja, l-approċċ huwa ħafna iktar ambizzjuż, fejn l-Istatut tal-2007 jagħti d-drittijiet li ġejjin lill-ħaddiema ekonomikament dipendenti:
|
|
4.2.5 |
B'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2003, lil hinn mill-protezzjoni mmirata lejn il-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti, livell minimu ta' protezzjoni soċjali (pereżempju fil-qasam tas-sigurtà soċjali, it-taħriġ vokazzjonali jew l-aċċess għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol) għandu jkopri lill-ħaddiema indipendenti kollha fl-UE. Dan għandu jiżgura li l-protezzjoni soċjali bażika tingħata lill-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-istatus legali tax-xogħol li jagħmlu. |
5. Sfidi relatati mar-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti
5.1 Ix-xogħol b'paga u x-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti: kompetizzjoni jew komplement?
|
5.1.1 |
Kif rajna, numru żgħir biss ta' Stati Membri tal-UE jirrikonoxxu l-kategorija ta' ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti fil-leġislazzjoni tagħhom. Lil hinn mir-realtà ekonomika u soċjali li tvarja fid-diversi pajjiżi, din tirrifletti wkoll ir-riservi leġittimi rigward l-istatuses intermedji ta' dan it-tip. Hemm ġustifikazzjoni għall-biża' li, anke bil-kjarifika tal-kategoriji legali, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jwassal biex il-persuni li s'issa kienu definiti bħala impjegati jiġu trasferiti għall-kategorija ta' xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti, b'rabta, pereżempju, mal-istrateġiji ta' esternalizzazzjoni tal-impjiegi mill-kumpaniji. Sa ċertu punt, l-esperjenza tal-Italja turi evidenza ta' dan ir-riskju. Meta l-gvern Taljan introduċa kuntratti ta' kollaborazzjoni ta' proġett fl-2003, l-għan kien li jiġi żgurat li dawk li taparsi jaħdmu għal rashom jiġu trasferiti għal xogħol b'paga. Madankollu, bejn l-2003 u l-2005 fil-fatt kien hemm żieda qawwija fl-għadd ta' ħaddiema “parasubordinati”. Dan it-tħassib jista' jispjega għalfejn, f'bosta Stati Membri, jew il-gvern jew l-imsieħba soċjali huma opposti ferm għall-ħolqien ta' kwalunkwe status ta' impjieg intermedju bejn dak ta' impjegat u l-impjieg indipendenti. Pereżempju, fil-kungress tiegħu tal-2009, it-TUC Ingliż adotta mozzjoni li tirrakkomanda li għandu jkun hemm biss żewġ tipi ta' ħaddiema fir-Renju Unit: l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom. |
|
5.1.2 |
Huwa minnu li l-analiżi tar-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti ma tistax tinfired għalkollox mill-kwistjonijiet tax-“xogħol taparsi indipendenti”. Din hija realtà li hija evidenti f'numru ta' pajjiżi tal-UE. Huwa evidenti b'mod partikolari f'setturi bħall-bini, fejn din il-prattika illegali tant hija mifruxa li ġġustifikat l-adozzjoni reċenti ta' pożizzjoni komuni mill-imsieħba soċjali Ewropej ta' dan is-settur. Mingħajr l-ebda dubju, jeżistu każijiet ta' ħaddiema li formalment jaħdmu għal rashom (fejn iż-żewġ partijiet jiddefinixxu r-relazzjoni tagħhom f'dawn it-termini) iżda li jaħdmu taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-impjegati. Dawn il-każijiet għandhom tendenza li jaqblu mal-ipotesi li min iħaddem jikkwalifika x-xogħol bħala impjieg indipendenti biex jevita l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tax-xogħol u/jew tas-sigurtà soċjali. Fil-konfront ta' din is-sitwazzjoni, ir-rakkomandazzjoni Nru 198 tal-ILO (12) titlob lill-gvernijiet biex jadottaw kriterji ċari fil-leġislazzjoni tagħhom biex issir distinzjoni bejn ir-relazzjoni tal-impjieg sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol taparsi indipendenti. Mingħajr l-ebda dubju, din hija kwistjoni kruċjali, iżda hija distinta mix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti. Fil-fatt, għadha qed tiġi distinta b'mod ċar fil-liġi mix-xogħol b'paga, inkluż f'dawk il-pajjiżi li jirrikonoxxu dan it-tip ta' impjieg. Fi kliem ieħor, ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jista' jeżisti biss bħala status jekk ikun distint b'mod ċar mix-xogħol b'paga. M'hemmx dubju li l-kriterju tas-subordinazzjoni legali għandu rwol ċentrali x'jaqdi f'dan ir-rigward. Jekk xi ħadd ikun qed jaħdem taħt kondizzjonijiet li jikkwalifikawh bħala impjegat, m'għandux ikun possibbli li jiġi kategorizzat bħala ekonomikament dipendenti. Naturalment, dan jiddependi minn jekk ix-xogħol b'paga jkunx definit bl-iktar mod ċar u preċiż fil-liġi nazzjonali, skont ir-rakkomandazzjoni tal-ILO. Fi kliem ieħor, għandna nkunu nistgħu nagħmlu distinzjoni bejn ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti u x-xogħol b'paga, u sabiex dan isir, kull kunċett għandu jkun definit b'mod ċar. Jeħtieġ ukoll li l-miżuri li jiżguraw il-konformità mal-liġi jkunu effettivi. Huwa biss jekk jiġu sodisfati dawn il-kondizzjonijiet li r-rikonoxximent tal-istatus tal-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti jkun jista' jikkomplementa l-istatus tal-impjegat u jagħti protezzjoni aħjar lil dawk il-ħaddiema ġenwinament indipendenti minn dawk li taparsi jaħdmu għal rashom. |
|
5.1.3 |
Barra minn hekk, billi x-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti huwa rikonoxxxut, wieħed jista' jistenna wkoll li r-relazzjoni kummerċjali bejn klijent u ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti ma tkunx daqshekk twila b'tali mod li jirriżulta li l-ħaddiem ekonomikament indipendenti, fil-prattika jkun qed jaħdem b'mod permanenti għall-klijent tiegħu. F'dan il-każ, anke jekk ir-relazzjoni inizjalment tkun waħda ġenwinament kummerċjali, meta din tkompli għaddejja għal perijodu relattivament twil, għandhom jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet u l-mezzi li jippermettu lill-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti jikseb l-istatus ta' impjegat ta' dak li qabel kien il-klijent u wara sar iħaddmu. |
5.2 Opportunitajiet offruti mir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti
|
5.2.1 |
Fl-Istati Membri kollha li adottawh, ir-rikonoxximent tal-istatus tal-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti kien mezz li bih ġiet estiża iktar protezzjoni legali għall-ħaddiema li mhumiex impjegati iżda ġenwinament jaħdmu għal rashom, għalkemm f'sitwazzjoni fejn ma jistgħux jieħdu vantaġġ mill-protezzjoni ekonomika li kienu jingħataw kieku setgħu jaħdmu għal numru ta' klijenti differenti. F'dan ir-rigward, minbarra l-estensjoni tal-protezzjoni rigward is-sigurtà soċjali u l-istatus professjonali, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jista' jkun ukoll mezz ta' tisħiħ tal-intraprenditorija u l-libertà tal-kummerċ. Għalhekk, il-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti jista' japprofitta minn appoġġ speċifiku relatat max-xogħol (parir, għajnuna finanzjarja) li tippermettilu jiżviluppa l-intrapriża tiegħu u fl-aħħar mill-aħħar joħroġ mis-sitwazzjoni ta' dipendenza ekonomika. |
|
5.2.2 |
Fl-aħħar nett, ir-riflessjoni fuq ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti għandha tqis ukoll l-interess tal-konsumatur. L-għoti tas-servizzi lill-konsumaturi ħafna drabi jkun akkumpanjat mill-ħolqien ta' ktajjen ta' sottokuntrattar, li jinvolvi kemm il-ħaddiema indipendenti kif ukoll il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom iżda li jkunu ekonomikament dipendenti. Pereżempju, meta konsumatur jikkuntattja lil kumpanija kbira għal installazzjoni (ta' gass, elettriku, telefon jew TV diġitali) jew għal kontroll jew tiswija ta' tagħmir, ħafna drabi jkun ħaddiem indipendenti li jiġi biex jagħmel il-biċċa xogħol f'isem il-kumpanija u li jkun kompletament responsabbli għall-għoti ta' servizz sodisfaċenti. Il-pożizzjoni dominanti tas-suq tal-kumpaniji l-kbar fil-kuntest ta' oligopolija tippermettilhom jimponu kondizzjonijiet iebsa ħafna fir-rigward tal-prezzijiet li jħallsu lis-sottokuntrattur, li jobbliga lil dan tal-aħħar jaċċetta marġni ta' profitt ferm inqas minn tas-soltu għas-servizz ikkonċernat. F'dan ix-xenarju, il-ħaddiem li jaħdem għal rasu għandu żewġ għażliet: jew ma jagħmel l-ebda qligħ u l-ebda telf, jew li jipprovdi servizz ta' kwalità. F'dan il-kuntest, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti biex ikun hemm bilanċ bejn ir-relazzjoni kuntrattwali li torbot lill-ħaddiem u l-prinċipal għandu jnaqqas il-pressjoni ekonomika fuq il-ħaddiem u jgħin jiżgura kwalità aħjar tas-servizz lill-konsumatur aħħari. |
5.3 Ix-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti: kwistjoni Ewropea
|
5.3.1 |
Il-firxa ta' statuses ta' impjieg fis-seħħ bħalissa fid-diversi Stati Membri tal-UE bilfors tolqot il-mod kif jitħaddem is-suq Ewropew, b'mod partikolari fejn jidħlu s-servizzi transkonfinali. Dan huwa minnu b'mod partikolari meta s-servizz jingħata f'pajjiż minn ħaddiem indipendenti minn pajjiż ieħor billi dan il-ħaddiem, li ma jkunx impjegat, ser jaqa' taħt ir-regolamenti li japplikaw fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu (13). Din is-sitwazzjoni hija sfida verament Ewropea. |
|
5.3.2 |
B'mod iktar ġenerali, l-analiżi konġunta tal-imsieħba soċjali Ewropej (14), ippubblikata f'Ottubru 2007 tikkonferma li l-impjiegi għandhom tendenza li jkunu kkonċentrati fis-settur tas-servizzi b'riżultat tal-bidliet li jolqtu l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Minn din l-analiżi nistgħu naslu għall-konklużjoni li l-metodi moderni ta' kif jiġu organizzati x-xogħol u l-produzzjoni għandhom iwasslu għal evalwazzjoni tal-idea stess tar-relazzjoni subordinata fix-xogħol bejn l-impjegat u min iħaddem lil hinn mill-kunċett legali tas-subordinazzjoni. |
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Key challenges facing European labour markets: a joint analysis of European social partners.
(2) Ara r-rapport tal-EIRO (l-Osservatorju Ewropew tar-relazzjonijiet industrijali), “Self-employed workers: industrial relations and working conditions”, (2009).
(3) Ara r-rapport tal-EIRO ikkwotat fin-nota 2 f'qiegħ il-paġna.
(4) Premessa 43 tad-Direttiva 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005 tagħti definizzjoni tal-professjonijiet liberi.
(5) B'referenza għad-definizzjonijiet differenti tal-kunċett użati mill-EUROSTAT.
(6) Xi aspetti koperti mir-Rakkomandazzjoni huma rilevanti għas-suġġett trattat f'din l-opinjoni:
|
— |
hija rikonoxxuta l-koeżistenzatal-ħaddiema indipendenti u l-impjegati fuq l-istess post tax-xogħol (punti 4 u 5); |
|
— |
jingħad li, bħala regola ġenerali, il-ħaddiema li jwettqu l-attività tax-xogħol tagħhom b'mod li ma jinvolvix relazzjoni ta' impjieg ma' xi ħadd li jħaddem mhumiex koperti jew protetti (punt 5); |
|
— |
huwa osservat li s-saħħa tal-ħaddiema indipendenti tista' tkun soġġetta għal riskji simili għal dawk li jgħaddu minnhom l-impjegati (punt 6); |
|
— |
ir-rakkomandazzjonijiet finali jsemmu l-bżonn li jittieħdu miżuri mmirati lejn is-sensibilizzazzjoni ta' ħaddiema indipendenti permezz tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. |
(7) “Transformation of labour and future of labour law in Europe” (It-trasformazzjoni tax-xogħol u l-ġejjieni tal-liġi tax-xogħol fl-Ewropa), Kummissjoni Ewropea, 1999.
(8) Ara l-Green Paper li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21, COM(2006) 708 finali.
(9) Opinjoni tal-KESE tat-30.5.2007 dwar il-Green Paper li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol sabiex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21, relatur: is-Sur Retureau (ĠU C 175, 27.7.2007, p. 65), punt 3.1.4.
(10) Ara l-Artikolu 11 tal-liġi Spanjola tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi l-istatut għax-xogħol indipendenti.
(11) A. Perulli, Economically Dependant / quasi-subordinate (parasubordinate) employment: legal, social and economic aspects, Rapport għall-Kummissjoni Ewropea, 2003.
(12) ILO, Employment Relationship Recommendation, nru 198, 2006.
(13) Ara, b'mod partikolari, il-Premessa 87 tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern.
(14) Key challenges facing European labour markets: a joint analysis of European social partners.
APPENDIĊI
għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
It-test li ġej, relatat mal-Opinjoni tas-Sezzjoni, ġie rrifjutat permezz tal-emendi approvati mill-Assemblea, iżda ġabar mill-inqas kwart tal-voti mixħuta:
Punt 1.2
|
1.2 |
Għandhom jiġu promossi studji li jippermettu l-analiżi dettaljata tal-esperjenzi nazzjonali fil-qasam tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti. Evalwazzjonijiet ta’ dan it-tip jistgħu jwasslu sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema klassifikati bħala ekonomikament dipendenti, flimkien mar-riskji marbuta mar-rikonoxximent ta’ din il-kategorija legali ġdida u l-arranġamenti għar-rappreżentazzjoni kollettiva tal-ħaddiema indipendenti ekonomikament dipendenti. |
Votazzjoni
|
Favur |
: |
101 |
|
Kontra |
: |
93 |
|
Astensjonijiet |
: |
5 |
Punt 1.6
|
1.6 |
Fil-livell Ewropew għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ korp komuni ta’ drittijiet għall-ħaddiema kollha, kemm jekk impjegati kif ukoll jekk jaħdmu għal rashom. Fuq din il-bażi, jistgħu jiġu ċċarati diversi tipi ta’ definizzjonijiet tal-livelli ta’ dipendenza tal-ħaddiem, li jistgħu jvarjaw minn indipendenza ekonomika ġenwina fuq naħa waħda tal-ispettru għal xogħol imħallas fuq in-naħa l-oħra, fejn ix-xogħol li jkun indipendenti f’termini legali iżda dipendenti f’termini ekonomiċi jaqa’ f’nofs l-ispettru u tiġi stabbilita l-protezzjoni korrispondenti. Dan l-approċċ diġà qed jidher fl-Istati Membri li għażlu li jirrikonoxxu kategorija intermedja ta’ ħaddiema. Ikun utli wkoll li l-Kummissjoni toħroġ Komunikazzjoni dwar dan is-suġġett. |
Votazzjoni
|
Favur |
: |
108 |
|
Kontra |
: |
88 |
|
Astensjonijiet |
: |
7 |
Punt 2 (Introduzzjoni)
Dawk li jaħdmu għal rashom huma letteralment dawk li jaħdmu għalihom infushom, minflok għal ħaddieħor f’relazzjoni dipendenti. Madankollu, għalkemm jidher sempliċi, ma jistax jiġi injorat il-fatt li x-xogħol indipendenti jkopri firxa wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet soċjali u ekonomiċi, li ma jistgħux jitqiesu kollha l-istess. Din il-frammentazzjoni tax-xogħol indipendenti hija kwistjoni sensittiva fl-Istati Membri kollha. Madankollu, jidher li flimkien mal-professjonijiet li tradizzjonalment jitqiesu bħala oqsma ta’ impjieg indipendenti u li diġà ilhom stabbiliti u rikonoxxuti fl-Unjoni Ewropea, issa ħarġu għadd ta’ forom oħra ta’ impjieg indipendenti wara żviluppi li saru dan l-aħħar fl-ekonomiji u s-swieq tax-xogħol nazzjonali. Dawn tal-aħħar ser ikunu l-fokus ta’ din l-opinjoni. Fost dawn il-forom jew tendenzi ġodda fix-xogħol indipendenti, li huma distinti ferm, insibu referenza għal ħaddiema li mingħajr ma jkunu marbuta legalment, jaħdmu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika fuq il-klijenti u/jew il-prinċipali tagħhom. Dawn ir-realtajiet jenfasizzaw dak li llum huwa ġeneralment imsejjaħ “xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti”, is-suġġett ta’ din l-opinjoni. Konsegwentement, ser ikun hemm enfasi partikolari fuq il-ħsieb wara l-forom ġodda ta’ impjieg indipendenti sabiex nifhmu meta dawn jistgħu jibdew jostakolaw l-indipendenza ekonomika ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. B’hekk, mhux ser nipprovaw nindirizzaw is-suġġett tax-xogħol mhux iddikjarat jew tal-hekk imsejjaħ “xogħol taparsi indipendenti”, għalkemm it-tnejn li huma jista’ jkollhom, jew jidhru li jkollhom, rabta mal-ħaddiema ekonomikament dipendenti li jaħdmu għal rashom.
Votazzjoni
|
Favur |
: |
105 |
|
Kontra |
: |
92 |
|
Astensjonijiet |
: |
10 |
Punt 5.1.3
|
5.1.3 |
Barra minn hekk, billi x-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti huwa rikonoxxxut, wieħed jista’ jistenna wkoll li r-relazzjoni kummerċjali bejn klijent u ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti ma tkunx daqshekk twila b’tali mod li jirriżulta li l-ħaddiem ekonomikament indipendenti, fil-prattika jkun qed jaħdem b’mod permanenti għall-klijent tiegħu. F’dan il-każ, anke jekk ir-relazzjoni inizjalment tkun waħda ġenwinament kummerċjali, meta din tkompli għaddejja għal perijodu relattivament twil, għandhom jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet u l-mezzi li jippermettu lill-ħaddiem indipendenti ekonomikament dipendenti jikseb l-istatus ta’ impjegat ta’ dak li qabel kien il-klijent u wara sar iħaddmu. Pereżempju, waħda mill-possibbiltajiet tista’ tkun li l-kuntratti kummerċjali kontinwi mal-istess klijent tul ċertu perijodu ta’ żmien iwasslu għar-riklassifikazzjoni tar-relazzjoni bejn il-partijiet bħala parti minn relazzjoni ta’ impjieg. Dan huwa partikolarment meħtieġ billi, f’ħafna każijiet, il-bidla fl-istatus ta’ ħaddiem ekonomikament dipendenti mhijiex strettament għażla volontarja, iżda waħda li saret b’riżultat ta’ fatturi esterni bħall-esternalizzazzjoni ta’ produzzjoni jew ir-ristrutturar ta’ kumpanija bis-sensji li tkun ġabet magħha. |
Votazzjoni
|
Favur |
: |
105 |
|
Kontra |
: |
92 |
|
Astensjonijiet |
: |
5 |
Punt 5.2.2
|
5.2.2 |
Barra minn hekk, ir-rikonoxximent tax-xogħol indipendenti ekonomikament dipendenti jista’ jagħti lok biex jiġi żviluppat il-mod kif il-ħaddiema indipendenti l-ġodda jorganizzaw ruħhom u kif jiġu rappreżentati bħala grupp, billi ħafna drabi jkunu iżolati u l-interessi professjonali speċifiċi tagħhom mhux dejjem jitqiesu mill-organizzazzjonijiet professjonali eżistenti fl-Istati Membri. |
Votazzjoni
|
Favur |
: |
106 |
|
Kontra |
: |
91 |
|
Astensjonijiet |
: |
5 |
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-462 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta' April 2010
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/53 |
Opinjoni Tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Green Paper – Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd”
COM(2009) 163 finali
2011/C 18/09
Relatur: is-Sinjura SÁNCHEZ MIGUEL
Nhar it-22 ta' April 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Green Paper – Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd
COM(2009)163 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' April 2010 (seduta tat-28 ta' April 2010) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'141 vot favur, vot wieħed kontra u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-konklużjoni ewlenija li toħroġ mill-Green Paper tal-Kummissjoni dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) hi li l-PKS, fil-forma attwali tagħha, ma solvitx il-problemi li ħarġu fid-dieher mir-riforma preċedenti tal-2002. Il-bidliet li saru ma kellhomx effetti viżibbli fuq kwistjonijiet problematiċi bħall-kapaċità żejda tal-flotot tas-sajd, is-sajd żejjed u t-tnaqqis fil-volum ta' ħut maqbud. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-għan tal-proposta l-ġdida għal riforma huwa li ma tkunx riforma oħra “li tiżdied biċċa biċċa” bħar-riformi preċedenti. |
|
1.2 |
Il-KESE jirrakkomanda li l-miżuri adottati jissalvagwardjaw l-impjieg u l-koeżjoni territorjali u li permezz tal-objettivi strateġiċi jinżamm bilanċ bejn il-pilastri ekonomiċi, soċjali u ambjentali billi tiġi garantita u mħeġġa imġiba responsabbli u sostenibbli fl-istadji kollha tal-katina tas-sajd. |
|
1.3 |
Jeħtieġ li r-riforma tal-PKS tenfasizza aktar fuq dawn il-punti li ġejjin, li huma spjegati f'aktar dettall fil-kummenti partikolari:
|
2. Kuntest leġiżlattiv
|
2.1 |
B'konformità mal-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva (…) [f]il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd”. Meta jkunu ser jiġu deċiżi politiki b'segwitu għall-konsultazzjoni tal-Green Paper, jeħtieġ li jitqiesu l-opinjonijiet tal-gvernijiet u tal-partijiet ikkonċernati biex l-atturi kollha jiġu involuti fl-implimentazzjoni tar-regoli li jiġu stabbiliti. |
|
2.2 |
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) 2371/2002, il-Kummissjoni tejbet b'mod gradwali xi aspetti marbuta mal-konservazzjoni u s-sajd sostenibbli tal-ħut billi adottat pjani ta' ġestjoni u ta' rkupru u bis-saħħa ta' regolamenti dwar il-kontroll u l-implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjonijiet importanti, b'mod partikolari l-Komunikazzjoni COM(2007) 73 dwar l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd. Din il-Komunikazzjoni tanalizza s-sistemi nazzjonali attwali u teżamina l-possibbiltà li titjieb l-effiċjenza tagħhom billi jintużaw l-aħjar prattiki. |
3. Analiżi u risposti għall-mistoqsijiet li qajmet il-Green Paper
3.1. Negħlbu l-isfidi strutturali li jolqtu lill-PKS
3.1.1
|
3.1.1.1 |
Il-KESE, sa ċertu punt, jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u jagħraf li l-kapaċità żejda tal-flotot tas-sajd fl-Ewropa (speċjalment fid-dawl tal-iżvilupp tekniku) hija tendenza kerha li sal-lum ma nbidlitx biżżejjed. Madankollu, ma nistgħux niġġeneralizzaw u ta' min jistqarr li l-evalwazzjoni negattiva wisq tal-Kummissjoni mhijiex ċara peress li xi Stati Membri naqqsu, sa livelli differenti, il-kapaċità tal-flotot tagħhom. Fi kwalunkwe każ, id-data disponibbli dwar l-istat attwali tal-flotot tal-Istati Membri għandha tiġi aġġornata. |
|
3.1.1.2 |
Il-KESE jaqbel mal-idea li tintuża l-leġiżlazzjoni biex tiġi limitata l-kapaċità u jenfasizza l-bżonn li l-miżuri ta' ġestjoni u ta' kontroll jingħataw aktar saħħa permezz ta' pjani ta' adattament kofinanzjati mill-Istati Membri u mill-UE. Għandha tingħata prijorità lill-eliminazzjoni tal-kapaċità b'mod li jinkiseb bilanċ bejn l-opportunitajiet ta' sajd u l-kriterji ambjentali u soċjali. Biex jinkiseb dan il-bilanċ, għandha tingħata prijorità lill-aġġustamenti ambjentali u soċjali – bħal pereżempju bastimenti li jużaw tagħmir mhux selettiv u ta' ħsara għall-ambjent, li jikkonsmaw ammonti kbar ta' enerġija jew jipprovdu ftit impjiegi għall-ammont ta' ħut li jinqabad. Barra minn hekk, l-idea ta' fond ta' darba għall-irtirar għandha titqies bi prekawzjoni. L-eliminazzjoni tal-bastimenti għandha implikazzjonijiet soċjali li għandhom jiġu kkunsidrati. L-irtirar tal-bastimenti tas-sajd sikwit iwassal sabiex is-sajjieda impjegati jitilfu xogħolhom mingħajr ma jingħataw alternattiva. Il-KESE mhuwiex kontra l-fond għall-irtirar temporanju kif propost mill-Kummissjoni, li jista' jkun rilevanti jekk ikun ta' benefiċċju mhux biss għas-sidien tal-bastimenti iżda wkoll għas-sajjieda mpjegati li jistgħu jitilfu xogħolhom. Il-fond Komunitarju fil-fatt għandu jipprovdi miżuri soċjali bħal pereżempju għajnuna għat-taħriġ, u taħriġ bi tħejjija għal impjiegi oħra bil-għan li jiġi evitat it-telf tal-impjieg. Għaldaqstant, il-KESE jaqbel mal-idea li s-settur għandu jiżgura l-vijabbiltà ekonomika tiegħu u ma jibqax jiddependi mis-sussidji pubbliċi, li għandhom jingħataw fuq bażi temporanja, sakemm tinstab soluzzjoni għad-diffikultajiet strutturali tas-settur. |
|
3.1.1.3 |
Il-KESE jagħraf li l-użu ta' strumenti tas-suq bħad-drittijiet trasferibbli tas-sajd jista' jipprovdi soluzzjoni għall-kapaċità żejda tal-flotot. Filwaqt li jirrikonoxxi li din it-tip ta' ġestjoni xi drabi naqqset il-kapaċità f'ċerti pajjiżi u għal xi sajd speċifiku, il-Kumitat jemmen li l-Kummissjoni għandha turi li tali miżura hija ġġustifikata u tagħti aktar dettalji dwar l-inizjattivi li beħsiebha tadotta għall-protezzjoni u s-salvagwardja kontra kwalunkwe impatt mhux mixtieq fuq l-impjiegi u l-ippjanar tal-art bil-għan li jiġi evitat ir-riskju li jkun hemm konċentrazzjoni ta' drittijiet tas-sajd f'idejn għadd żgħir ta' intrapriżi kbar għad-detriment tal-komunitajiet żgħar tas-sajd. |
3.1.2
|
3.1.2.1 |
Il-KESE jwissi kontra t-twaqqif ta' ġerarkija bejn l-għanijiet strateġiċi tal-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u jirrakkomanda approċċ ibbilanċjat li, fil-perijodu fit-tul, jagħti l-istess importanza lill-pilastri ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Il-KESE jinnota li l-Green Paper, bħar-riforma tal-2002, ma tantx tagħti importanza lid-dimensjoni soċjali tal-PKS tal-futur u li din id-dimensjoni mhijiex ċara fost l-għanijiet strateġiċi fundamentali. |
|
3.1.2.2 |
It-titjib kontinwu tar-riżorsi tas-sajd u l-istabbilizzazzjoni tagħhom f'livelli sostenibbli għandhom jimxu id f'id ma' studji tal-impatt soċjoekonomiku li jippromovu miżuri ta' appoġġ finanzjarju għas-settur, immirati b'mod partikolari għall-ħarsien tal-impjiegi, sabiex l-intrapriżi jinvestu fl-innovazzjoni u l-iżvilupp kif ukoll għat-taħriġ professjonali. Fil-fatt jeħtieġ li jiġi garantit dħul deċenti għas-sajjieda matul il-perijodu ta' rkupru tal-istokkijiet. |
3.1.3
|
3.1.3.1 |
Il-KESE jaqbel kompletament mal-idea li jiġi rivedut il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bil-għan li jiġi żgurat li l-politika tkun aktar faċli biex tiftiehem, aktar effiċjenti u jitnaqqsu l-ispejjeż. Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn, min-naħa, il-prinċipji u l-għanijiet fundamentali, li għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew u, min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni tagħhom li hija delegata lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni jew possibbilment lil xi korpi ġodda u deċentralizzati tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati kollha fil-livell lokali. Jidher li l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz tad-deċentralizzazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwitsjonijiet tekniċi (il-mikroġestjoni) miexja fid-direzzjoni t-tajba. Konxju mill-fatt li l-istokkijiet u l-ekosistemi maqsuma jkopru firxa wiesgħa, il-KESE jilqa' b'mod favorevoli l-idea li l-Istati Membri jiżguraw il-ġestjoni tal-prinċipji u l-istandards ewlenin tal-PKS permezz ta' kollaborazzjoni mill-qrib fil-livell tar-reġjuni marittimi. |
|
3.1.3.2 |
Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-aħħar għandu jislet l-akbar benefiċċju mill-opinjonijiet imfassla mill-korpi konsultattivi komplementari, jiġifieri l-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) u l-Kumitati Konsultattivi Reġjonali. L-inizjattivi u l-opinjonijiet tal-kumitat għad-djalogu soċjali settorjali għas-sajd marittimu għandhom jitqiesu wkoll. |
3.1.4
|
3.1.4.1 |
Il-KESE jilqa' b'mod favorevoli l-idea li jingħataw aktar responsabbiltajiet lill-atturi fis-settur. Fil-fatt din l-idea tista' titwettaq permezz tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni tar-riżorsi li tiddependi mid-drittijiet trasferibbli tas-sajd, individwali jew kollettivi, skont il-kuntest lokali, filwaqt li jibqa' jiġi kkunsidrat il-punt 3.1.1.3. |
3.1.5
|
3.1.5.1 |
Il-KESE huwa tal-opinjoni li s-sistemi tal-ġbir tal-informazzjoni bil-għan li tiġi implimentata r-regolamentazzjoni għandhom ikomplu jiġu żviluppati u appoġġjati finanzjarjament. Is-settur tal-qbid jista' jaqdi rwol ewlieni f'dan il-mekkaniżmu (ara punt 3.1.4. hawn taħt). Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' effiċjenza, l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta' kontroll għandha tinqasam bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd filwaqt li tinvolvi kemm jista' jkun lill-partijiet ikkonċernati. Għaldaqstant, il-Kumitat jaqbel ukoll mat-twaqqif ta' sistema li torbot l-implimentazzjoni effettiva tar-responsabbiltajiet ta' kontroll mal-aċċess għall-finanzjament Komunitarju, kif indika fl-opinjoni tiegħu (1). |
3.2 It-titjib ulterjuri tal-ġestjoni tas-sajd fl-UE
|
3.2.1 |
Il-KESE ħa nota tal-punti ta' riflessjoni li ssemmew fil-Green Paper biex titjieb aktar il-ġestjoni tas-sajd fl-UE u jixtieq jagħmel il-kummenti ġenerali li ġejjin:
|
4. Kummenti partikolari
4.1 Reġim ta' sajd distint biex jipproteġi l-flotot kostali fuq skala żgħira?
|
4.1.1 |
Il-flotot kostali fuq skala żgħira joħolqu ħafna impjiegi, kemm direttament kif ukoll indirettament, u għandhom rwol attiv biex jistrutturaw u jagħtu l-ħajja lin-nisġa soċjoekonomika tar-reġjuni kostali. f'kundizzjonijiet favorevoli, huma jistgħu jipproteġu lill-komunitajiet li jiddependu mis-sajd mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi strutturali. Għaldaqstant, il-KESE jaqbel li jiġi adottat approċċ divrenzjat għal dan is-settur, li jqis l-ispeċifiċitajiet tiegħu u ma jfixkilx il-kompetizzjoni. Id-drittijiet tal-aċċess, il-limitu ta' 12-il mil nawtiku u d-drittijiet l-oħra tas-sajd kostali fuq skala żgħira għandhom jiġu allokati b'mod adatt u mħarsa b'miżuri bħal proporzjon esklużiv ta' kwoti nazzjonali. Madankollu, il-Kumitat jinnota li hemm bżonn ta' qbil fuq il-kriterji (id-daqs, il-ħin fuq il-baħar, id-distanza mill-kosta, ir-rabtiet mal-komunitajiet lokali, eċċ.) li għandhom jitqiesu fid-definizzjoni ta' dan it-tip ta' sajd li huwa diversifikat ħafna, u li għandu jsir fil-livell l-aktar adatt – lokali, reġjonali jew nazzjonali. Fil-fehma tal-Kumitat, ikun aktar xieraq li dan il-kunċett jiġi definit fil-livell nazzjonali jew lokali minflok tiġi imposta definizzjoni uniformi fil-livell Komunitarju. |
4.2 It-tiġdid tal-PKS jitlob l-adozzjoni ta' sezzjoni ġenwina dwar il-kwistjonijiet soċjali
|
4.2.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li, b'mod ġenerali, il-Green Paper ma tqisx biżżejjed l-aspetti soċjali tal-PKS. Il-Kummissjoni hija totalment konvinta li t-tnaqqis fl-impjiegi, b'mod partikolari fis-settur tal-qbid, huwa inevitabbli. ta' min wieħed ifakkar li l-impjiegi fis-settur tal-qbid naqsu bi 30 % tul dawn l-aħħar għaxar snin, u peress li kull telf ta' impjieg f'dan is-settur għandu impatt negattiv fuq l-impjiegi fuq l-art (kemm fis-settur tal-ipproċessar kif ukoll fuq l-attivitajiet kollha marbuta miegħu li jiġu qabel jew wara), l-impatt soċjali għandu jitqies bħala preokkupanti. |
|
4.2.2 |
Il-KESE jemmen li r-riforma tal-PKS għandha tiżviluppa strateġija fit-tul li tkun koerenti biex is-settur isir soċjalment sostenibbli, u b'hekk il-kwistjonijiet soċjali jiġu integrati b'mod transsettorjali fl-oqsma kollha tal-PKS. Il-Kumitat jixtieq iqajjem xi punti għad-diskussjoni biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi soċjali li qed jiffaċċja dan is-settur.
|
4.3 It-titjib neċessarju tas-suq u tal-prattiki kummerċjali
|
4.3.1 |
Kif enfasizzat fil-Green Paper, is-settur tal-qbid, speċjalment dak tas-sajd fuq skala żgħira, jirċievi biss parti żgħira mill-prezz li l-konsumatur iħallas mal-bank tal-bejjiegħ. L-organizzazzjoni tas-suq attwali mhix sodisfaċenti, u dan iwassal biex il-profittabbiltà tas-settur tkun baxxa ħafna. Il-KESE huwa tal-fehma li hemm bżonn ta' soluzzjoni għall-fatt li fis-settur hemm ħafna bejjiegħa żgħar u ftit xerrejja kbar, li jistgħu jimponu l-prezz. Barra l-problemi msemmija hawn fuq, hemm nuqqas ta' rieda politika fil-qasam tat-trasparenza u tat-traċċabbiltà fil-kummerċ tal-prodotti tal-baħar. Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li r-regoli jiġu rispettati u li jiġi żgurat li l-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura, kemm dawk Komunitarji kif ukoll dawk importati, jiġu identifikati b'mod korrett biex tiġi evitata l-konfużjoni għall-konsumaturi u b'hekk jiġi garantit li għandhom l-informazzjoni meħtieġa biex jixtru b'mod responsabbli. Fl-aħħar, il-KESE jitlob li jkun hemm iktar mezzi għall-kontroll tal-prodotti ffriżati u dawk importati fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru u li jiġi żgurat li r-regolamentazzjoni dwar it-tikkettar tiġi rispettata (b'konformità mar-regolament rilevanti). |
4.4 Ambjent u riċerka
|
4.4.1 |
Il-PKS tiddependi minn politiki oħra li għandhom influwenza kbira fuq is-settur tas-sajd u li huma wkoll mhux qed jiksbu r-riżultati mistennija. Wieħed jista' jsemmi l-istrateġija marina (Direttiva 2008/56/KE). L-għan tagħha kien li jitwaqqaf qafas ta' azzjoni Komunitarja għall-politika Ewropea tal-baħar. L-azzjoni kienet meħtieġa mhux biss minħabba t-tniġġis mifrux taż-żejt wara d-diżastri tal-Erika u l-Prestige iżda wkoll minħabba l-iskart urban, u l-iskemi dejjem iktar intensivi ta' bini u bidliet oħra fiż-żoni kostali. |
|
4.4.2 |
Il-bidla fil-klima wkoll għandha impatt fuq l-ambjent tal-baħar f'termini ta' tisħin, tniġġis u tibdil fil-kurrenti tal-baħar; dawn il-fatturi qed jinfluwenzaw l-irkupru tal-istokkijiet ta' ħut fl-ibħra u jżommu l-perjodi ta' stejqir bijoloġiku milli jkollhom l-effetti mixtieqa. |
|
4.4.3 |
Peress li l-politika ambjentali hija waħda transsettorjali, hemm bżonn li tiġi inkorporata fil-PKS. Il-KESE jfakkar fil-ħtieġa li l-politiki kollha Ewropej jiġu integrati. F'dan ir-rigward, huwa ċar li l-PKS jista' jkollha rwol fl-implimentazzjoni ta' approċċ integrat fil-ħarsien tal-ambjent tal-baħar. |
|
4.4.4 |
Il-fatt li jiġu stabbiliti indikaturi li jivverifikaw l-effetti tal-ħarsien tal-ambjent tal-baħar (2) huwa adatt. Is-segwitu tagħhom għandu jsir fil-livell internazzjonali bis-saħħa ta' kooperazzjoni xjentifika fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-ambjent u tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar. |
|
4.4.5 |
L-informazzjoni hija strument essenzjali għas-suċċess tal-ħarsien tal-ambjent tal-baħar; u għalhekk huwa importanti li tiġi studjata d-data miġbura fil-livell nazzjonali. Il-KESE jifhem il-ħtieġa li tiġi intensifikata r-riċerka f'dan il-qasam u jirrakkomanda l-introduzzjoni tal-istrumenti meħtieġa biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn ix-xjenzjati u s-settur tas-sajd, l-awtoritajiet responsabbli u l-UE. Il-KESE jagħraf ukoll l-importanza tal-Komunikazzjoni “Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima: qafas koerenti ta' Żona Ewropea ta' Riċerka b'appoġġ ta' użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (3) u jqis li ser tkun meħtieġa għajnuna finanzjarja biex din isseħħ peress li, waħedhom, il-fondi tal-programm qafas mhumiex biżżejjed. |
|
4.4.6 |
Il-KESE jqis li r-riċerka dwar il-baħar u dik marittima mhux biss għandha bżonn fondi iżda wkoll li r-riċerkaturi żgħażagħ jiġu mħeġġa jaħdmu f'dan il-qasam u jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiċċentralizza l-aħjar prattiki li jistgħu jintużaw bħala gwida utli għall-awtoritajiet kompetenti, u b'mod aktar partikolari għall-organizzazzjonijiet reġjonali ta' ġestjoni tas-sajd (RFMOs), sabiex l-aktar prattiki ta' benefiċċju jkunu jistgħu jiġu adottati f'kull reġjun marittimu. Bħalissa, għadd ta' Stati Membri qed jaħdmu ħafna biex isaħħu l-prattiki ta' sajd sostenibbli u l-proċess ta' restawr tal-ambjent tal-baħar. |
4.5 Lejn dimensjoni internazzjonali responsabbli tal-PKS
|
4.5.1 |
Il-PKS imġedda għandha tippromovi sajd responsabbli u sostenibbli lil hinn mix-xtut Komunitarji. Bil-parteċipazzjoni attiva fid-deċiżjonijiet li ttieħdu minn korpi internazzjonali (in-NU u l-FAO) u l-RFMOs, l-UE għandha rwol importanti x'taqdi f'dan ir-rigward, b'mod partikolari biex jitjieb il-monitoraġġ tal-ibħra miftuħa, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux regolat (IUU). |
|
4.5.2 |
Rigward l-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-KESE jemmen li l-PKS għandha tippromovi l-ġestjoni sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd f'dawn l-organizzazzjonijiet kollha billi tiffoka fuq aspetti ewlenin bħall-konformità mar-regolamentazzjoni, il-ġestjoni tal-kapaċità tar-riżorsi disponibbli, it-tisħiħ tal-governanza permezz tat-tfassil ta' pjani ta' ġestjoni fit-tul u strateġiji ta' preservazzjoni tal-ekosistemi. |
|
4.5.3 |
Fir-rigward tal-Ftehim tas-Sħubija għas-Sajd, il-KESE jittama li l-għajnuna finanzjarja u teknika tikkontribwixxi biex issaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi msieħba fil-ħolqien ta' politika ta' sajd sostenibbli, filwaqt li jissaħħu s-sorveljanza u l-kontroll fl-ibħra tar-reġjuni kkonċernati. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi msieħba għandhom jinżammu responsabbli għall-użu tajjeb mit-taxxi Ewropej permezz ta' kontroll effettiv tal-għanijiet stabbiliti mill-FPAs. Il-KESE jissuġġerixxi li, bil-għan li l-għajnuna tiġi amministrata aħjar, għandha tiġi stipulata n-natura speċifika tagħha u b'hekk jiġi żgurat li l-fondi li jingħataw jintużaw realment għall-iskop maħsub tagħhom. Dan jgħin biex jitjiebu l-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi msieħba. Dan iservi biex jitjiebu l-kundizzjonijiet soċjali u ta' impjieg fil-pajjiżi msieħba. |
|
4.5.4 |
Il-KESE jitlob li ssir distinzjoni bejn l-ispejjeż għall-aċċess tal-flotta tal-UE li tistad f'ilmijiet imbiegħda, li jiġġarrbu mis-sidien tal-bastimenti u li jirrappreżentaw persentaġġ ġust tal-valur tal-qabda, u l-kontribut finanzjarju tal-FPAs li huwa intiż bħala għajnuna għall-iżvilupp. Din l-għajnuna għandha tagħraf li s-settur tas-sajd huwa importanti biex jonqos il-faqar. |
|
4.5.5 |
Il-KESE jappella li l-FPAs jiġu ristrutturati b'mod li titqies id-dimensjoni soċjali. Dan ifisser li, fit-tul, tiġi eliminata d-diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema tal-UE u dawk minn pajjiżi terzi, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-pagi u l-aċċess għat-taħriġ. Barra minn hekk, il-Kumitat jixtieq li fil-proċess ta' reklutaġġ ta' sajjieda mhux Komunitarji jiddaħħlu l-prattiki tad-djalogu soċjali u tan-negozjati kollettivi biex jiġi garantit li l-ekwipaġġ ikollu kundizzjonijiet ta' ħajja u ta' xogħol ġusti abbord il-bastimenti Ewropej. Għall-Kumitat, din it-talba hija iktar u iktar importanti fid-dawl tan-nuqqas ta' standards minimi speċifiċi stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fil-qasam tas-salarji tas-sajjieda. |
|
4.5.6 |
Il-KESE jinnota li l-klawżola soċjali negozjata mill-imsieħba soċjali Ewropej u mdaħħla fl-FPAs hija forma ta' progress fir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-ħaddiema lokali u l-valur reali tal-ħidma tagħhom, iżda l-effikaċja tagħha għadha mhux ċerta. Hemm bżonn ukoll li l-implimentazzjoni tagħha tiġi valutata. Huwa għalhekk li l-KESE jixtieq li l-valur legali tagħha jiġi definit aħjar u msaħħaħ. |
4.6 L-iżvilupp ta' akkwakultura sostenibbli
|
4.6.1 |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-akkwakultura għandha tiġi integrata bħala pilastru ta' importanza fundamentali tal-PKS riveduta, b'mod li jingħeleb l-istaġnar attwali tal-produzzjoni tagħha fil-livell Ewropew. Għandhom jiġu promossi miżuri għall-kompetittività tagħha sabiex terġa' ssir ekonomikament vijabbli, toħloq impjiegi ta' kwalità u tirrispetta r-regoli dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-baħar f'termini ta' kwalità tal-ilma, il-ħarba ta' speċi eżotiċi, is-sostenibbiltà tas-sajd biex jiġu prodotti l-għalf u ż-żejt mill-ħut, eċċ. Barra minn hekk, jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-kwalità tal-prodotti tagħha, li għandhom jiġu sottoposti għar-regoli ta' sorveljanza tas-suq. Fi kwalunkwe każ, għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kumitat li qed tiġi elaborata bħalissa dwar is-suġġett (NAT/445). |
|
4.6.2 |
Il-KESE jemmen li l-immaġni tal-akkwakultura u s-sajd, kif ukoll tal-prodotti pproċessati tagħhom, għandha tittejjeb, u għalhekk jirrakkomanda li jsiru kampanji ta' informazzjoni, edukazzjoni u komunikazzjoni mmirati l-ewwel u qabel kollox lejn il-konsumatur Ewropew. |
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 56.
(2) ĠU C 85, 8.4.2003, p. 87-97.
(3) COM(2008) 534.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/59 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-bini ta’ futur sostenibbli għall-akkwakultura – Spinta ġdida għall-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea”
COM(2009) 162 finali
2011/C 18/10
Relatur: is-Sur ESPUNY MOYANO
Nhar it-8 ta' April 2009, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-bini ta' futur sostenibbli għall-akkwakultura – Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea
COM(2009) 162 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' April (sessjoni tat-28 ta' April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'150 vot favur, vot kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jtenni t-tħassib tiegħu, li diġà esprima fl-opinjoni tiegħu dwar din l-istrateġija fl-2003 (1), fir-rigward tal-fatt li l-kompetittività tal-akkwakultura fl-UE qiegħda tbati minħabba qafas regolatorju mhux adegwat. Regolamenti f'diversi ambiti qegħdin jaffettwawha inutilment u qed ikomplu joħolqu aktar diffikultajiet għall-iżvilupp tas-settur.
1.2 Minħabba f'hekk, il-KESE jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jqis li l-pubblikazzjoni tagħha bħalissa hija adegwata u f'waqtha.
1.3 L-akkwakultura Ewropea għandha terġa' taqbad it-triq tat-tkabbir sostenibbli sabiex tkun tista' tissodisfa d-domanda għal prodotti akkwatiċi sustanzjużi, tajbin għas-saħħa u sikuri. Jekk tiġi żviluppata sewwa, l-akkwakultura tagħti spinta lill-iżvilupp soċjoekonomiku taż-żoni fejn tiġi implimentata, billi tkabbar l-offerta ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità u tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-popolazzjoni f'dawn l-inħawi.
1.4 Il-KESE jtenni li l-fehma tiegħu li s-suq uniku huwa wieħed mill-assi prinċipali tal-UE. Għalhekk, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' omoġeneità u koerenza leġiżlattiva bejn l-Istati Membri, fost affarijiet oħra fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti akkwatiċi jew tal-interpretazzjoni tar-regoli ambjentali Ewropej, pereżempju fir-rigward tan-netwerk Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.
1.5 Billi ż-żoni tal-kosta qed jiġu dejjem iktar okkupati, jeħtieġ li jitħeġġu s-sinerġiji bejn attivitajiet kumpatibbli, inkluż il-ħarsien tal-ambjent. L-allokazzjoni minima ta' spajzu għall-akkwakultura hija waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-istaġnar attwali tal-akkwakultura fl-UE. Il-KESE jirrakkomanda li jittejjeb u jitħaffef il-proċess tal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet u permessi għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, kif ukoll li l-proċeduri jsiru iktar sempliċi u flessibbli sabiex l-awtorizzazzjoni tkun tista' tingħata iktar malajr.
1.6 Il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-fatt li t-tikkettar attwali tal-prodotti akkwatiċi għall-bejgħ mhuwiex suffiċjenti u ma jħallix lill-konsumatur jixtri b'mod responsabbli u infurmat. Din is-sitwazzjoni tidher, pereżempju, fid-diffikultà li jħabbat wiċċu magħha l-konsumatur meta jiġi biex jagħmel distinzjoni bejn il-prodotti akkwatiċi mrobbija fl-UE u dawk importati, kif ukoll biex jidentifika l-prodotti akkwatiċi friski meta mqabbla ma' dawk li jkunu tneħħew mill-friża.
1.7 Il-KESE jinsab inkwetat li l-prodotti akkwatiċi importati ma jissodisfawx l-istandards ta' saħħa tal-UE. Jara bħala partikolarment inkwetanti d-differenza fil-kriterji tat-traċċabilità, element kruċjali tas-sigurtà alimentari. Għandu d-dubji tiegħu wkoll dwar il-kundizzjonijiet soċjali fuq ix-xogħol, pereżempju x-xogħol imwettaq mit-tfal jew f'kundizzjonijiet li joqorbu lejn l-iskjavitù.
1.8 L-akkwakultura tipproduċi prodotti ta' kwalità fl-ambjent akkwatiku u mhijiex kumpatibbli ma' ambjent iddeterjorat jew imniġġes. Għal din ir-raġuni, għandu jiġi żgurat li l-kwalità tal-ilmijiet tal-UE tkun tajba.
1.8.1 Il-ħarsien tal-ambjent huwa prijorità tal-UE. Madankollu, il-ħarsien tal-ambjent m'għandux jimpedixxi t-twettiq ta' attivitajiet li huma kumpatibbli miegħu. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel sforz biex tispjega l-liġijiet ewlenin tal-ħarsien ambjentali, b'mod speċjali n-netwerk Natura 2000 u r-rabta u l-kumpatibbiltà tagħha mal-akkwakultura.
1.8.2 Il-KESE jirrakkomanda li jiġi promoss it-tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tal-akkwakultura. L-għan tiegħu għandu jkun li jappoġġja l-eċċellenza ambjentali tal-prodotti tal-akkwakultura minn stabbilimenti ġestiti sewwa u li jiffukaw fuq l-iżvilupp sostenibbli.
1.9 Fid-dawl tan-natura innovattiva tal-akkwakultura Ewropea, il-KESE jenfasizza l-bżonn li tingħata spinta lir-riċerka u lill-iżvilupp teknoloġiku fl-akkwakultura. Il-Pjattaforma Teknoloġika u tal-Innovazzjoni Ewropea tal-Akkwakultura li nħolqot reċentement hija għodda perfetta biex tingħata din l-ispinta.
1.10 Fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, il-KESE jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-iskarsezza tal-mediċini veterinarji awtorizzati li huma disponibbli għall-akkwakultura.
2. Sinteżi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
2.1 L-għan ta' din il-Komunikazzjoni huwa li tidentifika l-kawżi tal-istaġnar tal-akkwakultura fl-UE u terġa' tniedi l-iżvilupp tagħha. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni fasslet proposta bbażata fuq tliet temi ewlenin: il-promozzjoni tal-kompetittività, l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet fundamentali għal tkabbir sostenibbli u t-titjib tal-immaġni u tal-governanza tas-settur.
2.2 Il-Kummissjoni tipproponi li tiġi promossa l-kompetittività tal-produzzjoni tal-akkwakultura fl-UE permezz tal-iżvilupp ta' settur tal-akkwakultura kompetittiv u ddiversifikat, appoġġjat mill-innovazzjoni.
2.2.1 L-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura għandu jiġi appoġġjat mir-. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tippromovi inizjattivi bħar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (RŻI) u ser tallokalhom ir-riżorsi adegwati.
2.2.2 Il-Kummissjoni tipproponi li taħdem biex l-akkwakultura u attivitajiet oħra jikkompetu fuq l-istess livell u li tistabbilixxi sinerġiji bejn l-attivitajiet.
2.2.3 L-akkwakultura Ewropea għandha tkun tista' tissodisfa , tadatta ruħha għall-eżiġenzi tas-suq u tinteraġixxi fuq l-istess livell mal-partijiet interessati l-oħra tal-katina tal-kummerċjalizzazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tindirizza l-bżonnijiet tas-settur fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-informazzjoni tal-konsumaturi u l-għodda tal-kummerċjalizzazzjoni.
2.2.4 tal-akkwakultura għandha toffri l-possibbiltà ta' espansjoni u esportazzjoni lis-setturi assoċjati. Għalhekk, il-Kummissjoni ser tippromovi l-iżvilupp ta' akkwakultura sostenibbli fil-pajjiżi terzi.
2.3 Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet fundamentali għal tkabbir sostenibbli tal-akkwakultura filwaqt li tiggarantaxxi livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent naturali. Bl-istess mod, il-prodotti tal-ikel akkwatiċi li jiġu prodotti fl-UE jew importati fl-UE għandhom ikunu konformi ma' standards ta' protezzjoni għolja tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumatur. Il-Komunità ser tippromovi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali.
2.3.1 Għandha tiġi ggarantita l- Dan ifisser li l-Kummissjoni ser tkompli tenfasizza l-iżvilupp ta' akkwakultura ambjentalment sostenibbli.
2.3.2 Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li l-akkwakultura tkun tista' ssir f' u f'ilma tal-aqwa kwalità sabiex jiġi ggarantit li l-annimali jkunu b'saħħithom u li l-prodotti jkunu sikuri, speċjalment fil-każ tal-molluski.
2.3.3 Sabiex il-produzzjoni u t-tkabbir ikunu ideali għandu jinħoloq b'kundizzjonijiet zootekniċi eċċellenti. Il-Kummissjoni ser tiggarantixxi li d-Direttiva 2006/88/KE (2) dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi tiġi applikata kollha kemm hi.
2.3.4 huwa suġġett ta' tħassib kemm għall-konsumaturi kif ukoll għal-leġiżlaturi u l-produtturi. Il-Kummissjoni ser titlob valutazzjoni tat-trattament xieraq tal-ħut u ser tippromovi l-adozzjoni ta' approċċ speċifiku skont l-ispeċi.
2.3.5 Waħda mill-problemi ewlenin li jħabbat wiċċu magħha s-settur hija awtorizzati. Minħabba f'hekk, il-Kummissjoni ser tagħti spinta lill-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ressaq il-Grupp ta' Studju dwar id-disponibbiltà tal-mediċini veterinarji fir-rapport tiegħu tal-2007.
2.3.6 Id-disponibbiltà ta' għadha fundamentali għall-iżvilupp tal-akkwakultura. Il-Kummissjoni ser iżżid id-disponibbiltà tal-addittivi meħtieġa għall-għalf tal-ħut u ser tirrevedi r-regoli dwar is-sottoprodotti.
2.3.7 Il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi u tirrikonoxxi . Il-Kummissjoni ser tkompli taħdem biex tiggarantixxi li l-ikel ta' oriġini akkwatika, kemm prodott fl-UE kif ukoll importat, ikun sikur għall-konsumatur. Għalhekk ser tkompli tibbaża l-azzjonijiet tagħha fuq ix-xjenza u l-prinċipju ta' prekawzjoni. Ser tikkunsidra wkoll il-benefiċċji għas-saħħa li wieħed jikseb meta jiekol il-ħut.
2.4 Jeħtieġ li l-immaġni tas-settur u l-kundizzjonijiet ta' governanza jittejbu u li jinħolqu kundizzjonijiet ugwali fil-livell Ewropew.
2.4.1 għandha twassal għal sitwazzjoni ta' opportunitajiet indaqs fost l-operaturi ekonomiċi dwar deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iżvilupp tal-akkwakultura. Għalhekk, il-Kummissjoni ser tispjega aħjar kif inhi implimentata l-politika ambjentali tagħha, speċjalment in-netwerk Natura 2000, u ser tara li r-regoli Ewropej dwar is-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-konsumaturi jiġu applikati sewwa. Fir-rigward tal-pajjiżi terzi, ser tqis li l-kundizzjonijiet ikunu ekwivalenti għal dawk Komunitarji.
2.4.2 Biex tippromovi l-iżvilupp tal-akkwakultura huwa essenzjali li jitnaqqas , b'mod partikolari fuq l-SMEs. Għalhekk, il-Kummissjoni ser taħdem biex tissemplifika l-qafas legali u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fl-UE.
2.4.3 Il-Kummissjoni ser tħeġġeġ u ser tinforma lill-pubbliku b'mod adegwat permezz ta' konsultazzjoniijiet wiesgħa u trasparenti. B'hekk, ser tikkontribwixxi biex ittejjeb ir-regolazzjoni u l-governanza, sabiex tagħti immaġni tajba lill-akkwakultura.
2.4.4 Il-Kummissjoni ser taħdem biex , billi l-istatistika uffiċjali tal-UE dwar l-akkwakultura bħalissa għadha pjuttost limitata. Ser testendi wkoll il-bażi tal-għarfien tagħha dwar il-prezzijiet biex toħloq sistema ta' segwitu fil-katina kollha tal-kummerċjalizzazzjoni.
3. Kummenti ġenerali
3.1 L-akkwakultura bħalissa qiegħda tipproduċi 47 % tal-konsum dinji tal-prodotti akkwatiċi. Barra minn hekk, għandha kapaċità konsiderevoli li tkompli tikber. Dan ifisser li l-akkwakultura tista' tkun element ċentrali tal-politika strateġika tal-provvista tal-ikel biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għall-ikel.
3.2 F'dawn l-aħħar għaxar snin il-popolazzjoni dinjija kibret bi 12 %, filwaqt li l-konsum tal-ħut żdied b'27 %, fost affarijiet oħra minħabba l-effetti tajbin għas-saħħa li għandhom l-aċidi omega-3, li tagħhom il-ħut huwa sors eċċellenti. L-UE hija l-ikbar suq dinji tal-prodotti akkwatiċi. Tikkonsma iktar minn 12-il miljun tunnellata fis-sena u t-tendenza hija waħda ta' tkabbir. Il-livell ta' awtosuffiċjenza bilkemm jilħaq il-35 %. 65 % tal-prodotti akkwatiċi kkunsmati huma importati u dan il-persentaġġ qiegħed jikber.
3.3 L-akkwakultura Ewropea hija integrata fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), li għandha l-għan li tikseb użu sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin filwaqt li tqis b'mod ibbilanċjat l-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi ta' dan. Il-PKS riveduta għandha tindirizza b'mod speċifiku l-karatteristiċi tal-akkwakultura u tiżviluppa strumenti ta' appoġġ settorjali u ta' swieq effikaċi. Ikun tajjeb li l-isem tal-politika jinbidel minn PKS għal PKSA (Politika Komuni tas-Sajd u l-Agrikoltura).
3.4 Illum fl-UE l-agrikoltura hija attività ekonomika importanti f'ċerti żoni tal-kosta u kontinentali. Hija tinkludi kemm il-produzzjoni ta' molluski kif ukoll ta' ħut tal-ilma ħelu u tal-ilma mielaħ.
3.5 L-akkwakultura fl-UE m'għadhiex attività artiġjanali fuq skala żgħira. Mis-snin 70 tas-seklu li għadda lil hawn, saret industrija moderna, dinamika, innovattiva u teknoloġika b'intrapriżi li ħafna drabi huma integrati vertikalment.
3.6 L-akkwakultura fl-UE hija sors ta' impjiegi fiż-żoni remoti tal-kosta u tax-xmajjar, ħafna drabi żvantaġġati u bi ftit alternattivi ta' xogħol. Kemm fl-intrapriżi familjari kif ukoll fl-SMEs, l-impjiegi fl-akkwakultura huma speċjalizzati, jitolbu għarfien tekniku u huma stabbli.
3.7 Fl-2002 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2002) 511. L-objettivi tagħha kienu:
|
a) |
li toħloq impjiegi sikuri, b'mod speċjali fiż-żoni partikolarment dipendenti mis-sajd; |
|
b) |
li tiggarantixxi d-disponibbiltà ta' prodotti tas-sajd tajbin, bnien u sikuri, u fil-kwantità mitluba mis-suq; |
|
c) |
li tippromovi settur tal-akkwakultura li jirrispetta l-ambjent. |
3.8 Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-2002 lil hawn, il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE ma żviluppatx kif kien mistenni u li saħansitra marret lura kemm fil-qasam tal-molluski kif ukoll f'dak tal-ħut (l-akkwakultura tal-krustaċji u tal-alka hija prattikament ineżistenti fl-Ewropa) b'mod li jikkuntrasta ħafna mal-livell għoli ta' tkabbir ta' din l-attività fil-bqija tad-dinja. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kien hemm lok għal reviżjoni tal-istrateġija tagħha u għal rendikont tas-sitwazzjoni li tinsab fiha l-akkwakultura Ewropea bħalissa.
4. Kummenti speċifiċi
4.1 L-akkwakultura fl-UE mhijiex qiegħda tiżviluppa l-potenzjal kollu li għandha biex issawwar il-ġid u l-impjiegi. Iċ-ċifri globali tal-produzzjoni tagħha jinsabu wieqfa mill-2002 u mhux qed jikkumpensaw it-tnaqqis fil-qbid mill-flotot tas-sajd, bir-riżultat li l-bilanċ kummerċjali estern qiegħed jiddeterjora. U dan minkejja l-fatt li l-Ewropa għandha l-kundizzjonijiet fiżiċi u ambjentali adegwati, teknoloġija minn ta' quddiem u intrapriżi lesti li jinvestu. Min-naħa l-oħra, is-settur wera li għandu l-għarfien u l-mezzi meħtieġa biex jiżvolġi attività sostenibbli mill-perspettiva ambjentali, fl-istess waqt li joffri prodotti bnien, sikuri u ta' kwalità tajba.
4.2 Il-qafas legali kumpless tal-UE, it-tul tal-proċeduri amministrattivi, il-limiti tal-aċċess għall-ispazji pubbliċi u l-piżijiet amministrattivi eċċessivi jiskoraġġixxu l-investiment u jxekklu l-kompetittività tal-produzzjoni fl-akkwakultura Ewropea.
4.3 Ħafna mill-isfidi importanti li jillimitaw l-iżvilupp tal-akkwakultura Ewropea jiddependu direttament mill-politiki u l-azzjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Għalhekk l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u reġjonali għandhom ikunu konxji ta' dan u jistabbilixxu qafas adegwat. Ċerti Stati Membri ma ngħatawx permessi ġodda għall-akkwakultura f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena. F'ċerti każijiet, hija l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea min-naħa tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali li tintroduċi distorsjonijiet, bħalma ġara fil-każ tan-netwerk Natura 2000; ċerti amministrazzjonijiet jeskludu l-akkwakultura minn dan in-netwerk mingħajr ġustifikazzjoni. Min-naħa l-oħra, kemm l-Istati Membri kif ukoll ir-reġjuni li għandhom il-kompetenza fil-qasam għandhom jikkoordinaw il-leġiżlazzjonijiet tagħhom biex ma joħolqux ostakoli għas-suq ħieles fi ħdan l-UE.
4.4 L-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li għandha tistabbilizza s-swieq u tiggarantixxi d-dħul mill-prodotti tal-akkwakultura, teħtieġ riforma urġenti li tagħti spinta lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.
4.5 Il-Komunikazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni COM(2002) 511 enfasizzat wisq l-aspetti ambjentali tal-akkwakultura u poġġiet l-aspetti ekonomiċi u soċjali tas-sostenibbiltà fit-tieni lok. Il-Komunikazzjoni attwali COM(2009) 162 tipproponi bilanċ aħjar bejn it-tliet pilastri tas-sostenibbiltà: l-aspett ambjentali, soċjali u ekonomiku. Hija tagħraf li s-sostenibbiltà ambjentali tista' biss tinkiseb permezz ta' intrapriżi kompetittivi u vantaġġużi.
4.6 B'mod ġenerali, l-intrapriżi tal-akkwakultura tal-UE huma effiċjenti u jistgħu jkunu kompletament kompetittivi jekk jingħataw l-istess opportunitajiet bħall-prodotti importati. Bħalissa ċ-ċirkustanzi għal dawn l-opportunitajiet ugwali mhumiex ipprovduti, la fil-produzzjoni u lanqas fil-kummerċjalizzazzjoni. Fir-rigward tal-produzzjoni, il-produtturi Ewropej tal-akkwakultura jridu jirrispettaw regoli stretti dwar l-ingredjenti tal-għalf, restrizzjonijiet fl-użu tal-mediċina veterinarja u kwistjonijiet ambjentali u soċjali, li mhumiex imposti lill-produtturi tal-akkwakultura f'pajjiżi terzi. Dawn tal-aħħar jistgħu joffru l-prodotti tagħhom mingħajr xkiel fis-suq Komunitarju (inklużi l-prodotti li jinvolvu xogħol tat-tfal jew ksur ieħor tad-dritt għal xogħol dinjituż u salarju ġust). Fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm pajjiżi li jippromovu l-prodotti tagħhom tal-akkwakultura b'mod irregolari, u wara dawn jinbiegħu fl-UE.
4.7 L-informazzjoni insuffiċjenti mogħtija lill-konsumatur dwar il-karatteristiċi tal-prodotti akkwatiċi li jixtri ma jħalluhx janalizza sewwa d-differenzi ta' kwalità u prezz. Dan huwa ta' ħsara kbira għall-produtturi Ewropej, li l-prodotti tagħhom b'mod ġenerali għandhom valur miżjud ikbar mill-prodotti importati. Din l-informazzjoni ħażina tinkludi pereżempju żbalji fil-pajjiż ta' oriġini tal-prodotti jew fl-isem komuni tal-prodott. Iżda l-iktar każ gravi huwa dak tal-fletti tal-ħut importati minn pajjiżi mbiegħda, ġeneralment mill-Asja, li jitneħħew mill-friża fil-mument meta jinbiegħu. Dawn il-fletti jinbiegħu fl-istess xkafef bħall-fletti friski mingħajr ma l-konsumatur jiġi infurmat b'mod ċar dwar il-kundizzjonijiet tagħhom it-tnejn, bir-riżultat li l-prezz isir l-unika referenza għax-xiri. F'dan il-każ, jistgħu saħansitra jinħolqu problemi ta' saħħa pubblika jekk il-ħut jerġa' jiġi ffriżat.
4.8 B'konsegwenza ta' dan, il-KESE jirrakkomanda semplifikazzjoni tat-tikkettar sabiex tiġi ċċarata b'mod partikolari l-informazzjoni dwar il-pajjiż jew iż-żona ta' oriġini, kif ukoll tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' spezzjoni u kontroll fil-fruntieri.
4.9 Flimkien ma' identifikazzjoni korretta tal-prodotti akkwatiċi, għandhom isiru azzjonijiet ta' taħriġ u informazzjoni fil-katina ta' distribuzzjoni u kummerċjalizzazzjoni kollha, li jilħqu wkoll lill-konsumaturi. B'mod speċjali, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-preżenza ta' aċidi grassi omega-3, konkretament dawk tat-tip EPA u DHA.
4.10 Il-KESE jirrakkomanda li jsiru kampanji ta' promozzjoni li jtejbu l-immaġni tal-akkwakultura u l-prodotti u l-proċeduri tagħha. Sabiex jiġu ddeterminati l-messaġġi li għandhom jiġu disseminati, jeħtieġ grupp ta' studju speċifiku, li jkun inkarigat sabiex jipproponi inizjattivi b'kollaborazzjoni mas-settur. F'dan il-kuntest, jirrakkomanda li jsiru attivitajiet transnazzjonali kkordinati mill-Kummissjoni Ewropea.
4.11 L-akkwakultura Ewropea hija attività teknoloġika u innovattiva li titlob riċerka xjentifika kontinwa. Is-Seba' Programm Kwadru, li jiġbor fih l-inizjattivi Komunitarji dwar ir-riċerka, joffri inqas possibbiltajiet għar-riċerka dwar l-akkwakultura mill-programmi preċedenti. Dan ifisser li ser ikun diffiċli li jittejbu l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-settur Ewropew. Is-settur professjonali tal-akkwakultura Ewropea reċentement ħoloq il-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni fl-Akkwakultura, li biha jittama li jistabbilixxi l-prijoritajiet fil-qasam tar-RŻI u strateġija biex dawn jinkisbu.
4.11.1 Għandha titkompla t-tfittxija għal ingredjenti alternattivi, sikuri u sostenibbli, li jkomplu jissodisfaw il-bżonnijiet nutrittivi u bijoloġiċi tal-ħut u li jkomplu joffru l-istess benefiċċji nutrittivi fil-prodott finali.
4.11.2 Għandhom ikomplu jittejbu s-sistemi ta' produzzjoni attwali, iżda fuq kollox dawk b'possibbiltajiet ċari ta' espansjoni futura, bħalma huma l-akkwakultura fil-baħar miftuħ jew is-sistemi ta' ċirkolazzjoni mġedda fuq l-art.
4.12 Id-disponibbiltà tal-mediċina veterinarja hija limitazzjoni serja għall-iżvilupp tal-akkwakultura. Bħalissa, l-akkwakultura Ewropea m'għandhiex għodod veterinarji suffiċjenti, pereżempju anestetiċi, vaċċini u antibijotiċi. Din is-sitwazzjoni tikkomprometti l-vijabbiltà tas-settur u taffettwa kemm is-saħħa tal-annimali kif ukoll il-benesseri tagħhom, is-sigurtà alimentari u l-protezzjoni tal-ambjent.
4.13 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipproponi li tiġi appoġġjata l-esportazzjoni tat-teknoloġiji tal-produzzjoni tal-akkwakultura lejn pajjiżi terzi. Għalkemm din l-inizjattiva għandha aspett solidali li mingħajr dubju għandu jitħeġġeġ, wieħed għandu jikkunsidra fl-implimentazzjoni tagħha li l-prodotti futuri tal-akkwakultura li jirriżultaw minn din l-esportazzjoni tat-teknoloġija jistgħu jiġu esportati lejn l-UE u b'hekk jikkompetu mal-produzzjoni Komunitarja.
4.14 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiddeskrivi bir-reqqa l-kawżi tal-istaġnar attwali tal-akkwakultura fl-UE. Mingħajr dubju, dan m'għandux jitqies bħala xogħol lest, iżda bħala l-punt ta' tluq għat-tfassil u l-iżvilupp ta' azzjonijiet konkreti li jniedu mill-ġdid l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fl-UE.
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 208, 3.9.2003, pp. 89-93.
(2) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/64 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel”
COM(2009) 433 finali
2011/C 18/11
Relatur: is-Sur ZBOŘIL
Nhar l-20 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b 'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew – Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel
COM(2009) 433 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-25 ta’ Frar 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tad-29 ta'April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b '168 voti favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. Il-KESE jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq is-suġġett “Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel” u l-inizjattivi li tinkludi. Il-Kumitat josserva li għadna fil-bidu ta’ triq twila u l-għażla tal-istrumenti u l-miżuri adatti u l-integrazzjoni tagħhom fil-ġestjoni tal-politiki u l-istrateġiji importanti mhijiex waħda sempliċi.
1.2. Il-Kummissjoni aċċettat il-kompitu diffiċli li tħejji l-verżjoni pilota ta’ indiċi kumpless għall-ambjent. Huwa ċar li dan ser jinkludi indiċi aggregat, li jeħtieġ li jitqies il-bilanċ tal-effetti ta’ kull wieħed mill-elementi li jagħmlu l-ambjent. Mill-bidu nett, dan l-indiċi għandu jinbena fuq konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati.
1.3. It-tħejjija ta’ indikatur kumpless tal-kwalità tal-ħajja u l-koeżjoni soċjali ser tkun saħansitra iktar diffiċli. Ser ikun kruċjali li jitwettqu proġetti pilota f'dan il-qasam li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bħala punt kritiku tal-proġett sħiħ. Għalhekk, hija għandha tniedi dawn il-proġetti pilota minnufih.
1.4. It-tendenzi ta’ kif jiżviluppaw il-parametri fundamentali huma importanti ferm għall-istrateġija u t-tfassil tal-politika. B'hekk, dan l-aspett għandu jiddetermina l-għażla tal-parametri użati fil-ħin reali. Għandu jkun hemm reazzjoni għat-tibdil b'mod meqjus u fil-ħin.
1.5. Is-sistema għandha tibqa' bbażata, anke fil-livell tal-Unjoni, fuq ġabra u evalwazzjoni nazzjonali ta’ informazzjoni, organizzati f'qafas Ewropew definit sew u li jgħaqqad, u fuq l-ipproċessar tagħhom f'indikaturi u parametri. L-evalwazzjoni tagħhom teħtieġ approċċ globali u olistiku, sabiex jiġu ristretti l-kunflitti bejn l-interpretazzjonijiet ta’ ċerti strumenti, kif ukoll ir-riskji li jġibu magħhom.
1.6. L-evalwazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli ssir billi jinġabru t-tendenzi f'żewġ oqsma fundamentali: (1) l-evalwazzjoni tal-kapaċità għall-assorbiment u (2) l-evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-governanza tas-soċjetajiet umani. Il-KESE jilqa ' l-fatt li ż-żewġ proposti tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (it-tabella tal-monitoraġġ tal-limiti stabbiliti (thresholds) tal-pollutanti) ħadu din id-direzzjoni.
1.7. Il-KESE huwa kuntent ukoll bl-isforz tal-Kummissjoni sabiex testendi l-kamp tal-kontijiet nazzjonali għat-temi ambjentali u soċjali. Il-qafas legali tal-kontabbiltà ambjentali għandu jitressaq fil-bidu tas-sena 2010. Bħalissa, l-indikaturi soċjali disponibbli fil-kontijiet nazzjonali mhumiex qed jintużaw b'tali mod li jilħqu l-potenzjali tagħhom. Wieħed jistenna li l-bżonn li jintużaw dawn l-indikaturi jibda jinħass iktar u iktar, b'tali mod li jsir progress fit-tħejjija ta’ approċċ kumpless u integrat sabiex jitkejjel u jiġi evalwat il-progress f'dinja li dejjem tinbidel.
1.8. Dan il-proċess ta’ tibdil li qed jitħejja mhux ser ikun wieħed mgħaġġel, jew sempliċi, u għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tħejjija analitika u l-istudju ta’ kull strument abbażi ta’ riċerka dedikata għall-interazzjoni tagħhom u fuq konsultazzjonijiet dettaljati tal-atturi kkonċernati, sabiex titħaffef l-adozzjoni f'kuntest internazzjonali iktar mifrux.
1.9. Fil-qafas tal-monitoraġġ tal-ħidma u sabiex jiġu strutturati l-istadji li ġejjin, ser ikun meħtieġ li jiġu applikati r-riflessjonijiet u l-proġetti kollha disponibbli. Il-kriterju deċiżiv għandu jkun l-ikbar oġġettività possibbli, kif ukoll iż-żamma tal-indipendenza tal-istatistika u l-ħtiġijiet kwalitattivi. Il-KESE lest li jieħu sehem fl-evalwazzjoni tat-tibdil neċessarju u biex dan jiġi aċċettat mis-soċjetà ċivili.
1.10. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kalendarju u tiffissa d-dati ta’ adozzjoni tad-diversi elementi ta’ din is-sistema. B'mod partikolari hija għandha tintegra ċerti miżuri ġodda fl-istrateġija l-ġdida tal-2020 u fl-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli. L-għan huwa li sal-2011 jiġi stabbilit qafas li jippermetti li jitħejjew proposti ċari għal azzjonijiet kumparabbli fil-livell dinji biex jitressqu fis-summit dinji għall-iżvilupp sostenibbli li ser torganizza n-NU fl-2012.
2. Daħla
2.1 Il-Prodott Domestiku Gross (PDG) huwa l-iktar metodu magħruf li jkejjel l-attività makroekonomika (PDG = konsum privat + investimenti + konsum pubbliku + (esportazzjonijiet – importazzjonijiet). Il-qafas u r-regoli tal-kalkolu tal-PDG jiġu stabbiliti mis-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali, li hija ġeneralment kompatibbli mas-sistema tal-kontijiet nazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-PDG sar referenza standardizzata fil-livell internazzjonali, użata mill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet u ta’ sikwit jiġi kkwotat fid-dibattiti pubbliċi. Il-PDG jiġbor il-valur miżjud ta’ kull attività ekonomika u finanzjarja. Huwa bbażat fuq metodu ċar li jippermetti t-tqabbil tul perijodi u bejn pajjiżi u reġjuni.
2.2 Il-PDG issa sar jitqies ukoll bħala indikatur ta’ żvilupp ġenerali tas-soċjetà u tal-progress b'mod ġenerali. Il-PDG ma jkejjilx b'mod effettiv is-sostenibbiltà ambjentali jew l-integrazzjoni soċjali, u dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jitqiesu meta din l-analiżi tintuża fl-analiżi u d-dibattiti politiċi. Stħarriġ reċenti dwar dawn ir-restrizzjonijiet ġie propost fil-ħidma ta’ Stiglitz/Sen/Fitoussi (2008) Issues Paper, Commission on the Measurement of Economic Performance and Social Progress http://www.stiglitz-sen-fitoussi.fr/documents/Issues_paper.pdf )
2.3 Madwar għaxar snin ilu din il-kwistjoni kienet is-suġġett ta’ dibattiti f'bosta livelli u f'Ottubru 2008, il-KESE adotta opinjoni fuq inizjattiva proprja (1), li tressaq u tispjega l-linji ġenerali attwali tar-riċerka u tappoġġja l-isforz tar-riċerka ta’ indikaturi komplementari li jippermettu d-deskrizzjoni kompluta tal-iżvilupp tas-soċjetajiet umani.
2.4 B'hekk, il-komunikazzjoni tressaq azzjonijiet differenti li jistgħu jiġu adottati fil-perijodu medju jew qasir. L-għan ġenerali jikkonsisti fl-iżvilupp ta’ indikaturi iktar dettaljati, li joffru bażi ta’ għarfien iktar affidabbli sabiex jittejbu l-kwalità tad-dibattitu pubbliku u t-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni tipproponi kooperazzjoni mal-atturi interessati u l-imsieħba sabiex jiġu żviluppati indikaturi li jkunu rikonoxxuti u użati fil-livell internazzjonali.
3. Sinteżi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni
3.1 Il-Kummissjoni qed tipproponi li jiġu implimentati dawn il-ħames azzjonijiet li ġejjin. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu riveduti jew finalizzati fil-qafas tar-reviżjoni ppjanata għall-2012.
3.2 Żieda ta’ indikaturi ambjentali u soċjali fil-PDG: l-indikaturi li jiġbru dawn il-kwistjonijiet importanti permezz ta’ ċifra waħda huma strumenti ta’ komunikazzjoni essenzjali. Il-PDG u r-rati tal-qgħad u l-inflazzjoni huma eżempji tajba ta’ dawn l-indikaturi ta’ sinteżi. Iżda mhuwiex l-għan tagħhom li jirriflettu s-sitwazzjoni tal-ambjent jew l-inugwaljanzi soċjali. Biex tindirizza dan in-nuqqas, il-Kummissjoni beħsiebha tiżviluppa indiċi ġenerali għall-ambjent u ttejjeb l-indikaturi relatati mal-kwalità tal-ħajja.
3.2.1 Indiċi ambjentali ġenerali: bħalissa m'hemm l-ebda indikatur ġenerali għall-ambjent. Fost l-indikaturi potenzjali dwar dan is-suġġett insibu l-marka ekoloġika u l-marka tal-karbonju, iżda dawn għandhom kamp ta’ applikazzjoni limitat (il-marka tal-karbonju tikkonċentra biss fuq l-emissjonijiet ta’ gass b'effett ta’ serra. Il-marka ekoloġika teskludi ċerti effetti, b'mod speċjali l-effett fuq l-ilma. Madankollu, bħalissa l-Kummissjoni qed twettaq testijiet dwar il-marka, u dwar indikaturi oħra, sabiex issegwi l-iżvilupp tal-istrateġija tematika dwar l-użu vijabbli tar-riżorsi naturali u l-Pjan ta’ azzjoni favur id-diversità bijoloġika). Is-servizzi tal-Kummissjoni beħsiebhom jippreżentaw verżjoni pilota ta’ indiċi ta’ pressjoni fuq l-ambjent fl-2010. Dan l-indiċi ser jinkludi l-punti ewlenin tal-politika ambjentali:
|
— |
it-tibdil fil-klima u l-użu tal-enerġija; |
|
— |
in-natura u l-bijodiversità; |
|
— |
it-tniġġis tal-arja u l-effetti fuq is-saħħa; |
|
— |
l-użu tal-ilma u t-tniġġis tal-ilma; |
|
— |
il-produzzjoni tal-iskart u l-użu tar-riżorsi. |
3.2.2 Il-kwalità tal-ħajja u l-benesseri: id-dħul finanzjarju, is-servizzi pubbliċi, is-saħħa, id-divertiment, ir-rikkezza, il-mobbiltà u ambjent f'saħħtu huma kollha mezzi biex jintlaħqu u jinżammu dawn l-objettivi. Il-Kummissjoni tat bidu għal studji dwar il-fattibbiltà ta’ indikaturi ta’ benesseri u dwar ir-responsabilizzazzjoni tal-konsumatur, u bi sħubija mal-OECD, nediet studji dwar il-perċezzjoni tal-benesseri.
3.3 Informazzjoni kważi immedjata għat-teħid tad-deċiżjonijiet: il-figuri tal-PDG u l-qgħad sikwit jiġu ppubblikati ftit ġimgħat wara l-perijodu li jkunu qed jirrapportaw dwaru, u dan jippermetti li d-deċiżjonijiet jittieħdu kważi fil-ħin reali. L-informazzjoni ambjentali u soċjali ħafna drabi tkun antika wisq biex tipprovdi informazzjoni li tista ' tintuża, pereżempju dwar il-kwalità tal-arja u l-ilma jew dwar il-mudelli tax-xogħol, li huma elementi li jiżviluppaw malajr.
3.3.1 Għalhekk, il-Kummissjoni ser tagħmel mill-aħjar biex ittejjeb l-attwalità tal-informazzjoni ambjentali u soċjali, biex tinforma aħjar lill-persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE. Is-satelliti, l-istazzjonijiet ta’ kejl awtomatiku u l-internet qed jippermettu dejjem iktar l-osservazzjoni fil-ħin reali tal-ambjent bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva INSPIRE (Direttiva 2007/2/KE) u s-sistema GMES (is-sistema tal-monitoraġġ globali tal-ambjent u s-sigurtà – Global Monitoring for Environment and Security, COM(2009) 223 finali).
3.3.2 L-attwalità tal-informazzjoni soċjali ser tittejjeb, kull darba li jkun possibbli, pereżempju bis-saħħa tas-sistema ġdida Ewropea tal-mudelli ta’ stħarriġ statistiku soċjali.
3.4 Preċiżjoni bbażata fuq ir-rapporti dwar id-distribuzzjoni u l-inugwaljanzi: il-koeżjoni soċjali u ekonomika hija objettiv ġenerali tal-Komunità. L-informazzjoni eżistenti mill-kontijiet nazzjonali, f'dak li jirrigwarda pereżempju d-dħul tal-familji, jew riżultati ta’ stħarriġ soċjali bħall-UE-SILC (statistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja), jippermettu analiżi tal-kwistjonijiet prinċipali relatati mad-distribuzzjoni.
3.5 Tħejjija ta’ tabella Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli: l-indikaturi tal-iżvilupp sostenibbli tal-UE (ara l-istatistika tal-Eurostat Statistical Book “Measuring progress towards a more sustainable Europe”, 2007) ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri u jidhru fir-rapport ta’ kull sentejn tal-Kummissjoni. Madankollu, dan l-istrument ma jinkorporax l-iżviluppi reċenti fl-oqsma importanti li għadhom mhumiex koperti biżżejjed mill-istatistika uffiċjali (bħall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli jew il-kwistjonijiet tal-governanza).
3.5.1 Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qed tesplora, flimkien mal-Istati Membri, il-possibbiltajiet li titħejja tabella għall-iżvilupp sostenibbli. Din it-tabella, li tgħaqqad flimkien l-indikaturi kollha relatati mal-iżvilupp sostenibbli tal-UE, tista ' tinkludi wkoll informazzjoni pubblika oħra kwantitattiva u kwalitattiva.
3.5.2 L-għan prinċipali tal-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli huwa li l-limiti tar-riżorsi naturali tal-pjaneta jkunu rispettati. Dan jinkludi l-kapaċità limitata tan-natura li tipprovdi riżorsi rinnovabbli u li tassorbi l-pollutanti. Iż-żoni fir-riskju għandhom jiġu identifikati qabel ma jintlaħqu l-punti kritiċi. Għalhekk ser jeħtieġ li dawn il-limiti jiġu determinati u jiġu aġġornati fir-rigward tal-pollutanti prinċipali u r-riżorsi rinnovabbli, b'tali mod li l-parteċipanti fid-dibattitu politiku jkunu jistgħu jingħataw din l-informazzjoni u tiġi promossa d-definizzjoni tal-objettivi u l-evalwazzjoni tal-politiki.
3.6 L-estensjoni tal-kontijiet nazzjonali għat-temi ambjentali u soċjali: is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali hija l-istrument prinċipali li hija bbażata fuq l-istatistika ekonomika tal-UE u ħafna indikaturi ekonomiċi oħra, speċjalment il-PDG. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2006, il-Kunsill Ewropew talab lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex fil-kontijiet nazzjonali jinkludu l-aspetti prinċipali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-Kummissjoni tixtieq li dan ix-xogħol jiġi kkunsidrat fil-qafas tar-reviżjonijiet futuri tas-sistema internazzjonali tal-kontijiet nazzjonali u s-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali. Iktar fit-tul, kontabbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika iktar integrata għandha tipprovdi l-bażi għal indikaturi ta’ sintesi ġodda.
3.6.1 Kontabbiltà ekonomika u ambjentali integrata: il-Kummissjoni ressqet l-ewwel strateġija tagħha dwar il-“kontabbiltà ekoloġika” fl-1994 fil-komunikazzjoni COM(1994) 670. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-Eurostat u l-Istati Membri, bi sħubija man-Nazzjonijiet Uniti u l-OECD, żviluppaw u ttestjaw xi metodi ta’ kontabbiltà u bosta Stati Membri b'mod regolari qed jipprovdu l-ewwel sensiela tagħhom ta’ kontijiet ambjentali. B'segwitu ta’ dan, il-kontijiet ambjentali fiżiċi jistgħu jitfasslu għall-konsum tal-enerġija, il-produzzjoni u t-trattament tal-iskart, kif ukoll għall-kontijiet finanzjarji rigward is-sussidji li jingħataw fil-qasam ambjentali. Sabiex tiġi ggarantita l-komparabbiltà ta’ dawn il-kontijiet, fil-bidu tal-2010, il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi qafas legali ta’ kontabbiltà ambjentali.
3.6.2 Użu akbar tal-indikaturi soċjali eżistenti mill-kontabbiltà nazzjonali: is-sistema Ewropea tal-kontijiet diġà tinkludi indikaturi li jenfasizzaw temi importanti mil-lat soċjali, bħad-dħul disponibbli tal-familji u ċ-ċifri aġġustati tad-dħul disponibbli tal-familji, ċifri aġġustati li jikkunsidraw id-differenzi eżistenti fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali tad-diversi pajjiżi.
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-kwistjoni ta’ kejl aktar koerenti tal-progress tal-umanità malajr qed issir dejjem iktar importanti fit-tħassib tal-politiċi u ċ-ċittadini b'mod ġenerali. Għalhekk għandhom jinstabu approċċi ġodda sabiex jintwera kif jista' jinstab bilanċ bejn l-evoluzzjoni demografika u l-iżvilupp ekonomiku tal-umanità bil-limitazzjonijiet tal-pjaneta u r-riżorsi tagħha.
4.2 Dawn l-approċċi u metodi ġodda ta’ kejl tal-progress huma indispensabbli fl-ambjent soċjali tal-lum, fejn il-kumplessità mhijiex tieqaf tikber, sabiex tkun tista ' titfassal aħjar viżjoni strateġika għas-soċjetà bħal tal-UE. Dawn huma importanti għax jippermettu li jitfassal rapport tar-riżorsi neċessarji biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi, fejn fost l-ewwel ikun hemm l-iżvilupp sostenibbli, li fost oħrajn jiddetermina l-protezzjoni effettiva tal-klima u l-isfruttar ekonomiku tar-riżorsi kollha.
4.3 Qasam ieħor importanti huwa dak tat-tfassil ta’ politiki maġġuri tal-Komunità li għandhom iqisu l-effetti u l-konsegwenzi kollha tagħhom li jistgħu jitkejlu, kif ukoll tal-interazzjonijiet reċiproċi tagħhom u, naturalment, l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki.
4.4 Għaldaqstant, il-KESE bi pjaċir jilqa ' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tema: “Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel” u l-inizjattivi li tinkludi. Minkejja l-ħafna proġetti u attivitajiet li għaddejjin diġà, il-Kumitat josserva li għadna fil-bidu ta’ triq twila u li l-għażla tal-istrumenti u l-miżuri adatti u l-integrazzjoni tagħhom fil-ġestjoni tal-politiki u l-istrateġiji importanti mhux ser tkun waħda sempliċi.
4.5 Sabiex strument, irrispettivament liema wieħed, ikun effettiv, irid ikun l-iktar sempliċi u l-iktar maniġġabbli possibbli u l-partijiet ikkonċernati għandhom jagħrfu l-benefiċċji li jġib miegħu. L-istrumenti li l-utenti tagħhom ma jkunux adattaw għalihom perfettament u li mhumiex aċċettati ġeneralment ma jistgħux jagħtu r-riżultati mistennija. L-aċċettazzjoni ta’ kull strument ġdid bħala simbolu tal-progress żgur li ser jieħu ċertu żmien. L-ebda strument m'huwa fini fih innifsu u għalhekk għandu jitneħħa mingħajr dewmien kull strument li ma jkunx ta prova tal-effikaċja tiegħu.
4.6 Huwa ċar li t-triq tal-iżvilupp timxi mill-iktar sempliċi għall-iktar kumpless; mandankollu, din il-kumplessità m'għandhiex tiżboq il-benefiċċji mistennija. Anke fil-livell tal-Unjoni, is-sistema għandha tibqa' bbażata fuq ġabra u evalwazzjoni nazzjonali ta’ informazzjoni, kif ukoll fuq l-ipproċessar tagħhom f'indikaturi u parametri fil-livell nazzjonali u organizzati f'qafas Komunitarju definit sew u li jgħaqqad.
4.7 It-tgħaqqid ta’ dawn il-parametri għall-Komunità kollha għalhekk għandu jwassal sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati strateġiji u politiki koordinati u kompatibbli, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew bl-applikazzjoni rigoruża tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Għalhekk ser ikun partikolarment importanti li tittieħed azzjoni fil-livell Komunitarju fid-dawl ta’ dawn it-tendenzi u b'hekk l-istrumenti magħżula għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw is-sinjali, anke dawk l-iktar dgħajfa, biżżejjed minn qabel u b'mod affidabbli, jekk ikun hemm ħjiel ta’ bidliet potenzjalment perikolużi.
4.8 Il-PDG, bid-difetti kollha tiegħu, jibqa ' strument aggregat straordinarju, li kapaċi jirreġistra l-iżviluppi fi żmien qasir. L-istrument il-ġdid mixtieq huwa wkoll indikatur aggregat li jqis l-aspetti soċjali u ambjentali, kompitu li se jkun diffiċli ferm. B'hekk, il-KESE huwa tal-fehma li għandhom jiġu stabbiliti kriterji li jippermettu l-għażla, sa mill-bidu nett tal-proċess politiku, minn fost id-diversi parametri li jkopru diversi oqsma, u li jiffavorixxu wkoll l-iżvilupp sostenibbli tal-komunità dinjija.
4.9 Il-KESE huwa konvint li approċċ individwali mhuwiex possibbli ħlief matul it-tħejjija ta’ kull strument individwali. L-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi ta’ dawn l-istrumenti jeħtieġu approċċ globali u olistiku, sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-kunflitti bejn ċerti strumenti u parametri; jekk dawn ma jiġux indirizzati, kunflitti ta’ dan it-tip jistgħu jwasslu għal żbilanċ fid-deċiżjonijiet politiċi u strateġiċi.
4.10 Dan il-proċess kollu ta’ tibdiliet li qed jitħejjew mhux ser ikun wieħed rapidu, jew sempliċi, u għalhekk għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tħejjija analitika u l-istudju ta’ kull strument abbażi ta’ riċerka dedikata għall-interazzjoni tagħhom u fuq konsultazzjonijiet dettaljati tal-atturi konċernati.
4.11 Fil-qafas ta’ dan il-proċess, ser ikun neċessarju li jiġu stabbiliti prijoritajiet u li jiġu ffissati d-dati għall-istadji li jmiss, li dwarhom il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tesprimix ruħha ħlief b'mod vag ħafna; il-Kumitat jitlob minnufih lill-Kummissjoni biex tipproċedi fil-ħin għall-integrazzjoni tagħhom fl-objettivi u l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni tal-istrateġija l-ġdida għall-Ewropa sal-2020, u bl-istess mod, fl-istrateġija fuq perijodu fit-tul tal-iżvilupp sostenibbli. Il-KESE jiddeplora l-fatt li atturi oħra kkonċernati mhux qed jieħdu sehem f'dan l-istadju inizjali, bħal pereżempju d-direzzjonijiet ġenerali ekonomiċi kkonċernati tal-Kummissjoni. Bidla radikali bħal din teħtieġ ħafna iktar minn sempliċement xogħlijiet tad-direzzjoni ġenerali tal-“ambjent” tal-EEA u l-Eurostat.
4.12 Fil-qafas tal-monitoraġġ tal-ħidma u sabiex jiġu strutturati l-istadji li ġejjin, ser ikun meħtieġ li jiġu applikati r-riflessjonijiet u l-proġetti kollha disponibbli bħar-“rapport tal-Kummissjoni dwar il-kejl tal-prestazzjoni ekonomika u l-progress soċjali (ir-rapport ta’ Stiglitz”; http://stiglitz-sen-fitoussi.fr/en/index.htm), l-istudju TEEB (The Economics of Ecosystems and Biodiversity http://www.teebweb.org/) dedikat għall-ekonomija tal-ekosistemi u l-bijodiversità, il-ħidma tal-aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEE), dawk tal-Eurostat u dawk kollha li jikkontribwixxu għal dan il-proġett kumpless Ewropew u internazzjonali. Il-kriterju deċiżiv għandu jkun iż-żamma tal-indipendenza tal-istatistika u l-ħtiġijiet kwalitattivi, kif ukoll aċċettazzjoni ġenerali tas-saħħa spjegattiva tal-istrumenti.
4.13 L-Assemblea Ġenerali tal-Nazzjonijiet Uniti dan l-aħħar iddeċidiet li fl-2012 ser torganizza konferenza dinjija ġdida dwar l-evalwazzjoni tal-progress li nkiseb fl-iżvilupp sostenibbli tul l-għoxrin sena mis-summit dinji f'Rio fl-1992. Huwa ċar li l-mezzi li bihom tista ' tinkiseb ekonomija dinjija ekoloġika b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju ser ikunu wieħed mis-suġġetti ewlenin. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li sal-2011 l-Ewropa tistabbilixxi qafas ċar ta’ evalwazzjoni tal-progress tagħha u li fl-2012 tkun tista ' tressaq proposti spjegati sew lill-komunità internazzjonali.
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Dawn l-osservazzjonijiet speċifiċi jikkummentaw fuq il-ħames oqsma ta’ azzjoni fundamentali, kif ukoll l-elementi rispettivi tagħhom, ippreżentati fl-ordni adottata għall-Kapitolu 3.
5.2 Il-Kummissjoni għandha l-kompitu diffiċli ħafna li tħejji l-verżjoni pilota ta’ indiċi kumpless għall-ambjent. Hija impenjat ruħha li tippreżenta dan l-indiċi sal-2010 u għandu jkun indiċi aggregat fejn l-evalwazzjoni tqis il-bilanċ tal-effetti ta’ kull wieħed mill-elementi tal-ambjent. Il-marka ekoloġika u l-marka tal-karbonju, fil-forma attwali tagħhom, jiġbru l-elementi speċifiċi tal-ambjent u tal-isfruttar tar-riżorsi. Ħarġu fid-dieher kunċetti oħra, bħall-“marka tal-ilma”, u l-“marka tal-foresta”, iżda l-ebda wieħed mhu se jagħmel parti mill-indiċi futur. Sa mill-bidu nett, il-ħolqien ta’ dan l-indiċi għandu jinkludi l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u ser ikun hemm bżonn li jiġu evalwati bl-ikbar reqqa l-koeffiċjenti tal-weighting ta’ kull wieħed minn dawn il-fatturi f'dan l-indiċi kumpless.
5.3 It-tħejjija tal-indikaturi tal-ħajja u l-benesseri (2) ser tkun diffiċli wkoll għalkemm l-istudji dwar is-suġġett, inklużi l-istudji tal-fattibbiltà, ser ikunu disponibbli; dawn l-indikaturi huma bbażati l-iktar fuq perċezzjonijiet suġġettivi u mhux fuq miżuri preċiżi. Ta ' min jinnota hawnhekk li l-PDG mhuwiex oġġettiv għalkollox.
5.4 Il-“ġestjoni operattiva” tal-kwalità tal-ambjent u l-azzjonijiet korrettivi fil-qasam soċjali jeħtieġu informazzjoni destinata biex jittieħdu deċiżjonijiet f'ħin kważi reali. Il-kwistjonijiet strateġiċi u t-tfassil tal-politiki ħafna drabi jkunu bbażati fuq it-tendenzi tal-iżvilupp tal-parametri fundamentali. B'hekk, din id-distinzjoni għandha tiddetermina l-għażla tal-kwantitajiet li għandhom jiġu mmonitorjati fil-ħin reali sabiex jiġi evitat li informazzjoni individwali toħnoq inutilment il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. f'dan il-kuntest, għandha tingħata ħafna iktar importanza għar-reazzjoni għat-tibdil b'mod meqjus u fi żmien utli. Il-monitoraġġ tal-qafas tas-sistema GMES għandu jwassal l-ewwel nett għall-“ġestjoni operattiva”. M'hemmx għalfejn ngħidu: jekk jintwerew it-tendenzi fuq perijodu fit-tul, dan jista' jservi għat-tfassil tal-politika.
5.5 It-tfassil tal-politiki Komunitarji li jeħtieġu sforz komuni jirrekjedi livell korrett ta’ informazzjoni dwar id-diviżjonijiet u d-diskrepanzi fil-livell nazzjonali u reġjonali. L-għan huwa li jinqerdu l-ikbar diskrepanzi bis-saħħa tal-politiki mfassla b'mod adegwat, li jeħtieġu informazzjoni preċiża. Is-suċċess ta’ dawn il-politiki jiddependi fuq kemm jiġu aċċettati b'mod ġenerali u kemm jiġbdu appoġġ, li huwa prattikament impossibbli jekk jinħass nuqqas fl-ugwaljanza tat-trattament. Ir-rispett lejn din l-imġiba ser jiddetermina l-perċezzjoni taċ-ċittadini tal-Komunità.
5.6 L-evalwazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli hija kwistjoni komplikata ħafna. L-iżvilupp sostenibbli huwa strateġija ġenerali fuq perijodu fit-tul li, mid-definizzjoni tiegħu stess, ma setax u ma jistax ikollu objettivi konkreti bi skadenzi konkreti. Mid-definizzjoni tagħhom stess, l-objettivi għandhom ikunu formulati b'mod ġenerali biżżejjed. Fil-każ tal-evalwazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, din fil-fatt tittratta l-ġbir tat-tendenzi f'żewġ oqsma fundamentali: (1) l-evalwazzjoni tal-kapaċità għall-assorbiment tal-ekosistemi u l-isfruttar tar-riżorsi mhux rinnovabbli u dawk rinnovabbli u (2) l-evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-amministrazzjoni tas-soċjetà inġenerali. L-iżvilupp ta’ dawn iż-żewġ fatturi fundamentali ser jiddetermina l-iżvilupp sostenibbli jew le tal-komunità internazzjonali u magħha, dik tal-Komunità Ewropea. Il-KESE jilqa ' l-proposti li tressaq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (it-tabella u l-monitoraġġ tal-limiti stabbiliti tal-pollutanti) mexjin f'dik id-direzzjoni.
5.7 Il-KESE huwa kuntent ukoll bl-isforz tal-Kummissjoni sabiex testendi l-kamp tal-kontijiet nazzjonali għat-temi ambjentali u soċjali. L-informazzjoni affidabbli u strutturata sew fit-tfassil ta’ dawn il-kontijiet, f'għadd suffiċjenti, tista ' tiffaċilita l-internalizzazzjoni razzjonali mixtieqa tal-ispejjeż esterni fl-oqsma fejn għadd suffiċjenti ta’ informazzjoni affidabbli ser ikunu disponibbli għal dan il-għan u fejn il-bilanċ tas-swieq ma jkunx mhedded. Dawn il-kontijiet diġà jipprovdu informazzjoni ta’ valur kbir, għalkemm jista' jkun hemm il-problemi fit-tqabbil bejn l-Istati Membri. Dan jispjega l-importanza tal-isforzi tal-atturi kkonċernati fid-dawl tat-tfassil tal-aħjar sistema possibbli tal-informazzjoni u l-ġabra tagħha li tirrifletti l-ħtieġa li jinħolqu kontijiet ambjentali fiżiċi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħadet l-impenn ta’ dan il-kompitu diffiċli li fil-bidu tal-2010 tipproponi qafas legali ta’ kontabbiltà ambjentali. L-indikaturi soċjali disponibbli fil-kontijiet nazzjonali bħalissa mhumiex qed jintużaw b'tali mod li jilħqu l-potenzjali tagħhom. Wieħed jistenna li l-bżonn li jintużaw dawn l-indikaturi jinħass iktar u iktar, b'tali mod li jsir progress fit-tħejjija ta’ approċċ kumpless u integrat sabiex jitkejjel u jiġi evalwat il-progress f'dinja dejjem tinbidel.
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 53.
(2) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 53.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika – Konnessjoni bejn l-Afrika u l-Ewropa: Lejn tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport”
COM(2009) 301 finali
2011/C 18/12
Relatur: is-Sur SIMONS
Nhar l-24 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika – Konnessjoni bejn l-Afrika u l-Ewropa: Lejn tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport
COM (2009) 301 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tħejji l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-24 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta' April 2010 (seduta tad-29 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'unanimità.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Komunikazzjoni li ħarġet il-Kummissjoni tikkonforma mal-politika attwali, iżda għandha l-għan li tagħmel iżjed. Hija tagħti ħarsa lejn il-proċess tal-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni interkontinentali aħjar permezz tal-għajnuna mill-esperjenza tal-UE adattata għaċ-ċirkostanzi fl-Afrika. |
|
1.2 |
Il-Kumitat jaqbel li għandu jkun hemm kooperazzjoni iktar intensiva bejn l-UE u l-Afrika sakemm din il-kooperazzjoni tkun ibbażata fuq sħubija li tinkludi drittijiet u obbligi indaqs u li ma jkunx hemm relazzjoni tat-tip bejn donatur u riċevitur bħalma kien jiġri fil-passat. |
|
1.3 |
Il-Kumitat jenfasizza li d-disponibbiltà tal-infrastruttura u s-sistemi tat-trasport huma prerekwiżiti għall-integrazzjoni soċjoekonomika u reġjonali, li permezz tagħhom ikun hemm iktar impjiegi, aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni u b'hekk huwa kontribut importanti fil-ġlieda kontra l-faqar. |
|
1.4 |
Il-Kumitat jiddispjaċih li din il-Komunikazzjoni ma tintegrax biżżejjed il-politiki tal-Kummissjoni, speċjalment dawk tad-DĠ għall-Iżvilupp u d-DĠ tal-Kummerċ, fejn il-koerenza tal-politika tal-UE lejn l-Afrika għandha tkun ċara. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jilqa' l-fatt li fil-konferenza tat-“TEN-T days 2009”, li saret f'Napli fil-21 u t-22 ta' Ottubru 2009, ġie deċiż li flimkien mal-imsieħba Afrikani tagħha l-Unjoni Ewropea għandha tfassal pjan ta' azzjoni flimkien mal-imsieħba Afrikani tagħha. |
|
1.6 |
Dan il-pjan ta' azzjoni ser jitfassal qabel il-Forum informali tat-Trasport fi ħdan is-sħubija UE-Afrika u imbagħad ser jiġi ppubblikat fil-ħarifa tal-2010. Il-Kumitat jista' jaqbel ma' proċess li jwassal għall-monitoraġġ tal-progress fit-twettiq tal-pjan ta' azzjoni, pereżempju permezz ta' Kumitat Konġunt. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li fil-programm ta' azzjoni jissemma b'mod ċar li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-piraterija għandha tkun prijorità fl-Afrika. |
|
1.8 |
Rigward l-ippjanar, il-finanzjament tan-netwerk tal-infrastruttura tat-trasport u l-pjan ta' azzjoni kollu kemm hu, fil-fehma tal-Kumitat għandu jiġi riċerkat kif l-imsieħba soċjoekonomiċi involuti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Cotonou, jistgħu jaqdu rwol. |
|
1.9 |
Il-Kumitat japprezza jekk il-Kunsill Ekonomiku, Soċjali u Kulturali tal-Unjoni Afrikana janalizza l-proposti tal-pjan ta' azzjoni u joħroġ opinjoni dwarhom. |
|
1.10 |
Il-Kumitat josserva li mal-approvazzjoni tal-fondi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-programmi għandu jkun hemm kondizzjoni li l-impjegati lokali reġistrati uffiċjalment mill-Unjoni Afrikana jibbenefikaw mill-implimentazzjoni tagħhom. |
|
1.11 |
Fil-fehma tal-Kumitat, fl-ippjanar u l-programmi fil-qasam tat-TEN-T huwa importanti li l-interoperabbiltà tas-sistemi tat-trasport tkun il-punt tat-tluq, li permezz tagħha l-vantaġġi intrinsiċi ta' kull mezz ta' trasport għandhom jintużaw fil-qafas tal-approċċ komodali li għażlet l-UE. |
|
1.12 |
Barra minn hekk, il-Kumitat huwa tal-fehma li fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għandha tingħata attenzjoni lit-taħriġ, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aspetti soċjali, tas-sikurezza, tal-ambjent u tas-sostenibbiltà. |
|
1.13 |
L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-toroq għandhom iwasslu biex titrażżan it-tendenza tal-proċess ta' urbanizzazzjoni li għaddej bħalissa permezz ta' sistema tat-trasport pubbliku li taħdem sew. |
|
1.14 |
Waħda mill-kondizzjonijiet essenzjali hija li t-traċċabbiltà u l-monitoraġġ tal-infiq tal-fondi jiġu stabbiliti sew u li jiġu implimentati bir-reqqa. |
|
1.15 |
Fil-fehma tal-Kumitat, l-UE għandha tqis tal-fatt li ċ-Ċina ilha preżenti fl-Afrika b'għan politiku differenti u b'intenzjonijiet oħra tul dawn l-aħħar għexieren ta' snin. F'din l-opinjoni ġie propost li tiġi stabbilita kooperazzjoni trilaterali bejn l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika bil-kondizzjoni li kull forma ta' xogħol jew sejħa għall-offerti jwasslu għal “impjiegi Afrikani”. |
2. Sintesi tad-daħla tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni
|
2.1 |
Fl-24 ta' Ġunju 2009, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-Komunikazzjoni COM(2009) 301 finali, fejn telabora t-tisħiħ tas-sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika għal kooperazzjoni fil-qasam tat-trasport. |
|
2.2 |
F'din il-komunikazzjoni qed jiġi sottolinjat mill-ġdid li t-trasport u l-infrastruttura tat-trasport huma essenzjali għall-integrazzjoni soċjoekonomika u huma indipensabble għat-trasport tal-persuni u l-merkanzija. |
|
2.3 |
Għalhekk, l-urbanizzazzjoni dejjem tiżdied fl-Afrika, fejn 40 % taċ-ċittadini bħalissa jgħixu f'postijiet li qed jiġu urbanizzati, għandha tiġi mmonitorjata. Mingħajr trażżin, sal-2030 dan il-persentaġġ ser jirdoppja. |
|
2.4 |
Il-qafas ta' referenza għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika fil-qasam tat-trasport huwa s-sħubija għall-infrastruttura li ġiet konkluża fl-2006. L-għan hawnhekk kien l-ewwel nett biex ikun hemm rabtiet aħjar fin-netwerks tal-infrastruttura fl-Afrika u li jwassal għall-integrazzjoni reġjonali u b'hekk għall-iżvilupp taċ-ċittadini Afrikani. |
|
2.5 |
Il-finanzjament tal-proġetti tal-infrastruttura tat-trasport fl-Afrika ser isir l-iktar mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; dan il-fond ser jikkontribwixxi 30 % tal-finanzjament. |
|
2.6 |
Fil-Komunikazzjoni tagħha l-Kummissjoni tirrimarka li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afrika m'għandhiex tinkludi biss l-infrastruttura fiżika iżda għandha tittratta wkoll aspetti legali u ta' amministrazzjoni legali. B'dan il-mod permezz tal-infrastruttura mtejba ma jiġux promossi biss il-kummerċ u t-tkabbir ekonomiku, iżda wkoll l-impjiegi u tingħata spinta lill-ġlieda kontra l-faqar. |
|
2.7 |
F'dan il-kuntest, fit-18 ta' Mejju 2009, il-Kunsill adotta għadd ta' konklużjonijiet, fejn talab għall-appoġġ fil-bini tal-infrastruttura reġjonali u għat-twaqqif ta' infrastruttura meħtieġa fil-pajjiżi 'l isfel mis-Saħara. |
|
2.8 |
Din il-komunikazzjoni torbot mal-iskema għall-implimentazzjoni tas-sħubija strateġika għall-infrastruttura li ġiet konkluża fl-2007 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana. |
|
2.9 |
Ir-riżultat konkret ta' din il-komunikazzjoni għandu jkun it-tnedija ta' konsultazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana bil-għan li jitħejja pjan ta' azzjonijiet ta' prijorità u l-possibbiltajiet finanzjarji relatati li għandu jitħabbar b'mod konġunt mill-Unjoni Ewropea u dik Afrikana. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Ġenerali
3.1.1 Il-Kumitat jirrakkomanda kooperazzjoni iktar intensiva bejn l-UE u l-Afrika, fejn il-punt tat-tluq għandu jkun kooperazzjoni bbażata fuq drittijiet u obbligi indaqs, minkejja li fir-realtà hemm differenzi li għandhom jitwarrbu. Din l-intenzjoni u l-mod kif għandha titwettaq hija enfasizzata fit-Trattat ta' Lisbona (8 u 9 ta' Diċembru 2007).
3.1.2 Fil-fehma tal-Kumitat dan jittratta integrazzjoni soċjoekonomika reġjonali, inklużi t-trasport u l-faċilitajiet għat-trasport. L-integrazzjoni reġjonali għandha tkun kwistjoni ċentrali fir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Cotonou fl-2010.
3.1.3 M'hemm l-ebda dubju li dan huwa kompitu diffiċli. Il-Kumitat jirrakkomanda li fl-implimentazzjoni ta' pjani addizzjonali għall-kooperazzjoni jitqies sew li għandu jsir kontribut indaqs u r-responsabbiltajiet għandhom jinqasmu.
3.1.4 Barra minn hekk, il-Kumitat jisħaq li l-kooperazzjoni għandha tkopri firxa wiesgħa ta' oqsma li jinkludu t-taħriġ, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aspetti soċjali, tad-drittijiet taċ-ċittadini, tas-sikurezza, ambjentali, tas-sostenibbiltà, l-interoperabbiltà u t-trasport pubbliku fil-bliet, il-proċeduri amministrattivi u tad-dwana – u ma ninsewx – it-trażżin tal-korruzzjoni, u l-esperjenza Ewropea fil-qasam tal-interoperabbiltà u l-aħjar prattika.
3.1.5 Il-Kumitat jiddispjaċih li fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni m'hemm l-ebda referenza għall-importanza tal-aspetti soċjali u tat-taħriġ fis-settur tat-trasport. Huwa jinnota li din kienet importanti biżżejjed biex tidher fis-sħubija tal-infrastruttura miftiehma fl-2006.
3.1.6 Fil-fehma tal-Kumitat, fl-implimentazzjoni ta' din il-kooperazzjoni għandha ssir enfasi fuq il-fatt li s-suġġetti u l-miżuri kollha msemmija jista' jkollhom ċans ta' suċċess kemm-il darba jkun hemm bażi tajba u soda fil-forma ta' ħaddiema lokali mħarrġa sew.
3.1.7 Il-kooperazzjoni għandha tħaddan il-modalitajiet kollha tat-trasport, anke fir-relazzjonijiet reċiproċi, adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Afrika.
3.1.8 Il-Kumitat isib li huwa essenzjali li xi kondizzjonijiet importanti jiġu ssodisfati: għandu jkun hemm it-trasparenza, sigurtà sħiħa u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni jistgħu jseħħu biss bl-għajnuna ta' miżuri adatti.
3.1.9 Fl-opinjoni tiegħu dwar “L-istrateġija UE-Afrika” (1), adottata fit-18 ta' Settembru 2008, il-Kumitat jipproponi li “Filwaqt li sar progress notevoli fil-qasam tal-integrazzjoni reġjonali u sottoreġjonali, il-potenzjal kummerċjali għadu ma ġiex sfruttat. Il-miżuri għandhom jiġu kkoordinati b'tali mod li jarmonizzaw il-proċeduri doganali, itejbu l-infrastruttura u jiżguraw il-moviment ħieles taċ-ċittadini.”
3.1.10 Anke matul il-konferenza “TEN-T days 2009” li saret dan l-aħħar f'Napli fil-21 u t-22 ta' Ottubru 2009 fil-Forum dwar it-Trasport Ewro-Afrikan ħafna parteċipanti ressqu mistoqsijiet dwar kif l-iżvilupp fl-Afrika u n-netwerks Trans-Afrikani jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza tal-UE fil-qasam tat-TEN.
3.1.11 Wieħed mir-riżultati ta' dan il-forum ta' Trasport kien li l-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-imsieħba Afrikani tagħha ser tfassal pjan ta' azzjoni bil-għan li n-netwerks tat-trasport bejn iż-żewġ kontinenti jsiru iktar intensivi fuq bażi kontinwa. Dan il-pjan ser jiġi ppubblikat fit-tieni nofs tal-2010.
3.1.12 Fil-fehma tal-Kumitat huwa importanti li apparti mis-sħubijiet ekonomiċi bilaterali li jeżistu diġà, għandhom jiġu fformati wkoll sħubijiet ekonomiċi reġjonali li jagħmlu kontribut għall-integrazzjoni reġjonali.
3.1.13 Id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-pjan ta' azzjoni, fejn jiġi kkunsidrat l-impenn tal-imsieħba soċjali, fil-fehma tal-Kumitat għandhom jiġu żviluppati f'kooperazzjoni stretta mal-Unjoni Afrikana.
3.1.13.1 Billi fl-Afrika l-istruttura biex jiġu involuti l-imsieħba soċjali fil-pjani ma tantx hija żviluppata, fil-prattika jidher li l-imsieħba soċjali stess għadhom ma jafux bil-pjani, il-konsultazzjoni mal-Unjoni Afrikana għandha ssaħħaħ din l-informazzjoni u l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' konsultazzjoni.
3.1.14 Jekk dan dan l-għan jintlaħaq, il-Kumitat jirrakkomanda li titfassal strateġija komuni, li tistabbilixxi kriterju ta' sostenibbiltà u fejn tingħata importanza lill-iżvilupp u l-benesseri taċ-ċittadini Afrikani.
3.1.15 Iżda, barra minn hekk, il-Kumitat jaħseb li għad fadal problemi fl-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni. Wieħed mill-iktar aspetti importanti li għandu jitqies huwa d-differenza bejn il-kultura Afrikana u dik Ewropea.
3.1.16 Il-Kumitat jaħseb li tkun ħaġa tajba li l-Unjoni Afrikana tistabbilixxi kuntatt mal-Kunsill Ekonomiku, Soċjali u Kulturali tagħha sabiex jieħu ħsieb il-monitoraġġ tal-proġetti stabbiliti fil-pjan ta' azzjoni.
3.1.17 L-Unjoni Ewropea allokat EUR 4,6 biljuni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-perijodu 2007–2013 għall-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura u t-trasport fl-Afrika.
3.1.18 Sar ftehim li fis-summit tal-UE-Afrika li jmiss fi tmiem l-2010, li ser isir fl-Addis Ababa, ser jiġu evalwati s-sħubijiet kollha. Fl-istess ħin, fil-ħarifa tal-2010 permezz tal-Forum informali tat-trasport ser jiġi stabbilit il-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-proġetti, fejn il-Kumitat jitlob lill-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tal-NGOs jieħdu sehem b'mod formali, skont it-Trattat li twaqqaf fis-Summit ta' Lisbona.
3.1.19 It-tisħiħ tan-netwerks tat-trasport ifisser li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvjaġġjaw iktar malajr, li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tingħata spinta lis-sostenibbiltà u l-affidabbiltà tat-trasport bil-għan li dan is-servizz jingħata bi prezzijiet affordabbli għall-fqar fost iċ-ċittadini. Dan jitlob approċċ koordinat fl-ippjanar u l-bini tal-infrastruttura.
3.1.20 Dan huwa ferm importanti billi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar fl-Afrika huma fost l-ogħla fid-dinja (15 % tad-dħul mill-esportazzjoni meta mqabbla ma' 4 % fil-pajjiżi industrijalizzati). Din l-azzjoni hija tant meħtieġa għax hija waħda mill-kondizzjonijiet biex tinkiseb l-integrazzjoni tas-swieq reġjonali u nazzjonali.
3.1.21 Barra minn hekk, kooperazzjoni addizzjonali bħall-użu tal-aħjar prattiki għandha twassal għal żieda fil-kummerċ, iżjed sikurezza, iżjed sigurtà u għal sistema ta' trasport moderna.
3.1.22 Skont il-Kumitat, is-slogan “Working together for a better future” jista' jintuża bħala l-linja gwida.
3.1.23 Dan huwa rifless ukoll fir-riżultati tas-summit ta' Lisbona tat-8 u d-9 ta' Diċembru 2007 u li stabbilixxa s-sisien għal sħubija strateġika bbażata fuq l-ugwaljanza bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea, stabbilita fid-Dikjarazzjoni ta' Lisbona tad-9 ta' Diċembru 2007.
3.1.24 Din is-sħubija nbniet fuq dawn il-punti ta' tluq: il-paċi u s-sikurezza, l-amministrazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, l-enerġija u t-tibdil fil-klima, il-kummerċ, l-infrastruttura u l-iżvilupp.
3.1.25 Il-Kumitat jinnota li l-komunikazzjoni hija limitata għas-sħubija bejn l-UE u l-Afrika. Filwaqt li ċ-Ċina ilha li stabbilixxiet l-għeruq tagħha fl-Afrika għal għexieren ta' snin, b'mod partikolari fl-iżvilupp tal-infrastruttura, fejn l-istrateġija taċ-Ċina kienet li ssellef lil pajjiżi Afrikani individwalment b'kondizzjonijiet favorevoli u bis-saħħa t'hekk tieħu kuntratti fit-tul għall-infrastruttura u l-proġetti tat-trasport, kif ukoll għall-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali.
3.1.26 Waħda mill-possibbiltajiet biex tingħeleb din il-problema, tkun li tiġi stabbilita kooperazzjoni trilaterali bejn l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika bil-kondizzjoni li kull forma ta' xogħol jew sejħa għall-offerti jwasslu għal “impjiegi Afrikani”. Fl-1 ta' Ottubru 2009 il-Kumitat ħareġ opinjoni importanti ħafna (2) rigward ir-relazzjoni bejn l-UE, iċ-Ċina u l-Afrika.
3.2 Atturi non-governattivi
|
3.2.1 |
Rigward l-ippjanar u l-finanzjament tan-netwerk tal-infrastruttura tat-trasport, fil-fehma tal-Kumitat għandu jiġi riċerkat jekk apparti mill-gvernijiet, jistax ikun hemm rwol ukoll għas-settur non-governattiv. Fuq naħa hemm il-parteċipazzjoni tal-istati u ċ-ċittadini, speċjalment l-NGOs, li hija meħtieġa, u fuq in-naħa l-oħra hemm ukoll il-kontribut tal-kumpaniji l-kbar u l-fondi kbar Ewropej li huma indispensabbli. |
|
3.2.2 |
Tul dawn l-aħħar snin kienu l-iktar l-għaqdiet tal-bdiewa, it-trejdjunjins, l-għaqdiet tal-konsumaturi li kellhom rwol importanti, anke minħabba s-suċċess tal-ftehim ta' Cotonou u l-Konvenzjoni ta' Lomé. Il-Kumitat jisħaq li dan għandu jitkompla. |
3.3 Il-korruzzjoni u l-piraterija
|
3.3.1 |
B'xorti ħażina, il-problema tal-korruzzjoni u l-piraterija bilkemm jissemmew f'din il-komunikazzjoni, filwaqt li tinstab fil-livelli kollha tal-Afrika u qed ixxekkel l-iżvilupp ekonomiku. Din il-problema sservi wkoll bħala ostakolu għal iktar integrazzjoni reġjonali. |
|
3.3.2 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li kull proposta u miżura relatata mal-kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana għandha tippromovi wkoll il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-piraterija. |
|
3.3.3 |
Hekk jew b'hekk dan huwa wkoll objettiv tal-Unjoni Afrikana u huwa stabbilit ukoll fil-Ftehim ta' Cotonou. |
|
3.3.4 |
Għal dak li jikkonċerna l-UE, il-fondi Ewropej għandhom jingħataw biss jekk it-traċċabbiltà tal-mezzi finanzjarji tkun iggarantita u li jkun jista' jsir monitoraġġ bir-reqqa ta' kif jintefqu dawn il-mezzi finanzjarji. |
|
3.3.5 |
Fis-settur tat-trasport u l-infrastruttura, il-korruzzjoni hija relatata l-iktar mat-trasport fuq l-art, b'mod partikolari it-trasport bit-triq, filwaqt li l-piraterija hija marbuta mat-trasport bil-baħar. |
|
3.3.6 |
Il-KESE jenfasizza li, meta jbaħħru mal-kosta tas-Somalja u l-Golf ta' Aden, il-bastimenti għandhom isegwu l-“Aħjar Prattiki ta' Ġestjoni bħala deterrent għall-piraterija” (NU) u jirreġistraw ir-rotta tagħhom fis-siti tal-internet tal-UE – NAVFOR/MSC (HOA). Dawn il-prattiki jinkludu wkoll lista ta' miżuri ta' difiża għall-bastimenti. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Għandu jitqies li kull wieħed mit-53 stat fl-Afrika għandu l-problemi bit-trasport u l-infrastruttura. Fl-2006, tnieda l-hekk imsejjaħ Programm għall-iżvilupp infrastrutturali fl-Afrika (PIDA), bil-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar fl-ippjanar u l-bini tal-infrastruttura. |
|
4.2 |
Il-programm PIDA jinkludi għadd ta' miżuri għat-taħriġ, pereżempju fil-qasam tal-kontroll tat-traffiku bl-ajru, il-konsulenza dwar is-sikurezza, u fil-qasam tal-ambjent u s-sigurtà fit-traffiku. |
|
4.3 |
Il-pass li jmiss huwa l-iskambju tal-proċessi tal-ippjanar bejn l-UE u l-Afrika, fejn il-pass li jmiss huwa l-ħolqien ta' netwerk ta' trasport Ewro-Afrikan. B'mod partikolari għandhom jiġu determinati l-punti ċentrali, l-iktar il-portijiet u l-ajruporti. |
|
4.4 |
L-allokazzjoni ta' mezzi finanzjarji limitati tfisser li dawn il-fondi għandhom jiġu allokati biss lil dawk il-proġetti speċifiċi li jġibu l-ikbar benefiċċju: f'termini ta' trasport dan ifisser li għandu jsir użu mill-approċċ komodali, bl-użu tal-karatteristiċi uniċi ta' kull mezz ta' trasport ikkunsidrat u l-karatteristiċi u l-ispeċifiċitajiet ta' kull pajjiż. |
|
4.5 |
B'rabta ma' dan, il-Kumitat jixtieq jirrakkomanda wkoll li fil-programm ta' azzjoni tiġi enfasizzata l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
|
4.6 |
Fil-każ tal-linji ferrovjarji, għandha titfassal lista ta' konnessjonijiet ferrovjarji prijoritarji. Wara kollox, in-netwerk ferrovjarju huwa essenzjali għall-konnessjoni mal-pajjiżi mingħajr kosta. Bħalissa hemm 15-il pajjiż li m'għandhomx netwerk tal-ferroviji. |
|
4.7 |
Illum, l-Afrika tirrappreżenta biss 4 % tat-traffiku bl-ajru fid-dinja. Is-sigurtà u l-kwalità tal-ajruplani u s-servizzi relatati b'xorti ħażina għadhom 'il bogħod ħafna milli jissodisfaw il-bżonnijiet tal-mobbiltà. Is-sikurezza, is-sigurtà u r-restrizzjoni tal-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu huma punti importanti fuq l-aġenda. |
|
4.8 |
It-tbaħħir jirrappreżenta 92 % tal-kummerċ internazzjonali tal-Afrika. Kooperazzjoni iktar intensiva bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana għandha twassal għat-twaqqif ta' ċentri tal-loġistika u t-tħaddim aħjar tal-portijiet fl-oqsma li ġejjin:
|
|
4.9 |
Il-biċċa l-kbira tal-kummerċ kontinentali jsir bit-trasport bit-triq, għalkemm din l-infrastruttura, li l-kwalità tagħha tvarja immens minn pajjiż għal ieħor, hija kompletament inadegwata. L-Afrika għandha biss 7 km toroq għal kull 100 km2. Barra minn hekk, jaf ikun hemm perijodi twal ta' stennija għall-formalitajiet ta' dħul u approvazzjoni (clearance) u l-korruzzjoni omnipreżenti. |
|
4.10 |
Fil-bidu tal-2009, il-Kummissjoni Ewropea allokat EUR 3 biljun lill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bil-għan li jiġu żviluppati rotot tat-trasport trans-Afrikani li fil-ġejjieni jiġu konnessi man-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. |
|
4.11 |
Il-Kumitat jisħaq li flimkien mal-allokazzjoni tal-fondi Ewropej għall-infrastruttura għandhom isiru kondizzjonijiet li għandhom jiġu impjegati biss ħaddiema lokali reġistrati uffiċjalment mill-Unjoni Afrikana fit-twettiq tal-proġetti tal-infrastruttura, sabiex dawn il-proġetti jkollhom effett pożittiv fuq it-taħriġ u l-benesseri taċ-ċittadini. |
|
4.12 |
Mill-prattika nafu li t-trasport internazzjonali bit-triq fl-Afrika mhuwiex possibbli kullimkien, u jekk dan ikun possibbli, jixxekkel mill-problemti tat-tixħim u l-korruzzjoni tul it-triq u mal-fruntieri. Madankollu, ħafna drabi m'hemm l-ebda alternattiva għat-trasport bit-triq. |
|
4.13 |
Il-Kumitat huwa tal-fehma li r-realtà teħtieġ li l-Unjoni Afrikana tieħu l-approċċ tat-TEN-T bħala linja gwida, fejn huwa importanti li l-interoperabbiltà bħala għan tal-pjani u l-programmi tittieħed bħala l-punt tat-tluq. |
|
4.14 |
Mhumiex biss il-mezzi finanzjarji li huma importanti. Bit-twettiq tal-proġetti l-kbar tal-infrastruttura trans-Ewropej, il-koordinaturi maħtura mill-Unjoni Ewropea jappoġġjaw l-Istati Membri kemm fit-tfittxija għall-finanzi għall-proġetti kif ukoll fit-tfittxija għal soluzzjonijiet għal problemi li jinqalgħu fi proġetti ta' skala kbira. Il-Kumitat jaħseb li l-ħatra tal-koordinaturi tal-proġetti għal-lakuni fit-tmien netwerks trans-Afrikani, li diġà ntgħażlu, hija għażla tajba. |
|
4.15 |
Il-Kumitat josserva li, qabel ma jsir investiment fl-infrastruttura fl-Afrika għandhom jingħataw garanziji sħaħ dwar il-problemi ta' sikurezza u sigurtà. Rigward il-ġlieda kontra l-piraterija fil-baħar jistgħu jiġu applikati l-programmi ta' monitoraġġ li żviluppat l-IMO. |
|
4.16 |
Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri għat-titjib fis-sigurtà tat-traffiku. Skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (Punt 3.2.4, l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu), kull sena madwar miljun persuna jmutu b'kawża ta' inċident, u fosthom 65 % mill-vittmi huma persuni li kienu għaddejjin bil-mixi. |
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 148-156.
(2) ĠU C 318, 23.12.2009, p. 106-112.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/74 |
Opinjoni Tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE”
COM(2009) 567 finali
2011/C 18/13
Relatur: Is-Sinjura CSER
Korelatur: Is-Sinjura HEINISCH
Nhar l-20 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Solidarjetà fis-saħħa: it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE.
COM(2009) 567 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-23 ta’ Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (sessjoni tad-29 ta’ April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’51 vot favur, vot 1 kontra u l-ebda astensjoni.
1. Rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-prinċipju tas-Saħħa fil-Politiki Kollha (HIAP - Health In All Policies) għandu jsir realtà fil-politiki kollha tal-UE. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tivverifika l-miżuri tagħha biex tiżgura li l-oqsma kollha ta’ politika jikkontribwixxu lejn livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u biex jonqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa mekkaniżmi biex treġġa’ lura miżuri ta’ politika li jaffettwaw ħażin lis-saħħa u l-inugwaljanza.
1.2 Il-KESE wkoll japrezza l-importanza li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu fuq għadd ta’ indikaturi kumparabbli u miri li jistgħu jiġu kwantifikati fi skadenza rilevanti bħala mezz biex l-awtoritajiet nazzjonali jivvalutaw il-progress fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-saħħa u jiġu identifikati oqsma li fihom l-inizjattivi Ewropej ikunu jistgħu jikkumplimentaw l-isforzi nazzjonali.
1.3 Il-KESE jappella lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw fil-pjani tal-Kummissjoni għat-titjib tal-bażi tad-data u tal-għarfien u l-mekkaniżmi għall-kejl, is-sorveljanza u r-rappurtaġġ tal-inugwaljanzi tas-saħħa.
1.4 Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni li tikkollabora mal-Istati Membri ħalli jiżviluppaw indikaturi ġodda biex jissorveljaw l-inugwaljanzi tas-saħħa u metodoloġija biex tivverifika s-sitwazzjoni tas-saħħa fl-Istati Membri ħalli jiġu prijoritizzati l-oqsma għat-titjib u l-aħjar prattiki.
1.5 Il-KESE jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinħoloq mudell ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali ġenerali li jwassal għal aktar tkabbir ekonomiku, kif ukoll għal aktar ġustizzja soċjali, solidarjetà, koeżjoni u saħħa. Dan għandu jitqies bħala prijorità fl-Istrateġija Ewropa 2020 u għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-importanza kbira tar-rwol tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-implimentazzjoni ta’ din il-prijorità.
1.6 Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-mezzi meħtieġa fl-azzjoni kontra l-inugwaljanzi soċjali kollha li minnhom jinbtu l-inugwaljanzi fis-saħħa, speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni, tal-ippjanar urban u tal-poter tal-akkwist.
1.7 Iridu jiżdiedu l-isforzi biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fis-saħħa fiż-żoni rurali, b’mod partikolari fid-dawl tal-isfidi ppreżentati mill-bidla demografika.
1.8 Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ pjattaformi u fora Ewropej li diġà jeżistu (ikel, alkoħol, eċċ.) dwar gruppi vulnerabbli.
1.9 Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw mill-ġdid għadd ta’ rakkomandazzjonijiet tal-KESE li saru fl-opinjonijiet tal-passat marbutin ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa u dawk soċjali u li jekk jiġu implimentati jikkontribwixxu fl-azzjoni kontra l-inugwaljanzi (1)
2. Sfond – l-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE
2.1 Fil-medja, iċ-ċittadini tal-UE issa qed jgħixu iktar u huma iktar b’saħħithom, iżda hemm differenzi kbar u li qed jiżdiedu fl-istat ta’ saħħithom madwar l-UE; din hi preokkupazzjoni u sfida kbira. Iż-żjieda fil-qgħad minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika ukoll qed tiggrava din is-sitwazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni qed tiftaħ dibattitu biex jiġu definiti l-miżuri ta’ appoġġ tal-UE li jistgħu jitwaqqfu għall-għajnuna tal-Istati Membri u atturi oħra fil-livelli nazzjonali u reġjonali ħalli jinstabu risposti għal din is-sitwazzjoni kritika.
2.1.1 Eżempju wieħed tad-differenzi fis-saħħa tan-nies li qed jgħixu fl-UE hija r-rata ta’ mortalità tat-tfal taħt is-sena li tvarja b’fattur ta’ ħamsa bejn l-Istati Membri. Id-differenza fl-għomor mistenni tal-irġiel u n-nisa tvarja bejn 14 u 8 snin rispettivament. Hemm ukoll inugwaljanzi kbar bejn ir-reġjuni kif ukoll iż-żoni rurali u dawk urbani.
2.1.2 L-aspettattiva ta’ kemm ser tkun twila l-ħajja mit-twelid tvarja b’għaxar snin għall-irġiel u sitt snin għan-nisa skont il-livell tal-edukazzjoni u l-grupp soċjoekonomiku. Il-ħaddiema f’xogħol manwali u ta’ rutina għandhom it-tendenza li jkunu inqas b’saħħithom minn oħrajn. Hemm ukoll aspett importanti relatat mas-sessi peress li n-nisa jgħixu iktar fit-tul mill-irġiel iżda jgħaddu aktar żmien morda.
2.1.3 Il-kawżi tal-inugwaljanzi fis-saħħa joriġinaw mill-inugwaljanzi soċjali li huma marbutin mal-kundizzjonijiet tal-ħajja, l-imġieba, il-livell tal-edukazzjoni, l-impjieg u d-dħul, il-kura tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u s-servizzi li jippromovu s-saħħa kif ukoll il-politiki pubbliċi li jinfluwenzaw il-kwantità, il-kwalità u d-distribuzzjoni ta’ dawn il-fatturi. L-inugwaljanzi li ngħaddu minnhom fl-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjiegi u l-kura tas-saħħa kif ukoll dawk ibbażati fuq is-sessi u r-razza huma fatturi kritiċi. Il-faqar flimkien ma’ vulnerabbiltajiet oħra (it-tfulija jew ix-xjuħija, id-diżabbiltà jew li tkun ġej minn minoranza) ikomplu jżidu r-riskji tas-saħħa.
2.1.4 Il-fatturi soċjoekonomiċi għandhom effett fuq il-kundizzjonijiet tal-ħajja u s-saħħa; pereżempju, mhux kull min jgħix fl-UE għandu aċċess għall-provvista tal-ilma u l-faċilitajiet tad-drenaġġ adegwati.
2.1.5 L-ostakoli għall-aċċess tal-kura tas-saħħa jistgħu jinkludu n-nuqqas ta’ assigurazzjoni (speċjalment assigurazzjoni tas-saħħa statutorja), spejjeż għoljin għall-kura, nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-servizzi disponibbli kif ukoll ostakoli ta’ lingwa u ta’ kultura; barra minn hekk, gruppi soċjali aktar foqra jużaw inqas il-kura tas-saħħa.
2.1.6 L-inugwaljanzi tas-saħħa mhumiex inevitabbli iżda huma influwenzati ħafna mill-individwi, il-gvernijiet, il-partijiet interessati u l-komunitajiet u jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ politiki u miżuri adatti. Rigward is-saħħa, l-imġieba individwali mhijiex il-fattur ewlieni li jispjega l-inugwaljanzi li ġew innotati; għall-kuntrarju, dawn huma l-aktar influwenzati miċ-ċirkustanzi soċjoekonomiċi, tas-saħħa u tal-politika f’kull pajjiż, li l-effett kumulattiv tagħhom jaffettwa n-nies tul ħajjithom.
3. Kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni
3.1 L-iskop tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni huwa li tiftaħ dibattitu meħtieġ biex jiġi definit il-potenzjal tal-miżuri ta’ sostenn mill-UE li jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri u atturi oħra ħalli jindirizzaw il-kwistjoni tal-inugwaljanzi tas-saħħa.
3.2 Minkejja l-inizjattivi tal-UE li diġà jeżistu u li jikkontribwixxu biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE (2), il-Kummissjoni ħasset li tista’ tkompli tassisti lill-Istati Membri billi tindirizza l-fatturi li joħolqu l-inugwaljanzi fis-saħħa.
3.3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tidentifika ħames kwistjonijiet ewlenin li għandhom bżonn jiġu indirizzati:
|
— |
id-distribuzzjoni ġusta tal-kura tas-saħħa bħala parti mill-iżvilupp soċjali u ekonomiku; |
|
— |
titjib fil-bażi tad-data u tal-għarfien u l-mekkaniżmi għall-kejl, is-sorveljanza, il-valutazzjoni u r-rappurtaġġ; |
|
— |
bini tal-impenn fis-soċjetà; |
|
— |
ħarsien tal-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; |
|
— |
żvilupp tal-kontribut tal-politiki tal-UE. |
Kull qasam ewlieni huwa akkumpanjat minn lista ta’ azzjonijiet fil-livell tal-UE li jridu jitmexxew mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.
4. Kummenti Ġenerali – azzjoni fuq l-inugwaljanzi tas-saħħa
4.1 Il-KESE huwa sodisfatt bil-Komunikazzjoni peress li jqis id-daqs tal-inugwaljanzi tas-saħħa bejn nies li jgħixu f’partijiet differenti tal-UE u bejn iċ-ċittadini tal-UE li huma soċjalment vantaġġati u dawk soċjalment żvantaġġati bħala sfida peress li jaqbel li din l-inugwaljanza ttellef l-impenn tal-UE għas-solidarjetà, il-koeżjoni soċjali u ekonomika, id-drittijiet tal-bniedem u l-opportunitajiet indaqs.
4.2 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija l-frott ta’ konsultazzjoni wiesgħa li għada mhix kompluta. Sfortunatament, xi kwistjonijiet importanti ssemmew biss ta’ malajr jew ma ssemmewx. Ħafna minnhom huma l-kompetenza tal-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni tista’ jkollha rwol komplementari fil-mod kif jiġu indirizzati u jinstabu s-soluzzjonijiet.
4.3 Il-Komunikazzjoni tindika l-oqsma ta’ politika ewlenin tal-UE (politika ta’ protezzjoni soċjali, ambjent, edukazzjoni, eċċ), li huma marbutin mal-inugwaljanzi fis-saħħa u li jsaħħu lil xulxin. Għalhekk, il-KESE jisħaq fuq l-importanza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iħarsu lejn l-impatt tal-politiki differenti, fil-livelli KOLLHA: lokali, reġjonali u Ewropew, dwar l-istat ta’ saħħa tal-popolazzjoni. Il-KESE jfakkar li l-inugwaljanzi tas-saħħa jonqsu bħala riżultat tal-għażliet politiċi u mhux minħabba f’xi fenomenu naturali.
4.4 Il-KESE jemmen li l-Kummissjoni għandha tuża l-għodod disponibbli bl-aħjar mod (eżempju l-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, l-istimi tal-impatt, il-programmi ta’ riċerka, l-indikaturi, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali) u flimkien mal-Istati Membri tikkunsidra metodi ġodda biex tiżgura li l-politiki u l-azzjonijiet tal-UE jindirizzaw il-fatturi li joħolqu jew jikkontribwixxu għall-inugwaljanzi tas-saħħa madwar l-UE. Madankollu, il-miżuri tal-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri jridu jkunu konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u t-Trattati.
4.5 Il-KESE jappoġġja r-rwol tal-Kummissjoni fil-koordinazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-UE, għall-garanzija tal-koerenza bejn il-politiki, il-promozzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u l-għarfien bejn l-Istati Membri, l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajbin u l-l-iffaċilitar tat-tfassil ta’ politiki magħmulin apposta għal kwistjonijiet speċifiċi marbutin ma’ gruppi soċjali speċjali. Il-KESE jistenna kooperazzjoni akbar mal-partijiet interessati, fosthom il-KESE, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak internazzjonali.
4.6 Madankollu, il-KESE jenfasizza r-rwol tal-Istati Membri biex jiżguraw li lokalment tkun disponibbli kura tas-saħħa komprensiva, ta’ kwalità għolja, aċċessibbli minn kulħadd u personali, peress li dan huwa l-fattur ewlieni biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa. Dan japplika partikolarment għat-tfal, pazjenti b’mard kroniku, dawk li jbatu minn diversi kondizzjonijiet u l-anzjani, li jeħtieġu ambjent familjari u kuntatti mal-familja, ħbieb u nies li jafu waqt il-konvalexxenza tagħhom. Il-popolazzjonijiet u speċjalment il-gruppi vulnerabbli m’għandhomx jiġu mġiegħla jiċċaqilqu f’żoni fejn hemm konċentrazzjoni ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa biex jevitaw l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-kura.
4.7 Il-KESE jinsisti li l-Istati Membri għandhom id-dmir li jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-provvista tal-kura tas-saħħa. Meta tiġi diskussa l-kwistjoni tal-inugwaljanzi, huwa importanti ferm li jitqies ir-rwol tal-gvernijiet nazzjonali biex jiżguraw is-sistemi tal-ħarsien soċjali u biex ikun hemm biżżejjed persunal imħarreġ ħalli jipprovdu servizzi – fuq bażi lokali – li ma jiżvantaġġjawx lil dawk li jgħixu f’komunitajiet remoti jew lill-gruppi vulnerabbli.
4.8 Għalkemm in-nuqqas ta’ saħħa ħafna drabi huwa kkawżat minn fatturi esterni għas-sistema tas-saħħa, dan jista’ jiġi rimedjat mis-sistema tas-saħħa u dik soċjali. Madankollu, f’xi każijiet, żviluppi ġodda fis-sistemi tal-kura tas-saħħa jistgħu jżidu l-inugwaljanzi tas-saħħa (3). It-teknoloġiji l-ġodda m’għandhomx iwasslu għal inugwaljanzi ġodda tas-saħħa.
4.9 B’mod partikolari, huwa importanti li l-ġenerazzjoni żgħażugħa ssir konxja li stil ta’ ħajja san inaqqas ir-riskju tal-mard. Din l-attenzjoni fost iż-żgħażagħ, li ’l quddiem għad isiru ġenituri, jista’ jkollha impatt kbir fuq it-tfal tagħhom u l-ġenerazzjonijiet futuri.
5. Kummenti speċifiċi dwar kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati
5.1 Distribuzzjoni ġusta tal-kura tas-saħħa bħala parti mill-iżvilupp soċjali u ekonomiku ġenerali
5.1.1 L-inugwaljanzi fis-saħħa għandhom impatt ukoll fuq il-proċess ta’ Lisbona, peress li t-telf fil-produzzjoni u l-ispejjeż tal-kura u tal-benefiċċji soċjali jistgħu jitfgħu lura lill-ekonomija u l-koeżjoni soċjali.
5.1.2 Il-KESE jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni li hemm bżonn li tinħoloq tendenza ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali ġenerali, li twassal għal aktar tkabbir ekonomiku, kif ukoll aktar ġustizzja soċjali, solidarjetà, koeżjoni u saħħa. Dan għandu jiġi indirizzat bħala prijorità fl-Istrateġija Ewropa 2020 li għandha tinkludi indikatur li jkejjel l-inugwaljanzi tas-saħħa biex josserva l-progress soċjali milħuq taħt l-istrateġija. Għandu jitqies is-sehem ewlieni tal-Fondi Strutturali tal-UE fl-implimentazzjoni ta’ din il-prijorità.
5.1.3 Il-KESE jfakkar lill-Istati Membri fl-importanza tal-ħarsien tas-saħħa soċjali, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-iffinanzjar tas-saħħa biex jintlaħaq ir-riżultat ta’ ugwaljanza fis-saħħa. Dan jidher importanti speċjalment minħabba fix-xejriet demografiċi fl-UE.
5.1.4 Għandu jissemma’ li l-ħarsien soċjali fis-saħħa – mekkaniżmi li jiffinanzjaw is-saħħa bħall-assigurazzjoni soċjali u nazzjonali tas-saħħa jew sistemi bbażati fuq it-taxxa – għandhom bżonn jiġu implimentati u estiżi fuq il-bażi tas-solidarjetà fl-iffinanzjar u l-qsim tar-riskju, li huwa s-sigriet biex tinkiseb l-ugwaljanza fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa. L-aċċess effettiv għas-servizzi tas-saħħa għandu jiġi definit f’termini ta’ aċċessibbiltà finanzjarja, disponibbiltà, kwalità, ħarsien finanzjarju u informazzjoni dwar firxa ta’ servizzi essenzjali (4).
5.1.5 L-inugwaljanzi tas-saħħa għandhom jiġu indirizzati bi strateġija pragmatika li timmira li tikseb kopertura universali u aċċess effettiv, kif definit hawn fuq, billi jiġu koordinati l-iskemi u s-sistemi finanzjarji kollha (assigurazzjoni soċjali u privata, skemi ta’ assistenza soċjali, sistemi ta’ saħħa pubblika eċċ.) biex jonqos id-divarju fl-aċċess, jiġifieri tal-foqra, il-minoritajiet bħall-migranti, hi x’inhi s-sitwazzjoni amministrattiva tagħhom, gruppi etniċi jew reliġjużi, jew inugwaljanzi marbutin mal-età u mas-sessi.
5.1.6 Riformi relatati għandhom iwasslu għal approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li huwa mibni fuq id-djalogu soċjali biex jiżgura kunsens wiesa’ u b’hekk is-sostenibbiltà tas-soluzzjonijiet għall-finanzjament u kondizzjonijiet tax-xogħol deċenti kemm għall-assigurati kif ukoll għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa. F’dan il-kuntest, il-KESE jħoss li aktar privatizzazzjoni jista’ jkollha effetti negattivi, peress li ddaħħal sistema bbażata fuq il-kompetizzjoni aktar milli s-solidarjetà.
5.2 Titjib tal-bażi tad-data u tal-għarfien u l-mekkaniżmi għall-kejl u s-sorveljanza, il-valutazzjoni u r-rappurtaġġ
5.2.1 Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-kejl tal-inugwaljanzi tas-saħħa huwa fundamentali għal azzjoni, monitoraġġ u progress effettivi.
5.2.2 Għalhekk, il-KESE jappella lill-Istati Membri KOLLHA biex jipparteċipaw fil-pjani tal-Kummissjoni ħalli jtejbu l-bażi tad-data u tal-għarfien u l-mekkaniżmi għall-kejl, is-sorveljanza u r-rappurtaġġ tal-inugwaljanzi tas-saħħa (fosthom l-impatt ekonomiku u soċjali). F’dan ir-rigward, huwa importanti ħafna li l-Istati Membri jkunu impenjati li jressqu data fil-ħin u li tkun tista’ titqabbel.
5.2.3 Minħabba fl-importanza kbira tad-data u n-nuqqasijiet relatati, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni li tikkollabora mal-Istati Membri ħalli jiżviluppaw indikaturi ġodda biex jissorveljaw l-inugwaljanzi tas-saħħa u metodoloġija biex tivverifika s-sitwazzjoni tas-saħħa fl-Istati Membri biex jiġu prijoritizzati l-oqsma għat-titjib u l-aħjar prattiki.
5.2.4 Il-KESE jappoġġja l-inklużjoni tal-kejl u l-monitoraġġ tal-aċċess effettiv għas-servizzi tas-saħħa u l-kopertura universali tal-ħarsien tas-saħħa soċjali bħala indikatur ta’ progress u l-importanza li d-data tiġi klassifikata skont is-sess u l-età, l-istat soċjoekonomiku u ż-żona ġeografika. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jitgħallmu mill-esperjenza tad-WHO, l-ILO, il-Fondazzjoni ta’ Dublin u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali f’dan ir-rigward.
5.2.5 F’termini ta’ riċerka u bażi tal-għarfien, il-KESE jappoġġja l-enfażi aktar b’saħħitha fuq kwistjonijiet marbutin mas-saħħa u soċjoekonomiċi fil-Programm ta’ Qafas għar-riċerka. Il-Programm ta’ Saħħa tal-UE għandu jinkludi wkoll prijorità fuq il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi tas-saħħa fil-perijodu baġitarju li jmiss.
5.2.6 Il-Kummissjoni għandha wkoll tistabbilixxi għodod u qafas li jippermettu lill-Istati Membri li jaqsmu flimkien ir-riżultati tar-riċerka kif ukoll joħolqu opportunitajiet biex l-Istati Membri jġibu flimkien ir-riżorsi għar-riċerka.
5.2.7 Il-KESE jagħraf li l-indirizzar tal-inugwaljanzi tas-saħħa huwa proċess li jieħu żmien twil. L-azzjonijiet fil-Komunikazzjoni huma maħsubin biex ifasslu l-qafas għal azzjoni għal tul ta’ żmien f’dan il-qasam u l-KESE ser ikun qed jistenna l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni li għandu joħroġ fl-2012.
5.3 Bini ta’ impenn fis-soċjetà
5.3.1 Il-KESE huwa sodisfatt bil-pjani tal-Kummissjoni li tikkoopera mal-Istati Membri u tikkonsulta l-partijiet interessati fil-livell Ewropew u dak nazzjonali dwar:
|
— |
kif is-suġġett tal-inugwaljanzi tas-saħħa jsir wieħed mill-oqsma ta’ prijorità fi ħdan l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar is-saħħa; |
|
— |
żvilupp ta’ azzjonijiet u għodod dwar it-taħriġ professjonali biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi tas-saħħa bl-użu tal-programm tas-saħħa, l-FSE u mekkaniżmi oħra; |
|
— |
inkoraġġiment ta’ riflessjoni dwar żvilupp ta’ mira fil-Kumitat ta’ Ħarsien Soċjali permezz ta’ dokumenti għad-diskussjoni. |
5.3.2 ll-KESE jixtieq jenfasizza li l-bini ta’ impenn qawwi fis-soċjetà jiddependi mhux biss mill-gvernijiet, iżda wkoll mill-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali. Il-proċess ta’ konsultazzjoni, tfassil ta’ politiki u implimentazzjoni għandu jsir bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali u l-KESE jemmen li hemm potenzjal li jiżdiedu l-effettività ta’ dawn l-aspetti, l-iżvilupp tas-sħubijiet u tixrid aħjar ta’ prattiki tajba. Hemm bżonn li fl-Istati Membri jiġu stabbiliti programmi ċari ta’ monitoraġġ u valutazzjoni biex jitkejjel il-progress li jkun sar.
5.3.3 Il-ħolqien ta’ sħubijiet aktar effettivi mal-partijiet interessati jgħin biex jinkoraġġixxi l-azzjoni fuq diversi fatturi soċjali determinanti u għaldaqstant biex jiġu eliminati l-inugwaljanzi tas-saħħa. Pereżempju jista’ jkollu rwol importanti biex jitjiebu l-aċċess u l-adegwatezza tas-servizzi tas-saħħa, biex jippromovi s-saħħa u l-kura preventiva għall-migranti, il-minoranzi etniċi u gruppi oħra vulnerabbli, il-promozzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u l-għarfien, l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajbin u l-iffaċilitar tat-tfassil ta’ politiki magħmulin apposta għall-kwistjonijiet speċifiċi li jeżistu fl-Istati Membri u/jew gruppi soċjali speċjali. Il-partijiet interessati jistgħu jikkontribwixxu wkoll fil-kejl tal-inugwaljanzi tas-saħħa fuq ix-xogħol u waqt id-divertiment fil-komunità, kif ukoll jappoġġjaw l-għarfien u t-taħriġ kemm għall-professjonisti tas-saħħa kif ukoll għal setturi oħra.
5.3.4 Il-KESE jixtieq jara aktar konsultazzjoni effettiva ma’ gruppi vulnerabbli. Il-KESE jixtieq ikollu l-opportunità li jkompli janalizza dan il-punt mal-Kummissjoni.
5.4 Il-ħarsien tal-ħtiġijiet ta’ gruppi vulnerabbli
5.4.1 Irridu niftakru li l-gruppi vulnerabbli ser ikunu l-ewwel vittmi tal-kriżi attwali kemm f’termini ta’ saħħa kif ukoll fl-aċċess għall-kura.
5.4.2 Għalhekk il-KESE japprezza:
|
— |
miżuri kollaborattivi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jitjieb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-kura preventiva għall-gruppi vulnerabbli; |
|
— |
miżuri biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa f’inizjattivi futuri dwar kif wieħed jista’ jixjieħ f’saħħtu; |
|
— |
attivitajiet dwar l-inugwaljanzi tas-saħħa bħala parti mis-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010; |
|
— |
minħabba fil-bidla demografika, l-użu tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-Fondi Strutturali biex jippromovu s-saħħa ta’ gruppi vulnerabbli; |
|
— |
enfażi fuq numru limitat ta’ miżuri; madankollu, dawn iridu jiġu żviluppati aktar fil-fond. |
5.4.3 Il-KESE jirrakkomanda li l-inugwaljanzi tas-saħħa u l-gruppi vulnerabbli għandhom jitqiesu mill-perspettiva ġenerali tal-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni. Wieħed mill-aspetti huwa dak tas-sessi fit-tixjieħ. In-nisa għandhom tendenza li jgħixu aktar fit-tul, iżda jbatu minn saħħithom u peress li jdumu inqas fis-suq tax-xogħol, ikollhom benefiċċji aktar baxxi marbutin mal-irtirar. Dan għandu impatt dirett fuq l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-mediċini. Anke s-sitwazzjoni tan-nisa migranti teħtieġ konsiderazzjoni speċjali fir-rigward tal-edukazzjoni dwar is-saħħa u l-aċċess għall-kura.
5.4.4 Il-kura preventiva u l-programmi ta’ monitoraġġ, kif ukoll il-promozzjoni tas-saħħa u l-edukazzjoni (dwar stili ta’ ħajja b’saħħithom, kura disponibbli, drittijiet tal-pazjenti, eċċ.) huma importanti ħafna, speċjalment f’komunitajiet żvantaġġjati. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw kampanji u servizzi mmirati lejn gruppi vulnerabbli. Sikwit, il-kampanji tas-saħħa mmirati lejn il-popolazzjoni ġenerali ma tantx jilħqu l-gruppi żvantaġġjati. Kampanji mmirati għandhom jagħtu lill-komunitajiet żvantaġġjati l-qawwa li jiddefinixxu l-ħtiġijiet tagħhom u jxerrdu l-informazzjoni.
5.4.5 F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta’ pjattaformi u fora Ewropej (ikel, alkoħol, eċċ.) dwar gruppi vulnerabbli. Il-KESE jipproponi l-organizzazzjoni ta’ pjattaformi għall-organizzazzjonijiet tal-pazjenti biex jaqsmu l-esperjenza u jxerrdu l-informazzjoni.
5.4.6 Il-KESE jħares lejn il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni għat-tfal f’età bikrija bħala mezz kif tiġi evitata l-inugwaljanza fis-saħħa fost il-ġenerazzjonijiet futuri. Id-disponibbiltà ta’ għamliet differenti ta’ kura tat-tfal hija komponent vitali tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, u taqdi funzjoni partikolarment kruċjali f’zoni żvantaġġati u għal gruppi u familji żvantaġġati li jgħixu f’sitwazzjonijiet tajbin fir-rigward ta’ affarijiet oħra. Is-servizz tal-kura tat-tfal jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi u ta’ saħħa li familji żvantaġġati bħal dawn jiltaqgħu magħhom, u jappoġġja l-integrazzjoni soċjali ta’ gruppi esklużi (5). Bl-istess mod, peress li l-inugwaljanzi tas-saħħa fil-parti l-kbira tagħhom jistgħu jiġu rintraċċati għall-inugwaljanzi fl-iskola, il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġi garantit aċċess ugwali għal edukazzjoni ta’ kwalità biex kulħadd ikun jista’ jikseb l-għarfien li jippermettilu li jiddetermina ħajtu.
5.5 L-iżvilupp tal-kontribut tal-politiki tal-UE
5.5.1 Il-KESE jappella lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-qerda tal-inugwaljanzi tas-saħħa u biex jiżguraw li l-politiki li għandhom impatt fuq il-kwistjonijiet soċjali, ekonomiċi u tas-saħħa jiġu koordinati, osservati u vvalutati aħjar biex jippromovu prattika tajba u jifirxu l-informazzoni madwar l-UE.
5.5.2 L-impatt ta’ politiki differenti tal-UE fuq l-istat ta’ saħħa għandu jiġi studjat.
5.5.3 Il-kontribut tal-UE biex jonqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa jista’ jitjieb, pereżempju billi jinftihem aħjar tal-impatt ta’ politika fuq is-saħħa u permezz ta’ integrazzjoni akbar tal-politiki: edukazzjoni, kondizzjonijiet tax-xogħol, żvilupp territorjali, politika tal-ambjent, politika tat-trasport, eċċ. Madankollu, il-Kummissjoni għandha bżonn tiżgura, l-ewwel u qabel kollox, li l-miżuri proposti ma jirriżultawx f’inugwaljanzi ġodda, speċjalment jekk dawn ikollhom impatt fuq gruppi vulnerabbli (6).
5.5.4 L-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa jinsab fl-istess livell tas-suq uniku fit-Trattat ta’ Lisbona, li jistabbilixxi rwol komplementari għall-UE biex tissalvagwardja l-benesseri taċ-ċittadini tal-UE. Il-KESE jittama li t-Trattat ta’ Lisbona jagħti ħajja ġdida lill-għajta is-saħħa fil-politiki kollha’, li sal-lum għadha espressjoni vojta fil-livell tal-UE, li tintuża biex taħbi l-iżbilanċ tad-dominanza f’kull qasam tas-Suq Uniku.
5.5.5 F’dan il-kuntest, il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex:
|
— |
tagħmel valutazzjoni tal-miżuri tagħha (qabel, waqt u wara t-tlestija) fl-oqsma ta’ politika kollha tagħha, li tivverifika li l-oqsma kollha ta’ politika qed jikkontribwixxu lejn livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u biex inaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa (7); |
|
— |
tiżviluppa mekkaniżmi li jivvalutaw l-impatt fuq is-saħħa tal-politiki attwali (ex ante u ex post) fuq gruppi differenti tal-popolazzjoni biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa għal żviluppi ulterjuri fuq il-politiki; |
|
— |
tiżviluppa mekkaniżmi biex jitreġġgħu lura miżuri ta’ politika tal-Kummissjoni li jaffettwaw ħażin is-saħħa u l-inugwaljanza; |
|
— |
tieħu passi biex tqajjem kuxjenza fost l-Istati Membri, l-assoċjazzjonijiet u l-professjonisti dwar l-impatt veru tal-inugwaljanzi tas-saħħa, il-fatturi li jwasslu għalihom u l-mezzi biex jingħelbu. |
5.5.6 Il-KESE jixtieq li l-Istati Membri jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-saħħa fil-programmi ta’ ħidma tagħhom u jiżviluppaw strateġiji transsettorjali adatti.
5.5.7 Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tassisti lill-Istati Membri biex jikkoordinaw il-miżuri ta’ politika b’mod aktar effettiv, biex jistudjaw ir-rabta bejn dawn il-politiki u x’jirriżulta minnhom f’termini ta’ saħħa għal gruppi differenti madwar l-Istati Membri. L-indirizzar tal-inugwaljanzi tas-saħħa għandu jiġi appoġġjat ukoll minn użu aħjar tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u informazzjoni aħjar u koordinament aktar mill-qrib tal-fondi ta’ koeżjoni kif ukoll kapaċità mtejba biex jiġu żviluppati l-investimenti fis-setturi tas-saħħa u tal-kura soċjali fl-Istati Membri, l-għażliet taħt il-politika tal-iżvilupp rurali tal-UE u l-PAK.
5.5.8 Madankollu, waqt li qed isir dan, m’għandux jintmess id-dritt tal-Istati Membri li jorganizzaw u jiffinanzjaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tagħhom li jiddefinixxu u jimplimentaw livell adegwat ta’ ħarsien tas-saħħa (Artikolu 168 tat-Trattat).
5.5.9 Iridu jiżdiedu l-isforzi biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fis-saħħa fiż-żoni rurali, b’mod partikolari fid-dawl tal-isfidi ppreżentati mill-bidla demografika. F’dan ir-rigward, ir-rwol ewlieni tal-provvedituri ż-żgħar tal-kura tas-saħħa (speċjalment it-tobba li jaħdmu għal rashom) biex jiżguraw kura komprensiva, individwali u lokali għall-pazjenti jrid jiġi rikonoxxut u mogħti appoġġ partikolari.
5.5.10 Il-KESE japprezza:
|
— |
id-djalogu propost mal-Istati Membri u l-partijiet interessati dwar l-ugwaljanza u l-valuri fundamentali ewlenin l-oħra tas-saħħa kif spjegati fl-Istrateġija tas-saħħa tal-UE u l-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol, u l-proposta li jitwaqqaf forum biex jistudja l-miżuri mmirati li jnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa; |
|
— |
l-inizjattiva tal-Kummissjoni fil-livell internazzjonali biex tappoġġja pajjiżi oħra fl-oqsma tas-saħħa u dawk relatati permezz ta’ skambji dwar l-esperjenza tal-UE fl-indirizzar tal-inugwaljanzi tas-saħħa. |
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Ara l-Opinjonijiet ta’:
|
|
il-Kura u l-Edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija (opinjoni fuq inizjattiva proprja) relatur: Is-Sinjura Herczog |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(2) Hemm Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-eżami tal-kanċer, inizjattivi dwar is-saħħa mentali, it-tipjip u l-HIV/AIDS, kif ukoll ġabra Ewropea tal-aħjar prattiki, ġbir tad-data, u netwerk tal-Istati Membri u partijiet interessati. L-appoġġ jiġi wkoll mill-qafas ta’ riċerka u l-programmi ta’ azzjoni, PROGRESS, studji u politiki ta’ innovazzjoni. Barra minn hekk, is-saħħa tibbenefika wkoll mill-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-impjiegi u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-Politika Agrikola Komuni u l-politiki tal-ambjent u tas-suq. Il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għall-Iżvilupp Rurali qed jikkontribwixxu biex jonqsu d-diverġenzi reġjonali.
(3) Pereżempju, fi Franza l-aċċess limitat tat-trattament antiretrovirali kabbar l-inugwaljanzi tas-saħħa bejn pazjenti nfettati bl-HIV.
(4) Konvenzjonijiet, objettivi bi qbil nazzjonali jew internazzjonali, benefiċċji tal-maternità inkluż leave tal-mard u tal-maternità, l-aktar importanti l-Konvenzjonijiet u r-Regolamenti tal-ILO fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa soċjali, fosthom il-Konvenzjoni tal-ILO 130 dwar il-Kura Medika u l-Konvenzjoni tal-ILO 102 li b’mod speċifiku tiffoka fuq is-sigurtà soċjali, b’mod partikolari l-ħarsien tas-saħħa soċjali. Din ġiet iffirmata min diversi pajjiżi, l-aktar reċenti ir-Rumanija u l-Bulgarija. Għal ratifika sħiħa mill-UE, għad jonqos biss 2 stati Baltiċi u l-Finlandja (minħabba f’xi espressjonijiet marbuta mas-sessi).
(5) il-Kura u l-Edukazzjoni fl-ewwel snin tat-tfulija (opinjoni fuq inizjattiva proprja) relatur: Is-Sinjura Herczog.
(6) Gruppi partikolarment vulnerabbli jinkludu persuni li ma jiċċaqilqux minħabba f’mard, ma jfittxux b’mod attiv l-aħjar kura possibli, ma jafux il-lingwa tal-pajjiż fejn jippreferu li jiġu kurati, m’għandhomx ir-riżorsi finanzjarji biex iħallsu għal kura speċjalistika jew barra mill-pajjiż, jew jibqgħu lura milli jfittxu l-kura barra mill-pajjiż jew f’ċentru tal-kura mbiegħed. B’mod partikolari, il-bidla demografika ser toħloq sfidi ġodda tas-saħħa.
(7) Filwaqt li huwa minnu li diversi atti leġiżlattivi diġà jeħtieġu stimi tal-impatt, ħafna drabi ma ssir l-ebda valutazzjoni li tivverifika jekk filfatt jilħqux l-objettivi tagħhom b’mod effettiv. Dan huwa aktar meħtieġ fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, li dejjem aktar qed issir kriżi tal-impjiegi u tal-finanzjament tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, b’effetti ħżiena fuq is-saħħa pubblika.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/80 |
Opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija”
(tfassil mill-ġdid)
COM(2009) 551 finali/2 – 2009/0164 (COD)
2011/C 18/14
Relatur: is-Sur PÎRVULESCU
Nhar is-26 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (tfassil mill-ġdid)
COM(2009) 551 finali/2 – 2009/0164 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-23 ta’ Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tat-28 ta’April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’136 voti favur, u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jaqbel mal-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS). Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għad-diskrepanza bejn l-objettivi stabbiliti fil-livell Ewropew u l-prattiki nazzjonali, f’qasam li jista’ jintlaqat bil-kbir mill-kriżi ekonomika u l-effetti soċjali u politiċi tagħha. |
|
1.2 |
Il-Kumitat iqis li r-reviżjoni tad-Direttiva tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ bażi leġiżlattiva u istituzzjonali ħafna aktar adatta, li tkun tista’ tiżgura livell għoli u koerenti ta’ għajnuna lill-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali. |
|
1.3 |
Madankollu, il-Kumitat iwissi li, fil-każ ta’ din il-politika Ewropea wkoll, jeżisti r-riskju li l-valuri li tiddefendi l-UE jitilfu kull sinifikat minħabba abbuż ta’ rettorika u stqarrijiet ta’ intenzjoni tajba. Għaldaqstant, fit-tieni fażi tal-implimentazzjoni ta’ din il-politika, meta s-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet issegwi l-proċedura ta’ kodeċiżjoni, jeħtieġ li tiġi ggarantita l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet leġiżlattivi li jippermettu lil dawk li jfittxu l-asil ikollhom aċċess reali għas-suq tax-xogħol u għall-programmi ta’ taħriġ. |
|
1.4 |
Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-prinċipju tar-rikononxximent tar-rwol li jaqdu s-soċjetà ċivili inġenerali u, b’mod partikolari, l-NGOs speċjalizzati fil-qasam tal-asil u l-protezzjoni tar-rifuġjati u jitlob li dawn jingħataw aċċess sħiħ għall-proċeduri u l-postijiet kollha relatati mal-ħidma tagħhom. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn l-organizzazzjonijiet ma jistgħux jassumu r-rwol u r-responsabbiltà tal-gvernijiet f’dan il-qasam. |
|
1.5 |
Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-prattiki nazzjonali u Komunitarji fil-qasam tat-tkeċċija ta’ dawk li jaf ikollhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali m’għandhomx it-trasparenza meħtieġa sabiex ikunu ġġustifikati f’għajnejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri u tal-komunità internazzjonali. |
|
1.6 |
Il-Kumitat iqis li l-livelli differenti ta’ restrizzjonijiet baġitarji li ġejjin mill-kriżi ekonomika m’għandhomx iwasslu għal tnaqqis fil-livell u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji. |
|
1.7 |
Il-Kumitat jappoġġja l-objettiv ta’ titjib tal-kontenut tal-protezzjoni internazzjonali permezz tar-rikonoxximent tal-kwalifiki u ta’ aċċess imtejjeb għat-taħriġ professjonali u għall-impjiegi, għall-mekkaniżmi ta’ integrazzjoni u għad-djar. |
2. Daħla
|
2.1 |
Il-ħolqien tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS) fil-kuntest tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja huwa bbażat fuq l-impenn favur l-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-istatus tar-rifuġjati (1951) u fuq il-valuri li jiddefinixxu l-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kondiviżi mill-Istati Membri. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere u aktar tard il-Programm tal-Aja, il-ħolqien tas-CEAS huwa l-aktar strument importanti maħsub sabiex tiġi stabbilita proċedura ta’ asil komuni u sistema ta’ protezzjoni uniformi fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. |
|
2.2 |
Bejn l-1999 u l-2006, sar progress konsiderevoli; dan jinkludi l-adozzjoni tal-erba’ strumenti li jiffurmaw l-acquis attwali. Id-Direttiva 2004/83/KE tal-Kunsill (id-“Direttiva tal-Kwalifiki”) għamlitha possibbli li jiġu definiti kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u li jiġi żgurat livell minimu ta’ benefiċċji għal dawn il-persuni fl-Istati Membri kollha. Permezz tal-Programmi tal-Aja u ta’ Stokkolma, il-Kummissjoni Ewropea ħadet l-impenn li tivvaluta l-progress li sar matul l-ewwel fażi u li tippreżenta sensiela ta’ miżuri lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb li dawn jiġu adottati qabel tmiem l-2010. |
|
2.3 |
Sa mill-2002, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħa sehem fil-proċess tat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil permezz ta’ bosta opinjonijiet, fosthom opinjoni dwar id-Direttiva li r-reviżjoni tagħha qed tiġi eżaminata (1), opinjoni dwar il-Green Paper dwar is-Sistema ta’ Asil Komuni Ewropea tal-ġejjieni (2) u opinjoni dwar Programm ta’ politika dwar l-asil (3). |
|
2.4 |
Fil-“Programm ta’ Politika dwar l-Ażil” (4), li ġie approvat fis-17 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni pproponiet li t-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS) tiġi kkompletata billi jiġu adottati standards ta’ protezzjoni mtejba u billi tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħhom fl-Istati Membri. Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, li ġie adottat mill-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Ottubru 2008, ikkonferma mill-ġdid l-appoġġ ta’ din il-politika u tal-objettivi stabbiliti. |
|
2.5 |
Il-pjan ta’ azzjoni jipprevedi r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kwalifiki fil-kuntest ta’ pakkett usa’ li jinkludi r-reviżjoni tar-Regolamenti ta’ Dublin u l-Eurodac u tad-Direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza (5), kif ukoll l-adozzjoni fid-19 ta’ Frar 2009 tal-Proposta dwar il-ħolqien ta’ Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil (6). Il-miżuri jinkludu wkoll it-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tal-asil, b’mod partikolari permezz ta’ programm Ewropew ta’ risistemazzjoni u ta’ żvilupp ta’ programmi reġjonali ta’ protezzjoni. |
|
2.6 |
Ir-reviżjoni tad-Direttiva tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ bażi leġiżlattiva u istituzzjonali li tkun tista’ tiżgura livell għoli u koerenti ta’ għajnuna għal dawk li jitolbu protezzjoni internazzjonali. Fit-tieni fażi, is-sistema tat-teħid tad-deċiżjonijiet issegwi l-proċedura ta’ kodeċiżjoni, b’konformità mal-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, li jipprevedi li l-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata u li l-Parlament Ewropew ikun involut fil-proċess fir-rwol tiegħu ta’ koleġiżlatur. |
|
2.7 |
Id-Direttiva għandha bżonn tiġi riveduta, b’kunsiderazzjoni tal-ambigwitajiet tal-formulazzjoni inizjali tagħha, ambigwitajiet li l-Istati Membri jikkunsidraw bħala waħda mill-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet tagħha, fosthom numru kbir ta’ deċiżjonijiet ikkontestati u rati varjabbli ta’ aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet. |
|
2.8 |
Permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva, il-kontenut tagħha jkun jista’ jsir konformi mas-sentenzi maħruġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li jiffurmaw bażi pertinenti sabiex jiġu ċċarati l-formulazzjoni tal-acquis u l-proċeduri kollha ta’ għoti ta’ protezzjoni internazzjonali. |
|
2.9 |
Ir-riformulazzjoni tidher ukoll neċessarja meta wieħed iqis li d-Direttiva tikkonċerna element essenzjali tal-mekkaniżmu tal-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali. L-istandards imsemmija fid-Direttiva jikkompletaw partijiet oħra tal-acquis u, b’mod partikolari, d-Direttiva dwar il-proċedura tal-asil. Din ir-reviżjoni, flimkien ma’ miżuri oħra ta’ appoġġ istituzzjonali u finanzjarju, tista’ tirrappreżenta pass ’il quddiem sinifikanti lejn il-ħolqien ta’ sistema Ewropea komuni tal-asil operattiva u effiċjenti. |
|
2.10 |
Bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea, il-Kumitat laqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li saru biex jiġu kkonsultati s-soċjetà ċivili u l-esperti fil-kuntest tat-tfassil tal-politika tal-asil. Jistgħu jissemmew b’mod partikolari l-konsultazzjoni organizzata fil-kuntest tat-tfassil tal-Green Paper li ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju 2007 (7), dik organizzata fil-kuntest tat-tħejjija tal-istudji dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (u b’mod partikolari r-Rapport Odysseus) u l-konsultazzjoni li saret fil-kuntest tar-rapport estern dwar is-suċċess tal-politika tal-asil (8). |
|
2.11 |
Il-Kumitat jagħraf l-importanza tar-rwol li jadqu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-suċċess tal-politika tal-asil, speċjalment fir-rigward tal-integrazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. F’dan il-kuntest, il-KESE jixtieq li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun involut ukoll fil-konsultazzjonijiet relatati mal-politika tal-asil. |
|
2.12 |
Il-KESE jistqarr li jinsab imħasseb tassew dwar il-prattiki tal-gvernijiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Frontex fir-rigward tat-tkeċċija tal-persuni li jista’ jkollhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali (9). Dawn l-operazzjonijiet, li żdiedu fil-frekwenza u fl-iskala, għandhom iseħħu f’kundizzjonijiet ta’ trasparenza sħiħa u ta’ responsabbiltà assunta bis-sħiħ (10). Il-Kumitat jirrakkomanda li l-Frontex u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jaħdmu flimkien sabiex jiġi evitat li jsir ksur tad-drittijiet tal-bniedem. It-tkeċċija ta’ persuni lejn pajjiżi jew żoni fejn is-sigurtà tagħhom hija mhedda tirrappreżenta ksur flagranti tal-prinċipju ta’ non-refoulement. Il-Kumitat jitlob li jitfassal rapport b’mod urġenti dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija Frontex u li jiġu stabbiliti bla dewmien il-proċeduri neċessarji għall-ġestjoni tat-tkeċċijiet min-naħa ta’ din l-Aġenzija, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali. Jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-tisħiħ ta’ din l-Aġenzija għandu jiġi akkumpanjat minn proċeduri li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkella s-sistema Ewropea komuni tal-asil kollha kemm hi kif ukoll il-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha jisfgħu mhedda. |
|
2.13 |
Il-Kumitat iqis li s-CEAS tista’ taħdem tajjeb biss jekk il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri jitqiegħed fil-prattika. Fil-fatt, uħud mill-Istati Membri, l-aktar minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, qegħdin jiffaċċjaw pressjoni ferm akbar minn oħrajn. Is-CEAS tista’ taħdem tajjeb biss bil-kundizzjoni li dawn l-Istati Membri jkollhom l-appoġġ tal-Istati Membri l-oħrajn kif ukoll tal-aġenziji speċjalizzati tal-UE. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Il-KESE jilqa’ b’mod pożittiv il-proposta dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva, li l-kontenut tagħha jirrifletti r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu, l-aktar fir-rigward tal-mod kif jiġu ttrattati dawk li jitolbu l-protezzjoni u tal-kjarifika tal-istatus tal-persuni li jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali. Madankollu, għad baqa’ ħafna xi jsir sabiex tinħoloq sistema Ewropea komuni tal-asil operattiva. Fil-fatt, sistema bħal din tista’ tinħoloq biss jekk tkun imsejsa fis-sod fuq sensiela ta’ valuri u prinċipji komuni, li tqiegħed id-dinjità u s-sigurtà tal-bniedem fil-qalba tal-azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Bl-istess mod, il-bini ta’ dan l-ispazju jinsab mhedded min-nuqqas ta’ strumenti u riżorsi kapaċi jiggarantixxu proċedura trasparenti u effiċjenti għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, flimkien ma’ politiki u programmi maħsuba għall-integrazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni fis-soċjetà u l-ekonomija tal-Istati Membri. |
|
3.2 |
Teżisti diskrepanza sinifikattiva bejn il-leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew minn naħa u l-leġiżlazzjonijiet u l-prattiki nazzjonali min-naħa l-oħra (11). L-armonizzazzjoni m’għandhiex tkun ibbażata fuq l-iċken denominatur komuni tal-protezzjoni. Peress li l-prattiki nazzjonali jvarjaw ħafna, bħalma huwa rifless fid-disparitajiet bejn il-livelli ta’ aċċettazzjoni, in-numru ta’ deċiżjonijiet ikkontestati u l-movimenti sekondarji ta’ dawk li jfittxu l-asil, jirriżulta li l-prinċipju impliċitu tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri mhuwiex qed jiġi applikat. |
|
3.3 |
Il-KESE enfasizza bosta drabi sensiela ta’ prinċipji li għandhom jiggwidaw l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’mod kontinwu (12): il-prinċipju ta’ non-refoulement, li jimpedixxi li refuġjat jitkeċċa lejn pajjiż fejn ħajtu jew il-libertà tiegħu jkunu fil-periklu, il-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tidher f’kull talba għall-asil, kif ukoll il-garanzija li dawk li jfittxu l-asil ma jitqegħdux f’detenzjoni minħabba s-sempliċi raġuni li jkunu qed jitolbu l-asil. |
|
3.4 |
Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil tal-ġejjieni (13), il-Kumitat esprima l-appoġġ tiegħu għal dawn il-prinċipji billi ħareġ rakkomandazzjonijiet preċiżi sabiex jittejjeb il-mod kif jiġu ttrattati l-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali. B’hekk, l-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li l-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju tal-Unjoni f’kull ħin u li t-talbiet għall-asil jiġu eżaminati b’mod serju u individwali. Il-Kumitat irrakkomanda wkoll li titneħħa l-lista tal-pajjiżi kkunsidrati bħala sikuri u li jinħoloq Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil. |
|
3.5 |
Barra d-definizzjoni ta’ pedament ta’ valuri u prinċipji li jiggwida l-azzjoni fil-qasam tal-asil, il-Kumitat jirrakkomanda impenn favur il-ksib ta’ ċerti objettivi speċifiċi, li fil-prattika jsarraf fit-titjib konsiderevoli tal-mod kif kiġu ttrattati l-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali u li jibbenefikaw minnha. Il-KESE jappella sabiex tiġi definita sensiela ta’ indikaturi ewlenin li jkunu jistgħu jintużaw bħala bażi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress li jkun sar fl-ilħiq ta’ dawn l-objettivi. |
|
3.6 |
Il-KESE huwa favur il-ħolqien ta’ sistema Ewropea tal-analiżi u l-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-individwi u tal-gruppi ta’ persuni fil-pajjiżi terzi permezz tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ. Bħalissa, jeżistu diversi sistemi ta’ valutazzjoni tar-riskji jew tal-vjolenza politika, żviluppati mill-awtoritajiet nazzjonali iżda wkoll mill-NGOs, mill-universitajiet u mill-istituti ta’ riċerka (14). |
|
3.7 |
Il-Kumitat jirrakkomanda li, kull meta jkun meħtieġ, fil-proċess ta’ ġbir tal-informazzjoni jiġu involuti s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ir-rappreżentanti diplomatiċi tal-Istati Membri iżda wkoll l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-NGOs li għandhom aċċess għall-pajjiżi terzi u jwettqu attivitajiet fihom. Din is-sistema ta’ analiżi u valutazzjoni tkun tista’ sservi bħala punt ta’ riferiment għall-awtoritajiet nazzjonali, sabiex it-talbiet għal protezzjoni internazzjonali jiġu pproċessati b’mod aktar effiċjenti u rapidu. Is-sistema tkun tista’ tifforma bażi komuni ta’ valutazzjoni u tippermetti li r-riskji jiġu identifikati f’ħin reali. |
4. Kummenti partikolari
|
4.1 |
Fil-preżentazzjoni tagħha tal-elementi legali tal-proposta għal direttiva, il-Kummissjoni tipproponi ġabra ta’ definizzjonijiet li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu adottati standards ta’ protezzjoni aktar severi u tkun tista’ titkompla l-armonizzazzjoni tal-istandards eżistenti. Bl-istess tir, il-Kumitat jipproponi sensiela ta’ kjarifiki u żviluppi maħsuba sabiex jgħinu l-ħolqien ta’ prattiki konformi mal-pedament tal-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea. |
|
4.2 |
Atturi ta’ protezzjoni. Il-Kumitat iqis li mhuwiex adatt li d-definizzjoni tal-atturi ta’ protezzjoni tiġi estiża u jiddispaċih li entitajiet mhux statali, bħall-NGOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, ġew inklużi inizjalment fil-lista ta’ atturi ta’ protezzjoni. Għad li dawn l-atturi (organizzazzjonijiet internazzjonali, NGOs) jista’ jkollhom ir-rieda, u saħansitra l-ħila, li jipproteġu ċ-ċittadini ta’ pajjiż, dan ma jaqax taħt ir-responsabbiltà finali tagħhom. L-organizzazzjonijiet internazzjonali jagħtu rendikont ta’ għemilhom lill-Istati Membri u l-NGOs lill-membri tagħhom u lill-finanzjaturi tagħhom. L-unika protezzjoni valida u funzjonali fuq perijodu medju u fit-tul hija dik tal-Istat, li jagħti rendikont liċ-ċittadini tiegħu stess, li min-naħa tagħhom huma l-partijiet ikkonċernati li għandhom l-akbar interess fil-vijabbiltà u l-istabbiltà tiegħu. Anke jekk l-atturi ta’ protezzjoni jistgħu, fuq perijodu qasir, jagħtu servizzi utli, jekk mhux indispensabbli f’ċerti każijiet, l-aktar fil-kuntest tas-soluzzjoni ta’ problemi umanitarji, ir-responsabbiltà li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni f’territorju partikolari ma tistax tingħata lilhom, imqar parzjalment. Il-preżenza ta’ dawn l-atturi ma tistax tintuża biex tiġġustifika ċaħda ta’ protezzjoni internazzjonali. |
|
4.3 |
Protezzjoni interna. L-eżistenza ta’ protezzjoni interna mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi s-sigurtà ta’ dawk li jistgħu jitolbu protezzjoni internazzjonali. F’ċerti każijiet, parti żgħira biss mit-territorju tal-Istat ikkonċernat tkun sikura u l-probabbiltà hija żgħira li dawk kollha li jinsabu f’sitwazzjoni riskjuża jkunu jistgħu jmorru fiha. Jeżistu wkoll sitwazzjonijiet fejn diversi atturi jikkompetu għall-kontroll ta’ żona partikolari u b’hekk ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’mod ċar min għandu r-responsabbilità li jiżgura l-ordni u s-sigurtà. Għaldaqstant, jeħtieġ kjarifika importanti tad-definizzjoni. Il-protezzjoni interna hija valida biss meta l-biċċa l-kbira tat-territorju ta’ pajjiż jinsab taħt il-kontroll ta’ poter ċentrali li jkollu r-rieda u l-mezzi meħtieġa biex jiggarantixxi l-ordni intern, livell minimu ta’ servizzi pubbliċi u protezzjoni adegwata tad-drittijiet u tas-sigurtà tal-individwi. |
|
4.4 |
Konnessjoni kawżali. L-aktar li huwa utli li tiġi prevista “konnessjoni kawżali” huwa fis-sitwazzjonijiet fejn il-persekuzzjonijiet ikunu ġejjin minn atturi mhux statali. Meta jkun hemm persekuzzjoni u nuqqas ta’ protezzjoni mill-gvern, it-talbiet għal protezzjoni internazzjonali jkunu ġġustifikati. Huwa importanti li l-interpretazzjoni ta’ din il-konnessjoni tkun wiesgħa u ssorveljata bir-reqqa fis-sitwazzjonijiet kollha fejn il-gvern, b’mod impliċitu jew espliċitu, jiċħad il-protezzjoni liċ-ċittadini tiegħu. |
|
4.5 |
Sħubija fi grupp soċjali partikolari. Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda tal-kriterju tas-sess fid-definizzjoni tal-gruppi soċjali li jistgħu jinsabu f’sitwazzjoni riskjuża, għax iqis li din il-miżura hija waħda pożittiva. Barra minn hekk, sabiex jiġu kkunsidrati aħjar il-każijiet fejn in-nisa jinsabu partikolarment f’sitwazzjoni riskjuża, jeħtieġ li jiġi adottat approċċ trasversali fl-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. Il-Kumitat jiġbed ukoll l-attenzjoni lejn l-orjentazzjoni sesswali bħala sors ta’ persekuzzjoni. F’ċerti soċjetajiet, is-sigurtà u l-benesseri tal-individwi jiddependu mis-sess tagħhom. Il-KESE huwa favur li l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li għandhom għarfien espert f’dan il-qasam jiġu involuti fil-konsultazzjonijiet relatati mal-politika tal-asil, sabiex ikun hemm stampa aktar kompluta tar-riskji marbutin mas-sess ta’ persuna. Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li l-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi rikonoxxuta fil-qafas tal-attivitajiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil permezz tal-ħolqien ta’ strutturi speċjalizzati. |
|
4.6 |
L-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat. Il-Kumitat jaqbel mat-tibdil propost, peress li jikkunsidrah konformi mal-pedament tal-valuri u l-prinċipji li fuqhom tibbaża l-politika fil-qasam tal-asil. L-istatus ta’ persuna taħt protezzjoni internazzjonali jista’ biss jintemm meta r-ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini ma jkun jinkludi l-ebda riskju aktar għall-persuni li jkunu bbenefikaw minn dan id-dritt. |
|
4.7 |
Differenzjar rigward il-kontenut taż-żewġ statuses ta’ protezzjoni. Il-Kumitat jinsab kuntent li l-affarijiet qed jiżviluppaw b’mod li ż-żewġ statuses ta’ protezzjoni jingħaqdu flimkien. Huwa ta bosta drabi l-appoġġ tiegħu għal dan l-iżvilupp, li fil-ġejjieni għandu jiggarantixxi protezzjoni aktar sħiħa tal-persuni li jinsabu f’sitwazzjoni riskjuża u jiżgura li dawn il-persuni jkunu integrati aħjar fl-Istati Membri tal-UE. Fl-istess ħin, il-fatt li dawn iż-żewġ statuses ta’ protezzjoni jingħaqdu flimkien m’għandux ikollu l-effett, dirett jew indirett, li jonqsu l-livell ta’ protezzjoni u l-kwalità tal-kontenut tagħhom. |
|
4.8 |
Kontenut tal-protezzjoni. Il-kontenut tal-protezzjoni jifforma parti sensittiva tal-politika tal-asil. Id-differenzi bejn l-Istati Membri huma wkoll akbar milli fil-każ tal-proċeduri għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali per se. Huwa assolutament indispensabbli li, fil-kuntest tal-iżvilupp tal-politika fil-qasam tal-asil, il-Kummissjoni timmobilizza r-riżorsi meħtieġa sabiex il-politiki u l-programmi nazzjonali f’dan il-qasam jiġu eżaminati bir-reqqa u b’mod aktar speċifiku. Fin-nuqqas ta’ miżuri antiċipattivi, l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali jitlef kull sinifikat u konsegwentement iwassal għal diskriminazzjoni impliċita tal-persuni li jibbenefikaw minn dan l-istatut. Il-KESE jirrakkomanda li t-trejdjunjins u l-korpi ta’ min iħaddem jiġu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-asil fil-livell nazzjonali. |
|
4.9 |
Il-Kumitat jilqa’ b’mod pożittiv l-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent u l-ekwivalenza tad-diplomi u l-kwalifiki, kif ukoll dwar il-miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali għall-programmi ta’ taħriġ professjonali. Dawn huma passi importanti lejn l-integrazzjoni ta’ dawn il-persuni fl-ekonomija u s-soċjetà u lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tagħhom. Fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, huwa importanti li dan jissaħħaħ permezz ta’ miżuri attivi ta’ ġlieda kontra d-diskrimnazzjoni u ta’ tħeġġiġ tal-atturi ekonomiċi. |
|
4.10 |
Membri tal-familja. Il-Kumitat jilqa’ b’mod pożittiv il-kjarifika tad-definizzjoni tal-membri tal-familja u jqis li permezz ta’ din il-kjarifika t-talbiet għal protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu jiġu eżaminati b’mod aktar preċiż u aktar uniformi fl-Istati Membri kollha tal-UE. |
|
4.11 |
Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-użu tal-kriterju tal-aħjar interess tal-minorenni fil-valutazzjoni ta’ talba għal protezzjoni internazzjonali. |
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 221, 17.9.2002, p. 43 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 77.
(3) ĠU C 218, 11.9.2009, p. 78.
(4) COM(2008) 360 finali.
(5) COM(2008) 815 finali, COM(2008) 820 finali, COM(2008) 825 finali.
(6) COM(2009) 66 finali.
(7) COM(2007) 301 finali.
(8) GHK, Studji tal-Valutazzjoni tal-Impatt dwar L-Iżvilupp futur tal-miżuri dwar il-kwalifiki u status ta’ ċittadini minn pajjiż terz jew persuni mingħajr stat bħala persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali u dwar il-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ibbażati fuq id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE u L-Iżvilupp futur ta’ miżuri dwar proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, ibbażati fuq id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, Kuntratt ta’ servizz ta’ qafas multiplu JLS/2006/A1/004.
(9) Ara r-rapport tal-Human Rights Watch (HRW) intitolat: “Pushed Back, Pushed Around, Italy's Forced Return of Boat Migrants and Asylum Seekers, Libya's Mistreatment of Migrants and Asylum Seekers”, Human Rights Watch 2009.
(10) Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni Ewropea li l-andament tal-proċeduri f’dan il-qasam isir trasparenti.
(11) COM(2009) 551 finali — SEC(2009) 1374, p. 14-16.
(12) ĠU C 193, 10.7.2001, p. 77-83 (mhux disponibbli bil-Malti).
(13) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 77-84.
(14) Jistgħu jiġu elenkati numru kbir ta’ sistemi ta’ valutazzjoni ta’ dan it-tip, fosthom il-Fund for Peace: http://www.fundforpeace.org/web/index.php?option=com_content&task=view&id=229&Itemid=366; il-Minorities at Risk: http://www.cidcm.umd.edu/mar/about.asp; il-Conflict and Peace: http://www.cidcm.umd.edu/pc/; il-Global Report of The Center for Systemic Peace (CSP): http://www.systemicpeace.org/; u l-Human Security Report: http://www.humansecurityreport.info/index.php?option=content&task=view&id=28&Itemid=63.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/85 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali”
(riformulazzjoni)
COM(2009) 554 finali – 2009/0165 (COD)
2011/C 18/15
Relatur: is-Sur PEZZINI
Nhar is-26 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill iddeċieda b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar:
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)
COM(2009) 554 finali – 2009/0165 (COD)
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-23 ta’ Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tat-28 ta’ April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'153 vot favur, l-ebda vot kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jaqbel ma’ u japprova l-ħidma li wettqet il-Kummissjoni biex id-Direttiva dwar il-Proċeduri tiġi adattata għal dak li hemm suġġerit fil-green paper (1) u fil-pjan ta’ azzjoni (2).
1.2 L-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, li fost affarijiet oħra fih il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, żiedet, b'mod konsiderevoli, ir-responsabbiltà u l-kompetenzi tal-Unjoni fil-qasam tal-asil u l-immigrazzjoni.
1.3 Il-KESE huwa konvint li l-Kummissjoni għamlet xogħol tajjeb ta’ armonizzazzjoni tad-direttivi preċedenti, dwar is-suġġett kumpless tal-asil.
1.4 Il-KESE huwa tal-fehma li, fil-qafas ta’ Ewropa soċjali, trid tinbena Ewropa tal-asil, permezz ta’ proċessi kulturali, ġuridiċi, amministrattivi u ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi.
1.5 F'kuntest li jidher dejjem aktar kumplikat u li jinbidel malajr, anke minħabba fil-proċessi tal-globalizzazzjoni u l-kriżijiet ekonomiċi u ambjentali, qed joħroġ u jsir aktar stabbilit ir-rwol fundamentali tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi. Il-KESE jappella li dan ir-rwol isir dejjem aktar inċisiv u definit aħjar mis-soċjetà u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-isfera pubblika.
1.6 L-NGOs għandhom, bħala għan, li joffru għajnuna u appoġġ lill-gruppi l-aktar żvantaġġjati. Fil-fehma tal-KESE, ir-rwol tagħhom fil-fażijiet kollha tal-iżvilupp tal-proċeduri, previsti mir-regolamenti Ewropej u dawk nazzjonali qed isir indispensabbli f'termini ta’ għajnuna u ta’ medjazzjoni kulturali.
1.7 Skont il-KESE, l-isforzi tal-Kummissjoni biex tarmonizza l-proċeduri u l-prattiki għandhom dejjem joqogħdu attenti ħafna u juru sensittività kbira għall-fatt li dawn qed jitrattaw ma’ nies li, iktar minn oħrajn, jinsabu, għal raġunijiet ovvji, f'kundizzjoni ta’ tbatija u ta’ diffikultà.
1.8 L-UE għandha b'kull mod tevita li jiġu rimpatrijati r-refuġjati f'pajjiżi fejn hemm periklu fiżiku u morali jew fejn m'hemmx rispett għad-drittijiet bażiċi tal-bniedem.
1.9 Fil-proċeduri għat-talba għall-asil jidher li huwa importanti ferm li dawk li qed jagħmlu t-talba jkunu jistgħu jikkomunikaw bil-lingwa materna tagħhom u li fil-fażijiet kollha jkollhom garanzija ta’ assistenza legali b'xejn.
1.10 Ir-rifjut tat-talba għall-protezzjoni internazzjonali jrid ikun akkumpanjat minn raġunijiet ċari, u jrid ikun hemm miegħu informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ appell li tinkludi l-mod ta’ kif jista' jsir u l-iskadenzi.
1.11 Madankollu, id-dispożizzjoni tat-tkeċċija trid tibqa' sospiża sakemm toħroġ il-konklużjoni tal-appell.
1.12 Fil-fehma tal-KESE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz, anke permezz ta’ skambji ta’ esperjenzi relevanti, biex jippermettu li dawk li qed jitolbu l-asil jiżviluppaw attivitajiet ta’ ħidma, ta’ taħriġ u oħrajn kulturali, f'ambjent soċjali adatt.
1.13 Il-KESE jqis li l-prinċipju tan-non-refoulement irid jibqa' sod u li jrid jiġi studjat ftehim għat-twessigħ tal-firxa ta’ persuni li jistgħu jitolbu l-protezzjoni internazzjonali: nisa ppersegwitati, persuni vulnerabbli, refuġjati tal-ambjent.
1.14 Fil-fehma tal-KESE, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw sens ta’ qsim tar-responsabbiltà, biex jiġi evitat il-fenomenu tal-migrazzjoni ekonomika illegali, u biex jitjiebu l-miżuri mmirati lejn dawk li verament għandhom bżonnhom, f'perspettiva ta’ qsim tal-piżijiet u tal-ispejjeż.
1.15 Skont il-KESE huwa ċar li l-Istati Membri għandhom ipoġġu aktar riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, biex il-politika tal-integrazzjoni ta’ dawk li jitolbu l-asil tkun tista' tittejjeb.
1.16 Ir-rieda għall-armonizzazzjoni li l-Kummissjoni wriet permezz tal-proposti reċenti ta’ tfassil mill-ġdid tad-direttivi, trid issib impenn analogu min-naħa tal-Istati Membri, li jridu jagħmlu t-tibdil meħtieġ fil-liġijiet nazzjonali tagħhom.
1.17 Il-KESE huwa konvint li l-ħolqien ta’ Ewropa tal-asil, fl-Ewropa soċjali, jiddependi fuq kollox mir-rieda politika u mis-sensibbiltà tal-Istati Membri, megħjuna minn proċedura waħda, strutturata tajjeb, proposta mill-Kummissjoni.
1.18 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni partikolari tan-nisa, li għandhom diffikultajiet ikbar, meta mqabbla mal-irġiel, biex jitolbu l-asil u jiksbu l-istatus ta’ refuġjati. Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni li tiżviluppa l-isforzi kollha possibbli, bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, biex ikun hemm aktar ugwaljanza bejn is-sessi, speċjalment fid-dawl tal-istorja twila ta’ sensibbiltà lejn dan is-suġġett fl-Ewropa.
1.19 Fil-fehma tal-KESE, jekk ikunu indirizzati tajjeb, il-proċessi edukattivi jistgħu jsaħħu kuxjenza soċjokollettiva li taċċetta lil dawk li jidhru li għandhom l-aktar bżonn ta’ għajnuna u assistenza, u jaraw fit-tradizzjoni storiko-reliġjuża tal-pajjiżi Ewropej punt sikur ta’ riferiment.
2. Introduzzjoni
2.1 Sfond storiku
2.1.1 L-oriġini tad-dritt tal-asil imur lura għall-Greċja antika, fejn kienet tiġi rikonoxxuta l-immunità minn kull attakk bi qbil bejn żewġt ibliet għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom jew mogħtija minn belt lill-personalitajiet importanti, bħall-ambaxxaturi, eċċ. (3)
2.1.2 F'Ruma tal-antikità wkoll, permezz tal-jus gentium (id-dritt tan-nazzjonijiet), kien hemm rikonoxximent tad-dritt tal-asil bl-għotja tal-istatus taċ-ċittadinanza (4).
2.1.3 Suċċessivament, l-iżviluppi fil-liġijiet tal-asil kienu marbutin mal-forom u l-manifestazzjonijiet differenti ta’ persekuzzjoni, li kienu jikkonsistu f'miżuri repressivi mill-awtoritajiet għal raġunijiet reliġjużi, filosofiċi u ta’ ideoloġiji politiċi meqjusin perikolużi għall-Istat.
2.2 Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem
2.2.1 L-iżvilupp tal-kultura ġuridika wassal għall-estensjoni tad-dritt tal-asil. Għaldaqstant, il-kostituzzjonijiet tal-Istati demokratiċi moderni, b'mod partikolari, ġeneralment jipprevedu li l-gvern għandu jirrifjuta l-estradizzjoni ta’ barranin jekk din tintalab għal xi reati ta’ natura politika.
2.2.2 Minħabba f'hekk, il-karti fundamentali attwalment fis-seħħ fl-Istati Ewropej jistabbilixxu li l-barranin, li f'pajjiżhom huma pprojbiti milli jħaddmu l-libertajiet demokratiċi tagħhom b'mod effettiv, għandhom id-dritt għall-asil fit-territorju tal-Istat.
2.2.3 Dawn id-dispożizzjonijiet jirreferu espressament għar-rikonoxximent tad-drittijiet tal-bniedem li ma jistgħux jiġu miksura u għall-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Barra minn hekk, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni hija stabbilita espressament fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (5)
2.2.4 Fi kwalunkwe każ, ma jistax ikun hemm deroga fuq din il-projbizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni, meta d-derogra tidħol f'kunflitt mal-obbligi l-oħra li joħorġu mil-liġi internazzjonali.
2.2.5 Minħabba f'hekk, il-klawżoli nazzjonali tal-esklużjoni tal-asil (magħrufin bħala opt-out) jiġu eliminati biex il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-istatus tar-refuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif inhi inkluża fil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 titwettaq kompletament u tiġi applikata fil-prattika.
2.2.6 It-Tattat ta’ Lisbona wessa' l-kompentenzi tal-UE fir-rigward tal-asil u l-immigrazzjoni. Huwa inkorpora l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li:
|
— |
tiggarantixxi d-dritt tal-asil, |
|
— |
tipprevedi l-iżvilupp ta’ regoli komuni, |
|
— |
iddaħħal sistema integrata fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, |
|
— |
tirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, |
|
— |
testendi l-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, fir-rigward tal-asil u tal-immigrazzjoni. |
3. Sinteżi tal-proposta tar-riformulazzjoni tad-direttiva
3.1 Il-proposta li qed tiġi studjata hija mmirata li tikkompleta t-tieni fażi tas-sistema komunitarja Ewropea tal-asil, li trid tidħol sal-2012 flimkien mas-sistema Ewropea komuni tal-asil.
3.2 Sadanittant l-għan huwa li jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet u n-nuqqasijiet fl-istandards minimi attwali, li f'ħafna aspetti wrew li ma tantx huma aċċessibbli u effiċjenti u lanqas ġusti jew sensittivi għall-kuntest (6).
3.3 L-ewwel nett, il-modifiki proposti għandhom l-għan li jiffavorixxu armonizzazzjoni akbar bejn ir-regoli ta’ proċedura. Barra minn hekk huma jissuġġerixxu garanziji proċedurali oħra li jissalvagwardjaw lil min jitlob l-asil, b'mod partikulari fl-ewwel fażi tat-talba għall-protezzjoni u fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni marbut magħha, kif suġġerit mill-iżvilupp tal-ġurisprudenza speċifika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropa u mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-bini ta’ Ewropa tal-asil, fi ħdan l-Ewropa soċjali
4.1.1 Il-ħolqien ta’ Ewropa tal-asil, fl-Ewropa soċjali huwa bbażat fuq proċessi sodi ta’ edukazzjoni, indirizzati lejn iż-żgħażagħ sa minn qabel l-adoloxxenza, li mbagħad jibqgħu jinħassu fis-sensibbiltà kollettiva tas-soċjetà u mill-klassi politika tal-Istati Membri.
4.1.2 L-Unjoni Ewropea, b'rispett għad-drittijiet fundamentali u b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, adottat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jitolbu l-asil fl-Istati Membri.
4.1.3 Madankollu, f'dawn l-aħħar snin, il-proċess mgħaġġel tal-globalizzazzjoni wassal b'mod paradossali għal taqlib qawwi fis-sens tal-identità, li wassal biex ikun impossibbli li terġa' tinħoloq sistema ġuridika bbażata fuq l-universalità, bħal dik maħluqa mil-liġi Rumana.
4.1.4 L-interazzjoni bejn popli differenti u l-klima attwali ta’ tħassib dwar il-kuntatti kulturali, qed joħolqu biżgħat u insikurezzi ġodda, u għaldaqstant kważi l-pajjiżi Ewropej kollha qed ixaqilbu lejn pożizzjonijiet restrittivi taċ-ċittadinanza u għalhekk tal-asil.
4.1.5 Iżda din l-imġieba tmur kontra l-proċess mixtieq tal-integrazzjoni tal-popli u mal-għan tal-bini ta’ Ewropa li tkun ukoll Ewropa soċjali.
4.1.6 Għalhekk hemm bżonn li l-prinċipju tan-non-refoulement jinżamm sod, anzi, wieħed jista' jissuġġerixxi l-idea li għandha titwessa' l-firxa tal-persuni li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali. Wara kollox diġà jeżistu diversi direttivi tal-UE li jagħrfu l-kriterju tal-persekuzzjoni speċifika li tagħha huma vittmi xi nisa u persuni vulnerabbli oħra.
4.1.7 Sadanittant, fil-kuntest attwali, jekk huwa ovvju li l-istatus ta’ refuġjati jrid jiġi rrifjutat lil dawk li huma meqjusin sempliċement bħala migranti ekonomiċi, li għalihom hemm regoli apposta, hija iktar problematika l-pożizzjoni tar-refuġjati ambjentali.
4.1.8 Fil-fatt, dawn huma nies imġiegħla jiffaċċjaw il-perikli u l-insikurezza ta’ ċaqliq sfurzat minħabba fis-sitwazzjoni ambjentali mwiegħra, b'impatt kbir fuq it-tħaddim tad-drittijiet tal-bniedem, bħad-dritt għall-ħajja, għas-saħħa u l-iżvilupp (7).
4.1.9 Dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu studjati fit-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kwalifiki; dawn il-problemi ġodda ħaqqhom ukoll attenzjoni ikbar fil-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil – COM (2009) 66 finali.
4.2 Kummenti speċifiċi
4.2.1 Il-proċedura għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ refuġjat bilfors trid tqis, minn naħa, għad ta’ miżuri leġiżlattivi dwar is-sikurezza mmirati li jiġġieldu l-immigrazzjoni klandestina u li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ ordni u sikurezza pubblika marbutin mal-fenomenu tal-migrazzjoni.
4.2.1.1 Iżda mill-banda l-oħra b'konformità mal-impenji li ttieħdu fil-Patt Ewropew għall-immigrazzjoni u l-asil tal-2008, hemm bżonn li tiġi organizzata l-immigrazzjoni legali, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet, il-ħtiġijiet u l-kapaċità tal-akkoljenza stabbiliti f'kull Stat Membru u li tiġi promossa l-integrazzjoni tal-migranti.
4.2.1.2 Fil-prospettiva tal-bini ta’ Ewropa tal-asil, fost affarijiet oħra jkun xieraq li jinħoloq partenarjat skont il-prinċipju tal-burden sharing, jiġifieri il-prinċipju tas-solidarjetà fl-akkoljenza u d-distribuzzjoni ta’ dawk li qed jitolbu l-asil fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea.
4.2.1.3 Il-proċeduri previsti mill-proposta tat-tfassil mill-ġdid għall-valutazzjoni tat-talbiet ta’ protezzjoni internazzjonali u dawk għar-revoka u t-terminazzjoni tal-istatus rikonoxxut, kif ukoll dawk previsti mill-proposta għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil għall-appell mid-deċiżjonijiet, jikkonformaw mar-regoli internazzjonali u dawk stabbiliti mill-leġiżlazzjoni tal-UE.
4.2.1.4 Il-KESE jqis li huwa importanti ferm li jiġu promossi u appoġġjati l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, anki waqt il-proċeduri tat-tħejjija u tal-valutazzjoni tat-talba ta’ ammissjoni, revoka jew twaqqif tal-istatus u tal-appelli. F'dan ir-rigward jissuġġerixxi li jkun hemm dispożizzjoni espliċita dwar dan kemm fil-premessi, kif ukoll fl-artikoli tal-proposta.
4.2.1.5 Fit-terminoloġija komunitarja, il-protezzjoni internazzjonali tinkludi kemm l-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat, fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, kif ukoll il-protezzjoni sussidjarja, prevista għal dawk li għalkemm m'għandhomx ir-rekwiżiti meħtieġa biex ikunu meqjusin refuġjati ma jistgħux jiġu rimpatrijati minħabba li jkunu esposti għal perikli kbar.
4.2.1.6 Il-liġijiet tal-Istati individwali li jimplimentaw id-direttiva msemmija dwar il-proċeduri, ġeneralment jidentifikaw tliet livelli ta’ kompetenza għall-awtoritajiet amministrattivi, l-ilqugħ tat-talba, l-eżami tal-każ u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwaru.
4.2.1.7 Fi kwalunkwe każ, il-bidu tal-proċedura jdaħħal il-prinċipju li min qed jagħmel it-talba għandu dritt jibqa' fil-pajjiż u jiġi trattat b'mod li jirrispetta d-dinjità tal-persuna, għaż-żmien kollu meħtieġ biex tiġi studjata t-talba, ħlief għal xi eċċezzjonijiet (mandat ta’ arrest Ewropew, eċċ) Fir-rigward tal-prinċipju tar-rispett tad-dinjità tal-persuna, iż-żamma f'ċentri tal-akkoljenza trid titqies bħala eċċezzjonali, sakemm tinstab sistemazzjoni aħjar, u mhux ir-regola.
4.2.1.8 Barra minn hekk hemm previsti għad ta’ garanziji li jħarsu lil min qed jitlob l-asil: informazzjoni adatta lil min qed jagħmel it-talba dwar il-proċedura li għandu jsegwi u dwar ir-riżultat tat-talba, possibbiltà li jikkomunika mal-UNHCR, l-assistenza ta’ interpreti, is-smiegħ personali ta’ min qed jagħmel it-talba mill-kummissjoni kompetenti, li l-membri tagħha jirċievu taħriġ inizjali u kontinwu.
4.2.1.9 Il-KESE jqis li jrid isir sforz partikolari dwar it-taħriġ tal-persunal kwalifikat tal-Frontex, biex ikun jista' jtejjeb:
|
— |
il-koordinament tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri, |
|
— |
it-tfassil ta’ standards komuni għat-taħriġ, |
|
— |
il-provvista tal-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri ħalli jorganizzaw operazzjonijiet ta’ akkoljenza u ta’ rimpatriju, bl-appoġġ ta’ medjaturi kulturali, |
|
— |
taħriġ tal-uffiċjali dwar id-dritt umanitarju tal-asil, imfassal mill-UE, anke fid-dawl tat-twaqqif tal-Aġenzija tal-Asil fil-ġejjieni. |
4.2.1.10 Fil-fehma tal-KESE, iċ-ċentri tal-akkoljenza għandhom jintużaw biss f'każijiet eċċezzjonali u b'mod temporanju, b'rispett sħiħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Dawk li jitolbu protezzjoni internazzjonali jridu jkunu f'qagħda li jkollhom ħajja adatta, fl-aspetti kollha tagħha: umani, fisservizzi previsti mis-settur tas-saħħa, fir-relazzjonijiet soċjali u fl-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol.
4.2.1.11 Id-Direttiva 2003/09/KE dwar l-istandards minimi għal dawk li jitolbu asil fl-Istati Membri, tħalli flessibbiltà kbira fl-aċċess għax-xogħol. Il-KESE huwa tal-fehma li kull restrizzjoni fir-rigward tax-xogħol tista' tkun ta’ umiljazzjoni għall-persuna filwaqt li tista' tinkoraġġixxi x-xogħol mhux iddikjarat li jwassal għall-inġustizzja soċjali.
4.2.1.12 Fl-aħħar, hija prevista l-possibbiltà ta’ konsulenza legali b'xejn fl-appell u dan kemm fil-livell amministrattiv kif ukoll dak ġuridiku. Il-KESE jqis li trid tissaħħaħ l-assistenza amministrattiva u ġuridika b'xejn sabiex, flimkien mal-assistenza lingwistika, tkun obbligatorja fil-fażijiet kollha tal-proċedura.
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Il-modifiki proposti huma koerenti mal-għan tal-armonizzazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat.
5.2 Fir-rigward tas-sustanza, wieħed irid jirrifletti b'mod kritiku fuq ir-raġuni li għaliha tneħħew mill-proposta r-referenzi kollha espliċiti għall-asil.
5.3 Wara kollox, il-bżonn li fit-test il-ġdid terġa' tiddaħħal ir-referenza għall-asil, tista' tkompli tinftiehem bħala rikonoxximent tad-dritt li wieħed jidħol fit-territorju tal-Istat, possibbilment biex jibda l-proċeduri biex jikseb l-istatus ta’ refuġjat, sakemm jiġu verifikati r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-istatus u bil-konsegwenza tal-projbizzjoni tal-espulsjoni sa dak iż-żmien.
5.4 Barra minn hekk, ir-referenza għad-dritt tal-asil isservi biex tagħti rikonoxximent lill-Istati Membri fid-deċiżjoni li japplikaw id-direttiva l-ġdida anki fil-każijiet li joħorġu mill-ambitu tagħha (ara Artikoli 3, 4, 11 u 12 tal-proposta), f'każijiet ta’ raġunijiet umanitarji serji li ma jippermettux ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini, anke mingħajr inċidenti speċifiċi ta’ persekuzzjoni (8).
5.5 Il-KESE jappoġġja l-modifiki suġġeriti peress li jirrispondu għall-objettivi indikati hawn fuq.
5.5.1 Madankollu jistgħu jitqajmu l-punti li ġejjin:
|
5.5.1.1 |
Premessa 38: ikun aħjar li jiġi ċċarat li l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi valutata f'intervalli regolari b'indikazzjoni ta’ żmien aktar preċiża. |
|
5.5.1.2 |
Premessa 41: jridu jiġu spjegati aħjar il-bidliet sostanzjali fuq id-direttiva preċedenti li l-implimentazzjoni tagħhom hija obbligatorja; |
|
5.5.1.3 |
Artikolu 2 (f): l-awtorità determinanti trid tiġi definita b'mod aktar attent, peress li għadd ta’ sistemi legali nazzjonali m'għandhomx il-kunċett ta’ korp semi-ġudizzjarju; |
|
5.5.1.4 |
Artikolu 3 (3): bħala eżempju, id-direttiva għandha tispeċifika l-każijiet li fihom tista' tiġi applikata, f'każ ta’ talbiet ta’ protezzjoni li jmorru lil hinn mill-ambitu tagħha (ara l-kummenti dwar il-fenomenu l-ġdid tar-refuġjati ambjentali); |
|
5.5.1.5 |
Artikolu 6: id-dispożizzjoni li tippermetti lill-Istati Membri li jirrikjedu li l-applikazzjonijiet isiru f'post prestabbilit ma tidhirx li hi f'konformità mad-dispożizzjonijiet sussegwenti tal-Artikolu 7, u tidher restrittiva fid-dawl tal-objettiv previst li jingħata aċċess aktar wiesa' għall-proċedura; |
|
5.5.1.6 |
Artikolu 10 (13) (9): fil-każijiet kollha ta’ deċiżjoni negattiva, is-suġġett irid jiġi avżat, bil-lingwa tiegħu, flimkien mar-rappreżentanti legali tiegħu mhux biss bir-raġunijiet tar-rifjut tat-talba iżda wkoll bl-iskadenzi (raġonevoli u aċċettabbli), l-arranġamenti u l-proċeduri biex jopponi u jappella kontra d-deċiżjoni. |
|
5.5.1.7 |
Artikolu 12 (19) (d) (10): il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu tfittxijiet fuq il-persuna li qed tagħmel it-talba u fl-affarijiet personali tiegħu tista' tmur kontra l-garanziji kostituzzjonali li jeżistu fil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri; |
|
5.5.1.8 |
Artikolu 34 (1)(c) ir-raġunijiet serji ippreżentati minn min qed jagħmel it-talba biex juri li pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini sikur, filfatt mhuwiex, iridu jiġu speċifikati aħjar. Fl-istess waqt il-KESE jqis li xi drabi huwa diffiċli li tiġi stabbilita definizzjoni aċċettata minn kulħadd ta’ pajjiż terz sikur, |
|
5.5.1.9 |
wieħed jista' jirrifletti dwar dan fuq il-bażi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE C-133/06 tas-6 ta’ Mejju 2008, li annullat l-Artikoli 29(1) u (2) u 36 (3) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil (2005/85/KE - verżjoni bil-Malti mhux disponibbli). |
Brussell, 28 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2007) 301 finali
(2) COM(2008) 360 finali
(3) Barra minn hekk, l-immunità kienet tipproteġi lil dawk li jaħarbu minħabba li ma setgħux jinqabdu f'ċerti tempji meqjusin invjolabbli, minn hawn ġejja l-etimoloġija tal-kelma “asil”
(4) Fil-fatt, id-dritt taċ-ċittadinanza kien ġie ġeneralizzat bl-editt ta’ Caracalla fl-212 A.D. li neħħa kull differenza fit-trattament bejn iċ-ċittadini Rumani u dawk tal-imperu.
(5) Il-Konvenzjoni ffirmata f'Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 u l-Protokolli addizzjonali marbutin magħha ġew ratifikati u saru infurzabbli minn diversi pajjiżi terzi Ewropej, barra mill-pajjiżi membri tal-UE, u għalhekk id-dispożizzjonijiet tagħhom għandhom piż li jorbot aktar wiesa' fil-livell tad-dritt internazzjonali u tal-liġijiet domestiċi.
(6) Il-problema tal-ġustizzja, fil-qafas tal-proċeduri adottati mill-Istati Membri individwali, b'mod partikolari tidher li hija l-frott tad-diskrezzjoni żejda li hemm fid-direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil tal-2005.
(7) Għalhekk il-kriterju tas-sikurezza bħala valur primarju tal-bniedem irid jiġi estiż. Ir-refuġjati ambjentali filfatt huma l-vittmi tal-qerda tal-ambjent u tal-iżbilanċi soċjali marbut magħha, bħalma qed jiġri pereżempju bid-deżertifikazzjoni progressiva ta’ żoni ġeografiċi sħaħ 'l isfel mis-Saħara, minħabba fil-forom ġodda ta’ spekulazzjoni aggressiva.
(8) Fil-każ ta’ refuġjati li jħallu pajjiżhom mhux minħabba f'diskriminazzjoni individwali li jkunu sofrew, iżda minħabba f'avvenimenti gravi (gwerer ċivili, vjolenza ġeneralizzata, aggressjoni esterna, katastrofi naturali, refuġjati ambjentali, eċċ) ġeneralment mhijiex prevista l-possibbiltà li wieħed jitlob l-għarfien tal-istatus ta’ refuġjat. Madankollu, il-liġijiet dwar l-immigrazzjoni jippermettu li dawn l-emerġenzi umanitarji kkawżati minn avvenimenti eċċezzjonali jiġu trattati permezz ta’ miżuri ta’ protezzjoni temporanja meħtieġa biex jilqgħu b'mod f'waqtu u adatt il-popolazzjonijiet spajżati.
(9) Fil-verżjoni Ingliża jikkorrispondi għall-Artikolu 10(2).
(10) Fil-verżjoni Ingliża jikkorrispondi għall-Artikolu 12(2) (d).
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/90 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/…/KE”
COM(2009) 207 finali – 2009/0064 (COD)
2011/C 18/16
Relatur ġenerali: is-Sur GRASSO
Nhar it-3 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 47(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttiv 2004/39/KE u 2009/…/KE
COM(2009) 207 finali – 2009/0064 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha fl-1 ta' Frar 2010. Fis-16 ta' Frar 2010, il-Bureau tal-Kumitat stieden lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Intern, il-Produzzjoni u l-Konsum teżamina l-opinjoni mill-ġdid.
B'konformità mal-Artikolu 20 u l-Artikolu 57(1) tar-Regoli ta' Proċedura, matul il-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fid-29 ta' April 2010, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħatar lis-Sur Grasso bħala r-relatur ġenerali u adotta din l-opinjoni b'136 voti favur, 2 voti kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa favur il-proposta għal Direttiva. Minkejja li ċerti tipi ta' fondi alternattivi bla dubju kkontribwixxew biex żiedu l-ingranaġġ u l-livell ta' riskju fis-sistema finanzjarja, ma kienx minn dan is-settur li ġew ir-riskji ewlenin għall-istabbiltà u ż-żamma tas-sistema finanzjarja fil-kriżi li bdiet wara d-diffikultajiet li kkaratterizzaw is-suq tal-kreditu subprime. Din il-fehma dan l-aħħar ġiet approvata mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji tar-Renju Unit (UK Financial Services Authority (FSA)) fir rapport tagħha ta' Frar 2001 “Assessing the possible sources of systemic risk from hedge funds” fejn hija tistqarr li l-hedge funds ewlenin ma jirrapreżentaw riskju ta' destabilizzazzjoni tal-kreditu tal-kontraparti. Il-KESE ħa nota tad-dibattitu li qajmet il-proposta, b'mod partikolari tal-proposti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew (relatur: Gauzès). Min-naħa tiegħu, l-KESE qed iressaq sensiela ta' osservazzjonijiet u suġġerimenti biex jiġu rettifikati ċerti għażliet u direzzjonijiet tal-proposta li, anke jekk ma jwasslux għal benefiċċji rilevanti għall-ħarsien tal-investituri u l-integrità tas-suq, jistgħu jippenalizzaw mhux biss is-settur tal-fondi alternattivi, iżda wkoll is-sistema ekonomika kollha kemm hi. Bħala punt ta' referenza għall-osservazzjonijiet tiegħi, il-KESE jieħu l-Opinjoni (1) li ħarġet fl-2009 dwar il-Hedge Funds u l-Fondi tal-Private Equity li tgħid li fi ħdan il-qafas ekonomiku tal-ekonomija tas-suq Ewropea, l-impatt tagħhom fuq l-impjiegi u l-impatt soċjali huma iktar rilevanti mill-impatt ekonomiku u finanzjarju.
1.2 Il-kriżi Griega tefgħet id-dawl fuq il-kwistjoni tad-dejn sovran. Il-KESE huwa konxju tad-diversi fehmiet li jeżistu fir-rigward tar-rwol li l-Hedge Funds seta' kellhom biex il-kriżi marret għall-agħar. Il-KESE jqis li dan il-punt jitlob attenzjoni urġenti u li jiġi approfondit.
1.3 Id-Direttiva tintroduċi qafas regolatorju armonizzat għas-settur tal-fondi alternattivi anke b'rabta mal-ħtieġa għal monitoraġġ adegwat tar-riskji makroprudenzjali għas-settur finanzjarju Ewropew. Id-Direttiva fiha wkoll regoli dettaljati li l-KESE jqis li huwa diffiċli li jiġu adattati b'mod effettiv għall-varjetà kbira ta' prodotti li jipproduċi s-settur. Għalhekk, jappella għal approċċ iktar funzjonali biex titqies il-varjetà kbira ta' prodotti li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “fondi alternattivi”.
1.4 Il-KESE jqis li huwa essenzjali li mingħajr dewmien jinbdew diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-pajjiżi ewlenin li mhumiex fl-UE biex titħeġġeġ l-adozzjoni ta' standards internazzjonali għall-monitoraġġ bankarju tal-fondi ta' investiment alternattivi, fuq il-bażi ta' dak li sar mal-Kumitat ta' Basil fil-qasam bankarju. Jekk dan ma jseħħx, il-leġislazzjoni tkun tista' tiġi evitata faċilment jekk ċertu attivitajiet jiġu trasferiti barra l-qafas leġiżlattiv Ewropew. Dan jipperikola l-kompetittività ta' ċerti setturi importanti tal-industrija finanzjarja Ewropea, b'riperkussjonijiet negattivi kemm fuq l-impjiegi kif ukoll fuq il-ħolqien tal-benesseri u l-ġid. It-twaqqif fil-futur tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tgħin l-applikazzjoni tar-regolament, speċjalment fil-qasam transkonfinali.
1.5 Fost affarijiet oħra, id-Direttiva tintroduċi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti limiti għall-iffinanzjar tad-dejn. Il-KESE mhuwiex kontra din il-pożizzjoni, iżda jitlob li jiġi indikat biċ-ċar abbażi ta' liema kriterji jistgħu jiġu stabbiliti dawn il-limiti għall-varjetajiet differenti ta' prodotti u liema miżuri ser jittieħdu biex jiġi limitat l-effett proċikliku tagħhom.
1.6 Il-KESE jqis li biex jiġu ggarantiti t-trasparenza tas-suq u l-ħarsien tal-investituri, l-obbligu għar-reġistrazzjoni u li jintbagħat pakkett informattiv bażiku għandu jiġi estiż għall-kumpaniji kollha. L-informazzjoni għandha tkun differenzjata skont il-prodotti u l-livelli. Madanakollu, dwar dan is-suġġett il-KESE jqis li hemm bżonn ta' analiżi empirika li tmur aktar fil-fond minn dik li saret s'issa mill-Kummissjoni.
1.7 Għal dak li għandu x'jaqsam mal-obbligi ta' informazzjoni li jġorru l-kumpaniji li jamministraw fondi ta' private equity, il-KESE japprezza l-għan li tiżdied it-trasparenza f'dan ir-rigward, l-aktar jekk l-għan huwa li jitħarsu l-partijiet interessati bħall-azzjonisti f'minoranza u l-ħaddiema. Fl-istess ħin, huwa jqis li dawn ir-regoli m'għandhomx jippenalizzaw iż-żejjed il-fondi ta' private equity favur modi oħra ta' investiment li jkollhom l-investituri privati jew istituzzjonali. Fl-aħħar, il-proposta għal Direttiva tipprevedi l-eżenzjoni ta' dawn l-obbligi għall-fondi li jinvestu biss fl-SMEs. Madanakollu, il-KESE jtenni li l-ħarsien tal-investituri u tal-integrità tas-suq huma prinċipji mhux negozjabbli li għandhom jgħoddu għall-kumpaniji kollha li jamministraw fondi ta' investiment alternattivi.
2. Daħla
2.1 It-terminu “fondi ta' investiment alternattivi” jirreferi għall-fondi kollha li ma jidħlux fl-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva UCITS: pereżempju, il-hedge funds, il-fondi ta' private equity, il-venture capital, il-fondi immobiljari, il-fondi tal-infrastruttura u tal-komoditajiet, li fost oħrajn ikopru s-settur li fit-terminoloġija tar-rapport de Larosière huwa definit bħala “sistema bankarja parallela”.
2.2 Fl-2009, il-KESE kien ħejja opinjoni dwar il-Hedge Funds (HF) u l-Private Equity (PE). L-opinjoni ma kkunsidratx id-Direttiva AIFM. Kienet iffokata biss fuq l-impatt ta' dawn il-fondi fuq il-kwistjonijiet tal-impjieg u dawk soċjali. Aħna ninnotaw li d-Direttiva proposta tal-AIFM iġġenerat dibattitu kbir l-iktar rigward kwistjonijiet tal-impjieg u dawk soċjali. Il-KESE huwa tal-fehma li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' dik l-opinjoni huma referenza importanti għad-diskussjoni dwar id-Direttiva.
2.3 Kif ġie enfasizzat ukoll fir-Rapport de Larosière, il-kriżi finanzjarja ġiet megħjuna minn likwidità żejda u minn żbilanċi kbar fis-swieq finanzjarji u tal-komoditajiet u minn fatturi oħra makroekonomiċi. L-ammont kbir ta' likwidità kien wassal biex jiġi ttraskurat ir-riskju li jeżisti fil-likwidità nnifisha, li matul il-proċessi ta' kontroll u tal-immaniġġjar tar-riskji kemm min-naħa tal-operaturi kif ukoll fil-livell ta' regolamentazzjoni prudenzjali, ingħatat inqas attenzjoni minn dik li ngħatat lir-riskji tal-kreditu u tas-suq.
2.4 Illum ma nistgħux nagħmlu tabirruħna ma ġara xejn u ma nitgħallmux minn żball li sewa qares għall-ekonomija dinjija u li seta' tassew ikun fatali. Il-likwidità titlob swieq u sistemi finanzjarji li jkunu trasparenti kemm jista' jkun.
2.5 Id-Direttiva għandha tkun l-okkażjoni biex jittieħed tassew pass 'il quddiem lejn it-trasparenza tas-settur tal-fondi alternattivi, li żgur wera li m'għandux din il-kwalità.
2.6 Il-KESE jqis li dan huwa meħtieġ mhux minħabba t-tort, in-nuqqasijiet jew ir-riskji tas-settur, iżda sempliċement minħabba l-bżonn kruċjali li t-trasparenza u l-likwidità jitpoġġew fuq quddiem tal-aġenda.
2.7 Il-proposti li qed jiġu diskussi bħalissa fl-UE dwar is-superviżjoni finanzjarja Ewropea fil-livell makro u mikro huma assolutament essenzjali biex jiżguraw is-sopravivenza tas-Suq Uniku (2).
2.8 Fl-Istati Uniti, il-President Obama nieda proċess ta' bidliet u innovazzjonijiet radikali fis-sistema tar-regolamentazzjoni u tal-monitoraġġ. Għadu kmieni wisq biex nagħtu ġudizzju dwar ir-riżultati li għandhom jiksbu l-inizjattivi tal-Istati Uniti.
2.9 F'din l-inizjattiva l-UE trid tqum fuq tagħha sabiex fil-livell internazzjonali ssir ħidma bla dewmien favur it-trasparenza u l-integrità tas-suq. Madankollu, huwa jenfasizza li r-regolamentazzjoni waħedha ma tistax issolvi l-problemi li jiddependu anke mill-imġiba xejn prudenti tal-investituri professjonali.
2.10 Il-KESE japprova s-sitt prinċipji ta' livell għoli għar-regolamentazzjoni tal-HF proposti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tas-Sigurtà (International Organisation of Security Commissions (IOSCO)) f'Ġunju 2009. L-IOSCO issa (25 ta' Frar 2010) ippubblikata data dwar il-ħtiġijiet marbuta mar-riskju sistemiku għall-hedge funds. Dawn ikopru ħdax-il kategorija differenti ta' data. Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tibbaża ruħha fuq dawn il-prinċipji u timplimentahom għar-regolamentazzjoni tal-AIFM fid-Direttiva proposta.
2.11 Filwaqt li l-IOSCO ffinalizzat analiżi dwar ir-riskju għas-sistema finanzjarja mill-Private Equity, għadha ma saret l-ebda proposta regolatorja. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadatta l-prinċipji tal-HF tal-IOSCO b'tali mod li jadattaw għall-profil tal-Private Equity.
3. Il-proposta għal direttiva
3.1 Il-proposta għal Direttiva qed timmira li tirregola l-maniġers tal-fondi mhux il-prodotti. Ir-rinunzja li jsir intervent dirett fuq il-prodotti hija motivata mill-fatt li l-fondi ta' investiment alternattivi jistgħu jiġu definiti biss bl-esklużjoni, peress li mhumiex fondi armonizzati mid-Direttiva UCITS, u għalhekk il-Kummissjoni ssostni li kwalunkwe intervent li jimmira li jirregola direttament il-prodotti malajr isir skadut u tal-imgħoddi.
3.2 Madanakollu ħafna aspetti tar-regolamentazzjoni tal-maniġers tal-fondi ma jistgħux ma jkollhomx implikazzjonijiet sinifikanti anki fuq il-mod kif jaħdmu u l-karatteristiċi tal-fondi nnifishom.
3.3 Il-proposta għal Direttiva għandha żewġ għanijiet ewlenin:
|
— |
li jkun jista' jsir monitoraġġ mikroprudenzjali u makroprudenzjali aktar effettiv, li jitlob fehim fil-fond tad-dinamika tas-settur mhux ristrett għall-fruntieri nazzjonali; |
|
— |
li titħeġġeġ l-integrazzjoni tas-suq u l-iżvilupp ta' suq uniku, biex il-maniġers ikunu jistgħu jgawdu minn speċi ta' passaport Ewropew għall-prodotti tagħhom, b'benefiċċji ċari tal-ekonomiji tal-kobor u tal-possibbiltajiet ta' għażliet għall-investituri. |
3.4 Dawn l-għanijiet prinċipali jistgħu jintlaħqu permezz ta' għadd strutturat ta' inizjattivi speċifiċi li jfasslu l-elementi li ġejjin tal-proposta:
3.4.1 Il-maniġers kollha tal-AIFM li l-assi tagħhom jaqbżu ċerti livelli għandhom jiġu soġġetti għal awtorizzazzjoni. L-eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva hija prevista għall-maniġers li l-assi li jamministraw huma inqas minn EUR 100 miljun. Dan il-limitu jitla' għal EUR 500 miljun jekk il-maniġers jamministraw biss fondi li mhumiex iffinanzjati bid-dejn u l-investituri m'għandhomx dritt għal tifdija fl-ewwel ħames snin tal-eżistenza tal-fondi.
3.4.1.1 L-awtorizzazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini. L-awtorizzazzjoni hija soġġetta għal rekwiżiti strutturati ħafna tat-tip organizzattiv u tat-trasparenza.
3.4.1.2 Il-maniġers iridu jkunu domiċiljati fl-UE. Dawn jistgħu jiddelegaw il-kompiti amministrattivi lil korpi li mhumiex fl-UE: il-funzjoni ta' depożitarju tista' ssir biss minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-UE. Is-sottodelega hija pprojbita espliċitament, ħlief fil-każ tal-funzjoni tad-depożitarju, iżda f'kull każ taħt kundizzjonijiet stretti.
3.4.1.3 Id-direttiva tagħti lill-Kummissjoni l-kompitu li tistipula limiti għall-ingranaġġ (leverage) sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja.
3.4.2 Jekk l-obbligi previsti mid-Direttiva jiġu rispettati, il-maniġers ikunu jistgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom liberament lill-investituri professjonali (skont id-definizzjoni tad-Direttiva MiFID) fl-Istati Membri kollha. Il-maniġers jistgħu anke jiddistribwixxu fondi domiċiljati f'pajjiżi terzi, iżda fuq dawn jiġu imposti sensiela ta' kundizzjonijiet biex jiġi evitat li fis-swieq jiddaħħlu aktar riskji jew li jkun hemm distorsjoni fis-sistemi tat-taxxa.
4. L-evalwazzjoni tal-KESE
4.1 Il-KESE diġà tkellem dwar ir-rakkomandazzjonijiet (3) tal-Grupp de Larosière permezz ta' opinioni u jaqbel bis-sħiħ mal-ħtieġa għal monitoraġġ sopranazzjonali, li, iżda, jitlob li qafas leġiżlattiv li sa ċertu punt ikun l-istess għal kulħadd. Anke wara t-twaqqif tal-awtoritajiet superviżorji Ewropej, il-monitoraġġ tas-suġġetti individwali ser jibqa' kompitu għall-korpi nazzjonali tal-monitoraġġ. Għalhekk, peress li l-ħolqien tal-awtoritajiet superviżorji ġodda ma jeskludix il-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, huwa importanti li l-awtoritajiet superviżorji Ewropej ikollhom “sett ta' regoli komuni għall-interpretazzjoni” dwar il-viġilanza. Għarfien u trasparenza akbar fis-settur tal-fondi alternattivi jista' jkun importanti għat-titjib tal-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u biex jiġi stabbilit monitoraġġ makroprudenzjali effikaċi. Id-direttiva tista' tkun l-okkażjoni biex nippruvaw nilħqu dan l-għan importanti, bil-kundizzjoni li jiġu evitati restrizzjonijiet li jippenalizzaw bla bżonn. Għal din ir-raġuni l-Kumitat jirrakkomanda kawtela u attenzjoni partikolari meta t-talbiet tal-leġislazzjoni jmorru lil hinn mill-qafas tal-informazzjoni minimu li hu meħtieġ biex isir il-monitoraġġ makroprudenzjali.
4.2 Il-KESE jqis li b'mod urġenti għandu jiġi determinat qafas leġiżlattiv li jsaħħaħ il-kundizzjonijiet biex ikun hemm kwalità aħjar tal-kriterji ta' governanza tal-maniġers tal-fondi alternattivi. Din il-kundizzjoni hija aktar importanti minn ħafna leġislazzjonijiet dettaljati oħra li jispiċċaw biex iżidu l-ispejjeż għall-kumpaniji mingħajr ma neċessarjament jilħqu l-għan li jiżdiedu l-garanziji għas-suq, kif ġie enfasizzat b'mod qawwi fir-Rakkomandazzjoni Nru 1 tar-rapport tal-Grupp de Larosière.
4.3 Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għal żewġ punti mqajma mir-Rapport de Larosière li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-qafas Basel 2, jenfasizza l-fatt li mill-kriżi finanzjarja ħarġu żewġ tagħlimiet importanti:
|
— |
il-kriżi wriet li s-sistema ekonomika finanzjarja għandu jkollha aktar kapital tal-ishma; |
|
— |
il-kriżi żvelat l-impatt proċikliku qawwi tal-qafas leġiżlattiv li qiegħed fis-seħħ li, minflok inaqqas, spiċċa biex kabbar it-tendenzi tal-flussi tas-suq. |
4.3.1 Il-proposta li jitpoġġew limiti fuq id-dejn u fuq il-lieva finanzjarja tal-fondi (l-hekk imsejħa leverage cap) qed tersaq lejn id-direzzjoni mixtieqa – dik li jiżdiedu r-rekwiżiti tal-kapital tal-ishma. Fil-fatt il-KESE jaqsam it-tħassib dwar ir-riskji li jġib miegħu d-dejn eċċessiv fis-sistema finanzjarja: iżda s-suġġett tad-dejn eċċessiv għandu jiġi indirizzat billi nżommu f'moħħna anke karatteristiċi oħra tal-fondi, bħal pereżempju d-daqs. Il-KESE jagħmel sejħa biex tiġi valutata l-possibbiltà li jiġi stabbilit livell definit b'mod ċar għal-lieva finanzjarja massima.
4.3.2 Biex ir-riskju sistematiku jinżamm taħt kontroll, irridu nżommu f'moħħna li l-ikbar banek ta' sikwit huma primary brokers u għalhekk isellfu l-fondi għall-hedge funds. Il-kontroll ta' dawn il-primary brokers huwa importanti daqs dak tal-funds borrowers. Fir-reviżjonijiet tad-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti Kapitali tal-banek, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jiggarantixxu li dan is-self ikun kopert minn biżżejjed kapital.
4.3.3 Fl-aħħar, irid jitqies li l-leverage cap għandha t-tendenza tkun proċiklika. Fil-fatt huwa probabbli li l-leverage cap jinqabeż meta l-valur tal-investimenti jonqos, bil-konsegwenza li biex jerġa' jidħol fil-limitu, il-maniġer jista' jkun imġiegħel jillikwida l-assi tiegħu biex b'hekk inaqqsilhom terġa' aktar il-valur tagħhom tas-suq. Fl-opinjoni tiegħu fir-rigward tar-Rapport de Larosière dwar il-kwistjoni tal-proċiklità tal-qafas leġiżlattiv, il-KESE diġà stqarr dak li jaħseb: minkejja li jagħraf li huwa diffiċli li jiġi stabbilit meta għandhom jitnaqqsu jew jiġu ssikkati r-restrizzjonijiet, huwa jaħseb li ċerta flessibbiltà f'uħud mir-restrizzjonijiet tista' tillimita l-proċiklità tal-leġislazzjoni.
4.4 Il-KESE jinsab perpless dwar il-kwistjoni tal-livelli de minimis li taħthom il-kumpaniji jkunu esklużi mir-regoli tad-direttiva. Bħala prinċipju l-KESE jqis li l-kumpaniji kollha għandhom ikunu soġġetti għal obbligu għar-reġistrazzjoni u b'konsegwenza t'hekk, li jintbagħat sett bit-tagħrif bażiku meħtieġ biex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet minimi indispensabbli għal trasparenza tas-suq effettiva għall-ħarsien tal-investituri.
4.4.1 Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-protezzjoni tal-investituri għandha tkun meħtieġa iktar informazzjoni, possibbilment skont il-prodotti u l-limiti stabbilit. Madankollu, il-KESE jqis li hemm bżonn ta' analiżi xjentifika aktar fil-fond minn dik li saret diġà mill-Kummissjoni biex jinstab kriterju adegwat biex jiġu stabbiliti dawn il-limiti.
4.4.2 Il-KESE jemmen li d-data dwar il-ħtiġijiet marbuta mar-riskju sistemiku li għadha kif ħarpet l-IOSCO għall-hedge funds (li jistgħu jiġu adattati għal AIF oħra) tipprovdi triq 'il quddiem. Hemm ħdax-il kategorija speċifikati, minn informazzjoni dwar l-amministrazzjoni u l-konsulenti, li għandhom jinħtieġu mill-fondi kollha, sa informazzjoni dwar il-self, ir-riksju u l-iskopertura tal-kontropartijiet, li jkunu l-iktar meħtieġa mill-fondi l-kbar li jkunu ffinanzjati bid-dejn. Dawn il-linji gwida għand l-appoġġ internazzjonali, jinbtu mill-inizjattivi tal-G20 u l-FSB u ser jidħlu fis-seħħ f'Settembru 2010.
4.5 L-argumenti t'hawn fuq huma marbuta mal-fatt li s-settur tal-fondi alternattivi huwa varjat wisq biex ikun jista' jiġi impost qafas leġiżlattiv li jkun eżattament l-istess għal kulħadd għat-tipi differenti kollha ta' prodotti li jkopri. Fil-prattika, il-kumpaniji tal-immaniġġjar huma speċjalizzati f'oqsma partikolari (pereżempju, il-fondi immobiljari, il-hedge funds u l-fondi tal-private equity). Il-proposta għal Direttiva tiffoka biss fuq il-fondi li jirrikorru għal-lieva finanzjarja u dawk tal-private equity. Kif ġie enfasizzat fl-opinjoni tal-KESE dwar l-impatt tal-fondi fuq il-bidliet industrijali (relatur: is-Sur Morgan), id-diversità tal-fondi alternattivi huma tali li jeħtieġu approċċ aktar differenzjat.
4.6 Il-KESE jittama li l-inizjattiva tal-Kummissarju Barnier li jiġi introdott passaport Ewropew uniku estiż ukoll għall-maniġers u l-fondi li mhumiex domiċiljati fl-UE tista' tirrappreżenta l-bidu ta' soluzzjonijiet internazzjonali kondiviżi.
4.6.1 Il-KESE jaqbel mal-possibbiltà offruta li l-fondi domiċiljati barra mill-UE jitpoġġew fuq l-istess livell. Il-KESE jagħmel sejħa biex il-Kummissjoni tiżgura li l-istandards ta' kwalità u tat-trasparenza tal-maniġers u tal-fondi li mhumiex fl-UE jkunu tassew ekwivalenti għall-istandards fl-UE.
4.6.2 Peress li l-proposta għal direttiva għandha tkun l-okkażjoni t-tajba biex jiżdied il-livell tal-garanziji offruti anke mill-fondi barra mill-UE, iżda mhux biex jiġu penalizzati u għaldaqstant esklużi mis-suq uniku, il-KESE jsejjaħ għal ċarezza ikbar dwar ir-rekwiżiti li dawn il-fondi ser ikollhom jilħqu biex ikunu offruti liberament fis-suq uniku.
4.7 Il-KESE jqis li jekk l-adozzjoni tad-direttiva ma tkunx akkumpanjata minn interventi simili fil-livell tal-pajjiżi ewlenin li mhumiex fl-Ewropa, ir-regoli ser jiġu evitati faċilment billi ċerti attivitajiet jiġu trasferiti barra ż-żona li taqa' taħt ir-regolamentazzjoni Ewropea. Dan jipperikola l-kompetittività ta' ċerti setturi importanti tal-industrija finanzjarja Ewropea, b'riperkussjonijiet negattivi kemm fuq l-impjiegi kif ukoll fuq il-ħolqien tal-benesseri u l-ġid.
4.8 Il-KESE jistaqsi x'inhi r-raġuni wara r-regola li timponi li d-depożitarju jrid ikun istituzzjoni tal-kreditu. Depożitarji indipendenti jistgħu jkunu garanzija importanti kontra prattiki frodulenti jew dannużi għall-investituri. Mingħajr l-ebda dubju, huwa tajjeb li jiddaħħlu regoli aktar stretti. Madankollu, il-KESE jitlob li jiġi ċċarat għaliex hemm l-intenzjoni li l-funzjoni ta' depożitarju tiġi limitata biss għall-istituzzjonijiet tal-kreditu, anke fid-dawl tal-fatt li d-Direttiva MIFID tawtorizza sensara oħra biex jieħdu l-kustodja tan-negozju tal-klijenti.
4.9 Fost il-fondi alternattivi hemm dawk l-hekk imsejħa private equity li jinvestu f'ishma tal-kapital ta' kumpaniji li mhumiex ikkwotati.
4.9.1 Il-private equity huwa għajn importanti ta' kapital ta' riskju għall-intrapriżi start-up u innovattivi, minbarra għal intrapriżi li qed jikbru jew li qed jagħmlu ristrutturar. Il-KESE diġà ddiskuta (4) s-suġġett tal-impatt li l-fondi private equity jista' jkollhom fuq is-sistema ekonomika u fuq il-bidliet industrijali.
4.9.2 Il-proposta għal Direttiva tiddedika għadd ta' artikoli (Kapitolu V, Taqsima 2) speċifikament għall-fondi li jiksbu l-kontroll ta' kumpaniji mhux ikkwotati (aktar speċifikament għall-fondi li jiksbu mill-inqas 30 % tad-drittijiet tal-votazzjoni).
4.9.3 L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta hija pjuttost dettaljata u f'ħafna aspetti hija mfassla speċifikament fuq il-ħtiġijiet tal-informazzjoni mitluba fil-każ tal-akkwist tal-kontroll ta' kumpaniji kkwotati. Minbarra dan, hemm ukoll il-bżonn ta' kodiċi ta' governanza tal-impriżi li tkun fl-istess livell ta' dak mitlub mill-kumpaniji kkwotati. Din l-informazzjoni kollha trid tkun ipprovduta lill-kumpanija, lill-azzjonisti, lir-rappreżentanti tal-ħaddiema u lill-ħaddiema nfushom.
4.9.4 Il-KESE jaqbel mal-ambitu u l-fond tal-obbligi proposti fir-rigward tal-governanza, tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, speċjalment jekk huma indirizzati biex iħarsu l-interessi tal-partijiet interessati bħall-azzjonisti f'minoranza u l-impjegati. Huwa jqis ukoll li dawn ir-regoli m'għandhomx jippenalizzaw il-fondi ta' private equity favur modi oħra ta' investiment li jkollhom l-investituri privati jew istituzzjonali.
4.9.5 Il-KESE jappella sabiex dawn ir-regoli jiġu applikati minn 25 % tal-voti 'l fuq u sabiex il-kodiċi tal-governanza tal-impriżi tħares b'mod espliċitu l-ftehim kollettiv tax-xogħol fis-seħħ. Il-konsegwenzi potenzjali għall-impjegati għandhom ikunu ċari u l-informazzjoni għandha tingħata b'mod li jirrifletti l-verità u mingħajr l-ebda dewmien. In-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżitu tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni jġib miegħu l-konsegwenza li l-ebda deċiżjoni li tittieħed mill-AIFM u/jew kumpanija identifikata ma jkollha effetta legali.
4.9.6 Il-KESE jirrakkomanda li d-Direttiva għandha tintroduċi livell minimu ta' solvenza u rata ta' likwidità għall-kumpaniji identifikati. Il-ħlasijiet tad-dividenti għandhom ikunu limitati għal pagament wieħed fis-sena u m'għandux jaqbeż id-dħul. Il-kumpaniji li ma jissodisfawx ir-rati minimi m'għandhom jingħataw l-ebda ħlas tad-dividendi.
4.10 Dawn l-obbligi ta' informazzjoni ma japplikawx għall-akkwist ta' kontroll ta' SMEs. Madankollu, il-KESE jikkritika dan il-punt tad-Direttiva għax il-ħarsien tal-investituri u l-integrità tas-suq huma prinċipji mhux negozjabbli li għandhom jiġu applikati għall-kumpaniji kollha li jamministraw fondi ta' investiment alternattivi.
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) C 128 tat-18.5.2010, p.56.
(2) Opinjoni dwar “Is-superviżjoni makroprudenzjali u mikroprudezjali”.
(3) ĠU C 318/2009, p. 57.
(4) C 128 tat-18.5.2010, p.56.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/95 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-25 Rapport Annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007)”
COM(2008) 777 finali
2011/C 18/17
Relatur: is-Sur LECHNER
Nhar it-18 ta' Novembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Il-25 Rapport Annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007)
COM(2008) 777 finali
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-28 u d-29 ta' April (seduta tad-29 ta' April 2010), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'120 vot favur u 4 voti kontra.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Ċerti Stati Membri għad qed ikollhom xi problemi meta jiġu biex ifasslu r-regoli tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi. Fir-rigward tal-implimentazzjoni, id-Direttivi jippermettu diversi livelli ta' applikazzjoni, minn dispożizzjonijiet mhux espliċiti, li jagħtu flessibbiltà konsiderevoli lill-Istati Membri fl-għażla tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni tagħhom, għal dispożizzjonijiet espliċiti jew preskrittivi. Jeħtieġ li jinstab bilanċ tajjeb bejn applikazzjoni awtomatika u traspożizzjoni libera wisq.
1.2 Il-Kumitat jappoġġja l-għanijiet prinċipali tal-Kummissjoni, partikularment:
|
— |
li tindirizza l-problema tad-dewmien estensiv fit-traspożizzjoni tad-Direttivi; |
|
— |
li ssaħħaħ il-miżuri ta' prevenzjoni, inkluż il-bżonn kontinwu li tiġi żviluppata l-analiżi ta' kwistjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-konformità fit-tħejjija tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt; |
|
— |
li ttejjeb l-informazzjoni u l-proċedura informali għas-soluzzjoni tal-problemi, għall-ġid taċ-ċittadini u n-negozju; |
|
— |
li tagħti prijorità lill-iktar każijiet importanti u li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex il-ksur jiġi kkoreġut iktar malajr. |
1.3 Il-Kumitat jilqa' l-istqarrija tal-Kummissjoni, li l-prijorità ser tkompli tingħata lill-problemi li għandhom impatt wiesa' fuq id-drittijiet fundamentali u l-moviment liberu. Jilqa' wkoll il-prijorità mogħtija lill-każijiet ta' ksur fejn iċ-ċittadini ġew esposti fuq skala sinifikattiva jew ripetutament għal ħsara diretta jew detriment serju għall-kwalità tal-ħajja tagħhom.
1.4 Il-Kumitat jissuġġerixxi approċċ iktar proattiv, pereżempju:
|
— |
it-tfassil ta' leġiżlazzjoni Komunitarja “iktar faċli li tiġi trasposta”; |
|
— |
it-tħejjija, mill-bidu, ta' tabella ta' korrelazzjoni preċiża u aġġornata kontinwament; |
|
— |
il-possibbiltà li t-traspożizzjoni ssir permezz ta' referenza speċifika għal dispożizzjonijiet preskrittivi jew espliċiti f'Direttiva. |
1.5 Madankollu l-Kumitat jiġbed ukoll l-attenzjoni għal dawk l-oqsma fejn l-ippjanar, it-tfassil u t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ proattiv għal-liġi; b'rabta ma' dan il-KESE jinnota li d-dispożizzjonijiet u r-regoli mhumiex dejjem l-uniku mezz biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa, u mingħajr dubju mhux dejjem l-aqwa mod.
1.6 Il-Kumitat iqis li l-Kummissjoni għandha ttejjeb il-ġestjoni tal-proċeduri ta' ksur, b'mod speċjali fir-rigward ta' kif il-Kummissjoni timplimenta dan il-proċess mgħaġġel biex issegwi d-dewmien fit-traspożizzjoni.
1.7 Il-Kumitat jemmen li mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni tal-problemi, bħal SOLVIT, IMI, is-sistema tal-iskambju tal-informazzjoni fil-kuntest tal-ippustjar tal-ħaddiema u EU PILOT, huma opportunità tajba biex jitnaqqas il-piż tax-xogħol tal-Kummissjoni fil-proċeduri dwar il-ksur.
1.8 Il-Kumitat jikkunsidra li huwa essenzjali li wieħed itejjeb il-mod kif is-soċjetà ċivili u l-pubbliku jiġu infurmati dwar id-diversi mekkaniżmi ta' lment disponibbli fuq il-“Portal Europa”, bir-rispett tal-eċċezzjoni bbażata fuq il-protezzjoni tal-interess pubbliku, hekk kif iddefinita mill-ġurisprudenza.
1.8.1 Barra minn hekk, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-informazzjoni fuq is-sit tal-Internet rilevanti tiżdied u li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-ksur, mir-reġistrar tal-ilment sa tmiem il-proċedura ta' ksur, jiġu ppubblikati.
1.9 Il-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv għandhom jiġu eżaminati wkoll, sabiex jiġu kkompletati l-inizjattivi li qegħdin jitnedew b'rabta mal-oqsma tal-liġi tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni u b'hekk jissaħħu l-mekkaniżmi ta' awtoregolazzjoni fl-Istati Membri.
1.10 Il-Kumitat jissuġġerixxi li fil-ġejjieni l-Kummissjoni tistiednu jħejji opinjoni dwar ir-Rapport Annwali, sabiex tiġi rreġistrata l-fehma tas-soċjetà ċivili organizzata u b'hekk tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-UE.
2. Rapport tal-Kummissjoni (1)
2.1 Bħala gwardjan tat-Trattati, il-Kummissjoni għandha l-awtorità u r-responsabbiltà li tassigura r-rispett għal-liġi tal-Unjoni Ewropea, billi tivverifika li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli tat-Trattat u l-leġiżlazzjoni sekondarja. Ir-regoli tat-Trattat – 10 000 Regolment u 1 700 Direttiva fis-seħħ f'27 Stat Membru – jirrappreżentaw ġabra ta' liġijiet konsiderevoli. Inevitabbilment, l-applikazzjoni tal-liġi tħabbat wiċċha ma' ħafna problemi u sfidi differenti. F'ċerti oqsma t-traspożizzjoni tal-liġi Komunitarja hija marbuta ma' sfidi partikolari.
2.2 F'Settembru 2007 ġiet adottata l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa li tikseb ir-riżultati – l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja” (2). Fiha l-Kummissjoni tistqarr li “ser tiżviluppa l-enfasi tar-Rapport Annwali tagħha dwar kwistjonijiet strateġiċi, l-evalwazzjoni tal-qagħda attwali tal-liġi f'setturi differenti, il-prijoritajiet u l-ipprogramar ta' ħidma ġejjiena, inkluża l-analiżi ta' oqsma tal-liġi soġġetti għal ksur frekwenti”, sabiex tgħin “id-djalogu interistituzzjonali strateġiku dwar sa fejn il-liġi Komunitarja tilħaq l-għanijiet tagħha, il-problemi ffaċċjati u s-soluzzjonijiet possibbli li għandhom jiġu applikati.”
2.3 Ir-rapport jenfasizza l-isfidi fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-liġi, bi tliet oqsma prijoritarji ta' azzjoni: 1) il-prevenzjoni, 2) l-informazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi għaċ-ċittadini, u 3) il-prijoritizzazzjoni fil-ġestjoni tal-ilmenti u l-ksur. Ir-rapport jiġbed ukoll l-attenzjoni għall-importanza ta' sħubija soda bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b'ħidma fi gruppi ta' esperti għall-ġestjoni tal-applikazzjoni tal-għodda legali u kooperazzjoni proattiva biex jiġu solvuti l-problemi.
2.4 Analiżi settorjali: kien hemm ħafna lmenti u proċeduri ta' ksur fl-oqsma tal-ambjent, is-suq intern, it-taxxi u d-dwana, l-enerġija, it-trasport, l-impjieg, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs, is-saħħa u l-konsumaturi, id-drittijiet fundamentali, il-libertà u s-sigurtà. F'xi setturi oħra bħall-agrikoltura, l-edukazzjoni u l-kultura ftit li xejn hemm dewmien fit-traspożizzjoni tad-Direttivi (3).
2.4.1 Minħabba d-dewmien fit-traspożizzjoni tad-Direttivi, fl-2007 ddaħħlu proċeduri ġodda dwar il-ksur fl-oqsma li ġejjin:
|
— |
206 proċedura fil-qasam tas-suq intern u s-servizzi; |
|
— |
227 proċedura fil-qasam tad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-moviment liberu tal-merkanzija; |
|
— |
iktar minn 330 proċedura fil-qasam tas-saħħa u tal-protezzjoni tal-konsumaturi; |
|
— |
125 proċedura fil-qasam tal-liġi ambjentali. |
2.5 Dawn li ġejjin huma eżempji tal-livelli differenti ta' problemi ta' traspożizzjoni u l-konsegwenzi ta' dan fuq iċ-ċittadini.
Akkwist pubbliku:
|
— |
344 każ ta' ksur fil-qasam tal-akkwist pubbliku ġew ittrattati fl-2007. Fosthom, 142 każ (41 %) biss ġew solvuti, 12 biss (bejn wieħed u ieħor 3.5 %) tressqu l-qorti. Madwar 200 mit-344 każ kienu każijiet ta' ksur, 25 % minnhom kienu każijiet prijoritarji; |
|
— |
fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku (4), fl-2007 ġew konklużi 7 mill-10 proċeduri ta' ksur kontra Stati Membri li ma kinux ikkomunikaw il-miżuri ta' traspożizzjoni qabel l-iskadenza. Sa tmiem l-2007, tliet Stati Membri biss – il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Portugall – kienu għadhom ma nnotifikawx il-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom. Illum il-Lussemburgu huwa l-uniku Stat Membru li għadu s-suġġett ta' proċedura ta' ksur (5). |
Affarijiet tal-konsumaturi:
|
— |
L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-prattiki kummerċjali inġusti għall-konsumaturi fis-suq intern (6) kienet it-12 ta' Ġunju 2007. 22 Stat Membru ma nnotifikawx il-miżuri ta' traspożizzjoni lill-Kummissjoni sa dik id-data. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni bagħtet ittri ta' notifika formali lil dawn il-pajjiżi u sitta minnhom innotifikaw il-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom sa tmiem l-2007. |
|
— |
Matul l-2007, il-Kummissjoni vverifikat ukoll it-traspożizzjoni mill-għaxar pajjiżi li daħlu fl-UE f'Mejju 2004 tad-Direttiva 93/13/KE dwar il-kuntratti inġusti għall-konsumaturi. Ġew identifikati problemi ta' diversi livelli f'9 minn dawn l-Istati Membri u ntbagħtu ittri ta' ksur antiċipat. |
|
— |
Fir-rigward tad-Direttiva (7) li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji għall-konsumaturi, ġew identifikati għadd ta' problemi potenzjali ta' traspożizzjoni. Madankollu, fl-2007 ma ġie rreġistrat l-ebda lment taċ-ċittadini fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva. |
2.6 Id-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni mehmużin mar-rapport jipprovdu iktar dettalji dwar is-sitwazzjoni fis-setturi differenti tal-liġi Komunitarja kif ukoll listi u statistika dwar il-proċeduri kollha ta' ksur (8).
3. Kummenti ġenerali
3.1 Ir-rapport u d-dokumenti ta' ħidma mehmużin, li huma ferm kumplessi f'ċerti punti, juru li wħud mill-Istati Membri ser iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet kbar meta jiġu biex ifasslu regoli għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi. Minkejja l-fatt li t-traspożizzjoni tista' tidher sempliċi fit-teorija, fil-prattika jista' jiġri li kunċetti legali Komunitarji li jidhru ċari u preċiżi ma jkollhomx ekwivalenti fit-terminoloġija legali nazzjonali (9), jew li kunċett tal-liġi Komunitarja ma jinkludix referenza għal-liġi tal-Istati Membri biex jikkjarifika t-tifsira u l-iskop (10).
3.2 Barra minn hekk, fir-rigward tal-implimentazzjoni, id-Direttivi jippermettu diversi livelli ta' applikazzjoni, minn dispożizzjonijiet mhux espliċiti li jagħtu flessibbilità konsiderevoli lill-Istati Membri fl-għażla tal-miżuri ta' traspożizzjoni, għal dispożizzjonijiet espliċiti jew preskrittivi bħal definizzjonijiet, listi jew tabelli dwar sustanzi, oġġetti u prodotti li jitolbu li l-Istati Membri jieħdu “miżuri sempliċi ta' traspożizzjoni” sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
3.3 Id-dispożizzjonijiet ġodda mfassla għandhom jiggarantixxu s-sigurtà legali: fi kliem ieħor, stqarrijiet żejda jew kontradittorji għandhom jitneħħew mil-liġi nazzjonali. Jeħtieġ li jinstab bilanċ tajjeb bejn applikazzjoni awtomatika u traspożizzjoni libera wisq.
3.4 Madankollu, it-traspożizzjoni mhijiex biss kwistjoni tal-inklużjoni tal-kunċetti tal-liġi Komunitarja fil-liġi nazzjonali; hija wkoll kwistjoni ta' proċess konkret. B'rabta ma' dan, l-Istati Membri għandhom iħaffu l-proċess ta' traspożizzjoni mill-mument li d-Direttiva tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, billi jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-implimentazzjoni – li għandu jkollhom bażi ta' data aġġornata għal dan il-għan – u l-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra via netwerk ta' skambju ta' esperjenzi, u għandhom jispjegaw id-diffikultajiet li jiffaċċjaw fir-rigward tat-traspożizzjoni ta' dispożizzjonijiet partikolari.
3.5 Il-Kummissjoni tenfasizza l-bżonn li:
|
— |
tindirizza l-problema tad-dewmien estensiv fit-traspożizzjoni tad-Direttivi; |
|
— |
issaħħaħ il-miżuri ta' prevenzjoni, inklużi l-bżonn kontinwu għal żvilupp tal-analiżi ta' kwistjonijiet ta' implimentazzjoni u l-konformità fit-tħejjija tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt; |
|
— |
ittejjeb l-informazzjoni u l-proċedura informali għas-soluzzjoni tal-problemi, għall-ġid taċ-ċittadini u n-negozju; |
|
— |
tagħti prijorità lill-iktar każijiet importanti u li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex kull ksur jiġi kkoreġut malajr. |
3.5.1 Dwar dan l-aħħar punt, il-Kumitat iqis li l-prijoritizzazzjoni tal-proċeduri ta' ksur hija idea tajba. Huwa jinnota li dan jitlob deċiżjonijiet politiċi u mhux biss deċiżjonijiet tekniċi mingħajr monitoraġġ estern, kontroll jew trasparenza. B'rabta ma' dan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lis-soċjetà ċivili kif jixraq dwar deċiżjonijiet għall-prijoritizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ksur. Madankollu, il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati, b'mod speċjali dik dwar il-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, imsieħba soċjali, esperti u professjonisti waqt it-tħejjija tal-proċess ta' traspożizzjoni (11).
3.5.2 Il-Kumitat jilqa' wkoll l-istqarrija tal-Kummissjoni li ser tkompli tingħata prijorità lil problemi li għandhom impatt wiesa' fuq id-drittijiet fundamentali u l-moviment liberu. Jilqa' wkoll il-prijorità mogħtija lill-ksur “fejn ċittadini ġew esposti fuq skala sinifikattiva jew ripetutament għal ħsara diretta jew detriment serju għall-kwalità tal-ħajja tagħhom”.
3.6 Il-Kumitat jixtieq jieħu l-opportunità biex jissuġġerixxi approċċ iktar proattiv. Sabiex tiġi ssemplifikata t-traspożizzjoni tajba tal-liġi Komunitarja, huwa jipproponi li jiġu rrispetatti għadd ta' regoli, pereżempju:
|
— |
li titfassal leġiżlazzjoni Komunitarja li tkun iktar faċli li tiġi trasposta, billi jiġu pprovduti konsistenza kunċettwali u ċerta kontinwità, li huma essenzjali għaċ-ċertezza legali; fl-2007, 265 każ tressqu quddiem il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat KE (12); |
|
— |
li tiġi stabbilita tabella ta' korrelazzjoni preċiża u aġġornata regolarment mal-liġi nazzjonali mill-bidu tad-dibattiti dwar l-abbozz ta' direttivi. (Dan diġà jsir f'ħafna Stati Membri u għandu jiġi ġġeneralizzat fl-Istati Membri kollha); |
|
— |
li ssir traspożizzjoni permezz ta' referenza speċifika għad-dispożizzjonijiet preskrittivi jew espliċiti f'Direttiva, bħal tabelli mehmużin mad-Direttiva. |
3.7 Madankollu l-Kumitat jiġbed ukoll l-attenzjoni għal dawk l-oqsma fejn l-ippjanar, it-tfassil u t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ proattiv għal-liġi (13); b'rabta ma' dan il-KESE jinnota li d-dispożizzjonijiet u r-regoli mhumiex dejjem l-uniku mezz biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa, u mingħajr dubju mhux dejjem l-aqwa mod. Kultant l-aqwa mod kif ir-regolatur jista' jappoġġja objettivi validi huwa preċiżament billi ma jirregolax, u fejn xieraq billi jħeġġeġ l-awtoregolazzjoni jew il-koregolazzjoni. F'dan il-kuntest il-prinċipji ewlenin tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità, il-prekawzjoni u s-sostenibbilità jiksbu importanza u ambitu ta' applikazzjoni ikbar.
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Fl-2007, 1 196 każ ta' ksur ġdid ikkonċernaw nuqqas ta' notifika jew dewmien fin-notifika ta' miżuri nazzjonali relatati mat-traspożizzjoni ta' Direttivi Komunitarji. Il-perijodu massimu ta' referenza tal-Kummissjoni (14), li ma jistax jinqabeż għall-konsultazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tieħu deċiżjoni jew tagħlaq każ, huwa ta' 12-il xahar, anke jekk ikun hemm bżonn ta' analiżi dettaljata. Il-Kumitat iqis li azzjoni iktar rapida għandha tkun meħtieġa għal każijiet ta' dan it-tip li ma jitolbux analiżi jew evalwazzjoni speċjali. Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-ġestjoni tal-proċeduri tal-ksur, b'mod speċjali fir-rigward ta' kif jiġi implimentat il-proċess mgħaġġel f'każ ta' dewmien fit-traspożizzjoni.
4.1.1 Madankollu, wieħed għandu jinnota li l-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali diġà ġew innotifikati fil-każ ta' 99.4 % tad-Direttivi adottati (Settembru 2009) (15).
4.2 Il-Kumitat jappoġġja l-idea li jinħolqu netwerks u li jkun hemm skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' implimentazzjoni nazzjonali, sakemm din is-sistema ma twassalx għal piż amministrattiv eċċessiv jew nuqqas ta' trasparenza ikbar.
4.3 Il-Kumitat jemmen li hemm mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni tal-problemi, bħal SOLVIT, is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI (16), is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni rrakkomandata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ippustjar tal-ħaddiema (17) u l-EU PILOT li huma opportunitajiet tajbin biex jitnaqqas il-piż tax-xogħol tal-Kummissjoni hija u tittratta l-proċeduri ta' ksur, dejjem sakemm il-Kummissjoni tkompli twettaq valutazzjoni ta' konformità tat-testi trasposti, li tkun sistematika, kompluta u bbażata fuq ir-riskji potenzjali.
4.4 Il-Kumitat jaqbel li hemm “ħtieġa għal kooperazzjoni proattiva kontinwa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri”, hekk kif inhu enfasizzat fir-rapport tal-Kummissjoni. Din il-kooperazzjoni tkun saħansitra iktar effiċjenti jekk issir fi stadju bikri bħala kors ta' taħriġ għall-uffiċjali nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-liġi tal-KE. Il-Kummissjoni tista' tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni tal-bżonnijiet ta' taħriġ.
4.5 Il-Kumitat jikkunsidra li huwa essenzjali li wieħed itejjeb il-mod kif is-soċjetà ċivili u l-pubbliku jiġu infurmati dwar id-diversi mekkaniżmi ta' lment disponibbli fuq il-Portal Europa. Għal “ċittadin komuni” hija sfida kbira li jifhem f'liema kundizzjonijiet jista' jressaq ilment quddiem il-Kummissjoni, u f'liema ċirkustanzi jkun preferibbli li juża mezzi oħra, pereżempju l-mekkaniżmi ta' azzjoni kollettiva jew l-ombudsman nazzjonali (18).
4.6 Il-Kumitat jilqa' l-metodu ta' ħidma ġdid tal-Kummissjoni (EU PILOT), li permezz tiegħu t-talbiet għal informazzjoni u l-ilmenti mibgħuta lill-Kummissjoni ser jintbagħtu direttament lill-Istati Membri kkonċernati meta kwistjoni teħtieġ kjarifika tal-pożizzjoni fattwali jew legali fl-Istat Membru.
4.7 Il-mekkaniżmi ta' rimedju kollettiv għandhom jiġu eżaminati wkoll, sabiex jiġu kkompletati l-inizjattivi li qegħdin jitħejjew fl-oqsma tal-liġi tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni (19) bil-għan li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' awtoregolazzjoni fl-Istati Membri.
4.8 Il-Kummissjoni nediet ukoll sit tal-internet dwar l-“Applikazzjoni tal-liġi Komunitarja” (20), li jipprovdi wkoll informazzjoni importanti dwar it-traspożizzjoni tal-liġi Komunitarja, bir-rispett tal-eċċezzjoni tal-protezzjoni tal-interess pubbliku hekk kif iddefinita mill-ġurisprudenza.
4.8.1 Il-protezzjoni tal-interess pubbliku tiġġustifika r-rifjut tal-għoti ta' aċċess għall-ittri ta' notifika formali u opinjonijiet raġunati marbutin mal-proċeduri ta' ksur u l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-proċeduri legali (21). Madankollu għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma tistax sempliċement tinvoka l-ftuħ possibbli ta' proċedura ta' ksur, taħt it-titolu tal-protezzjoni tal-interess pubbliku, bħala ġustifikazzjoni biex tirrifjuta l-aċċess għat-totalità tad-dokumenti msemmija f'talba mressqa minn ċittadin (22).
4.9 Barra minn hekk, billi politika effiċjenti tiddependi minn sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni effiċjenti, il-Kumitat jissuġġerixxi li l-informazzjoni disponibbli titqiegħed fuq is-siti tal-Internet rilevanti, biex b'hekk id-deċiżjonijiet dwar il-ksur adottati mill-Kummissjoni jiġu ppubblikati mir-reġistrar tal-ilment sat-tmiem tal-proċedura ta' ksur. Dan dejjem għandu jkun soġġett għall-protezzjoni tal-interess pubbliku kif definit fil-każistika.
4.10 Din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni, fuq inizjattiva tal-KESE, ikkonsultat lill-Kumitat dwar ir-Rapport Annwali tagħha dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju. Il-Kumitat jissuġġerixxi li fil-ġejjieni l-Kummissjoni tistieden lill-Kumitat joħroġ opinjoni dwar ir-Rapport Annwali, sabiex tiġi rreġistrata l-fehma tas-soċjetà ċivili u b'hekk tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-UE.
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2008) 777 finali; SEC(2008) 2855, punti 1 u 2.
(2) COM(2007) 502 finali tal-5.9.2007, u Opinjoni tal-KESE dwarha fil-ĠU C 204, 9.8.2008, p. 9.
(3) http://ec.europa.eu/community_law/docs/docs_directives/mne_sector_na_20091124_en.pdf
(4) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1; ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(5) COM(2008) 777 finali, SEC(2008) 2854, 18.11.2009, p. 206.
(6) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(7) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
(8) COM(2008) 777 finali, SEC(2008) 2854 u SEK(2008) 2855.
(9) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tas-26 ta' Ġunju 2003, Kummissjoni kontra Franza, C-233/00 ECRI, p. 6625.
(10) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta' Settembru 2000, Linster, C-287/98, ECRI, p. 6917.
(11) ĠU C 24, 31.1.2006, p. 39; ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52.
(12) COM(2008) 777 fin., SEK(2008) 2855, Anness VI, p. 1.
(13) ĠU C 175, 28.7.2009, p. 26.
(14) Sadattant il-Kummissjoni tejbet il-valutazzjoni ta' impatt tar-rekwiżiti ta' implimentazzjoni, pereżempju fil-Linji Gwida riveduti tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni ta' Impatt adottati fl-2009
(http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/impact_en.htm#_guidelines). Hemm ukoll il-pjan li tiġi adottata stqarrija ta' politika dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 260 tat-TFEU għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji mill-QEĠ.
(15) Ara: http://ec.europa.eu/community_law/directives/directives_communication_en.htm
(16) Ara KESE 1694/2009, 5.11.2009“Inwettqu l-benefiċċji tas-suq uniku permezz ta' kooperazzjoni amministrattiva mtejba”.
(18) Ara: http://ec.europa.eu/community_law/your_rights/your_rights_de.htm
(19) C 128 tat-18.5.2010, p.97.
(20) Ara http://ec.europa.eu/community_law/index_en.htm
(21) Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Marzu 1997, WWF UK (World Wide Fund for Nature) vs. il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Każ T-105/95 punt 63 u punti sussegwenti.
(22) Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2001, Każ T-191/99, David Petrie et al. vs. Kummissjoni.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/100 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur”
COM(2009) 330 finali
2011/C 18/18
Relatur: is-Sur PEGADO LIZ
Nhar it-2 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, bkonformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur
COM(2009) 330 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta’ Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tad- 29 ta’ April ), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b119-il vot favur, 10 voti kontra u 3 astensjonijiet:
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-Kumitat jilqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għall-ewwel darba qed tiddefinixxi t-tħassib tagħha dwar l-applikazzjoni tal-acquis Komunitarju dwar il-ħarsien tal-konsumaturi. |
|
1.2 |
Madankollu, jindika li minn perspettiva strettament legali, l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar id-drittijiet tal-konsumaturi mhijiex sostanzjalment differenti mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità bmod ġenerali. Minħabba fhekk, jirreferi għall-opinjonijiet differenti li tħejjew dwar din il-kwistjoni. |
|
1.3 |
Iżda, jindika wkoll li mil-lat soċjali, il-pożizzjoni żvantaġġjata li fiha l-konsumaturi jsibu ruħhom bmod ġenerali fil-kwistjonijiet tal-konsumaturi, u li, kif inhu magħruf sew, tpoġġihom fpożizzjoni dgħajfa frelazzjoni legali li, fin-natura tagħha, hija żbilanċjata, tirrikjedi attenzjoni partikolari għal-mod li bih din il-leġislazzjoni tiġi applikata fid-diversi sistemi legali nazzjonali. |
|
1.4 |
Barra minn hekk, minn perspettiva ekonomika, id-differenza ċara fil-mod li bih din il-leġislazzjoni qed tiġi applikata fi Stati Membri differenti xaktarx ser twassal għad-distorzjonijiet fis-suq intern u tfixkel it-tħaddim effiċjenti ta’ kompetizzjoni bsaħħitha u ġusta. |
|
1.5 |
Minkejja l-progress relatat u li hemm referenza għalih fil-punti 2.1, 3.14, 4.2, 4.3, 4.4, 4.5 u 4.6, il-KESE jiddispjaċih għall-fatt li hawnhekk il-Kummissjoni tilfet l-opportunità li tressaq dokument informattiv u strutturat dwar is-sitwazzjoni attwali fl-applikazzjoni tal-acquis Komunitarju dwar il-ħarsien tal-konsumatur, li jiddefinixxi bmod strett u preċiż in-natura u l-parametri fundamentali tal-applikazzjoni tal-liġi u li jsir progress fil-ħolqien ta’ lista ta’ proposti għal miżuri definiti tajjeb u fattibbli biex is-sitwazzjoni titjieb fil-futur qrib. |
|
1.6 |
Huwa diżappuntat li jara li l-Kummissjoni lanqas biss ikkonkludiet li filfatt hemm nuqqasijiet serji fl-applikazzjoni tal-acquis Komunitarju fdan il-qasam, li la tikkwantifika u lanqas tikkwalifika u li l-kawżi tagħhom la ma telenka u lanqas tanalizza. |
|
1.7 |
Huwa daqstant ieħor diżappuntat li, għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ma għamlet xejn iktar milli stqarret dak li diġà kien hemm qbil dwaru, u tilfet opportunità politika billi ħarġet serje ta’ opinjonijiet bla bażi u bl-ebda valur prattiku u, mingħajr raġuni, ma ħarġet l-ebda inizjattiva ġdida, filwaqt li lanqas biss staqsiet xriżorsi finanzjarji huma meħtieġa. |
|
1.8 |
Anke l-iżviluppi pożittivi fil-linji gwida li kienu diġà ġew definiti fid-dokumenti ta’ strateġija preċedenti tonqoshom rabta li twassalhom għall-konsistenza. Bmod partikolari kien ikun utli li kieku tqiesu r-riżultati pożittivi tal-applikazzjoni tar-Regolament 2006/2004 (KE) (1) u r-rapport tal-implimentazzjoni tiegħu, li ġie mfassal tajjeb, u li huwa essenzjali li jinqara fl-istess waqt biex tinftihem il-Komunikazzjoni. |
|
1.9 |
Il-Kumitat jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni ma sfruttatx din l-opportunità li taċċetta t-talba insistenti li r-Rakkomandazzjonijiet dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għal soluzzjoni barra mill-qorti tat-tilwim tal-konsumaturi jinbidlu f'direttivi jew regolamenti b'saħħa obbligatorja. |
|
1.10 |
Il-KESE jirrakkomanda bi sħiħ li fil-futur qrib, il-Kummissjoni terġa' tħares mill-ġdid lejn l-infurzar tal-acquis tal-konsumaturi, din id-darba fil-kuntest aktar wiesa' ta’ strument ibbażat fuq riċerka aktar mifruxa u konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, bħalma hi White Paper, li fuq il-bażi tagħha tista' tiddefinixxi strateġija ta’ politika li tkun verament tkopri l-Komunità kollha f'dan il-qasam b'mod aktar profond. |
2. Introduzzjoni
|
2.1 |
Billi ġibdet l-attenzjoni għall-infurzar tal-acquis Komunitarju dwar il-ħarsien tal-konsumatur, jidher li l-Kummissjoni għall-ewwel darba qiegħda tpoġġi l-kwistjoni tal-effettività tal-leġislazzjoni fil-qalba tal-preokkupazzjonijiet tagħha, u bir-raġun. Dan juri li l-Kummissjoni tinteressa ruħha mhux biss fil-“law in the books” (il-liġi fil-kotba) iżda wkoll fil-“law in action” (il-liġi fil-prattika), jiġifieri fil-mod kif id-dispożizzjonijiet legali jiġu aċċettati, interpretati u applikati minn dawk li huma kkonċernati, jiġifieri l-awtoritajiet pubbliċi, u b'mod partikolari l-qrati, kif ukoll in-negozji u l-pubbliku inġenerali. |
|
2.2 |
Għal ħafna snin, din il-preokkupazzjoni kienet punt ewlieni f'għadd ta’ opinjonijiet tal-KESE, li ripetutament ġibdu l-attenzjoni għall-importanza tagħha u ressqu rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti għall-azzjoni (2) li għandha tittieħed u fosthom dawk li jinsabu f'dawn l-opinjonijiet fuq inizjattiva proprja: Il-politika tal-konsumatur wara t-tkabbir (3), Kif jistgħu jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni tal-UE (4) u L-approċċ proattiv tal-liġi: pass ieħor il quddiem lejn regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE (5). |
|
2.3 |
F'dan il-kuntest, huwa essenzjali li ssir distinzjoni bejn il-konformità mal-liġi fuq bażi volontarja minn dawk li għalihom huma destinati dawn ir-regolamenti – u li jista' jkollhom motivazzjoni u inċentivi tassew differenti, mil-lat soċjoloġiku – u l-impożizzjoni jew l-implimentazzjoni infurzata tal-liġi, fil-prinċipju mill-qrati bis-saħħa tal-awtorità ġudizzjarja tagħhom, iżda wkoll minn korpi amministrattivi oħra li għandhom is-setgħa li jinfurzaw il-konformità jew jikkastigaw in-nonkonformità mal-liġi. |
|
2.4 |
Mil-lat soċjali iżda wkoll mil-lat ekonomiku u legali, is-sitwazzjonijiet differenti msemmija jitolbu li jiġu vvalutati fil-livell etiku b'mod differenti u għandhom komponenti ta’ mġiba li huma distinti; dan għandu jiġi kkunsidrat meta ssir valutazzjoni ġenerali tal-konformità u l-implimentazzjoni fi kwalunkwe fergħa tal-liġi, f'dan il-każ, fil-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-konsum. |
|
2.5 |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li wieħed mill-għanijiet – għad li mhux l-uniku wieħed – tal-politika tal-konsumatur ser ikun li “jinħoloq ambjent fejn il-konsumaturi jkunu jistgħu jixtru l-prodotti u s-servizzi mingħajr ma jagħtu kas il-fruntieri nazzjonali”. Madankollu, il-KESE ma jqisx li l-politika tal-konsumatur hija sussidjarja għat-twettiq tas-suq uniku u lanqas ma jikkunsidra l-konsumaturi bħala sempliċi strumenti “għat-tħaddim tas-suq uniku”. Għalhekk, b'kuntrast mal-Kummissjoni, il-KESE jqis li d-direttiva dwar prattiki kummerċjali inġusti, jekk tista' titqies bħala “eżempju tajjeb”, għandha titqies bħala eżempju tajjeb ta’ “tfassil agħar tal-liġi” (6) li wassal għal implimentazzjoni kaotika fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Jiddispjaċih ukoll għall-fatt li dan “l-eżempju” ġie segwit f'direttivi reċenti dwar il-kreditu tal-konsumaturi u t-time-share u għadu jinstab fil-proposta għal direttiva dwar “id-drittijiet tal-konsumaturi”. |
|
2.6 |
F'dan id-dawl, fejn id-definizzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur titpoġġa fil-kuntest usa' tad-drittijiet taċ-ċittadin, il-KESE, bħall-Kummissjoni, iħoss li “l-infurzar effettiv (tal-acquis tal-konsumatur) huwa prijorità għall-politika tal-konsumatur”, peress li, huwa biss bl-applikazzjoni effettiva tal-liġi li l-valuri li fuqhom hija msejsa jiġu protetti. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Minkejja dak li jindika t-titlu mal-ewwel daqqa ta’ għajn, il-Komunikazzjoni tiffoka fuq l-aspett aħħari tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, aktar preċiż, il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi jikkonformaw mar-regolamenti nazzjonali li jirriżultaw mit-traspożizzjoni jew l-inkorporazzjoni tal-liġi Komunitarja u jinfurzaw il-konformità ma’ dawn ir-regolamenti, u fuq ir-rwol li l-Kummissjoni tista taqdi fdan il-qasam. |
|
3.2 |
Barra minn hekk, din il-Komunikazzjoni għandha tinqara biss b'rabta stretta mar-rapport miktub tajjeb u li ġie ppubblikat fl-istess ġurnata dwar “L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (…) dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi” (7), li, għalkemm ma ntbagħatx lill-KESE għal opinjoni, għandu jitqies bħala l-bażi tal-Komunikazzjoni peress li huwa importanti li jiġi enfasizzat l-impatt pożittiv tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri. |
|
3.3 |
Anke meta wieħed jikkunsidra l-ambitu limitat tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni, il-KESE jħoss li, sabiex din titqiegħed fil-qafas adatt, il-Kummissjoni għandha tipprovdi data konkreta dwar it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-acquis Komunitarju fl-Istati Membri, bħal dawk li jinsabu fir-Rapporti Annwali dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (8) u f'komunikazzjonijiet separati li jirreferu għal ċerti direttivi (9) fejn hemm referenza għall-mod kif dawn ġew trasposti u applikati. |
|
3.4 |
Barra minn hekk, minflok ma sempliċement fasslet lista tal-mekkaniżmi eżistenti, il-Kummissjoni kien imissha wettqet analiżi kritika approfondita dwar it-tħaddim u r-riżultati tal-acquis, fid-dawl tal-informazzjoni miġbura minnha, partikularment dik miġbura mill-Grupp ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (10) u li tinstab fir-rapport finali tad-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi intitolat “Ex-post evaluation of the impact of the Consumer Policy Strategy 2002-2006 on national consumer policy” tat-22.12.2009 (11), skont il-linji gwida stabbiliti fil-“Komunikazzjoni dwar monitoraġġ aħjar tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja” (12). Barra minn hekk, lanqas mhuwa ċar jekk il-Kummissjoni tħossx li hemm nuqqas fl-implimentazzjoni tal-acquis Komunitarju li jirrikjedi miżuri ġodda u, fil-każ, liema. |
|
3.5 |
Pjuttost bil-kontra, il-Kumitat jemmen li hemm implimentazzjoni ħażina ġeneralizzata tal-acquis Komunitarju fl-Istati Membri, li rrefera għaliha diversi drabi u li hi kkawżata, fost affarijiet oħra, minn dawn li ġejjin:
|
|
3.6 |
f'dan il-qasam, il-KESE ripetutament ġibed l-attenzjoni għall-fatt li d-diskussjonijiet dwar l-applikazzjoni, jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-acquis Komunitarju, għandhom jenfasizzaw il-konformità volontarja u l-osservazzjoni, spontanja jew indotta, mal-liġijiet. |
|
3.7 |
Fuq kollox dan ifisser li, fi kwistjonijiet marbutin mal-kompetenzi tagħha, il-Kummissjoni jkollha tiffoka l-isforzi u l-inizjattivi tagħha fuq informazzjoni u taħriġ aħjar għall-konsumaturi u l-professjonisti u l-motivazzjoni u l-inċentivi tagħhom biex jikkonformaw mal-liġi Komunitarja trasposta fil-liġi nazzjonali. |
|
3.8 |
L-azzjoni tal-Kummissjon għandha timmira wkoll, bħala prijorità, lejn l-informazzjoni u t-taħriġ tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, b'mod partikolari dawk b'responsabbiltajiet diretti għall-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri. Hawnhekk, trid tingħata l-prijorità lill-informazzjoni u t-taħriġ tal-imħalfin u l-prosekuturi pubbliċi l-oħra b'mod ġenerali, li fl-aħħar mill-aħħar hija r-responsabbiltà tagħhom li japplikaw il-liġi għal każijiet speċifiċi li huma s-suġġett tat-tilwima. |
|
3.9 |
B'differenza għall-Kummissjoni, il-KESE madankollu ma jaqbilx li l-informazzjoni biss hija biżżejjed biex il-konsumaturi jkollhom “is-saħħa”.Għall-kuntrarju, il-KESE ġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw riżorsi u strumenti adegwati biex jiżguraw li l-liġi tiġi applikata b'mod effettiv u d-drittijiet tagħhom jiġu mħarsa b'mod effiċjenti. |
|
3.10 |
Fid-dawl ta’ dan, ir-rwol tal-awtoregolamentazzjoni, u partikolarment tal-koregolamentazzjoni, isir partikolarment importanti, sakemm il-parametri għall-kredibbiltà ta’ sistemi volontarji aċċettati jew negozjati bejn il-partijiet interessati jkunu garantiti u mħarsa, sabiex ikun hemm il-fiduċja tal-partijiet kollha kkonċernati. |
|
3.11 |
Il-medjazzjoni, il-konċiljazzjoni u s-sistemi ta’ arbitraġġ, li jikkumplimentaw is-sistema ġudizjarja għandhom ukoll jirċievu attenzjoni speċjali mill-Kummissjoni u l-kredibbiltà u l-effiċjenza tagħhom jiġu konsolidati. Għaldaqstant huwa stramb li l-Kummissjoni, għal darb'oħra, ma aċċettatx it-talba li saret spiss mill-KESE li r-Rakkomandazzjonijiet dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għal soluzzjoni barra mill-qorti tat-tilwim tal-konsumaturi (16) jinbidlu f'direttivi jew regolamenti b'saħħa obbligatorja. Is-sitwazzjoni ssir partikolarment serja meta, fin-nuqqas tal-armonizzazzjoni, it-tradizzjonijiet differenti legali tal-Istati Membri jwasslu għal sitwazzjonijiet differenti ħafna bl-iżvilupp ta’ mezzi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. |
|
3.12 |
Madankollu, huwa fil-kamp tal-liġi proċedurali ċivili li hemm l-akbar lakuna fl-inizjattiva tal-Kummissjoni; minkejja l-progress li sar permezz tal-inizjattivi tad-DĠ Ġustizzja (17) – speċjalment fir-rigward tal-proċeduri li jqisu n-natura speċifika tad-drittijiet kollettivi u l-interessi tal-konsumaturi – din il-lakuna ma mtlietx bil-Green jew il-White Papers dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri tal-antitrust (18) wara aktar minn 20 sena ta’ “studji” u “konsultazzjonijiet”. Barra min hekk, bil-Green Paper reċenti dwar ir-Rimedju Kollettiv tal-Konsumaturi (19), hemm inqas possibbiltà li tinkiseb ir-rieda politika li jsir progress, kif ħareġ ċar mill-opinjoni reċenti tal-KESE (20); |
|
3.13 |
Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni, bħala gwardjan tal-ordni legali tal-Komunità, tagħti importanza partikolari lill-mod kif eżerċitat il-poter ta’ diskrezzjoni (21), iżda mhux arbitrarju biex trattat il-ksur, skont l-Artikolu 211 tat-Trattat, b'mod partikolari l-miżuri organizzattivi meħtieġa li jippermettulha li twettaq ħidmietha b'mod effettiv u imparzjali, b'konformità mat-Trattat (22), fosthom kriterji ta’ prijorità, mekkaniżmi ta’ valutazzjoni, l-analiżi tal-ilmenti, strumenti speċifiċi li jaqbdu l-ksur b'mod mhux uffiċjali, mezzi biex tittejjeb l-azzjoni tal-qrati nazzjonali u strumenti oħra komplimentari (SOLVIT, FIN-NET, ECC-NET, mezzi alternattivi u barra mill-qorti). |
|
3.14 |
Bl-istess mod, għalkemm mhux indikazzjoni diretta ta’ kif il-leġislazzjoni qed tiġi implimentata, l-ilmenti mressqa mill-konsumaturi jitqiesu bħala indikatur importanti tal-mod li bih il-partijiet milquta mill-leġislazzjoni jifmuha, kif joħroġ biċ-ċar fit-tieni edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (23). Għal din ir-raġuni, il-KESE jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-KESE, ħalli jibda jiġi żviluppat metodu armonizzat li jittratta t-talbiet u l-ilmenti tal-konsumaturi (24). |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1 |
Il-KESE jinnota li fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tisħaq fuq prijoritajiet diġà antiki u mhi qed iżżid xejn ġdid mal-programmi ta’ Azzjoni Prijoritarja 2005–2010 (25), waqt li tillimitha ruħha li tikkonferma dak li stabbiliet fl-Istrateġija Ewropea tal-Politika tal-Konsumatur 2007–2013 (26), mingħajr ma tippreżenta miżuri innovattivi. Minħabba f'hekk, il-KESE ma jista' jagħmel xejn iktar milli jisħaq fuq il-kummenti li kien għamel f'opinjonijiet preċedenti (27). |
|
4.2 |
Il-KESE jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar tidher li hija lesta li tuża l-Artikolu 153 tat-Trattat għal inizjattivi ġodda biex tikkonsolida l-miżuri ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Madankollu ma tidentifikax liema inizjattivi ġodda qed tipprevedi barra minn dawk li kienet diġà nediet u li dwarhom il-KESE kkummenta, fosthom id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti u l-Qafas Leġislattiv Ġdid (28) u s-sistema RAPEX, partikolarment fir-rigward tas-sikurezza tal-ġugarelli (29); madankollu wieħed irid isemmi b'mod partikolari l-pubblikazzjoni ta’ kull ġimgħa tal-lista ta’ prodotti tal-konsumaturi perikolużi reġistrati taħt RAPEX. |
|
4.3 |
Fir-rigward tan-netwerk CPC, il-KESE jaqbel għal kollox mar-rapport tal-Kummissjoni li ġie miktub tajjeb ħafna dwar is-suġġett li diġà sar riferiment għalih, id-diffikultajiet li nstabu u l-konklużjonijiet tiegħu, kif ukoll ir-riżultati tat-tieni edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-liġi (enforcement) (30). |
|
4.4 |
Aspett li jrid jiġi konsolidat huwa l-pubbliċità li tingħata lill-azzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali għall-konformità tal-monitoraġġ mal-liġijiet trasposti minn korpi pubbliċi u privati fil-mira tal-leġislazzjoni ħalli jogħla l-profil tal-politika tal-ħarsien tal-konsumaturi, u bħala mezz li jiskoraġġixxu prattiki ta’ ħsara u biex il-konsumaturi jingħataw sens akbar ta’ sigurtà. |
|
4.5 |
Il-KESE jilqa' l-inizjattiva li tistabbilixxi modi ġodda kif l-informazzjoni dwar is-suq tiġi komunikata lill-konsumaturi, sabiex ikunu informati aħjar u għalhekk jagħmlu deċiżjonijiet responsabbli. Ikun importanti li l-Kummissjoni tispeċifika l-mod li bih din l-inizjattiva għandha tiġi implimentata. Barra minn hekk, hemm stennija għall-bażi ta’ data dwar prattiki kummerċjali inġusti; huwa ttamat biss li ma jkollhiex l-istess tmiem tal-CLAB (bażi ta’ data tal-kondizzjonijiet inġusti tal-kuntratti). |
|
4.6 |
Fir-rigward tad-definizzjoni proposta ta’ interpretazzjonijiet “standard” tal-leġislazzjoni Komunitarja għall-“awtoritajiet nazzjonali għall-implimentazzjoni”, il-KESE jilqa' l-ispjega pprovduta mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni waqt il-laqgħat tal-gruppi ta’ studju dwar il-fatt li din l-inizjattiva hija diretta biss lejn l-awtoritajiet amministrattivi u mhux dawk ġudizjarji, u ma titfax dubju fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt il-proċedura għal deċiżjoni preliminari biex tistabbilixxi l-interpretazzjoni tal-liġi Komunitarja. |
|
4.7 |
Fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi, il-Komunikazzjoni ma tippreżentax data konkreta dwar dak li seta' jsir, u lanqas ma tidentifika l-istrateġija proposta għall-futur, jiġifieri l-estensjoni tagħha biex tkopri korpi u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li jaħdmu fil-qasam tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali. Għalhekk, il-KESE jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-monitoraġġ effiċjenti tal-konformità mal-acquis Komunitarju dwar il-prodotti minn pajjiżi terzi, f'termini tal-profil baxx ta’ dan il-monitoraġġ u kemm huma trasparenti r-riżultati tiegħu. |
|
4.8 |
Fl-aħħar, il-KESE jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu dwar l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni biex twettaq din l-azzjoni, fid-dawl tal-baġit ridott għall-politika tad-difiża tal-konsumaturi, sitwazzjoni li tista' ssir agħar fl-istruttura funzjonali l-ġdida tal-Kummissjoni, peress li dawn is-suġġett huma maqsumin f'żewġ direttorati ġenerali differenti. |
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(2) L-Opinjoni li qed titħejja bħalissa dwar il-25 Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju (2007), COM(2008) 777 finali, (INT/492) ħaqqha attenzjoni partikolari.
(3) ĠU C 221, 8.9.2005, p. 153.
(4) ĠU C 24, 31.1.2006, p. 52.
(5) ĠU C 175, 28.7.2009, p. 26.
(6) Bħalma ppreveda l-KESE fl-Opinjoni tiegħu (ĠU C 108, 30.4.2004, p.81).
(7) COM(2009) 336 finali.
(8) Ara l-25 Rapport Annwali mill-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt komunitarju (2007) COM(2008) 777 finali u SEC(2008) 2854 u 2855, kif ukoll l-Opinjoni tal-KESE INT/492 li qiegħda titħejja bħalissa.
(9) Pereżempju COM(2006) 514 finali dwar kuntratti li jsiru mill-bogħod (Opinjoni tal-KESE: ĠU C 175, 27.7.2007, p.28); COM(2007) 210 finali dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ prodotti għall-konsum u garanziji assoċjati magħhom (Opinjoni tal-KESE: ĠU C 162, 25.6.2008, p.31); COM(2007) 303 finali dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta’ timeshare, prodotti ta’ btala fuq tul ta’ żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju (Opinjoni tal-KESE: ĠU C 44, 16.2.2008, p.27); COM(2008) 9 finali dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Opinjoni tal-KESE: ĠU C 77, 31.3.2009, p.8).
(10) COM(2009) 25 finali.
(11) Kompilat mill-Konsulenti tal-Ġestjoni Van Dijk.
(12) COM(2002) 725 finali.
(13) Fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja (ĠU C 24, 31.1.2006, p.52, mhux disponibbli bil-Malti), il-KESE jargumenta li r-“regolamentazzjoni aħjar” u l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi huma marbutin mill-qrib: liġi tajba hija waħda li tista' tiġi infurzata u li hija infurzata.
(14) Huwa tal-anqas sorprendenti li l-ftehim interistituzzjonali intitolat Regolamentazzjoni Aħjar, konkluż bejn il-PE, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU C 321, 31.12.2003, mhux disponibbli bil-Malti), lanqas biss mhu msemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni.
(15) Eżempju magħruf ħafna huwa n-nuqqas mifrux tal-applikazzjoni tad-Direttiva 85/374/KEE (ĠU L 210, 7.8.85) emendata mid-Direttiva 1999/34/KE (ĠU L 141, 4.6.1999) dwar ir-responsabbiltà tal-produttur, li tiġi injorata minħabba fil-leġslazzjoni nazzjonali korrispondenti, kif ġie notat b'mod ċar fil-konferenza organizzata mis-Centre de Droit de la Consommation (Ċentru għal-Liġi tal-Konsumatur) f'Louvain-la-Neuve nhar it-23-24.3.1995“La Directive 85/374/ CEE relative à la responsabilité du fait des produits: dix ans après (Id-Direttiva 85/374/KEE dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi: għaxar snin wara”.
(16) Rakkomandazzjonijiet tat-30.3.1998 u tal-4.4.2001 li jinstabu fil-ĠU L 115, 17.4.1998u ĠU L 109, 19.4.2001rispettivament.
(17) B'rabta ma’ dan għandu jiġi notat ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, ĠU L 199, 31.7.2007. p. 1); COM (2006) 618 finali dwar Titjib fl-Effiċjenza tal-Infurzar tas-Sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji; u COM (2008) 128 finali dwar it-trasparenza tal-assi tad-debituri. Madankollu, dawn qed jiġu mmirati prinċiparjament lejn il-faċilitazzjoni u l-ġbir tal-pagamenti min-negozji, u mhux għall-benefiċċju tal-konsumaturi (Ara Opinjonijiet ĠU C 10, 15.1.2008, p.2 u ĠU C 175, 28.7.2009, p.73).
(18) COM(2005) 672 finali u COM(2008) 165 finali; Ara l-Opinjonijiet fil-ĠU C 324, 30.12.2006, p. 1 u ĠU C 228, 22.9.2009, p.40.
(19) COM(2008) 794 finali.
(20) L-Opinjoni tal-KESE 586/2009 (INT/473) tal-5.11.2009; dwar dan is-suġġett ara wkoll l-Opinjoni fuq inizjattiva proprja (ĠU C 162 25.6.2008, p.1) dwar Id-definizzjoni tar-rwol u s-sistema tal-azzjonijiet kollettivi fil-qasam tal-liġi Komunitarja dwar il-konsum
(21) Ara għal dawn kollha s-Sentenza tal-1.6.1994, Kummissjoni/Ġermanja, C317/92 u s-Sentenza tal-10.5.1995, Kummissjoni/Ġermanja, C-422/92.
(22) COM(2002) 725 finali (mhux disponibbli bil-Malti).
(23) COM(2009) 25 finali u SEC(2009) 76, parti 1.
(24) COM(2009) 346 finali (CESE 97/2010).
(25) Fosthom il-ħtieġa li ssir analiżi aktar approfondita ta’ kull suq, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ipproċessar tad-data għal skopijiet ta’ tqabbil u l-ħolqien ta’ indikaturi dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni.
(26) COM(2007) 99 finali.
(27) ĠU C 95, 23.4.2003u ĠU C 162 25.6.2008, p.20.
(28) Regolament (KE) 765/2008 u Deċiżjoni (KE) 762/2008, Opinjoni tal-KESE fil-ĠU C 120 16.5.2008, p. 1.
(29) COM(2008) 9 finali, Opinjoni tal-KESE: ĠU C 77, 31.3.2009, p.8.
(30) SEC (2009) 76 finali, Parti 3.
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/105 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Li ssaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern”
COM(2009) 467 finali
2011/C 18/19
Relatur: is-Sur RETUREAU
Nhar il-11 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar,
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Li ssaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern
COM(2009) 467 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-2 ta' Marzu 2010.
Matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta' April 2010 (seduta tad-29 ta' April), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'132 vot favur, 5 voti kontra u astensjoni waħda.
1. Rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet
1.1 Il-Kumitat jiddispjaċih li l-fatti l-ġodda, jiġifieri r-ratifiki mill-Unjoni u l-Istati Membri tat-“Trattati tal-Internet” tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO), jiġifieri t-Trattat tal-WIPO dwar id-Dritt tal-Awtur (WCT) u t-Trattat tal-WIPO dwar il-Preżentazzjonijiet u l-Fonogrammi (WPPT), ma setgħux jiġu kkunsidrati fil-proposti tal-Kummissjoni.
1.2 Jitlob ukoll li jkun infurmat dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa b'rabta mal-ACTA (Anti-counterfeiting trade agreement), u d-differenzi mat-trattati tal-WIPO li għadhom kif ġew ratifikati rigward, b'mod partikolari, il-parti tal-Internet tal-ACTA, kif ukoll id-differenzi mad-Direttiva 2004/48/KE fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, imsejħa d-“Direttiva dwar il-Falsifikazzjoni” (1).
1.3 Madankollu, il-Kumitat jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-futur qrib torganizza laqgħa mal-partijiet ikkonċernati, u jittama li din il-laqgħa ssir mill-aktar fis possibbli u qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali; il-Parlament Ewropew ukoll għandu jiġi involut malajr kemm jista' jkun.
1.4 Il-Kumitat jirrifjuta l-adozzjoni ta' kwalunkwe sistema partikolari, li tindaħal fil-ħajja privata, kif iddaħħlet fil-leġiżlazzjoni ta' diversi Stati Membri, fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur fuq l-Internet. Min-naħa l-oħra jirrakkomanda li jittieħdu miżuri attivi ta' edukazzjoni u taħriġ għall-konsumaturi, speċjalment iż-żgħażagħ.
1.5 Il-Kumitat jappoġġja l-proposta prinċipali tal-Kummissjoni, jiġifieri li jitwaqqaf Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, li jiġbor u jxerred l-informazzjoni utli dwar il-prattiki tal-falsifikaturi u jagħti appoġġ speċifiku lill-SMEs u l-SMIs, li sikwit jisfaw vittmi tal-falsifikazzjoni, sabiex ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni aħjar dwar drittijiethom.
1.6 Fil-fehma tal-Kumitat, in-netwerk ta' informazzjoni rapida propost mill-Kunsill tal-Kompetittività u appoġġjat mill-IMI (Sistema ta' Informazzjoni fis-Suq Intern) huwa siewi ħafna, b'mod partikolari jekk l-Istati Membri jirnexxilhom jegħlbu l-problemi li jiffaċċjaw fil-qasam tal-kooperazzjoni amministrattiva; dan jiddependi wkoll mill-effikaċja tal-kuntatti nazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport b'mod regolari dwar id-data miġbura mill-Osservatorju u dwar l-azzjoni tiegħu.
1.7 Il-ġlieda meħtieġa kontra l-kriminalità organizzata fil-qasam tal-falsifikazzjoni għandha twassal għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet tad-dwana u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bl-involviment tal-Europol fil-livell tal-UE. Fil-fehma tal-Kumitat, huwa indispensabbli li jkun hemm leġiżlazzjoni penali Ewropea armonizzata, bil-kondizzjoni li l-prinċipju tal-proporzjonalità bejn ir-reati u l-pieni jiġi rispettat, anke għall-kopji illeċiti fuq l-Internet, li m'għandhomx iwasslu għal liġijiet eċċessivi jew spropozjonati fil-leġiżlazzjoni kontra l-kopji illegali jew il-falsifikazzjoni kummerċjali.
1.8 Għalhekk, il-Kumitat jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni bir-riżerva tal-kritika tiegħu tan-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-ACTA u fid-dawl tal-inċertezzi kkawżati mill-istqarrijiet unilaterali ta' bosta Stati Membri matul ir-ratifika tat-trattati tal-WIPO f'Diċembru 2009. Jappoġġja wkoll pożizzjoni Ewropea li ma tmurx lil hinn mill-acquis attwali.
1.9 B'mod speċjali għax-xogħlijiet orfni, il-Kumitat jirrakkomanda sistema armonzizata ta' reġistrazzjoni tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati, li tiġġedded kull tant żmien, sabiex jinsabu b'mod faċli dawk li jkollhom dawn id-drittijiet. Din is-sistema għandha tispeċifika n-natura, it-titolu tax-xogħol u d-diversi detenturi tad-drittijiet. Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li titwettaq din il-proposta.
1.10 Fl-aħħar nett, il-Kumitat jinsisti fuq il-ħolqien u l-implimentazzjoni effettiva fl-Istati Membri kollha tal-privattiva tal-Unjoni Ewropea, li ser tkun mezz ta' protezzjoni ħafna aktar effikaċi u anqas għali għad-difiża tad-drittijiet intanġibbli tal-SMEs u tal-SMIs relatati mal-innovazzjoni.
2. Proposti tal-Kummissjoni
2.1 Il-Kummissjoni tinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) fis-soċjetà tal-għarfien; il-protezzjoni li tingħata lid-DPI fi ħdan l-Unjoni u fil-livell internazzjonali (TRIPS (2), konvenzjonijiet settorjali) għandha tissaħħaħ minħabba l-valur dejjem jikber li dawn id-drittijiet qed jingħataw mill-intrapriżi, kemm l-intrapriżi l-kbar kif ukoll l-SMEs u l-SMIs. B'hekk l-istart-ups ikunu jistgħu jipproteġu l-proprjetà intanġibbli tagħhom u, fuq il-bażi ta' dan, ikunu jistgħu jiksbu l-kapital jew jissellfu l-flus sabiex iniedu l-attivitajiet tagħhom.
2.2 L-UE għandha tappoġġjahom permezz ta' kultura tal-proprjetà intellettwali li tiddefendi t-talenti Ewropej u toħloq l-opportunitajiet għall-intrapriżi, kif ukoll għar-riċerka universitarja u l-effetti ġenerattivi (spin-offs) fuq il-kampus (3).
2.3 Il-valur stess tad-DPI jagħmilhom mira tal-falsifikaturi u l-pirati, li jużaw diversi mezzi, fosthom l-Internet, li huwa strument dinji fis-suq tal-prodotti illeċiti. Dan joħnoq l-innovazzjoni u jhedded l-impjiegi, b'konsegwenzi ekonomiċi serji għall-intrapriżi, b'mod partikolari f'perijodu ta' reċessjoni ekonomika.
2.4 Is-suq tal-prodotti illeċiti mar lil hinn mill-prodotti “tradizzjonalment” kopjati jew falsifikati (films, moda, mużika, software, oġġetti ta' lussu) u jinkludi prodotti ġodda tal-konsum bil-massa: prodotti tal-ikel, prodotti tal-iġjene, spare parts tal-karozzi, ġugarelli, tagħmir elettriku u elettroniku, eċċ.
2.5 Il-qasam tas-saħħa huwa milqut ukoll mill-mediċini foloz, li jistgħu jkunu ta' periklu għal saħħet in-nies.
2.6 Il-konsegwenzi tal-falsifikazzjoni u l-kummerċ tal-kopji illeċiti qed isiru dejjem aktar preokkupanti, aktar u aktar minħabba li l-kriminalità organizzata bdiet tinvolvi ruħha bis-sħiħ fil-falsifikazzjoni.
2.7 Ġie stabbilit qafas regolatorju Komunitarju, bħad-Direttiva 2004/48/KE (4) dwar l-infurzar tad-DPI; id-drittijiet ċivili ġew armonizzati; tressqet proposta dwar il-miżuri penali li bħalissa qiegħda quddiem il-Kunsill; ir-Regolament tal-UE dwar id-dwana jippermetti l-qbid u s-sanzjoni tal-kummerċ tal-kopji illeċiti: barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tikkonsulta lill-Istati Membri sabiex dan ir-Regolament jittejjeb.
2.8 Fil-kuntest ta' pjan Ewropew globali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni, il-Kummissjoni tixtieq tadotta miżuri komplementari mhux leġiżlattivi fid-dawl tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-25 ta' Settembru 2008.
2.9 B'konformità mal-konklużjonijiet tal-grupp konsultattiv ta' esperti, fejn tissemma b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-SMEs, il-Kummissjoni tixtieq iżżid l-appoġġ biex jiġu segwiti t-trasgressuri, u qed tippjana għadd ta' proġetti biex tgħin lill-SMEs jintegraw id-DPI fl-istrateġiji tagħhom marbuta mal-innovazzjoni u l-ġestjoni tal-għarfien.
2.10 Fil-livell dinji, il-Kummissjoni qed tħejji strateġija ta' protezzjoni fir-rigward tal-pajjiżi terzi (pereżempju, il-ftehimiet kontra l-falsifikazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina u l-inizjattivi dwar il-kontroll doganali). Issa qed jopera helpdesk DPI-SME-Ċina.
2.11 Is-sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) għandhom jissaħħu bil-għan li jkun hemm strateġija Ewropea aktar parteċipattiva. Wara l-konferenza ta' livell għoli ta' Mejju 2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-istrateġija Ewropea tagħha rigward id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u l-Kunsill tal-Kompetittività adotta r-Riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija li ssemmiet aktar 'il fuq, u stieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-azzjoni fil-fruntieri b'kooperazzjoni mal-Istati Membri.
2.12 Madankollu, huwa partikolarment diffiċli li tinġabar l-informazzjoni dwar in-natura u l-estensjoni tal-falsifikazzjoni u l-kummerċ tal-kopji illeċiti, u li jiġi evalwat l-impatt effettiv tagħhom fuq l-ekonomija tagħna. Huwa diffiċli li tinġabar u titqassar l-informazzjoni li għandhom id-diversi korpi nazzjonali, minbarra l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar iż-żamma fil-fruntieri, li fuq kollox tagħti biss stampa parzjali tar-realtà. Il-bażi tad-data għandha tikber biex tevalwa fil-fond il-konsegwenzi globali kif ukoll lokali tal-attivitajiet illegali marbutin mal-piraterija u biex jinfiehem għaliex ċerti prodotti jew setturi u ċerti reġjuni huma partikolarment vulnerabbli. Bis-saħħa ta' dan ikunu jistgħu jitħejjew programmi ta' azzjoni mmirati aħjar.
2.13 Il-Kunsill tal-Kompetittività rrakkomanda l-ħolqien ta' Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija sabiex ikun hemm għarfien aktar preċiż dwar dawn il-fenomeni. Bħalissa l-Kummissjoni qed tistabbilixxi osservatorju bħal dan sabiex tinġabar l-informazzjoni kollha possibbli dwar il-ksur tad-DPI, iżda temmen li r-rwol tiegħu għandu jkun akbar billi jsir pjattaforma fejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-partijiet interessati jaqsmu l-informazzjoni u l-għarfien espert b'rabta mal-prattiki t-tajba bil-għan li jitfasslu strateġiji komuni għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, u li jitressqu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika.
2.14 Sabiex isir riżorsa essenzjali, l-Osservatorju jrid ikun il-post ta' kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-settur privat, u jrid jagħti l-kontribut tiegħu fis-sħubija mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex jitħejjew rakkomandazzjonijiet prattiċi u biex jiġu sensibilizzati l-konsumaturi. Bis-saħħa tal-pubblikazzjoni ta' rapport annwali, il-pubbliku jkun jista' jifhem il-problemi u l-modi kif jistgħu jiġu solvuti.
2.15 Il-Kummissjoni mbagħad tistabbilixxi r-rwol tal-Osservatorju sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija qabel.
2.16 L-Osservatorju jsir pjattaforma li sservi lill-partijiet ikkonċernati kollha, b'rappreżentant/a għal kull pajjiż, u li tirrifletti firxa wiesgħa ta' korpi Ewropej u nazzjonali. Ser jiġu mistiedna s-setturi l-aktar ikkonċernati u bl-aktar esperjenza, il-konsumaturi kif ukoll rappreżentanza tal-SMEs.
2.17 Id-difiża koerenti tad-DPI teħtieġ kooperazzjoni amministrattiva ġenwina, imsaħħa u miżjuda fil-qasam tal-falsifikazzjoni u l-piraterija, u sħubija vera għall-implimentazzjoni ta' suq intern mingħajr fruntieri. Għal dan il-għan, jeħtieġ jinħoloq netwerk effikaċi tal-punti ta' kuntatt fl-UE kollha.
2.18 Fil-livell intern, tinħtieġ ukoll koordinazzjoni aħjar kontra l-falsifikazzjoni, u għal din ir-raġuni għandhom jinħatru koordinaturi nazzjonali b'mandat preċiż.
2.19 Tajjeb ukoll li tiġi promossa t-trasparenza fl-istrutturi nazzjonali fil-livell transkonfinali sabiex tiġi ffaċilitata l-azzjoni tal-intrapriżi misruqa. L-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali u tad-dritt tal-awtur ukoll għandhom rwol informattiv x'jaqdu. Barra minn hekk għandhom jieħdu funzjonijiet ġodda bħaż-żjieda fl-għarfien u l-għajnuna speċifika għall-SMEs, flimkien mal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP), u l-uffiċċji nazzjonali u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) fir-rigward tat-trade marks.
2.20 Il-Kunsill tal-Kompetittività stieden ukoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi netwerk transkonfinali ta' skambju rapidu tal-informazzjoni ewlenija bl-użu tal-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-għodod moderni għall-iskambju tal-informazzjoni. L-aġenziji kompetenti u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intelletwali kollha għandhom ikollhom aċċess għal netwerk elettroniku effikaċi u rapidu tal-iskambju tal-informazzjoni dwar il-ksur tad-DPI.
2.21 Bħalissa l-Kummissjoni qed tistudja interface adattat u l-użu tan-netwerk eżistenti tas-Sistema ta' Informazzjoni fis-Suq Intern (IMI) sabiex l-informazzjoni essenzjali tkun tista' tiċċirkola b'mod faċli.
2.22 Meta ssemmi l-konsegwenzi serji kollha tal-ksur tad-DPI, il-Kummissjoni tixtieq tinkoraġġixxi lid-detenturi ta' dawn id-drittijiet u lill-partijiet interessati kollha fil-katina tal-kummerċ biex jgħaqqdu s-setgħat tagħhom għall-ġlieda kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni fl-interess komuni tagħhom. Wieħed mill-modi li għandu jiġi esplorat huwa dak tal-ftehimiet volontarji sabiex tittieħed azzjoni kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija fuq il-post, u billi jinsabu soluzzjonijiet teknoloġiċi għall-iskoperta tal-prodotti falsifikati; dawn il-ftehimiet jistgħu jiġu estiżi lil hinn mill-fruntieri Ewropej. Il-mezzi implimentati jridu evidentement jibqgħu b'mod strett fil-qafas tal-legalità.
2.23 Il-kummerċ tal-prodotti falsifikati fuq l-Internet iqajjem kwistjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni fetħet djalogu strutturat mal-partijiet ikkonċernati, għaliex l-Internet joffri ċerta flessibbiltà għall-falsifikaturi u l-pirati biex joperaw fil-livell dinji u jaħarbu l-liġi lokali. L-għan tal-laqgħat li qed isiru bħalissa u li ser ikomplu għaddejjin, huwa li jitħejjew proċeduri konkreti biex jitneħħew il-prodotti falsifikati li jinbiegħu mis-siti fil-qafas ta' ftehimiet volontarji. Jekk ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejn is-sidien tat-trade marks u l-intrapriżi tal-Internet, il-Kummissjoni għandha ssib soluzzjonijiet leġiżlattivi, b'mod partikolari fil-qafas tad-Direttiva fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
3. Kummenti tal-Kumitat
3.1 Il-Proposta tal-Kummissjoni tiffoka fuq il-protezzjoni tad-DPI tal-SMEs Ewropej. Il-Kumitat jemmen li fil-fatt dawn għandhom bżonn appoġġ partikolari li jgħinhom jiddefendu d-drittijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli u tad-Direttiva 2004/48. Madankollu, għad m'hemmx aspett penali u jkun tajjeb li l-Istati Membri jikkunsidraw soluzzjoni bbilanċjata u proporzjonata. Il-Kumitat jittama li tinsab soluzzjoni bbażata fuq it-TFUE (5) biex jiġu appoġġjati d-detenturi tad-drittijiet intanġibbli.
3.2 L-Osservatorju għandu jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra kull tip ta' ksur tad-DPI irrispettivament mid-daqs tal-intrapriża, filwaqt li jiffoka fuq il-bżonnijiet speċifiċi tal-SMEs u l-SMIs.
3.3 Ċerti proposti, bħall-ftehimiet volontarji, diġà qed jiġu implimentati, filwaqt li oħrajn għadhom qed jiġu abbozzati. Il-Komunikazzjoni ma tenfasizzax l-ostakli li jridu jingħelbu f'ċerti oqsma, bħall-kooperazzjoni amministrattiva li milli jidher f'ħafna każi mhux qed taħdem b'mod sodisfaċenti.
3.4 Għadu kemm tfaċċa element ġdid fir-rigward tal-kopja illeċita u l-falsifikazzjoni permezz tal-Internet: l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri rratifikaw it-“Trattati tal-Internet” tal-WIPO f'Diċembru li għadda. B'hekk, fil-prinċipju, għandha tiġi unifikata l-liġi Ewropea applikabbli, għalkemm id-diversi stqarrijiet nazzjonali fl-okkażjoni tar-ratifika jistgħu jipperikolaw l-approċċ Ewropew unifikat. Dawn it-Trattati jitolbu l-ġlieda kontra l-prodotti kopjati u falsifikati maħsuba għall-kummerċ, kif tagħmel ukoll id-Direttiva 2004/48 dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.
3.5 Però, fl-istess ħin, qed isiru “negozjati sigrieti” bejn l-Istati Uniti, l-UE u xi pajjiżi “magħżula” bil-għan li jkun hemm trattat internazzjonali kontra l-falsifikazzjoni, l-ACTA, li min-naħa tal-Amerikani jixtiequ li jkun jixbah ħafna d-Digital Millenium Copyright Act (DMCA). Skont in-negozjatur Amerikan, dan is-sigriet huwa maħsub biex jimpedixxi l-protesta ġenerali tas-soċjetà ċivili fl-Istati Uniti u fl-Ewropa. Il-konsumaturi Ewropej, li l-organizzazzjonijiet tagħhom huma mwarrba min-negozjati u l-intrapriżi Ewropej, jiddenunzjaw dawn il-proċeduri mhux trasparenti (6) u mhux demokratiċi li jistgħu, bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni permezz tal-Internet, (wieħed mill-kapitoli tal-abbozz tat-trattat), jistabbilixxu kontroll verament bħal pulizija – inkluż b'pulizija privata – fuq l-iskambji u l-komunikazzjoni kollha bl-internet. Barra minn hekk, skont ċerti sorsi, tgħosfor ukoll id-distinzjoni bejn il-kummerċ tal-prodotti falsifikati u l-kopja privata. Hemm bżonn urġenti li tiġi stabbilita t-trasparenza f'dawn in-negozjati, li s-soċjetà ċivili tkun tista' tesprimi l-fehma tagħha f'dan ir-rigward, filwaqt li l-lobbies tal-produtturi tal-Amerika ta' Fuq ikollhom aċċess kostanti għan-negozjati.
3.6 Il-KESE jixtieq li hu wkoll ikun infurmat dwar id-diskussjonijiet u l-proposti mressqa bħalissa, u li jkun jista' jesprimi ruħu dwarhom. Ikun ta' dispjaċir li d-dispożizzjonijiet kontestati fid-DMCA Amerikan jiġu trasposti fi trattat internazzjonali, trattat li jkun qed jikkompeti mat-trattati tal-WIPO u jżid mal-konfużjoni fil-qasam tad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali. Ikun xi jkun il-każ, il-pożizzjoni Ewropea m'għandhiex tmur lil hinn mill-acquis attwali.
3.7 Fil-fatt, skont il-Kumitat, jeħtieġ li s-sistema tad-dritt tal-awtur fuq l-Internet ma toħloqx il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet ikunu jistgħu jikkontrollaw l-użu tat-teknoloġija, kif inhi t-tendenza attwali fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali msemmija hawn fuq, u lanqas li tippermettilhom jindaħlu fil-komunikazzjonijiet privati. Jidher biċ-ċar li l-perijodu eċċessiv tal-protezzjoni (minn 50 sa 75 sena wara li jmut l-awtur, jew 75 sena għal persuna ġuridika) u d-drittijiet eċċessivi mogħtija lill-kumpaniji multinazzjonali tad-divertiment għall-kontroll tal-mezzi tax-xandir jistgħu jxekklu l-innovazzjoni u l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji, u ma joħolqux ambjent miftuħ għall-kompetizzjoni. L-għan tal-protezzjoni huwa li tiggarantixxi l-ħlas ġust lill-awturi u lill-interpreti, u mhux id-dħul fiċ-ċert għad-distributuri (il-“majors”) flimkien mad-dritt li jindaħlu.
3.8 Il-Kumitat jirrakkomanda l-unifikazzjoni tad-dritt tal-awtur fuq il-bażi tradizzjonali tiegħu, mingħajr sistema eċċessiva għall-Internet.
3.9 Il-Kumitat jissuġġerixxi li tinħoloq reġistrazzjoni obbligatorja, pereżempju fil-qafas ta' dritt tal-awtur Ewropew, f'Reġistru armonizzat tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, bi ħlas modest ħafna bil-għan li jkopri l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni biss, reġistrazzjoni li tiġġedded pereżempju kull għaxar jew għoxrin sena, sabiex wieħed ikun jaf min għandu d-drittijiet u x'inhu l-indirizz tagħhom. Strument bħal dan, b'aċċess ħieles u aġġornat kontinwament, jappoġġja l-użu mill-ġdid ta' xogħol li m'għadux in ċirkolazzjoni, it-traduzzjoni tiegħu f'formati oħra jew b'lingwi differenti minn dik oriġinali minn kwalunkwe intrapriża interessata li tixtieq tuża xogħol għal finijiet kummerċjali biex tikseb iktar faċilment il-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa.
3.10 Dan jiffavorixxi wkoll il-protezzjoni ta' xogħlijiet (films, reġistrazzjonijiet tal-ħoss, eċċ.), b'mod speċjali jekk fejn ikunu maħżuna jkun fraġli. Ħafna drabi, ix-xogħlijiet jintilfu, qatt ma jiġu editjati jew użati mill-ġdid, u f'ċerti formati, bħall-films antiki, hemm ir-riskju li jgħosfru darba għal dejjem.
3.11 Id-dritt tal-awtur diġà jispikka għaliex ma jeħtieġx la reġistrazzjoni u lanqas ħlas, kuntrarjament għall-privattivi jew drittijiet oħra tal-proprjetà industrijali; dan id-dritt jiddistingwixxi ruħu wkoll minħabba l-perijodu tiegħu, li ħafna drabi huwa eċċessiv fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' innovazzjoni u skambju tal-għarfien fis-soċjetà tal-informazzjoni u l-ekonomija tal-għarfien. Il-Kumitat jirrakkomanda li jkun hemm reġistrazzjoni tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati li jispeċifikaw in-natura u t-titolu tax-xogħol, id-dritt tal-awtur u drittijiet oħra fuq ix-xogħol, kif ukoll l-isem u l-indirizz tad-detenturi tad-drittijiet. Jekk jista' jkun, din ir-reġistrazzjoni għandha tiġġedded kull għaxar jew għoxrin sena u tkun bi ħlas minimu limitat għall-ispejjeż attwali tar-reġistrazzjoni. B'hekk dawk li jkunu jixtiequ jużaw xi xogħol f'livell kummerċjali jkunu jistgħu jiksbu b'mod aktar faċli l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa. Ta' spiss dan jiġi interpretat, b'mod żbaljat, bħala l-liġi tal-proprjetà intellettwati, iżda għandu jitqies bħala monopolju temporanju fuq l-użu u d-dritt esklużiv biex jingħataw il-liċenzji għall-użu tax-xogħlijiet protetti matul il-perijodu ta' protezzjoni.
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004; ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45-86.
(2) Ftehimiet internazzjonali dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, inkluż il-kummerċ tal-oġġetti falsifikati (TRIPS).
(3) Ara INT/325, ĠU C 256, 27.10.2007, p. 17; INT/448, ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8; INT/461, ĠU C 306/2009, p. 13 u INT/486 (din l-opinjoni għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).
(4) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45-86 (opinjoni tal-KESE fil-ĠU C 32, 5.2.2004, p. 15 — mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(6) Stqarrija dwar l-ACTA, Il-konsumaturi Ewropej, Djalogu transatlantiku (ara s-sit tal-BEUC).
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/109 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il- “Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri”
COM(2009) 610 finali – 2009/0169 (COD)
2011/C 18/20
Relatur ġenerali: is-Sur RETUREAU
Nhar it-12 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikoli 169 u 172(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri
COM(2009) 610 finali – 2009/0169 (COD).
Nhar il-15 ta’ Diċembru 2009, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 57 tar-regoli ta’ proċedura, matul l-462 Sessjoni Plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tad-29 ta’ April) li jaħtar lis-Sur RETUREAU bħala relatur ġenerali u adotta din l-opinjoni b’140 vot favur, 4 voti kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Baħar Baltiku jgħaqqad flimkien żewġ sfidi kbar: minn naħa jintlaqat mill-fenomeni tat-tisħin tal-klima u t-tniġġis mill-attivitajiet tal-bniedem u min-naħa l-oħra huwa żona strateġika ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjali minħabba l-karatteristiċi u l-għadd ta’ impjiegi li jiddependu fuqu. Il-ħarsien tiegħu huwa kruċjali għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada u t-tmexxija tiegħu għandha ssir b’mod konġunt mal-Istati u l-popli li jaqsmu l-fruntieri.
1.2 Iżda mhuwiex ċar jekk l-imsieħba soċjali nazzjonali u Ewropej ta’ dawn l-atturi ser ikunu integrati sew fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni tal-atturi mill-konsultazzjoni tal-konsorzju tal-Bonus. Il-Kumitat jisħaq li dan għandu jiġi ċċarat sew.
1.3 Jeħtieġ li s-sistema li tmexxi dawn il-pjattaformi ta’ konsultazzjoni u l-Forum ta’ riċerka settorjali tinkludi l-atturi tas-soċjetà ċivili u b’mod partikolari l-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali konċernati u li l-proġetti tar-Riċerka, l-Iżvilupp u d-Dimostrazzjoni tal-programm BONUS-169 jimmobilizzaw ir-riċerkaturi tax-xjenzi soċjali li jwettqu riċerka li tintegra l-atturi involuti fil-proċess tal-ippjanar tal-impjiegi u l-kompetenzi fis-setturi relatati mal-programm.
1.4 L-SIŻS (studji tal-impatt – żvilupp sostenibbli) jistgħu jservu bħala strument utli u effiċjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni li jittieħdu fil-qafas tal-programm BONUS-169, li jistgħu jqisu t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli bil-parteċipazzjoni ta’ kampjun sinifikanti ta’ atturi mis-soċjetà ċivili li jkunu kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi marbuta ma’ dawn it-tliet dimensjonijiet.
1.5 Madankollu, huwa ċar li l-valutazzjoni tal-impatt li twettqet fil-qafas tal-programm Bonus-169 għandha ħafna nuqqasijiet, partikolarment fir-rigward tad-dimensjoni soċjali u tal-impjiegi, aktar u aktar billi l-atturi tas-soċjetà ċivili (u speċjalment l-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins u l-imsieħba soċjali Ewropej) ma ħadux sehem fit-tfassil tal-programm.
1.6 Il-parteċipazzjoni tal-atturi tas-soċjetà ċivili tista’ tiġi organizzata permezz ta’ mill-inqas żewġ tipi ta’ azzjoni:
|
a) |
bit-titjib fit-tixrid tal-informazzjoni, il-ġbir tal-informazzjoni u l-ipproċessar tal-kontributi tal-atturi tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi konċernati mill-programm Bonus-169 kif ukoll il-mekkaniżmi tal-feedback. Għal dan il-għan għandha tiġi ggarantita t-trasparenza rigward ir-rikonoxximent u l-użu tal-kontributi tal-atturi kollha konċernati tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali Ewropej, u għandha titfassal sistema ta’ feedback adatta; |
|
b) |
bl-integrazzjoni tal-kontenut tal-kwistjonijiet li jitqajmu mill-atturi konċernati tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali Ewropej, fid-dibattiti u l-analiżijiet. L-isfida tkun li jiġi propost proċess li jkollu impatt tanġibbli fuq it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm Bonus-169 filwaqt li jitqiesu t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli (l-ambjent, is-soċjetà u l-ekonomija). |
1.7 Il-Kumitat mill-ġdid jappoġġja l-programm u l-mod kif se jiġi ffinanzjat, b’mezzi ġodda u dedikati għall-BONUS-169, u mhux biss bil-mezzi eżistenti, sakemm ma jkunux strumenti ta’ riċerka partikolarment adatti għall-għanijiet mixtieqa li jkunu allokati b’mod sħiħ għal perijodu fiss u b’baġit limitat.
1.8 Ir-riċerka fil-Baħar Baltiku hija ġġustifikata mill-fatt li dan il-baħar għandu fruntiera ma’ għadd kbir ta’ Stati Membri milquta mit-tniġġis qawwi li akkumula tul l-era industrijali u li għadu għaddej illum. Dan wassal biex isir waħda mill-iktar żoni akkwatiċi mniġġsa fid-dinja, sal-punt li qed jiġu mhedda għadd ta’ attivitajiet industrijali u artiġjanali billi l-maġġoranza tal-popolazzjoni u l-attivitajiet jinsabu mal-kosta. Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-pajjiżi konċernati kollha, anki l-Federazzjoni Russa jekk ikun hemm bżonn, għandhom ikunu involuti fir-riċerka u jagħtu l-kontribut tagħhom skont iċ-ċirkostanzi tagħhom u fid-dawl tas-sitwazzjoni reali fil-pajjiżi b’popolazzjoni baxxa u l-pajjiżi terzi.
2. Il-proposti tal-Kummissjoni
2.1 Is-seba’ programm qafas tal-Komunità Ewropea tal-20 ta’ Diċembru 2006 għall-attivitajiet tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni jistabbilixxi l-linji gwida reġjonali għall-2007-2013 fuq erba’ attivitajiet importanti: “Kooperazzjoni”, “Ideat”, “Nies” u “Kapaċitajiet”.
2.2 Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri tapplika dan il-qafas għall-problemi tal-Baħar Baltiku u tistabbilixxi l-objettivi u l-mezzi ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-programm.
2.3 Sabiex jinkisbu l-għanijiet tiegħu, il-BONUS-169 qed jiġi implimentat f’żewġ fażijiet distinti:
|
a) |
fażi strateġika inizjali ta’ sentejn, li matulha ser jinħolqu pjattaformi ta’ konsultazzjoni adatti għall-parteċipazzjoni attiva tal-atturi, ser titfassal aġenda strateġika ta’ riċerka, u ser jiġu żviluppati l-modalitajiet preċiżi tal-implimentazzjoni; |
|
b) |
fażi ta’ implimentazzjoni ta’ mill-inqas 5 snin, li matulha ser jitnedew mill-inqas tliet sejħiet għal proposti konġunti għall-finanzjament tal-programm BONUS-169 li mil-lat strateġiku huma mmirati skont l-għanijiet tal-programm. |
2.4 Is-suġġetti ser jinsiltu mill-aġenda strateġika ta’ riċerka BONUS-169, ser jirrispettaw kemm jista’ jkun il-pjan ta’ direzzjoni stabbilit minn qabel u ser jinkludu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku, taħriġ u/jew tixrid.
2.5 Waħda mill-ewwel fażijiet tal-programm BONUS-169 kienet il-konsultazzjoni wiesgħa tal-pubbliku. Tnediet paġna tal-Internet, saru valutazzjonijiet tal-impatt, u ġew ikkonsultati għadd ta’ NGOs. Dawn il-konsultazzjonijiet kienu neċessarji u għandhom jitkomplew waqt l-implimentazzjoni tal-programm. L-atturi tas-soċjetà ċivili li ssemmew hawn fuq għandhom jieħdu sehem fil-monitoraġġ tal-amministrazzjoni tal-fondi u tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm sabiex ikunu verament implimentati bil-għan li jsir investiment akbar u aħjar “fl-għarfien għat-tkabbir u x-xogħol” (1) skont ir-rakkomandazzjoni tal-Istrateġija riveduta ta’ Lisbona. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2009 jispeċifika li l-EEIG BONUS, li jamministra l-BONUS-169, għandu jirrapporta lill-Kummissjoni f’isem il-Komunità. Skont l-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-intrapriżi fil-qafas tal-BONUS-169 lill-Parlament u lill-Kunsill. B’hekk il-KESE m’għandu l-ebda mezz ta’ kontroll a posteriori u m’għandu l-ebda mezz biex jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar l-iżvilupp tal-programm tal-BONUS-169.
2.6 L-Anness 1, punt 1 tad-Deċiżjoni jistabbilixxi l-objettivi tal-BONUS-169. Minkejja li l-punt d) ifakkar fl-istabbiliment ta’ “Pjattaformi ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati xierqa inkluża r-rappreżentazzjoni mis-setturi kollha rilevanti”, l-ebda objettiv ma jsemmi l-objettivi soċjoekonomiċi tal-programm, u lanqas l-importanza tiegħu għall-iżvilupp tal-impjiegi madwar il-Baħar Baltiku.
2.7 L-Anness 2 huwa essenzjali għaliex jistabbilixxi l-korpi li jmexxu l-programm tal-BONUS-169. Il-punt 4 joħloq kumitat konsultattiv magħmul minn xjentisti b’reputazzjoni internazzjonali u rappreżentanti tas-setturi tal-partijiet konċernati u tas-soċjetà ċivili li jkollhom interess f’dawn is-setturi. Huwa f’dan il-qafas li r-rappreżentanti tal-impjegati u min iħaddem, l-NGOs u l-assoċjazzjonijiet ser ikollhom id-dritt li josservaw, jissorveljaw u jressqu proposti dwar il-programm tal-BONUS-169.
2.8 Il-programm huwa wieħed fit-tul, u jista’ jdum għaddej sakemm jiġu implimentati miżuri konġunti.
2.9 It-tnax-il punt tad-Deċiżjoni jindika li l-programm BONUS-169 “tmiss numru ta’ programmi ta’ riċerka tal-Komunità rilevanti fuq firxa ta’ attivitajiet tal-bniedem li għandhom impatti akkumulattivi fuq l-ekosistema bħas-sajd, l-akkwakultura, l-agrikoltura, l-infrastruttura, it-trasport, it-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi kif ukoll kwistjonijiet soċjoekonomiċi.”
2.10 L-istabbiliment tal-programm f’żewġ fażijiet għandu jippermetti “l-użu effettiv u assorbiment tar-riżultati għall-arranġamenti tal-politika u l-ġestjoni tar-riżorsi fuq serje wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi”.
2.11 Bl-istess mod, il-valutazzjoni tal-impatt tirreferi għall-involviment ekonomiku u soċjali fl-analiżi tal-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali li jistgħu jinħolqu (punt 5, li huwa partikolarment ġeneriku dwar l-aspetti soċjali u ambjentali). Ċerti għażliet jippermettu l-għajnuna lil setturi ekonomiċi oħra bħall-infrastruttura marittima, il-minjieri, il-parks tal-imtieħen tar-riħ, it-trasport, is-sajd, iż-żejt, il-gass u l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni biex jadottaw operati bbażati fuq ekosistema, li jikkawżaw inqas ħsara lill-ambjent. Dan il-punt tal-analiżi għadu mhux suffiċjenti għalkollox (mhux żviluppat biżżejjed), iżda juri b’mod ċar l-orjentazzjoni ġenerali li fuqha ser tkun ibbażata l-fażi strateġika tal-programm.
2.12 It-tliet proġetti li ser jintgħażlu u jiġu implimentati mill-EEIG BONUS żgur għandhom jikkunsidraw l-isfidi soċjoumani tat-tibdil fil-klima għaż-żoni kostali tal-Baħar Baltiku. Fil-fatt, it-tibdil fil-klima jista’ jwassal biex in-nies jimxu minn post għal ieħor b’konsegwenzi soċjali u impatti fuq l-impjieg li għandhom jiġu antiċipati, bħalma jfakkar il-KESE fl-abbozz ta’ opinjoni dwar “L-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tal-kosta”tat-13 ta’ Ottubru 2009. Jista’ jagħti l-każ li l-leġislazzjoni dwar ix-xogħol ta’ ċerti setturi ta’ attività bħas-sajd u t-trasport marittimu tevolvi. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkunsidra dawn il-fatturi u tipprevedi taqsima għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid fil-valutazzjoni u l-gwida tal-proġetti, bl-għajnuna tas-soċjetà ċivili u tal-KESE.
2.13 L-UE ser tittratta direttament l-EEIG BONUS, Netwerk ta’ Organizzazzjonijiet Baltiċi għall-Finanzjament tax-Xjenza, stabbilit f’Ħelsinki, il-Finlandja, li huwa l-istruttura ta’ implimentazzjoni speċifika tal-programm BONUS-169 u li ser tkun inkarigata mit-tqassim, l-amministrazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-użu tal-kontribut Komunitarju u tal-kontributi fi flus kontanti tal-Istati Membri.
2.14 Il-programm BONUS-169 huwa amministrat mis-segretarjat tal-EEIG BONUS. L-EEIG BONUS għandu jistabbilixxi l-istrutturi li ġejjin għall-finijiet tal-programm: kumitat ta’ tmexxija, segretarjat, kumitat konsultattiv, forum għar-riċerka settorjali u forum għall-koordinaturi tal-proġett.
2.14.1 Il-kumitat konsultattiv jgħin lill-kumitat ta’ tmexxija u lis-segretarjat. Huwa ser ikun magħmul minn xjentisti b’reputazzjoni internazzjonali, rappreżentanti tal-partijiet konċernati, inklużi s-setturi tat-turiżmu, tal-enerġiji rinnovabbli, tas-sajd u l-akkwakultura, tat-trasport marittimu, tal-bijoteknoloġiji u tal-provvedituri tat-teknoloġija kif ukoll tal-organizzazzjonijiet industrijali u tas-soċjetà ċivili li jkollhom interess f’dawn is-setturi, u fl-aħħar nett programmi oħra ta’ riċerka integrati fir-reġjun Baltiku jew f’reġjuni marittimi Ewropej oħra.
2.14.2 Huwa jipprovdi parir, gwida u rakkomandazzjonijiet rigward il-kwistjonijiet xjentifiċi u kwistjonijiet relatati mal-politika tal-programm tal-BONUS-169. Dawn il-pariri jistgħu jirrigwardaw l-objettivi, il-prijoritajiet u l-għanijiet tal-programm BONUS-169, il-mezzi kif jistgħu jittejbu l-prestazzjonijiet tal-programm u l-kwalità tar-riżultati li jinkisbu mir-riċerka, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, in-netwerking u r-rilevanza tal-ħidma biex jitwettqu l-objettivi tal-BONUS-169. Huwa ser jassisti wkoll fl-użu u t-tixrid tar-riżultati tal-BONUS-169.
2.14.3 Barra minn hekk, il-kumitat konsultattiv tal-BONUS, li jiġbor fih firxa ta’ atturi bħall-kummissjoni ta’ Ħelsinki, l-ICES, id-DĠ MARE, id-WWF u l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Finlandiżi, kellu rwol ċentrali wkoll fit-tħejjija tal-pjan xjentifiku u tal-istrateġija tal-implimentazzjoni tal-BONUS-169.
2.15 L-abbozz rivedut tal-aġenda tar-riċerka tal-BONUS-169, li tressaq lid-DĠ RTD f’Ġunju 2009, huwa bbażat l-aktar fuq il-ħidma u l-konsultazzjoni li twettqu għall-programm BONUS-169 oriġinali.
2.16 Huwa previst li matul il-fażi strateġika tal-programm issir sensiela sħiħa ta’ konsultazzjonijiet fuq bażi strateġika mal-atturi ta’ setturi konċernati oħra, bħall-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura, it-trasport u l-ġestjoni tal-ilma.
2.17 Il-pjattaformi tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati.
2.17.1 Fuq il-bażi ta’ analiżi fil-fond tal-partijiet interessati tal-programm tal-BONUS-169 fil-livell lokali, nazzjonali, reġjonali u Ewropew, ser jitwaqqfu pjattformi u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni sabiex tissaħħaħ u tiġi istituzzjonalizzata l-parteċipazzjoni tal-atturi konċernati fis-setturi kollha għall-identifikazzjoni ta’ lakuni kruċjali, l-għażla tas-suġġetti prijoritarji ta’ riċerka u t-titjib tal-użu tar-riżultati tar-riċerka. Dawn il-mekkaniżmi ser jinkludu l-parteċipazzjoni ta’ riċerkaturi, inklużi dawk tax-xjenzi naturali f’oqsma oħra minbarra l-baħar kif ukoll riċerkaturi u xjentisti soċjali u ekonomiċi, sabiex tiġi ggarantita l-multidixxiplinarità meħtieġa għat-tfassil tal-aġenda ta’ riċerka strateġika, il-viżjoni relatata u l-prijoritajiet tar-riċerka.
2.17.2 Ser jitwaqqaf forum permanenti għar-riċerka settorjali (li jinkludi r-rappreżentanti tal-ministeri u atturi oħra involuti fir-riċerka u l-governanza fir-reġjun Baltiku) li se jkun inkarigat mill-analiżi tal-ippjanar tal-programm, ir-riżultati tiegħu u l-ħtiġijiet ġodda fir-riċerka mil-lat tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan il-forum ser jippromovi l-progress tal-integrazzjoni pan-Baltika tar-riċerka, inkluż l-użu u l-ippjanar konġunti tal-infrastruttura; huwa ser jikkontribwixxi wkoll biex jiġu enfasizzati l-ħtiġijiet tar-riċerka, ser jippromovi l-applikazzjoni tar-riżultati tar-riċerki u ser jiffaċilita l-integrazzjoni tal-finanzjamenti.
2.18 L-isfidi tal-istudji tal-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli.
|
2.18.1 |
L-istudji tal-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli (SIŻS, jew SIA bl-Ingliż), huma strument politiku fundamentali biex jitkejlu l-konsegwenzi tal-politiki u l-miżuri fuq it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli (l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent). |
|
2.18.2 |
Is-SIŻS saru u ntużaw mill-Kummissjoni Ewropea, l-iktar fil-qafas tan-negozjati tal-ftehimiet kummerċjali (iżda wkoll b’mod inqas formali fil-kuntest tan-negozjati qabel l-adozzjoni tar-regolament Ewropew REACH u d-direttivi tal-Pakkett Ewropew dwar l-enerġija u l-klima), u jirrappreżentaw sfida sostanzjali għall-konsultazzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-pożizzjonijiet u t-talbiet tal-atturi tas-soċjetà ċivili. |
|
2.18.3 |
Ġew stabbiliti sensiela ta’ indikaturi bħala appoġġ għall-SIŻS:
|
|
2.18.4 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2) dwar l-SIŻS daħħlet qafas sħiħ għall-istudji tal-impatt f’kull qasam ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, fosthom in-negozjati u l-ftehimiet kummerċjali. F’Marzu 2006, id-DĠ Kummerċ Barrani ħareġ gwida metodoloġika li tifformalizza l-SIŻS tan-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi. |
|
2.18.5 |
Dawn l-SIŻS jistgħu jintużaw f’approċċ konsultattiv mal-atturi sinifikanti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. |
3. Kummenti ġenerali
3.1 Fl-2009, il-KESE kien tal-fehma li l-arranġamenti amministrattivi previsti kellhom jiġu ssemplifikati. Fl-opinjoni esploratorja tiegħu dwar “Il-kooperazzjoni makroreġjonali – L-applikazzjoni tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa” (3) huwa ppropona wkoll li jiġi stabbilit Forum konsultattiv għas-soċjetà ċivili tal-Baħar Baltiku sabiex jiġi ffaċilitat id-dibattitu pubbliku u s-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni rigward l-implimentazzjoni tal-istrateġija.
3.2 Fi proċess ta’ governanza globali makroreġjonali, huwa essenzjali li ssir komunikazzjoni dwar il-proġetti u li jsiru studji tal-impatt tal-proġetti fuq il-popolazzjonijiet u l-impjiegi. Jeħtieġ li jiġu involuti u li jinħolqu netwerks transkonfinali bejn l-organizzazzjonijiet li jagħmlu parti mill-istess grupp (sister organisations) fid-diversi Stati bħat-trejdjunjins, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet lokali u volontarji, sabiex tinħoloq soċjetà ċivili li tifhem il-problemi soċjoekonomiċi relatati mal-Baħar Baltiku. Il-popolazzjoni u l-impjegati għandhom ikunu dawk li jibbenefikaw minn frott il-proġetti tar-riċerka. Jeħtieġ li jiġu antiċipati l-bżonnijiet tal-iżvilupp mil-lat tat-taħriġ, inklużi l-iżviluppi li ser jesperjenza r-reġjun fil-futur qarib, konsegwenzi tal-istat attwali tar-riżorsi u tat-tisħin globali.
3.3 Il-punt 2.2.2 tal-Komunikazzjoni, dedikat għall-partijiet interessati, ma jispeċifikax in-natura ta’ dawn il-partijiet interessati, ħlief l-enfasi fuq il-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi. Dan il-punt għandu jsemmi l-importanza tas-soċjetà ċivili fil-ħolqien ta’ dawn il-pjattaformi tal-atturi, inkluż ir-rwol utli tal-imsieħba soċjali Ewropej tal-KESE kif ukoll il-Kumitati tad-djalogu soċjali settorjali Ewropej konċernati mill-programm BONUS-169.
3.4 Ir-rwol siewi tal-imsieħba soċjali Ewropej għandu jiġi rikonoxxut fis-sistema tat-tmexxija tal-programm BONUS-169.
3.5 Sabiex isir l-aħjar użu possibbli mir-rwol tal-imsieħba soċjali u ċivili, ikun utli li jiġi previst taħriġ għar-rappreżentanti tagħhom fil-ħidma tal-pjattformi għall-konsultazzjoni, li jkun imniżżel f’linja baġitarja.
4. Kummenti oħra
4.1 Dan huwa programm li tfassal sabiex jippromovi r-riċerka dwar it-tnaqqis tat-tniġġis fil-Baħar Baltiku u l-koordinazzjoni internazzjonali tar-riċerkaturi.
4.2 B’hekk jidher ċar biżżejjed li dan il-programm ta’ riċerka għandu implikazzjonijiet diretti ħafna:
|
— |
għan-nisġa ekonomika u industrijali tal-baċin, |
|
— |
għall-iżviluppi settorjali (intrasettorjali u intersettorjali), |
|
— |
għat-tipi ta’ impjieg, u l-ħiliet neċessarji, fejn eventwalment jista’ jkun li ċerti impjegati jkollhom jibdlu l-mestier jew li jsiru bidliet profondi fil-mestieri. |
4.3 Il-KESE jirrakkomanda l-proposti li ġejjin, li għandhom żewġ objettivi:
|
— |
li l-programm BONUS-169 iqis l-impatti soċjali, u l-impatt fuq il-professjonijiet, il-ħtiġijiet ta’ ħiliet ġodda u l-fatt li xi ħiliet li qed jintużaw bħalissa ma jibqgħux meħtieġa; u jekk jista’ jkun, li dawn l-impatti jkunu antiċipati (previżjoni, u azzjonijiet biex ċerti popolazzjonijiet jerġgħu jintużaw f’mestieri ġodda); |
|
— |
li l-miżuri għall-promozzjonijiet tal-effetti pożittivi u l-mitigazzjoni tal-effetti negattivi jiġu stabbiliti flimkien mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. |
4.4 Sabiex jintlaħqu dawn iż-żewġ objettivi msemmija hawn fuq, il-proposta ser tħaddan żewġ aspetti:
|
a. |
li r-rappreżentanti ekonomiċi u soċjali jiġu integrati b’mod sħiħ; |
|
b. |
li l-valutazzjoni tal-impatt ma ssirx fuq il-mudell tal-valutazzjoni tal-impatti interni fil-Kummissjoni, iżda fuq il-mudell tal-EEIG (b’xi titjib ukoll). |
4.4.1
|
— |
li jiġu integrati l-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti fil-forum għar-riċerka settorjali, kif intqal aktar ’il fuq; |
|
— |
iżda wkoll li jiddaħħlu ċerti kjarifiki dwar il-mekkaniżmi tal-konsultazzjoni tal-pjattaforma ta’ konsultazzjoni tal-partijiet interessati: jekk din hija sempliċement kuntatt bl-internet, informazzjoni regolari, mhi ser tiswa għal xejn:
|
4.4.2
|
— |
jissuġġerixxi li l-istudju tal-impatt ikun tassew studju tal-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli, u li jintegra l-elementi soċjali, ekonomiċi u ambjentali; |
|
— |
b’mod partikolari, m’għandhiex tintesa l-integrazzjoni tal-elementi assoċjati mal-aġġustamenti ekonomiċi u industrijali, bħat-transizzjonijiet fl-impjiegi; pereżempju, l-istudju jista’ jinkorpora elementi bħal:
|
|
— |
Dawn l-elementi jagħmlu parti mit-tħejjija ta’ ġestjoni reġjonali tal-ippjanar tal-impjiegi u l-ħiliet (4) u ma jistgħux jinħolqu f’iżolament fost ir-riċerkaturi. |
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) COM(2009) 610 finali, punt. 1.4.
(2) COM(2002) 276 finali.
(3) ĠU C 318, 23.12.2009, p. 6.
(4) Il-ġestjoni tal-ippjanar tal-ħiliet u l-impjiegi tippermetti antiċipazzjoni aħjar tal-adattament tal-ħiliet għall-impjiegi, għarfien aħjar dwar il-konsegwenzi tal-bidliet teknoloġiċi u ekonomiċi, sintesi aħjar tal-fatturi li jirfdu l-kompetittività, organizzazzjoni bbażata fuq il-kwalifiki u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema, ġestjoni aħjar tal-karrieri, tnaqqis fir-riskji u l-ispejjeż marbuta mal-iżbilanċji, selezzjoni u programmar aħjar tal-miżuri għall-aġġustament meħtieġ (sors: www.wikipedia.org).
|
19.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/114 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)”
COM(2010)12 – 2010/0004 (COD)
2011/C 18/21
Relatur Ġenerali: is-Sur SMYTH
Nhar id-19 ta’ Frar 2010 u nhar it-18 ta’ Frar 2010, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, iddeċiedew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)
COM(2010)12 – 2010/0004 (COD)
Nhar is-16 ta’ Frar 2010, il-Bureau tal-Kumitat inkariga lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tiegħu dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-462 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ April 2010 (seduta tad-29 ta’ April) li jaħtar lis-Sur Symth bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b’103 voti favur, vot wieħed kontra u 3 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet
1.1 Il-KESE jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jirregola l-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007–2010) issa ġiet ibbażata fuq l-Artikoli 175 u 352(1) tat-TFUE u għaldaqstant hija konformi mad-deċiżjoni tal-Kawża C-166/07 tat-3 ta’ Settembru 2009 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
1.2 Il-KESE japprova din il-proposta.
2. Raġunijiet u rakkomandazzjonijiet
2.1 Fl-1986 il-gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Irlanda ħolqu l-Fond Internazzjonali għall-Irlanda bil-għan li jippromovu l-avvanz soċjali u ekonomiku u jħeġġu r-rikonċiljazzjoni bejn in-Nazzjonalisti u l-Unjonisti fil-gżira tal-Irlanda. L-Unjoni Ewropea hi waħda mill-ikbar donaturi, flimkien mal-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u n-New Zealand, tal-EUR 849 miljun li appoġġjaw aktar minn 5 700 proġett fl-Irlanda ta’ Fuq u l-kontej konfinali tal-Irlanda għal aktar minn 20 sena.
2.2 Fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar “Ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq” (1) il-KESE jenfasizza l-importanza tal-Fond Internazzjonali għall-Irlanda u jappoġġja l-idea li tiġi emendata mill-aktar fis possibbli l-bażi legali li fuqha huma rregolati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għall-Fond Internazzjonali għall-Irlanda għall-perijodu 2007–2010, fid-dawl tal-Kawża C-166/07 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Brussell, 29 ta’ April 2010.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Mario SEPI
(1) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 100, punt 6.4.8.