ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.013.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
15ta' Jannar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 013/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 346, 18.12.2010

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 013/02

Kawża C-137/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — VB Pénzügyi Lízing Zrt. vs Ferenc Schneider (Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratti mal-konsumaturi — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tan-natura abbużiva ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2

2011/C 013/03

Kawża C-458/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur — Ġustifikazzjoni)

2

2011/C 013/04

Kawża C-540/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs Österreich-Zeitungsverlag GmbH (Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala prinċipju l-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw l-offerta ta’ premji lill-konsumaturi għax-xiri ta’ prodotti jew ta’ servizzi)

3

2011/C 013/05

Kawża C-543/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 56 KE u 43 KE — Moviment liberu tal-kapital — Azzjonijiet preferenzjali (golden shares) miżmuma mill-Istat Portugiż f’EDP — Energias de Portugal — Restrizzjonijiet fuq ix-xiri ta’ holdings u parteċipazzjoni fit-tmexxija ta’ kumpannija privatizzata)

3

2011/C 013/06

Kawża C-36/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Transportes Evaristo Molina, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol — Kuntratti għal żmien twil ta’ provvista esklużiva ta’ karburanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Dritt ta’ xiri mogħti lil ċerti pompi tal-petrol — Kundizzjonijiet għall-provvista minn Repsol — Lista tal- pompi tal-petrol ikkonċernati — Rikors għal annullament — Terminu għal preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza)

4

2011/C 013/07

Kawżi magħquda C-57/09 u C-101/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs B (C-57/09), D (C-101/09), (Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 12 — Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat — Artikolu 12(2)(b) u (ċ) — Kunċett ta delitt serju mhux politiku — Kunċett ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti — Sħubija f’organizzazzjoni involuta f’atti ta’ terroriżmu — Tniżżil ulterjuri ta’ din l-organizzazzjoni fil-lista’ ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Responsabbiltà individwali għal parti mill-atti mwettqa mill-imsemmija organizzazzjoni — Kundizzjonijiet — Dritt ta’ ażil taħt id-dritt kostituzzjonali nazzjonali — Kompatibbiltà tad-Direttiva 2004/83/KE)

4

2011/C 013/08

Kawża C-84/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — L-Isvezja) — X vs Skatteverket (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 138(1) — Akkwist intra-Komunitarju ta’ dgħajsa bil-qlugħ ġdida — Użu immedjat ta tal-merkanzija mixtrija fl-Istat Membru ta’ akkwist jew fi Stat Membru ieħor qabel it-trasferiment tagħha fid-destinazzjoni finali tagħha — Terminu li fih jibda t-trasport tal-merkanzija sal-post ta’ destinazzjoni — Tul ta’ żmien massimu tat-trasport — Mument rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid bil-ħsieb li jiġi intaxxat)

5

2011/C 013/09

Kawżi magħquda C-92/09 u C-93/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden — Ġermanja) — Volker und Markus Schecke GbR (C-92/09), Hartmut Eifert (C-93/09) vs Land Hessen (Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data ta’ natura personali — Pubblikazzjoni ta’ data dwar il-benefiċjarji ta’ għajnuna agrikola — Validità ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jipprovdu għal din il-pubblikazzjoni u li jistabilixxu l-modalitajiet tagħha — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Articoli 7 u 8 — Direttiva 95/46/KE — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 20)

6

2011/C 013/10

Kawża C-142/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra V.W. Lahousse, Lavichy BVBA (Direttivi 92/61/KEE u 2002/24/KE — Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta — Vetturi maħsuba għal kompetizzjonijiet, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road — Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni, il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ materjal li għandu l-għan li jżid is-saħħa tal-magna u/jew il-veloċità taċ-ċiklomuturi)

7

2011/C 013/11

Kawża C-152/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — André Grootes vs Amt für Landwirtschaft Parchim) (Politika agrikola komuni — Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll relattiva għal ċerti skemi ta’ għajnuna — Skema ta’ pagament uniku — Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Kalkolu tad-drittijiet għall-pagament — Artikolu 40(5) — Bdiewa li kienu taħt obbligi agroambjentali matul il-perijodu ta’ referenza — Artikolu 59(3) — Implementazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ pagament uniku — Artikolu 61 — Valuri differenti għal kull unit għall-ettari b’mergħa permanenti u għal kull ettaru ieħor eliġibbli għall-għajnuna)

7

2011/C 013/12

Kawża C-156/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Leverkusen vs Verigen Transplantation Service International AG (Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13A(1)(ċ) — Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku — Provvista ta’ kura medika — Estrazzjoni u moltiplikazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa sabiex jiġu impjantati mill-ġdid fil-pazjent)

8

2011/C 013/13

Kawża C-159/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bourges — Franza) — Lidl SNC vs Vierzon Distribution SA (Direttivi 84/450 u 97/55/KE — Kundizzjonijiet li taħthom ir-reklamar komparattiv huwa permess — Paragun ta’ prezzijiet li jirrigwardaw għażla ta’ prodotti tal-ikel mibjugħa miż-żewġ sensieli ta’ ħwienet kompetituri — Oġġetti li jservu l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan — Reklamar qarrieqi — Paragun li jirrigwarda karatteristika verfikabbli)

9

2011/C 013/14

Kawża C-164/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi — Direttiva 79/409/KEE — Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi — Kaċċa)

9

2011/C 013/15

Kawża C-226/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta' Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Għoti ta’ kuntratt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni — Servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tal-imsemmija direttiva — Servizzi mhux suġġetta għar-rekwiżiti kollha tal-imsemmija direttiva — Piż tal-kriterji għall-għoti ddeterminat wara l-preżentazzjoni tal-offerti — Bdil fil-piż wara l-ewwel eżami tal-offerti ppreżentati — Osservanza tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-obbligu ta’ trasparenza)

10

2011/C 013/16

Kawża C-229/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Hogan Lovells International LLP vs Bayer CropScience AG (Dritt tal-privattivi — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament (KE) Nru 1610/96 — Direttiva 91/414/KEE — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Għoti ta’ ċertifikat għal prodott li jkun kiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq provviżorja)

10

2011/C 013/17

Kawża C-232/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — Repubblika tal-Latvja) — Dita Danosa vs LKB Līzings SIA (Politika soċjali — Direttiva 92/85/KEE — Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu — Artikoli 2(a) u 10 — Kunċett ta’ ħaddiema tqila — Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha — Direttiva 76/207/KEE — Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa — Membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkeċċija ta’ tali membru mingħajr ebda restrizzjoni)

11

2011/C 013/18

Kawża C-247/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Alketa Xhymshiti vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach (Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 kif ukoll (KE) Nru 859/2003 — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Benefiċċji tal-familja — Ċittadin ta’ Stat terz li jaħdem l-Isvizzera u li jirresjedi flimkien mat-tfal tiegħu fi Stat Membru li tiegħu t-tfal għandhom iċ-ċittadinanza)

11

2011/C 013/19

Kawżi magħquda C-250/09 u C-268/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Plovdiv — il-Bulgarija) — Vasil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv (Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 6(1) — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Professuri universitarji — Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat lil hinn minn 65 sena — Irtirar obbligatorju mat-68 sena — Ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età)

12

2011/C 013/20

Kawża C-261/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Gaetano Mantello (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/JHA — Artikolu 3(2) — Ne bis in idem — Kunċett tal-istess atti — Possibbiltà għall-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-mandat li tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew — Sentenza definittiva fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat — Pussess ta’ drogi narkotiċi — Traffikar ta’ drogi narkotiċi — Organizzazzjoni kriminali)

13

2011/C 013/21

Kawża C-317/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Tpaċija tad-djun li jaqgħu taħt sistemi legali differenti — Talba għar-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem — Prinċipju ta’ litis denuntiatio — Drittijiet ta’ difiża u dritt għal smigħ xieraq)

13

2011/C 013/22

Kawża C-322/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Ilment ta’ kompetitur — Ammissibbiltà — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 4, 10, 13 u 20 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tipproċedix bl-evalwazzjoni tal-ilment — Klassifikazzjoni tal-miżuri mill-Kummissjoni, parzjalment, bħala li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u, parzjalment, bħala għajnuna eżistenti kompatibbli mas-suq komuni — Artikolu 230 KE — Kunċett ta’ att li ma jistax jiġi kkontestat )

14

2011/C 013/23

Kawża C-356/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Pensionsversicherungsanstalt vs Christine Kleist (Politika soċjali — Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-impjiegi u fix-xogħol — Direttiva 76/207/KEE — Artikolu 3(1)(ċ) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffaċilita t-tkeċċija tal-ħaddiema li jkunu kisbu d-dritt għall-pensjoni ta’ irtirar — Għan ta’ promozzjoni tal-impjieg għal persuni iżgħar fl-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-età li tagħti d-dritt għal din il-pensjoni għal 60 sena għan-nisa u għal 65 sena għall-irġiel)

14

2011/C 013/24

Kawża C-48/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/1/KE — Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li l-operat ta’ tali installazzjonijiet jitwettaq b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva)

15

2011/C 013/25

Kawża C-296/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Lis pendens — Rikors fuq il-mertu dwar id-dritt ta’ kustodja ta’ wild u talba għal miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja tal-istess wild)

15

2011/C 013/26

Kawża C-339/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Krasimir Asparuhov Estov, Monika Lyusien Ivanova u KEMKO INTERNATIONAL EAD vs Ministerski savet na Republika Balgaria

16

2011/C 013/27

Kawża C-474/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Settembru 2010 — Seaport (NI) Ltd, Magherafelt district Council, F P McCann (Developments) Ltd, Younger Homes Ltd, Heron Brothers Ltd, G Small Contracts u Creagh Concrete Products Ltd vs Department of the Environment for Northern Ireland, Department of the Environment for Northern Ireland

16

2011/C 013/28

Kawża C-486/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

17

2011/C 013/29

Kawża C-489/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-12 ta’ Ottubru 2010 — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda

17

2011/C 013/30

Kawża C-490/10: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

18

2011/C 013/31

Kawża C-492/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Immobilien Linz GmbH & Co KG vs Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr

18

2011/C 013/32

Kawża C-493/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fil-15 ta’ Ottubru 2010 — M. E. et v Refugee Applications Commissioner, Minister for Justice, Equality and Law Reform

18

2011/C 013/33

Kawża C-498/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Ottubru 2010 — X NV vs Staatssecretaris van Financiën

19

2011/C 013/34

Kawża C-499/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2010 — Vlaamse Oliemaatschappij vs F.O.D. Financiën

19

2011/C 013/35

Kawża C-505/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Sea Fighter vs Skatteministeriet

20

2011/C 013/36

Kawża C-507/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fil- 25 ta’ Ottubru 2010 — Denise Bernardi, irrappreżentata legalment minn Katia Mecacci vs Fabio Bernardi

20

2011/C 013/37

Kawża C-514/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Novembru 2010 — Wolf Naturprodukte GmbH vs SEWAR spol. s r. o

20

2011/C 013/38

Kawża C-516/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

21

2011/C 013/39

Kawża C-518/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Novembru 2010 — Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc vs Comptroller-General of Patents

21

2011/C 013/40

Kawża C-519/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Giovanni Colapietro vs Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

21

2011/C 013/41

Kawża C-537/10 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 minn Deltafina SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-29/05, Deltafina vs Il-Kummissjoni

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 013/42

Kawża T-35/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2010 — Codorniu Napa vs UASI Bodegas Ontañón (ARTESA NAPA VALLEY) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ARTESA NAPA VALLEY — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ARTESO u trade mark nazzjonali verbali preċedenti LA ARTESA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

23

2011/C 013/43

Kawża T-95/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fis-settur tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati — Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella — Sistema ta’ primjums għat-tabakk)

23

2011/C 013/44

Kawża T-113/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa — Għajnuna marbuta mad-daqs tal-uċuh tar-raba’ li tinħarat)

23

2011/C 013/45

Kawża T-9/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Talba għal restituzzjoni ta’ beni personali — Notifika tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment b’lingwa differenti minn dik tal-ilment — Rikors li ġie ppreżentat tard — Nuqqas li tingħata risposta fir-rigward ta’ kap ta’ talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza)

24

2011/C 013/46

Kawża T-137/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Nike International vs UASI — Muñoz Molina (R10) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R10 — Trade mark nazzjonali verbali mhux irreġistrata R10 — Ċessjoni tat-trade mark nazzjonali — Difett proċedurali)

24

2011/C 013/47

Kawża T-260/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2010 — UASI vs Simões Dos Santos (Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2003 — Tnaqqis għal żero u kalkolu mill-ġdid tal-ammont ta’ punti ta’ mertu — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal — Res judicata — Bażi legali — Non retroattività — Aspettattivi leġittimi — Dannu materjali — Telf ta’ possibbiltà ta’ promozzjoni — Danni morali)

24

2011/C 013/48

Kawża T-404/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2011/C 013/49

Kawża T-405/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid vertikali tal-kuluri griż u aħmar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid vertikali tal-kuluri griż u aħmar — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2011/C 013/50

Kawża T-61/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2010 — Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri — Talba għall-ħruġ ta’ ordni — Talba għal miżuri ta’ protezzjoni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

25

2011/C 013/51

Kawża T-101/09: Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Settembru 2010 — Maftah vs Il-Kummissjoni

26

2011/C 013/52

Kawża T-102/09: Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Settembru 2010 — Elosta vs Il-Kummissjoni

26

2011/C 013/53

Kawża T-488/10: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni

27

2011/C 013/54

Kawża T-491/10: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2010 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)

28

2011/C 013/55

Kawża T-507/10: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2010 — Viktor Uspaskich vs Il-Parlament Ewropew

28

2011/C 013/56

Kawża T-511/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 013/57

Kawża T-513/10: Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Novembru 2010 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)

29

2011/C 013/58

Kawża T-514/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2010 — Fruit of the Loom vs UASI — Blueshore Management (FRUIT)

30

2011/C 013/59

Kawża T-516/10: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 013/60

Kawża T-517/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2010 — Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI — Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

31

2011/C 013/61

Kawża T-519/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko (SG SEIKOH GIKEN)

32

2011/C 013/62

Kawża T-520/10: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2010 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

32

2011/C 013/63

Kawża T-522/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Hell Energy vs UASI — Hansa Mineralbrunnen (HELL)

33

2011/C 013/64

Kawża T-523/10: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Interkobo vs UASI — XXXLutz Marken (mybaby)

33

2011/C 013/65

Kawża T-525/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2010 — Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio vs UASI — Weinkellerei Lenz Moser (SERVO SUO)

34

2011/C 013/66

Kawża T-526/10: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2010 — Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni

34

2011/C 013/67

Kawża T-25/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2010 — Katjes Fassin vs UASI (Yoghurt-Gums)

35

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 013/68

Kawża F-77/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi — Esklużjoni ta’ kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra — Nuqqas ta’ tressiq ta’ lment — Inammissibbiltà tar-rikors)

36

2011/C 013/69

Kawża F-84/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu illi jirriżulta direttament mill-allegata illegalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-regoli applikabbli għall-persunal — Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Inammissibbiltà — Eżenzjoni mis-servizz minħabba rappreżentanza tal-persunal — Nuqqas ta’ adattament tax-xogħol — Żball)

36

2011/C 013/70

Kawża F-96/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Żieda supplimentari tas-salarju — Promozzjoni ad personam — Konsultazzjoni mal-kumitat tal-persunal sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji għall-għoti taż-żidiet supplimentari tas-salarju)

37

2011/C 013/71

Kawża F-9/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi — Att li jikkawża preġudizzju — Esklużjoni tal-kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess — Inkompetenza tal-EPSO)

37

2011/C 013/72

Kawża F-49/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2010 — Wendler vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni ta’ rtirar — Ħlas tal-pensjoni — Obbligu li jinfetaħ kont bankarju fil-pajjiż ta’ residenza — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku — Prinċipju ta’ ugwaljanza)

37

2011/C 013/73

Kawża F-3/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2010 — AB vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Ilment tardiv — Inammissibbiltà manifesta)

38

2011/C 013/74

Kawża F-82/10: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni

38

2011/C 013/75

Kawża F-83/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2010 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni

38

2011/C 013/76

Kawża F-84/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2010 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

39

2011/C 013/77

Kawża F-85/10: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2010 — AI vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

39

2011/C 013/78

Kawża F-87/10: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Adriaens et vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 013/79

Kawża F-91/10: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2010 — AK vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 013/80

Kawża F-92/10: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2010 — Dricot-Daniele et vs Il-Kummissjoni

40

2011/C 013/81

Kawża F-94/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’Ottubru 2010 — Carpenito vs Il-Kunsill

41

2011/C 013/82

Kawża F-97/10: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

41

2011/C 013/83

Kawża F-98/10: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Cervelli vs Il-Kummissjoni

42

2011/C 013/84

Kawża F-99/10: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Ashbrook et vs Il-Kummissjoni

42

2011/C 013/85

Kawża F-104/10: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2010 — De Pretis Cagnodo u Trampuz vs Il-Kummissjoni Ewropea

42

2011/C 013/86

Kawża F-109/10: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Schätzel vs Il-Kummissjoni

43

2011/C 013/87

Kawża F-110/10: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Couyoufa vs Il-Kummissjoni

43

2011/C 013/88

Kawża F-112/10: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA

43

2011/C 013/89

Kawża F-17/06: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Novembru 2010 — Vereecken vs Il-Kummissjoni

44

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/1


2011/C 13/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 346, 18.12.2010

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 328, 4.12.2010

ĠU C 317, 20.11.2010

ĠU C 301, 6.11.2010

ĠU C 288, 23.10.2010

ĠU C 274, 9.10.2010

ĠU C 260, 25.9.2010

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság — Ir-Repubblika tal-Ungerija) — VB Pénzügyi Lízing Zrt. vs Ferenc Schneider

(Kawża C-137/08) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratti mal-konsumaturi - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Eżami ex officio, mill-qorti nazzjonali, tan-natura abbużiva ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2011/C 13/02

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VB Pénzügyi Lízing Zrt.

Konvenut: Ferenc Schneider

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság — Interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tad-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni lil qorti li hija eqreb lejn is-sede tal-bejjiegħ jew tal-fornitur milli mid-domiċilju tal-konsumatur — Setgħa tal-qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura abbużiva ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-ġurisdizzjoni tagħha — Kriterji ta’ evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżola

Dispożittiv

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li l-qorti li tibda proċeduri għal rinviju għal deċiżjoni preliminari tinforma, ex officio, simultanjament, il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja fl-Istat Membru kkonċernat.

(2)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tapplika fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “klawżola inġusta” msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u fl-anness tagħha, kif ukoll tal-kriterji li l-qorti nazzjonali tista’ jew għandha tapplika waqt l-eżami ta’ klawżola kuntrattwali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, fid-dawl tal-fatt li hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi, billi tieħu inkunsiderazzjoni dawn il-kriterji, fuq il-klassifikazzjoni konkreta ta’ klawżola kuntrattwali partikolari skont iċ-ċirkustanzi proprji għall-każ.

(3)

Il-qorti nazzjonali għandha tieħu ex officio miżuri istruttorji sabiex tistabbilixxi jekk klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni territorjali esklużiva li tinsab fil-kuntratt li huwa s-suġġett tal-kawża li tressqet quddiemha, u li kien ġie konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 u, fl-affermattiv, tevalwa ex officio n-natura possibbilment abbużiva ta’ tali klawżola.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-458/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 49 KE - Settur tal-kostruzzjoni - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur - Ġustifikazzjoni)

2011/C 13/03

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Nunes dos Santos, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur

Dispożittiv

(1)

Billi teżiġi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li s-sistema nazzjonali inkwistjoni, u b’mod partikolari d-Digriet Liġi Nru 12/2004, tad-9 ta’ Jananr 2004, timponi għall-kisba tal-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju fil-Portugall ta’ attività fis-settur tal-kostruzzjoni u billi b’hekk teskludi li jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-obbligi ekwivalenti li għalihom dawn il-fornituri jkunu suġġetti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti kif ukoll il-verifiki li jkunu diġà twettqu f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet tal-Istat Membru msemmi, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs “Österreich”-Zeitungsverlag GmbH

(Kawża C-540/08) (1)

(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala prinċipju l-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw l-offerta ta’ premji lill-konsumaturi għax-xiri ta’ prodotti jew ta’ servizzi)

2011/C 13/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH Co. KG

Konvenuta:“Österreich”-Zeitungsverlag GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 5(2) u (5) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-edituri ta’ perjodiċi milli javżaw, jipproponu jew joffru mingħajr korrispetiv lill-konsumaturi premji marbuta ma perjodiku u milli jipproponu tali premji b’rabta mal-bejgħ ta’ oġġetti jew mal-provvista ta’ servizzi mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni l-karattru qarrieqi jew agressiv tal-prattika kummerċjali inkwistjoni — Leġiżlazzjoni li ma għandhiex biss bħala skop il-protezzjoni tal-konsumaturi iżda wkoll iż-żamma tal-pluraliżmu tal-istampa u l-protezzjoni tal-kompetituri inqas b’saħħithom — Kunċett ta’ prattika kummerċjali żleali

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“direttiva fuq il-prattiki kummerċjali żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall dik inkwestjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi projbizzjoni ġenerali ta’ bejgħ bi premji u li ma hijiex biss intiża sabiex tipproteġi lill-konsumaturi iżda għandh wkoll għanijiet oħrajn.

(2)

Il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni f’kompetizzjoni b’rigal, marbuta max-xiri ta’ ġurnal, ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali żleali fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29, minħabba l-fatt biss li din il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni f’logħba tirrappreżenta, għall-inqas għal parti mill-pubbliku kkonċernat, il-motiv determinanti li jwassalhom sabiex jixtru l-ġurnal.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-543/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 56 KE u 43 KE - Moviment liberu tal-kapital - Azzjonijiet preferenzjali (‘golden shares’) miżmuma mill-Istat Portugiż f’EDP - Energias de Portugal - Restrizzjonijiet fuq ix-xiri ta’ holdings u parteċipazzjoni fit-tmexxija ta’ kumpannija privatizzata)

2011/C 13/05

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, P. Guerra e Andrade u M. Teles Romão, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, C. Botelho Moniz u P. Gouveia e Melo, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 56 KE — Azzjonijiet speċifiċi (“golden shares”) tal-Istat Portugiż fil-kumpannija EDP — Energias de Portugal

Dispożittiv

(1)

Billi żżomm drittijiet speċjali f’EDP — Energias de Portugal, bħal dawk ipprovduti f’dan il-każ mil-Liġi Nru 11/90 li tirrigwarda liġi qafas dwar il-privatizzazzjonijiet (Lei n. 11/90, Lei Quadro das Privatizações), tal 5 ta’ April 1990, mid-Digriet Liġi Nru 141/2000, tal-15 ta’ Lulju 2000, li japprova r-raba’ fażi tal-proċess ta’ privatizzazzjoni mill-ġdid tal-kapital azzjonarju ta’ EDP — Électricité du Portugal SA, u mill-istatuti tal-imsemmija kumpannija favur l-Istat Portugiż u entitajiet pubbliċi oħrajn, mogħtija flimkien ma’ azzjonijiet preferenzjali (“golden shares”) miżmuma minn dan l-Istat fil-kapital azzjonarju tal-imsemmija kumpannija, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.

(2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Transportes Evaristo Molina, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-36/09 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Spanjol tal-pompi tal-petrol - Kuntratti għal żmien twil ta’ provvista esklużiva ta’ karburanti - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Dritt ta’ xiri mogħti lil ċerti pompi tal-petrol - Kundizzjonijiet għall-provvista minn Repsol - Lista tal- pompi tal-petrol ikkonċernati - Rikors għal annullament - Terminu għal preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza)

2011/C 13/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Transportes Evaristo Molina, SA (rappreżentanti: A. HernándezPardo, S. Beltrán Ruiz u M. L. Ruiz Ezquerra, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Gippini Fournier, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (rappreżentanti: F. Lorente Hurtado u P. Vidal Martínez, avukati)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (Ir-Raba’ Awla), tal-14 ta’ Novembru 2008, Transportes Evaristo Molina vs Il-Kummissjoni (T-45/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/446/KE, tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/B-1/38348 — Repsol CPP) (sommarju ppubblikat fil-ĠU L 176, p. 104), li trendi vinkolanti l-impenji li Repsol CPP assumiet, adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81[KE] u 82[KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Transportes Evaristo Molina SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs B (C-57/09), D (C-101/09),

(Kawżi magħquda C-57/09 u C-101/09) (1)

(Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 12 - Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 12(2)(b) u (ċ) - Kunċett ta ‘delitt serju mhux politiku’ - Kunċett ta’ ‘atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti’ - Sħubija f’organizzazzjoni involuta f’atti ta’ terroriżmu - Tniżżil ulterjuri ta’ din l-organizzazzjoni fil-lista’ ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Responsabbiltà individwali għal parti mill-atti mwettqa mill-imsemmija organizzazzjoni - Kundizzjonijiet - Dritt ta’ ażil taħt id-dritt kostituzzjonali nazzjonali - Kompatibbiltà tad-Direttiva 2004/83/KE)

2011/C 13/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland

Konvenuti: B (C-57/09), D (C-101/09)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht Leipzig — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) — Ċittadin ta’ pajjiż terz li appoġġja attivament, fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, il-ġlieda armata ta’ organizzazzjoni li tinsab fil-lista ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi li hemm fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2002/462/PESK tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 160, p. 32), u li kien ittorturat u kkundannat darbtejn għal ħabs għal għomru f’dan l-istess pajjiż — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/83/KE li jipprovdu l-esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat lil applikant li jkun eżerċita fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu attività ta’ terrorista — Setgħa tal-Istati Membri li jagħtu l-istatus ta’ refuġjat abbażi ta’ dispożizzjonijiet kostituzzjonali, fil-preżenza ta’ raġuni ta’ esklużjoni ta’ dan l-istatus ipprovdut mid-direttiva ċċitata iktar ’il fuq

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-fatt li persuna kienet tagħmel parti minn organizzazzjoni mniżżla fil-lista li tikkostitwixxi l-anness għall-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, minħabba l-involviment tagħha fl-atti ta’ terroriżmu u kienet tappoġġja b’mod attiv il-ġlieda armata mmexxija minn din l-organizzazzjoni ma tikkostitwixxix awtomatikament raġuni serja sabiex wieħed jaħseb li din il-persuna kkommettiet “delitt serju mhux politiku” jew “atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti”;

il-konstatazzjoni, f’dan il-kuntest, li hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jaħseb li persuna kkommettiet tali delitt jew li tkun ħatja ta’ tali aġir hija suġġetta għal evalwazzjoni, skont il-każ partikolari, tal-fatti speċifiċi sabiex jiġi ddeterminat jekk l-atti mwettqa mill-organizzazzjoni kkonċernata jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-imsemmija dispożizzjonijiet u jekk tista’ tiġi attribwita responsabbiltà individwali fit-twettiq ta’ dawn l-atti lill-persuna kkonċernata, fid-dawl tal-livell ta’ prova rikjest mill-Artikolu 12(2).

(2)

L-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 ma hijiex suġġetta għall-fatt li l-persuna kkonċernata tkun ta’ periklu attwali għall-Istat Membru ospitanti.

(3)

L-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) jew (ċ) tad-Direttiva 2004/83 ma hijiex suġġetta għal eżami ta’ proporzjonalità fir-rigward ta’ din il-kawża.

(4)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu dritt ta’ ażil taħt id-dritt nazzjonali tagħhom lil persuna eskluża mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva, sakemm dan it-tip ieħor ta’ protezzjoni ma jkunx jinvolvi riskju ta’ konfużjoni mal-istatus ta’ refuġjat fis-sens ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — L-Isvezja) — X vs Skatteverket

(Kawża C-84/09) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 138(1) - Akkwist intra-Komunitarju ta’ dgħajsa bil-qlugħ ġdida - Użu immedjat ta tal-merkanzija mixtrija fl-Istat Membru ta’ akkwist jew fi Stat Membru ieħor qabel it-trasferiment tagħha fid-destinazzjoni finali tagħha - Terminu li fih jibda t-trasport tal-merkanzija sal-post ta’ destinazzjoni - Tul ta’ żmien massimu tat-trasport - Mument rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid bil-ħsieb li jiġi intaxxat)

2011/C 13/08

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenuta: Skatteverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 20 u 138 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, dwar is-sistema ta’ taxxa komuni fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Xiri ta’ dgħajsa bil-qlugħ ġdida fi Stat Membru A minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru B għall-użu privat immedjat tagħha mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru A jew fi Stati Membri oħra matul ċertu perijodu qabel ma d-dgħajsa bil-qlugh tittieħed lejn id-destinazzjoni finali tagħha fl-Istat Membru B — Terminu li fih jibda t-trasport tal-merkanzija sal-post ta’ destinazzjoni — Tul ta’ żmien massimu tat-trasport — Mument rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid bil-ħsieb li jiġi intaxxat

Dispożittiv

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis sens li l-kwalifika ta’ tranżazzjoni bħala provvista jew akkwist intra Komunitarju ma tistax tiddependi fuq l-osservanza ta’ terminu kwalunkwe li fih it-trasport tal-merkanzija inkwistjoni mill-Istat Membru ta’ provvista lejn l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jibda jew jintemm. Fil-każ partikolari tal-akkwist ta’ mezz ta’ trasport ġdid fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b)(ii) ta’ din id-direttiva, id determinazzjoni tan-natura intra-Komunitarja tat-tranżazzjoni għandha ssir permezz ta’ evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha kif ukoll tal-intenzjoni tal-persuna li qed takkwista, sa kemm din tkun sostnuta minn elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi identifikat l Istat Membru li fih huwa għandu jseħħ l-użu finali tal-merkanzija kkonċernata.

(2)

Sabiex jiġi evalwat jekk mezz ta’ trasport li huwa s-suġġett ta’ akkwist intra-Komunitarju huwiex ġdid fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad Direttiva 2006/112, għandu jiġi kkunsidrat il-mument tal-provvista tal-merkanzija kkonċernata mill-bejjiegħ lill-persuna li qed takkwista


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden — Ġermanja) — Volker und Markus Schecke GbR (C-92/09), Hartmut Eifert (C-93/09) vs Land Hessen

(Kawżi magħquda C-92/09 u C-93/09) (1)

(Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data ta’ natura personali - Pubblikazzjoni ta’ data dwar il-benefiċjarji ta’ għajnuna agrikola - Validità ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jipprovdu għal din il-pubblikazzjoni u li jistabilixxu l-modalitajiet tagħha - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Articoli 7 u 8 - Direttiva 95/46/KE - Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 20)

2011/C 13/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volker und Markus Schecke GbR GbR (C-92/09), Hartmut Eifert (C-93/09)

Konvenut: Land Hessen

fil-preżenza ta’: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Wiesbaden — Validità tal-punt 8b tal-Artikolu 42(1) u tal-Artikolu 44a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 76, p. 28) u tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7, tat-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u tal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) — Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali ta’ benefiċjarji ta’ fondi agrikoli Ewropej li jikkonsistu fil-pubblikazzjoni ta’ din id-data fuq sit tal-Internet mgħammar b’għodda ta’ riċerka — Validità, fid-dawl tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data ta’ natura personali, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju li jipprovdu għal din il-pubblikazzjoni u li jistabbilixxu r-regoli dettaljati tagħha — Kundizzjonijiet li fihom tista’ tiġi effettwata din il-pubblikazzjoni

Dispożittiv

(1)

Il-punt 8(b) tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 44(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1437/2007, tas-26 ta’ Novembru 2007, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta’ Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), huma invalidi inkwantu, fir-rigward ta’ persuni fiżiċi li huma benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG u mill-FAEŻR, dawn id-dispożizzjonijiet jimponu l-pubblikazzjoni ta’ data ta’ natura personali relatata ma’ kull benefiċjarju, mingħajr distinzjoni skont kriterji rilevanti, bħall-perijodi li matulhom huma rċevew l-għajnuna, il-frekwenza jew anki t-tip u d-daqs tagħha.

(2)

L-invalidità tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv ma tippermettix illi jiġu kkontestati l-effetti tal-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG u mill-FAEŻR li saret mill-awtoritajiet nazzjonali, abbażi tal-imsemmija dispożizzjonijiet, matul il-perijodu preċedenti għad-data tal-għoti ta’ din is-sentenza.

(3)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens illi l-uffiċjal tal-protezzjoni ta’ data ta’ natura personali ma għandux obbligu li jipproċedi sabiex jinżamm ir-reġistru previst minn din id-dispożizzjoni qabel l-implementazzjoni tal-operazzjoni ta’ ipproċessar ta’ data ta’ natura personali, bħal dak li jirriżulta mill-punt 8(b) tal-Artikolu 42 u mill-Artikolu 44(a) tar-Regolament Nru 1290/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1437/2007, u mir-Regolament Nru 259/2008.

(4)

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens illi ma jobbligax lill-Istati Membri illi jissuġġettaw għall-verifiki minn qabel kif previst mill-imsemmija dispożizzjoni, il-pubblikazzjoni ta’ data li tirriżulta mill-punt 8(b) tal-Artikolu 42 u mill-Artikolu 44(a) tar-Regolament Nru 1290/2005, kif emendat bir-Regolament Nru 1437/2007, u mir-Regolament Nru 259/2008.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009

ĠU C 119, 16.05.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra V.W. Lahousse, Lavichy BVBA

(Kawża C-142/09) (1)

(Direttivi 92/61/KEE u 2002/24/KE - Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta - Vetturi maħsuba għal kompetizzjonijiet, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road - Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni, il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ materjal li għandu l-għan li jżid is-saħħa tal-magna u/jew il-veloċità taċ-ċiklomuturi)

2011/C 13/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

V.W. Lahousse, Lavichy BVBA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1), 12 u 15(2) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Marzu 2002, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 399-442) — Eċċezzjoni fir-rigward ta’ vetturi maħsuba għal użu f’kompetizzjoni, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi tali eċċezzjoni

Dispożittiv

Id-Direttivi 92/61/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 1992, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif ukoll 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Marzu 2002, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva 92/61, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, diment li vettura jew komponent jew entità teknika li qed issir referenza għalihom ma jibbenefikawx mill-proċedura ta’ approvazzjoni li huma jimplementaw, għar-raġuni b’mod partikolari li huma ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi, id-dispożizzjonijiet tagħhom ma jipprekludux li għall-imsemmija vettura, komponent jew entità teknika, Stat Membru jistabbilixxi fil-kuntest tad-dritt nazzjonali tiegħu, sistema analoga ta’ rikonoxximent ta’ kontrolli li saru minn Stati Membri oħra. Fi kwalunkwe każ, leġiżlazzjoni bħal din għandha tirrispetta d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin — il-Ġermanja) — André Grootes vs Amt für Landwirtschaft Parchim)

(Kawża C-152/09) (1)

(Politika agrikola komuni - Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll relattiva għal ċerti skemi ta’ għajnuna - Skema ta’ pagament uniku - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Kalkolu tad-drittijiet għall-pagament - Artikolu 40(5) - Bdiewa li kienu taħt obbligi agroambjentali matul il-perijodu ta’ referenza - Artikolu 59(3) - Implementazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ pagament uniku - Artikolu 61 - Valuri differenti għal kull ‘unit’ għall-ettari b’mergħa permanenti u għal kull ettaru ieħor eliġibbli għall-għajnuna)

2011/C 13/11

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Schwerin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: André Grootes

Konvenut: Amt für Landwirtschaft Parchim

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichts Schwerin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 40(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40 p. 269) — Każijiet li fihom il-bdiewa suġġetti għal obbligi agroambjentali waqt il-perijodu ta’ referenza jistgħu jitolbu li l-ammont ta’ referenza jiġi kkalkolat fuq il-bażi tas-sena preċedenti għal dik tal-parteċipazzjoni fl-obbligi msemmija iktar ’il fuq.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 40(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta fl-Istat Membru kkonċernat ikunu ġew stabbiliti valuri differenti għal kull ‘unit’ għall-ettari b’mergħa u għal kull ettaru ieħor eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 61 ta’ dan ir-regolament, bidwi li fid-data ta’ referenza msemmija f’dan l-Artikolu jkun suġġett għal obbligi agroambjentali taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, tat-30 ta’ Ġunju 1992, dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb, assunti immedjatament wara obbligi agroambjentali li kellhom l-għan li art li tinħarat tiġi kkonvertita f’art għall-mergħa permanenti, jista’ jitlob li d-drittijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59(3) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 319/2006, jiġu kkalkolati abbażi tal-valuri għal kull unit stabbiliti għall-ettari eliġibbli għall-għajnuna li ma jkunux ettari b’mergħa.

(2)

L-Artikolu 40(5) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 319/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 61 ta’ dan ir-regolament, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li biss l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn it-tibdil fl-użu ta’ art li tinħarat f’art għall-mergħa permanenti u l-parteċipazzjoni f’miżura agroambjentali tippermetti li ma jiġix ikkunsidrat, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tad-drittijiet għall-pagament, il-fatt li dik l-art kienet tintuża bħala art għall-mergħa permanenti fid-data ta’ referenza prevista mill-Artikolu 61 tal-imsemmi regolament, kif emendat.

(3)

L-Artikolu 40(5) tar-Regolament Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament Nru 319/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 61 ta’ dan ir-regolament, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu mhijiex suġġetta għall-kundizzjoni li l-bidwi li jippreżenta l-applikazzjoni għall-pagament uniku jkun ukoll dak li biddel l-użu tal-art inkwistjoni.


(1)  ĠU C 167, 18.7.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Leverkusen vs Verigen Transplantation Service International AG

(Kawża C-156/09) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(ċ) - Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet fl-interess pubbliku - Provvista ta’ kura medika - Estrazzjoni u moltiplikazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa sabiex jiġu impjantati mill-ġdid fil-pazjent)

2011/C 13/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Leverkusen

Konvenuta: Verigen Transplantation Service International AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(ċ) u tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28b F tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Estrazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa tal-ġogi mill-materjal kartilaġinuż meħud minn bniedem minn persuni stabbiliti fi Stati Membri oħra u l-moltiplikazzjoni sussegwenti tal-imsemmija ċelloli sabiex jiġu impjantati f’pazjent mill-istess persuni — Determinazzjoni tal-post tal-provvista tas-servizzi — Eżenzjoni ta’ dawn is-servizzi inkwantu jikkostitwixxu “disposizzjonijiet [provvista ta’] tal-kura medika fl-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi”?

Dispożittiv

L-Artikolu 13A(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estrazzjoni ta’ ċelloli tal-qarquċa tal-ġogi mill-materjal kartilaġinuż meħud minn bniedem u l-moltiplikazzjoni sussegwenti tagħhom sabiex jiġu impjantati mill-ġdid għal finijiet terapewtiċi jikkostitwixxu “[provvista] ta’ kura medika” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bourges — Franza) — Lidl SNC vs Vierzon Distribution SA

(Kawża C-159/09) (1)

(Direttivi 84/450 u 97/55/KE - Kundizzjonijiet li taħthom ir-reklamar komparattiv huwa permess - Paragun ta’ prezzijiet li jirrigwardaw għażla ta’ prodotti tal-ikel mibjugħa miż-żewġ sensieli ta’ ħwienet kompetituri - Oġġetti li jservu l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan - Reklamar qarrieqi - Paragun li jirrigwarda karatteristika verfikabbli)

2011/C 13/13

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Bourges

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl SNC

Konvenuta: Vierzon Distribution SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de commerce de Bourges — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3a tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar reklamar qarrieqi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 227), kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 365) — Rekwiżiti għal-legalità tar-reklamar komparattiv — Paragun tal-prezzijiet mitluba minn katina kompetitriċi ta’ ħwienet kbar — Oġġetti li jservu l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan

Dispożittiv

L-Artikolu 3a(1)(b) tad Direttiva tal Kunsill 84/450/KEE, tal-10 ta’ Settembru 1984, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 1997, għandu jiġi intepretata fis-sens li l-fatt biss li l-prodotti tal-ikel jiddifferenzjaw fir-rigward tal-fatt li dawn jittieklu u rigward il-gost li jesperjenzaw il-konsumaturi waqt li jiekluhom, skont il-kundizzjonijiet u l-post ta’ produzzjoni tagħhom, l-ingredjenti tagħhom u l-identità tal-produttur tagħhom, ma huwiex ta’ natura li jeskludi li l-paragun ta’ tali prodotti jista’ jissodisfa r-rekwiżit stabbilit bl-imsemmija dispożizzjoni u jeħtieġ li dawn il-prodotti jservu l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan, jiġifieri li jippreżentaw bejniethom livell suffiċjenti ta’ interkambjalità.

L Artikolu 3a(1)(a) tad-Direttiva 84/450, kif emendata bid-Diretteva 97/55, għandu jiġi interpretat fis-sens li reklamar bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jkun qarrieqi, b’mod partikolari:

jekk ikun ikkonstatat, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti ta’ din il-kawża, u partikolarment tal-indikazzjonijiet jew tal-omissjonijiet li jakkompanjaw dan ir-reklamar, li d-deċiżjoni ta’ xiri ta’ numru sinjifikattiv ta’ konsumaturi li lilhom huwa indirizzat tista’ tittieħed bil-fehma żbaljata li l-għażla ta’ prodotti magħmula minn min jirreklama tirrappreżenta l-livell ġenerali tal-prezzijiet tiegħu meta mqabbla ma’ dak tal-kompetitur tiegħu li, għaldaqstant, dawn il-konsumaturi jiffrankaw bil-mod kif iddikjarat mill-imsemmi reklamar billi jixtru regolarment oġġetti tal-ikel ta’ kuljum mingħand min jirreklama pjuttost mingħand l-imsemmi kompetitur, jew ukoll bil-fehma żbaljata li l-prodotti kollha tal-kompetitur huma irħas minn dawk tal-kompetitur tiegħu, jew

jekk ikun ikkonstatat li, għall-finijiet ta’ paragun magħmul mill-perspettiva esklużiva tal-prezz, intgħażlu prodotti tal-ikel li jippreżentaw għaldaqstant differenzi ta’ natura li tikkundizzjona b’mod sensibbli l-għażla tal-konsumatur medju, mingħajr ma l-imsemmija differenzi jirriżultaw mir-reklamar ikkonċernat.

L-Artikolu 3a(1)(ċ) tad-Direttiva 84/450, kif emendata bid-Direttiva 97/55, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni ta’ verifikabbiltà li tipprovdi l-imsemmija dispożizzjoni teżiġi,fir-rigward ta’ reklamar bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jipparaguna l-prezzijiet taż-żewġ assortimenti ta’ oġġetti, li l-oġġetti inkwistjoni jistgħu jiġu preċiżament identifikati abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-imsemmi reklamar.


(1)  ĠU C 180,01.08.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-164/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Direttiva 79/409/KEE - Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi - Kaċċa)

2011/C 13/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra u D. Recchia, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Calmieri, aġent u G. Fiengo, avukat)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) — Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi — Regione Veneto

Dispożittiv

(1)

Peress li r-Regione Veneto adotta u applika leġiżlazzjoni li tawtorizza derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar li ma tossrvax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, ir-Repubblika Taljan naqset milli twettaq l-obbligi taħt l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva.

(2)

Ir-Repubblika Taljan hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta' Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-226/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Għoti ta’ kuntratt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni - Servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tal-imsemmija direttiva - Servizzi mhux suġġetta għar-rekwiżiti kollha tal-imsemmija direttiva - Piż tal-kriterji għall-għoti ddeterminat wara l-preżentazzjoni tal-offerti - Bdil fil-piż wara l-ewwel eżami tal-offerti ppreżentati - Osservanza tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-obbligu ta’ trasparenza)

2011/C 13/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: M. Konstantinidis u A.-A. Gilly, aġenti]

Konvenuta: L-Irlanda [rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, A. Collins SC]

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Għoti ta’ kuntratt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni - Servizzi mhux suġġetti għar-rekwiżiti kollha tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 137) – Piż tal-kriterji għall-għoti wara s-sottomissjoni ta’ offerti - Prinċipji ta’ trattament ugwali tal-offerenti u ta’ trasparenza

Dispożittiv

(1)

Billi bidlet il piż tal-kriterji għall għoti ta’ kuntratt għall provvista ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni wara l ewwel eżami tal offerti ppreżentati, l Irlanda naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt il prinċipju ta’ trattament ugwali u l obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu kif interpretati mill Qorti tal Ġustizzja.

(2)

Il kumplament tar rikors huwa miċħud.

(3)

Il Kummissjoni Ewropea u l Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Hogan Lovells International LLP vs Bayer CropScience AG

(Kawża C-229/09) (1)

(Dritt tal-privattivi - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1610/96 - Direttiva 91/414/KEE - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Għoti ta’ ċertifikat għal prodott li jkun kiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq provviżorja)

2011/C 13/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hogan Lovells International LLP

Konvenuta: Bayer CropScience AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335) — Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni — Possibbiltà li l-imsemmi ċertifikat jinħareġ abbażi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tqegħid fis-suq, mogħtija skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE — Sustanza attiva iodosulfuron

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jinħareġ għall-prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li kiseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq valida skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Frar 2005.


(1)  ĠU C 220 12.09.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — Repubblika tal-Latvja) — Dita Danosa vs LKB Līzings SIA

(Kawża C-232/09) (1)

(Politika soċjali - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu - Artikoli 2(a) u 10 - Kunċett ta’ ‘ħaddiema tqila’ - Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqila matul il-perijodu mill-bidu tat-tqala tagħha sat-tmiem tal-leave tal-maternità tagħha - Direttiva 76/207/KEE - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa - Membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkeċċija ta’ tali membru mingħajr ebda restrizzjoni)

2011/C 13/17

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dita Danosa

Konvenuta: LKB Līzings SIA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110) — Kunċett ta’ ħaddiem — Kompatibbiltà mad-direttiva ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza t-tkeċċija ta’ membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju mingħajr ebda restrizzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni t-tqala ta’ tali membru

Dispożittiv

(1)

Membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, li jagħti servizzi lil din tal-aħħar u li jifforma parti integrali minnha, għandu jiġi kkunsidrat bħala ħaddiem għall-finijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), jekk il-funzjonijiet tiegħu huma mwettqa, matul ċertu perijodu, taħt id-direzzjoni jew il-kontroll ta’ organu ieħor ta’ din il-kumpannija u jekk, inkambju għal dawn il-funzjonijiet, huwa jirċievi remunerazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju illi għandha tivverifika l-fatti meħtieġa sabiex tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża li minnha hija adita.

(2)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85 għandu jiġi interpretat fis-sens illi jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li t-tneħħija ta’ membru ta’ bord ta’ diretturi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju mingħajr restrizzjoni meta l-persuna kkonċernata hija kklassifikata bħala “ħaddiema tqila” fis-sens ta’ din id-direttiva u li d-deċiżjoni ta’ tneħħija meħuda fil-konfront tagħha hija essenzjalment ibbażata fuq l-istat ta’ tqala tagħha. Anki jekk il-membru kkonċernat ta’ bord ta’ diretturi ma hijiex hekk ikklassifikata, xorta jibqa’ l-fatt illi t-tneħħija ta’ membru ta’ bord ta’ diretturi li jeżerċita funzjonijiet bħal dawk deskritti fil-kawża prinċipali minħabba tqala jew minħabba raġuni essenzjalment ibbażata fuq dan l-istat tista’ tikkonċerna biss in-nisa, u għalhekk tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, kuntrarja għall-Artikoli 2(1) u (7) u 3(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Alketa Xhymshiti vs Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

(Kawża C-247/09) (1)

(Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Regolamenti (KEE) Nri 1408/71 u 574/72 kif ukoll (KE) Nru 859/2003 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Benefiċċji tal-familja - Ċittadin ta’ Stat terz li jaħdem l-Isvizzera u li jirresjedi flimkien mat-tfal tiegħu fi Stat Membru li tiegħu t-tfal għandhom iċ-ċittadinanza)

2011/C 13/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alketa Xhymshiti

Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit — Familienkasse Lörrach

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Baden-Württemberg — Interpretazzjoni, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 317) u, min-naħa l-oħra, tal-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) kif ukoll tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83) — Ċittadin ta’ Stat terz li jaħdem fil-Konfederazzjoni Svizzera u li jirresjedi flimkien ma’ martu u uliedu fi Stat Membru li tiegħu uliedu għandhom iċ-ċittadinanza — Rifjut ta’ għoti tal-allowances tal-familja mill-Istat Membru ta’ residenza — Kompatibbiltà ta’ tali rifjut tal-allowances tal-familja mad-dispożizzjonijiet Komunitarji ċċitati iktar ’il fuq

Dispożittiv

(1)

Fil-każ fejn ċittadin ta’ Stat terz jirresjedi legalment fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u jaħdem l-Isvizzera, dan iċ-ċittadin ma huwiex suġġett, fl-Istat Membru ta’ residenza, għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003, tal-14 ta’ Mejju 2003, li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, peress li dan ir-Regolament Nru 859/2003 ma jinsabx indikat fost l-atti Komunitarji msemmija fis-Sezzjoni A tal-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999, li l-partijiet għal dan il-ftehim jintrabtu li japplikaw. Konsegwentement, l-obbligu, għall-Istat Membru ta’ residenza, li japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, għal dan l-impjegat u l-konjuġi tiegħu ma jistax jiġi kkonstatat.

(2)

L-Artikoli 2, 13 u 76 tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72 ma humiex applikabbli għal ċittadina ta’ Stat terz fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u dan sa fejn is-sitwazzjoni tagħha taqa’ taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. Il-fatt biss li t-tfal ta’ din iċ-ċittadina huma ċittadini tal-Unjoni ma jistax jirrendi illegali r-rifjut li jingħataw allowances tal-familja fl-Istat Membru ta’ residenza meta, kif jirriżulta mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-kundizzjonijiet legali neċessarji għall-finijiet ta’ dan l-għoti ma humiex sodisfatti.


(1)  ĠU C 233, 26.09.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Plovdiv — il-Bulgarija) — Vasil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv

(Kawżi magħquda C-250/09 u C-268/09) (1)

(Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 6(1) - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Professuri universitarji - Dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat lil hinn minn 65 sena - Irtirar obbligatorju mat-68 sena - Ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età)

2011/C 13/19

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Plovdiv

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vasil Ivanov Georgiev

Konvenut: Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rayonen sad Plovdiv — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Liġi nazzjonali li tippermetti lill-professuri universitarji li jkunu għalqu l-65 sena li jikkonkludu biss kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat — Liġi nazzjonali li tistabbilixxi l-età definittiva tal-irtirar għall-professuri universitarji għal 68 sena — Ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju tal-professuri universitarji li jkunu għalqu t-68 sena u li dawn tal-aħħar ikomplu bl-attività tagħhom lil hinn minn 65 sena biss permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat ta’ sena li ma jistgħux jiġġeddu iktar minn darbtejn, sakemm din il-leġiżlazzjoni jkollha għan leġittimu marbut, b’mod partikolari, mal-politika tal-impjieg u tas-suq tax xogħol, bħalma huwa t-twaqqif ta’ tagħlim ta’ kwalità u l-aħjar tqassim tal-postijiet ta’ professuri bejn il-ġenerazzjonijiet, u sakemm tippermetti li jintlaħaq dan l-għan b’mezzi xierqa u neċessarji. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti.

Fir-rigward ta’ kawża bejn korp pubbliku u individwu, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, il-qorti nazzjonali ma għandhiex tapplika din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-16 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Gaetano Mantello

(Kawża C-261/09) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/JHA - Artikolu 3(2) - Ne bis in idem - Kunċett tal-‘istess atti’ - Possibbiltà għall-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-mandat li tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew - Sentenza definittiva fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat - Pussess ta’ drogi narkotiċi - Traffikar ta’ drogi narkotiċi - Organizzazzjoni kriminali)

2011/C 13/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gaetano Mantello

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Stuttgart — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34) — Prinċipju ta’ “non bis in idem” fil-livell nazzjonali — Possibbiltà tal-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi li tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri ta’ prosekuzzjoni kriminali marbuta ma’ fatti li parti minnhom diġà kienu s-suġġett ta’ sentenza definittiva fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat — Kunċett tal-“istess atti” — Sitwazzjoni li fiha l-fatti kollha li wasslu għall-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew kienu magħrufa mill-awtoritajiet ta’ investigazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ il-mandat meta saret l-ewwel proċedura ta’ prosekuzzjoni kriminali, iżda ma ntużawx għal raġunijiet ta’ tattika investigattiva

Dispożittiv

Għall-finijiet tal-ħruġ u tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, il-kunċett tal-“istess atti”, li jinsab fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri, jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn, b’risposta għal talba għal informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 15(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas magħmula mill-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-mandat, l-awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat, skont id-dritt nazzjonali tagħha u b’osservanza tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-kunċett tal-“istess atti” kif stabbilit fl-istess Artikolu 3(2) tad-deċiżjoni qafas, tkun espressament ikkonstatat li s-sentenza mogħtija preċedentement fis-sistema legali tagħha ma tikkostitwixxix sentenza definittiva li tkopri l-fatti msemmija fil-mandat ta’ arrest tagħha u li għalhekk ma tipprekludix il-proċeduri msemmija fl-imsemmi mandat ta’ arrest, l-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-mandat b’ebda mod ma għandha għalfejn tapplika, b’rabta ma’ din is-sentenza, ir-raġuni ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja stabbilita fl-imsemmi Artikolu 3(2).


(1)  ĠU C 220, 12. 09. 2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-317/09 P) (1)

(Appell - Tpaċija tad-djun li jaqgħu taħt sistemi legali differenti - Talba għar-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem - Prinċipju ta’ litis denuntiatio - Drittijiet ta’ difiża u dritt għal smigħ xieraq)

2011/C 13/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) (rappreżentant: P.-P. Van Gehuchten, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-“Qorti Ġenerali”] (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2009, ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-396/05 u T-397/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta’ kuntratt li jorbotha mal-appellanti u għal tpaċija ta’ djun reċiproki u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas il-bilanċ tas-sussidju dovut abbażi tal-istess kuntratt — Inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ litis denuntiatio — Ċaħda tat-talba għar-responsabbiltà in solidum tal-partijiet kontraenti — Ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.09.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-322/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Ilment ta’ kompetitur - Ammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 4, 10, 13 u 20 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tipproċedix bl-evalwazzjoni tal-ilment - Klassifikazzjoni tal-miżuri mill-Kummissjoni, parzjalment, bħala li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u, parzjalment, bħala għajnuna eżistenti kompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 230 KE - Kunċett ta’ ‘att li ma jistax jiġi kkontestat’)

2011/C 13/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell Teaterpaket AB (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2009, NDSHT vs Il-Kummissjoni (T-152/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab f’ittri tal-24 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 2006, li ma tibdiex il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE, wara l-ilment tar-rikorrenti fl-ewwel istanza dwar għajnuna allegatament mogħtija lil Stockholm Visitors Board AB mill-awtoritajiet Svediżi, taħt il-forma ta’ tipi differenti ta’ sussidji mogħtija mill-belt ta’ Stokkolma — Atti li jistgħu jiġu kkontestati

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej tad-9 ta’ Ġunju 2009, NDSHT vs Il-Kummissjoni (T-152/06), hija annullata.

(2)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti Ġenerali hija miċħuda.

(3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell Teaterpaket AB intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tinsab fl-ittri tagħha tal-24 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 2006, li ma tkomplix tipproċessa l-eżami tal-ilment li din il-kumpannija kienet ippreżentat dwar għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mill-belt ta’ Stokkolma lil Stockholm Visitors Board AB.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 233, 26.06.2009, p. 12.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Pensionsversicherungsanstalt vs Christine Kleist

(Kawża C-356/09) (1)

(Politika soċjali - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-impjiegi u fix-xogħol - Direttiva 76/207/KEE - Artikolu 3(1)(ċ) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffaċilita t-tkeċċija tal-ħaddiema li jkunu kisbu d-dritt għall-pensjoni ta’ irtirar - Għan ta’ promozzjoni tal-impjieg għal persuni iżgħar fl-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-età li tagħti d-dritt għal din il-pensjoni għal 60 sena għan-nisa u għal 65 sena għall-irġiel)

2011/C 13/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pensionsversicherungsanstalt

Konvenuta: Christine Kleist

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-età tal-irtirar għal 60 sena għan-nisa u għal 65 sena għall-irġiel u li tiffaċilita t-tkeċċija tal-ħaddiema li jkollhom din l-età — Tkeċċija, minn min iħaddem fis-settur pubbliku, ta’ mara ta’ 60 sena u li għandha d-dritt għal-pensjoni, minn min iħaddem fis-settur pubbliku għar-raġuni li jixtieq jippromwovi l-impjieg ta’ persuni iżgħar fl-età.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tippromwovi l-aċċess għall-impjieg għal persuni iżgħar fl-età, tippermetti lil min iħaddem li jkeċċi lill-impjegati li jkunu kisbu d-dritt għall-pensjoni ta’ irtirar, meta għan-nisa dan id-dritt huwa miksub ħames snin qabel l-età li fiha jiksbu dan id-dritt l-irġiel, tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, li hija projbita minn din id-direttiva.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-48/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li l-operat ta’ tali installazzjonijiet jitwettaq b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-direttiva)

2011/C 13/24

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Installazzjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija u fuq it-tniġġis — Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż jew, skont il-każ, billi jeżaminaw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) ta’ din id-direttiva, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet tad-dritt speċifiċi oħra tal-Unjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez

(Kawża C-296/10) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Lis pendens - Rikors fuq il-mertu dwar id-dritt ta’ kustodja ta’ wild u talba għal miżuri provviżorji dwar id-dritt ta’ kustodja tal-istess wild)

2011/C 13/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Purrucker

Konvenut: Guillermo Vallés Pérez

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Stuttgart — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tiddeċiedi fuq il-mertu ta’ kawża relatata mad-dritt ta’ kustodja ta’ wild li jirrisjedi abitwalment f’dan l-Istat, fil-każ fejn qabel tkun tressqet kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor, bejn l-istess partijiet u li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja tal-istess wild, dwar talba għal miżuri provviżorji — Kunċett “ta’ l-ewwel qorti li ħadet il pussess”

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ma humiex applikabbli fejn qorti ta’ Stat Membru fejn l-ewwel tkun tressqet kawża sabiex jinkisbu miżuri fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri tkun tressqet quddiemha l-kawża biss sabiex tiddeċiedi dwar miżuri provviżorji skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament u li qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fis-sens tal-istess regolament, sussegwentement titressaq quddiemha talba għall-għoti tal-istess miżuri, kemm jekk temporanji jew definittivi.

Il-fatt li titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji jew li tittieħed deċiżjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura u li minn ebda element tat-talba mressqa jew tad-deċiżjoni adottata ma jirriżulta li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għal miżuri provviżorji għandha ġurisdizzjoni fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003 ma twassalx neċessarjament għall-esklużjoni tal-eżistenza, hekk kif jista eventwalment jawtorizza d-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, ta’ talba li fil-mertu hija relatata mat-talba għal miżuri provviżorji u li fiha elementi li jindikaw li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għandha ġurisdizzjoni skont dan ir-regolament.

Meta, minkejja l-isforzi mwettqa mit-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża sabiex tikseb tagħrif mill-parti li titlob il-lis alibi pendens, tal-ewwel qorti li quddiemha tressqet il-kawża u tal-awtorità ċentrali, it-tieni qorti ma għandha l-ebda element li jippermetti li jiġi ddeterminat li s-suġġett u l-bażi ġuridika ta’ talba mressqa quddiem qorti oħra u intiża sabiex, b’mod partikolari, tindika l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti skont ir-Regolament Nru 2201/2003, u li minħabba f’ċirkustanzi partikolari, l-interess tal-wild jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni suxxettibbli li tiġi rikonoxxuta fi Stati Membri oħra minbarra dak tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża, huwa għal din l-aħħar qorti li wara perijodu raġonevoli ta’ stennija għat-tweġibiet għad-domandi magħmula, tkompli tikkunsidra t-talba mressqa quddiemha. It-tul ta’ dan il-perijodu raġonevoli għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża inkwistjoni.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Lulju 2010 — Krasimir Asparuhov Estov, Monika Lyusien Ivanova u “KEMKO INTERNATIONAL” EAD vs Ministerski savet na Republika Balgaria

(Kawża C-339/10)

()

2011/C 13/26

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krasimir Asparuhov Estov, Monika Lyusien Ivanova u “KEMKO INTERNATIONAL” EAD.

Konvenut: Ministerski savet na Republika Balgaria.

B’digriet tat-12 ta’ Novembru 2010, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ddeċidiet li hija manifestament ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija).


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Settembru 2010 — Seaport (NI) Ltd, Magherafelt district Council, F P McCann (Developments) Ltd, Younger Homes Ltd, Heron Brothers Ltd, G Small Contracts u Creagh Concrete Products Ltd vs Department of the Environment for Northern Ireland, Department of the Environment for Northern Ireland

(Kawża C-474/10)

()

2011/C 13/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Seaport (NI) Ltd, Magherafelt district Council, F P McCann (Developments) Ltd, Younger Homes Ltd, Heron Brothers Ltd, G Small Contracts u Creagh Concrete Products Ltd

Konvenuti: Department of the Environment for Northern Ireland, Department of the Environment for Northern Ireland

Domandi preliminari

(1)

Sabiex id-Direttiva 2001/42/KE (1) tiġi interpretata b’mod korrett, meta awtorità nazzjonali li telabora pjan li jaqa’ taħt l-Artikolu 3 hija l-awtorità nazzjonali inkarigata b’responsabbiltà ambjentali ġenerali fl-Istat Membru, huwa possibbli għall-Istat Membru li jirrifjuta li jinnomina, skont l-Artikolu 6(3), awtorità li għandha tkun ikkonsultata għall-finijiet tal-Artikoli 5 u 6?

(2)

Sabiex din id-direttiva tiġi interpretata b’mod korrett, meta l-awtorità nazzjonali li telabora pjan li jaqa’ taħt l-Artikolu 3 hija wkoll inkarigata b’responsabbiltà ambjentali ġenerali fl-Istat Membru, dan l-Istat Membru għandu jiggarantixxi li jeżisti korp konsultattiv li jiġi nnominat u li huwa distint minn din l-awtorità?

(3)

Sabiex din id-direttiva tiġi interpretata b’mod korrett, ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 6(2) jista’, sabiex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) u l-pubbliku msemmi fl-Artikolu 6(4) ikollhom l-opportunità effettiva li jesprimu fi stadju bikri l-opinjoni tagħhom “f’limitu ta’ żmien li jkun xieraq”, jiġi traspost minn regoli li jipprovdu li l-awtorità inkarigata bl-elaborazzjoni tal-pjan għandha tistabbilixxi f’kull każ it-terminu li fih għandhom jiġu espressi l-opinjonijiet, jew inkella r-regoli li jittrasponu d-direttiva għandhom jispeċifikaw huma stess terminu, jew termini differenti f’ċirkustanzi differenti, li fihom għandhom jiġu espressi dawn l-opinjonijiet?


(1)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-486/10)

()

2011/C 13/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u C. Zadra, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 moqrija flimkien mat-Titolu III sa VI tad-Direttiva 92/50/CEE (1) sa fejn il-belt ta’ Hamm tat direttament lil Lipperverband il-kuntratti għal servizzi tat-30 ta’ Lulju u tas-16 ta’ Diċembru 2003 li jirrigwardaw il-ġbir ta’ ilmijiet użati u t-trasport tagħhom, kif ukoll iż-żamma fi stat tajjeb, l-użu, il-manutenzjoni u l-kontroll tal-kanali tad-dranaġġ tal-belt ta’ Hamm mingħajr ma għamlet l-ewwel sejħa għal offerti fil-livell Ewropew.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda l-kuntratti għal servizzi bi ħlas dwar il-ġbir u t-trasport ta’ ilmijiet użati kif ukoll iż-żamma fi stat tajjeb, l-użu, il-manutenzjoni u l-kontroll tal-kanali tad-dranaġġ tal-belt ta’ Hamm, li din il-belt ikkonkludiet mal-assoċjazzjoni inkarigata bl-ilmijiet użati stabbilita bil-liġi, il-Lipperverband. Il-Lipperverband hija kooperattiva rregolata mid-dritt pubbliku li hija meħtieġa twettaq ċerti funzjonijiet iddefiniti mil-liġi fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma. Madwar 25 % tal-membri tagħha huma impriżi privati. Permezz tal-kuntratti kkontestati, il-Lipperverband kellha tassumi, fl-1 ta’ Jannar 2004, ix-xogħol tal-ġbir u tat-trasport ta’ ilmijiet użati fit-territorju tal-belt ta’ Hamm, funzjoni li għaliha l-belt stabbilixxiet remunerazzjoni msejħa “kontribuzzjoni ta’ interess speċjali”. Sabiex tagħmel dan, il-belt ta’ Hamm tittrasferixxi d-dritt ta’ użu esklużiv, permanenti u ġenerali tal-istallazzjonijiet tal-ilmijiet użati, u għal dan il-Lipperverband għandha tagħmel ħlas kumpensatorju.

Minkejja li l-kuntratti għal servizzi inkwistjoni jirrigwardaw kuntratti pubbliċi għal servizzi fis-sens tal-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 92/50/KEE, dawn ġew konklużi direttament mal-Lipperverband mingħajr proċedura formali għall-għoti ta’ kuntratti u mingħajr sejħa għal offerti fil-livell Ewropew. Mingħajr dubju, il-kuntratti għandhom jiġu kklassifikati bħala kuntratti għal servizzi bi ħlas. Dawn ġew konklużi għal żmien determinat minn awtorità kontraenti, jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi ta’ tneħħija ta’ ilmijiet użati fis-sens tal-kategorija 16 tal-Anness IA tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq u jeċċedu l-limitu ta’ applikazzjoni tad-direttiva b’mod kunsiderevoli. Għalhekk, il-konklużjoni tal-kuntratti kellha tkun ippreċeduta minn sejħa għal offerti fil-livell Ewropew.

B’mod kuntrarju għall-pożizzjoni tal-gvern federali, it-trasferiment tas-servizzi inkwistjoni la jikkostitwixxi att marbut mal-organizzazzjoni tal-Istat u lanqas għoti ta’ kuntratt “in-house”.

Minn naħa, wieħed jista’ jistaqsi jekk assoċjazzjoni tal-immaniġġjar tal-ilma bi struttura mħallta bħalma hija l-Lipperverband, li 25 % tal-membri tagħha huma assoċjazzjonijiet privati, tistax tassumi funzjoni fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-Istat bl-esklużjoni tar-regoli Komunitarji fil-qasam tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratti. Skont il-Kummissjoni, l-atti marbuta mal-organizzazzjoni tal-Istat, li għalihom id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-proċeduri pubbliċi għall-għoti ta’ kuntratti ma humiex applikabbli, jistgħu jkunu previsti biss bejn stabbilimenti pubbliċi li l-attività tagħhom isservi esklużivament l-interess pubbliku. Il-fatt li l-assoċjazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-ilma jingħataw mil-liġi ċerti funzjonijiet tal-immaniġġjar tal-ilma ma jagħmel ebda differenza għall-fatt li l-Lipperverband ma hijiex element kostituttiv tal-organizzazzjoni interna tal-amministrazzjoni fis-sens tad-dritt Komunitarju. Madankollu, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-Lipperverband tistax tittrasferixxi funzjoni permezz ta’ att marbut mal-organizzazzjoni tal-Istat, ma hemm ebda trasferiment ta’ funzjoni ta’ dan it-tip fil-każ ineżami. Il-fatt li kull sena l-belt ta’ Hamm tħallas remunerazzjoni għall-provvista ta’ servizzi mil-Lipperverband jirrendi l-kuntratti, mingħajr ebda dubju, kuntratti għal servizzi bi ħlas u jeskludi l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ funzjoni fil-kuntest tal-amministrazzjoni pubblika.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ dak li wieħed jikklassifika bħala għoti ta’ kuntratt “in-house” mir-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, din l-eċċezzjoni ma jista’ jkollha ebda effett skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja meta impriża privata jkollha sehem — anki sempliċement minoritarju — fl-istabbiliment inkarigat bil-funzjoni. F’każ bħal dan, l-awtorità kontraenti pubblika ma tistax teżerċita fuq l-impriża kkonċernata l-istess kontroll li teżerċita fuq is-servizzi tagħha.

Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li dan huwa kuntratt pubbliku għal servizzi u ebda dispożizzjoni derogatorja ma hija applikabbli. Minħabba f’hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kisret id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/50 minħabba li l-belt ta’ Hamm attribwixxiet b’mod dirett il-funzjonijiet ta’ tneħħija tal-ilmijiet tal-belt.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-12 ta’ Ottubru 2010 — proċeduri kriminali kontra Łukasz Marcin Bonda

(Kawża C-489/10)

()

2011/C 13/29

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy (il-Polonja)

Parti fil-kawża prinċipali

Łukasz Marcin Bonda.

Domandi preliminari

X’inhi n-natura legali tas-sanzjoni li jipprevedi l-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004, tad-29 ta’ Ottubru 2004, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 għal dak li għandu x’jaqsam mal-iskemi ta’ appoġġ li hemm provvediment għalihom fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba [art imserrħa] għall-produzzjoni ta’ materja prima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 330M, p. 58), u li tikkonsisti f’li ċċaħħad lill-bidwi mill-pagamenti diretti relatati mas-snin kalendarji sussegwenti għal dik li matulha huwa ppreżenta dikjarazzjoni falsa dwar id-daqs tal-erja li fir-rigward tagħha ntalbu l-pagamenti diretti?


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/18


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2010 — Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-490/10)

()

2011/C 13/30

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Gómez-Leal, J. Rodrigues, L. Visaggio, aġenti)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010, tal-24 ta’ Ġunju 2010, dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew qed jitlob l-annullament tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010, li bih il-Kunsill stabbilixxa qafas komuni għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-informazzjoni dwar il-proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija. Dan ir-regolament ġie adottat mill-Kunsill fuq il-bażi legali doppja tal-Artikoli 337 TFUE u 187 EA. Skont il-Parlament, l-għażla tal-bażi legali mwettqa mill-Kunsill hija żbaljata, għar-raġuni li l-miżuri li huma s-suġġett tar-regolament ikkontestat jaqgħu taħt l-attribuzzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija li huma speċifikament irregolati mill-Artikolu 194 TFUE. Għaldaqstant, dawn il-miżuri kellhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-imsemmi Artikolu 194(2), taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja prevista fiha, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 337 TFUE, li ma jipprevedi edba forma ta’ involviment tal-Parlament. Barra minn hekk, il-Parlament huwa tal-fehma li ma kienx neċessarju, sabiex jiġu adottati l-miżuri inkwistjoni, li jintuża wkoll l-Artikolu 87 EA bħala bażi.


(1)  ĠU L 180, p. 7.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fl-14 ta’ Ottubru 2010 — Immobilien Linz GmbH & Co KG vs Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr

(Kawża C-492/10)

()

2011/C 13/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immobilien Linz GmbH & Co KG

Konvenut: Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr

Domanda preliminari

Il-fatt li t-telf ta’ kumpannija jiġi assorbit mill-membru uniku tagħha, korp pubbliku li r-rappreżentant tiegħu ntalab mill-korp kompetenti jagħti kontribuzzjoni ta’ membru annwali sabiex ikopri t-telf sal-ammont indikat provviżorjament fl-estimi tal-baġit jew fil-pjan tan-negozju adottat mill-kumpannija qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, iżid l-assi ta’ din il-kumpannija fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva 69/335/KEE (1) (li huwa identiku għall-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2008/7/KE)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11)


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland fil-15 ta’ Ottubru 2010 — M. E. et v Refugee Applications Commissioner, Minister for Justice, Equality and Law Reform

(Kawża C-493/10)

()

2011/C 13/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M. E. u oħrajn

Konvenuti: Refugee Applications Commissioner, Minister for Justice, Equality and Law Reform

Domandi preliminari

(1)

L-Istat Membru li jittrasferixxi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (1) huwa obbligat jevalwa l-konformità tal-Istat Membru li jirċievi mal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali tal-UE, mad-Direttivi tal-Kunsill 2003/9/KE (2), 2004/83/KE (3) u 2005/85/KE (4) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003?

(2)

F’każ ta’ risposta affermattiva, u jekk jinsab li l-Istat Membru li jirċievi ma jikkonformax ma’ waħda jew ma’ iktar minn waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru li jittrassferixxi huwa obbligat jaċċetta r-responsabbiltà biex jeżamina l-applikazzjoni skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109.

(2)  Direttiva tal-Kunsill, 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptiolu 19, Vol. 6, p. 101.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal- 1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat

ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 168.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Ottubru 2010 — X NV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-498/10)

()

2011/C 13/33

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X NV

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Għandu l-Artikolu 56 TFUE jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jekk il-benefiċjarju ta’ servizz, ipprovdut minn fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, ikun obbligat taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn il-benefiċjarju jkun stabbilit u fejn is-servizz jiġi pprovdut, li jżomm taxxa fuq ir-remunerazzjoni dovuta fuq dan is-servizz, meta dan l-obbligu li tinżamm it-taxxa ma jkunx jeżisti fir-rigward ta’ fornitur li jkun stabbilit fl-istess Stat Membru tal-benefiċjarju?

2(a)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda għandha l-effett li leġiżlazzjoni li tipprovdi għall-impożizzjoni ta’ taxxa minn benefiċjarju ta’ servizz tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, tista’ tali restrizzjoni tiġi ġġustifikata mill-ħtieġa li jiġi żgurat li t-taxxi jiġu imposti u miġbura mingħand kumpanniji barranin li jkunu għal żmien qasir fil-Pajjiżi l-Baxxi u li l-kontroll tagħhom huwa diffiċli, bir-riżultat li l-eżekuzzjoni tas-setgħat tal-impożizzjoni ta’ taxxa mogħtija lill-Pajjiżi l-Baxxi ssir problematika?

2(b)

F’dan il-każ, huwa rilevanti l-fatt li l-leġiżlazzjoni ġiet emendata iktar tard għal sitwazzjonijiet bħalma hija dik ineżami, fis-sens li kien hemm, b’mod unilaterali, rinunzja għat-taxxa peress li rriżulta li din ma setgħetx tiġi applikata b’mod sempliċi u effiċjenti?

(3)

Ir-regola teċċedi dak li huwa neċessarju fid-dawl tal-opportunitajiet ta’ għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ taxxi pprovduti b’mod partikolari mid-Direttiva 76/308/KEE? (1)

(4)

Sabiex tingħata risposta għad-domandi preċedenti, huwa rilevanti l-fatt li jista’ jkun hemm tpaċija tat-taxxa dovuta fuq ir-remunerazzjoni fl-Istat Membru fejn il-benefiċjarju ta’ servizz ikun stabbilit ma’ taxxa dovuta fuq din ir-remunerazzjoni fl-Istat Membru l-ieħor?


(1)  Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema li tiffinanzja l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 44).


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2010 — Vlaamse Oliemaatschappij vs F.O.D. Financiën

(Kawża C-499/10)

()

2011/C 13/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vlaamse Oliemaatschappij

Konvenut: F.O.D. Financiën

Domandi preliminari

L-ex Artikolu 21(3) tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) (1), li issa sar l-Artikolu 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, flimkien mal-Artikoli 202 u 157(1)(b) tal-istess direttiva, jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu li l-amministratur ta’ maħżen li ma huwiex maħżen tad-dwana huwa inkondizzjonalment responsabbli in solidum għall-ħlas tat-taxxa dovuta wara kunsinna bi ħlas mill-proprjetarju tal-merkanzija suġġetta għat-taxxa, anki jekk l-amministratur tal-maħżen huwa in bona fide jew jekk ma jistgħu jiġu imputati lilu ebda tort jew negliġenza [Artikolu 15a(3) tal-Wetboek van de belasting over toegevoegde waarde (Kodiċi tal-VAT)]


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  ĠU L 347, p. 1


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Sea Fighter vs Skatteministeriet

(Kawża C-505/10)

()

2011/C 13/35

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Partrederiet Sea Fighter.

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ż-żjut minerali fornuti sabiex jintużaw f’gaffa li hija installata b’mod permanenti fuq vapur, iżda li — peress illi mgħammra b’mutur u tank indipendenti tal-karburant — taħdem indipendentement mill-magna ta’ propulsjoni tal-vapur, huma, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-każ preżenti, eżenti?


(1)  ĠU L 316, p. 12.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fil- 25 ta’ Ottubru 2010 — Denise Bernardi, irrappreżentata legalment minn Katia Mecacci vs Fabio Bernardi

(Kawża C-507/10)

()

2011/C 13/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Denise Bernardi, irrappreżentata legalment minn Katia Mecacci

Konvenut: Fabio Bernardi

Domanda preliminari

L-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas], tal-15 ta’ Marzu 2001, 2001/220/JHA, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 392(1a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Taljan, sa fejn ma jimponix obbligu fuq il-Prosekutur Pubbliku li jitlob is-smigħ u l-eżami tal-vittma minuri permezz tal-forom proċedurali antiċipati ta’ ġbir tal-provi, qabel il-proċeduri prinċipali, kif ukoll bħall-Artikolu 394 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali li ma jipprovdix għall-possibbiltà għall-vittma minuri stess li tappella quddiem qorti mid-deċiżjoni negattiva tal-Prosekutur Pubbliku fir-rigward tat-talba tagħha li tinstema’ skont il-forom proċedurali adegwati ta’ ġbir tal-provi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Novembru 2010 — Wolf Naturprodukte GmbH vs SEWAR spol. s r. o

(Kawża C-514/10)

()

2011/C 13/37

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolf Naturprodukte GmbH

Konvenuta: SEWAR spol. s r. o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Brussell I”) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ir-Regolament ikun applikabbli, huwa neċessarju li, fil-mument li ngħatat id-deċiżjoni, dan ir-regolament kien fis-seħħ kemm fl-Istat li fih il-qorti tat id-deċiżjoni kif ukoll fl-Istat li fih parti titlob ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-516/10)

()

2011/C 13/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 5, flimkien mal-Artikolu 2(3) u (4), u l-Artikolu 6(2)(g) tal-Vorarlberger Grundverkehrsgesetzes (VGVG), ir-Repubblika tal-Awstrija kisret l-Artikoli 49 u 63 TFUE;

tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ l-Artikolu 6(2)(d), flimkien mal-Artikolu 2(3) u (4), tal-VGVG, ir-Repubblika tal-Awstrija kisret l-Artikoli 49 u 63 TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ma hijiex tikkontesta li l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-akkwist ta’ artijiet fuq il-bażi tal-interess pubbliku. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Vorarlberger Grundverkehrsgesetzes (VGVG) invokati f’din il-kawża jikkostitwixxu restrizzjoni sproporzjonata tal-moviment liberu tal-kapital u tal-libertà ta’ stabbiliment.

B’mod partikolari, ir-regola msejħa r-regola tal-partijiet interessati, li permezz tagħha l-VGVG tagħti prijorità lill-bdiewa fuq persuni li ma humiex bdiewa fir-rigward tal-akkwist ta’ art agrikola, hija sproporzjonata. Li l-art inkwistjoni tibqa’ tintuża għal skopijiet agrikoli jista’ jiġi ggarantit ukoll, pereżempju, meta l-eventwali akkwirent ikollu l-intenzjoni li jikri l-art inkwistjoni lill-kerrej attwali għal perijodu twil.

Bl-istess mod, ma huwiex ċar għalfejn ir-regola tal-partijiet interessati tapplika wkoll meta l-proprjetarju attwali jagħti l-art tiegħu bħala kontribuzzjoni in natura lil kumpannija jew lil trust, u dan minkejja li jkun iggarantit li l-art inkwistjoni se tibqa’ tintuża għal skopijiet agrikoli.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, huwa wkoll sproporzjonat li r-regola msemmija tal-partijiet interessati terġa’ tiġi applikata meta l-akkwist ma jirnexxix minħabba raġunijiet li ma jkunux marbuta mal-persuna tal-bejjiegħ.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkritika l-fatt li l-VGVG b’ebda mod ma tipprevedi regola li tippermetti l-bejgħ ta’ art agrikola mingħajr l-obbligu għall-proprjetarju li jużaha għal skopijiet agrikoli meta ma jkunx hemm interess min-naħa tal-bdiewa fil-kultivazzjoni tal-art agrikola inkwistjoni.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Novembru 2010 — Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc vs Comptroller-General of Patents

(Kawża C-518/10)

()

2011/C 13/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc

Konvenut: Comptroller-General of Patents

Domanda preliminari

Jekk il-kriterji biex jiġi deċiż jekk prodott huwiex “protett minn privattiva bażika fis-seħħ” taħt l-Artikolu 3(a) tar-Regolament (1) jinkludu jew jikkonsistu f’evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-provvista tal-prodott tivvjolax il-privattiva bażika, il-fatt li l-vjolazzjoni seħħ permezz ta’ vjolazzjoni indiretta jew kontributorja bbażata fuq l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Komunitarja dwar il-Privattivi, ippromulgat bħala l-Artikolu 60(2) tal-Patents Act 1977 fir-Renju Unit, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġiijiet tal-Istati Membri l-oħra tal-Komunità jagħmel xi differenza għall-analiżi?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali

ĠU L 152, p. 1


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Giovanni Colapietro vs Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

(Kawża C-519/10)

()

2011/C 13/40

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Giovanni Colapietro

Konvenut: Ispettorato Centrale Repressioni Frodi

Domandi preliminari

(1)

X’inhi l-portata tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 (1), u b’mod partikolari, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u temporali tiegħu, u liema huwa l-għan tiegħu mill-perspettiva tas-sanzjonijiet, fir-rigward tas-sena tal-inbid 1993/1994 li tikkostitwixxi l-perijodu tal-fatti inkwistjoni?

(2)

Huwa minnu li l-Artikolu 39 tal-imsemmi Regolament (KEE) Nru 822/87 ġie implementat, fir-rigward tas-sena tal-inbid iċċitata iktar ’il fuq, bir-Regolament (KEE) Nru 343/94 (2) tal-15 ta’ Frar 1994 u ssostitwit minnu stess?

(3)

Meta mqabbla mal-fatti, l-applikazzjoni tal-multa ta’ Liri Taljani 390 250 000, illum EUR 201 547,30 (mitejn elf u wieħed, ħames mija u sebgħa u erbgħin euro u 30 ċenteżmu) għan-nuqqas ta’ provvista għad-distillazzjoni obbligatorja — għas-sena tal-inbid 1993/1994 — ta’ 7 084,87 hl ta’ inbid tal-mejda, ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni għall-kwantità prodotta ta’ inbid li jkollu fih is-sediment, jiġifieri 15 155 hl (b’rendiment ta’ 126 hl/ha), tal-kwota tal-provvista għad-distillazzjoni obbligatorja ta’ inbid ta’ 51.5 % prevista mir-Regolament (KEE) Nru 610/94 (3), hija sproporzjonata, u tikser il-prinċipju ta’ piena ġusta, stipulat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet?


(1)  ĠU 1987 L 84, p. 1.

(2)  ĠU 1987 L 44, p. 9.

(3)  ĠU 1994 L 77, p. 12.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/22


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 minn Deltafina SpA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010, fil-Kawża T-29/05, Deltafina vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-537/10 P)

()

2011/C 13/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Deltafina SpA (rappreżentanti: J.-F. Bellis u F. Di Gianni, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tbiddel is-sentenza appellata sa fejn hija tikkonferma l-multa imposta fuq Deltafina, billi tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq Deltafina;

tannulla d-deċiżjoni appellata sa fejn hija timponi multa fuq Deltafina jew, sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq Deltafina;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenertali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji:

(1)

l-ewwel aggravju, invokat b’mod prinċipali, li jallega li l-Qorti Ġenerali injorat il-prinċipju ta’ trattament ugwali, billi ma kkunsidratx b’mod xieraq il-motiv tal-appellanti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-kalkolu tal-multa imposta.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li l-Kummissjoni applikat l-ogħla ammont inizjali tal-multa fil-konfront ta’ Deltafina, abbażi tal-fatt li Deltafina kienet ix-xerrej prinċipali ta’ tabakk ipproċessat fi Spanja. Min-naħa l-oħra, il-multa imposta fuq l-impriżi l-oħra li pparteċipaw fil-ksur (inkluża l-kumpannija assoċjata ma’ Deltafina, Taes) ġiet iddeterminata biss abbażi tal-pożizzjoni tagħhom fis-suq tat-tabakk ipproċessat fi Spanja, jiġifieri s-suq li fih seħħ il-ksur. Il-multa imposta fuq Delatafina tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali, billi Cetarsa u l-impriżi Dimon/Agroexpansión u Standard/WWTE kienu wkoll impriżi integrati vertikalment u kellhom pożizzjonijiet prominenti fis-suq tat-tabakk ipproċessat fi Spanja. Madankollu, din iċ-ċirkustanza ma ttieħditx inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-multi rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, fid-determinazzjoni tal-multa imposta fuq Deltafina, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni fattur li ma ġiex ikkunsidrat fir-rigward tal-impriżi l-oħra;

(2)

it-tieni aggarvju, invokat b’mod sussidjarju, li jallega li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “impriża” fl-Artikolu 81 KE, billi ċaħdet, permezz ta’ raġunament kontradittorju u żbaljat, il-motiv tal-appellanti dwar in-nuqqas li jiġi applikat fil-konfront ta’ Deltafina l-istess tnaqqis tal-multa mogħti lill-kumpannija assoċjata Taes wara t-talba konġunta għall-applikazzjoni tat-trattament favorevoli mressqa minn Taes u Deltafina, taħt il-patroċinju tal-kumpannija parent tagħhom Universal.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “impriża” fl-Artikolu 81 KE, u b’hekk ma segwietx il-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej f’dan il-qasam, b’mod partikolari dik li tirriżulta mill-Kawża C-97/08 P, Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis tal-multi tal-1996 (ĠU C 207, p. 4) kellha tiġi applikata fl-intier tagħha għall-impriża Taes/Deltafina, u mhux separatament għaż-żewġ kumpanniji, peress li din il-komunikazzjoni tapplika għall-“impriżi” u mhux għall-persuni ġuridiċi individwali. Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li l-argumenti tal-Kummissjoni intiżi sabiex Deltafina ma tingħatax il-benefiċċju tat-tnaqqis tal-multa mogħtija lil Taes huma infondati. L-appellanti ssostni li, fid-dawl ta’ dawn l-argumenti, Deltafina u Taes kienu jikkostitwixxu impriża waħda u, għalhekk, Deltafina kellha tingħata l-istess tnaqqis tal-multa mogħtija lil Taes.


Il-Qorti Ġenerali

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2010 — Codorniu Napa vs UASI Bodegas Ontañón (ARTESA NAPA VALLEY)

(Kawża T-35/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ARTESA NAPA VALLEY - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ARTESO u trade mark nazzjonali verbali preċedenti LA ARTESA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 13/42

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Codorniu Napa, Inc. (Napa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, sussegwentement M. Curell Aguilà u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Ontañón, SA (Quel, La Rioja, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Novembru 2007 (Każ R 747/2006-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Ontañón, SA u Codorniu Napa, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Codorniu Napa, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/08) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Skema ta’ għajnuna għall-produzzjoni fis-settur tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati - Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella - Sistema ta’ primjums għat-tabakk)

2011/C 13/43

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello u G. Palmieri, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti, assistiti minn F. Ruggeri Laderchi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 18, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tat-tabakk mhux maħdum.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 92, 12.4.2008.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/08) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa - Għajnuna marbuta mad-daqs tal-uċuh tar-raba’ li tinħarat)

2011/C 13/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/68/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti nefqiet magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), sa fejn hija intiża għal ċertu nfiq magħmul mir-Renju ta’ Spanja fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ kultivazzjoni ta’ uċuh tar-raba’ li tinħarat.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.4.2008.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-9/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Talba għal restituzzjoni ta’ beni personali - Notifika tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment b’lingwa differenti minn dik tal-ilment - Rikors li ġie ppreżentat tard - Nuqqas li tingħata risposta fir-rigward ta’ kap ta’ talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza)

2011/C 13/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-133/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-133/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) huwa annullat sa fejn ma jagħtix deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ ineżistenza tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Ir-rikors, sa fejn kien intiż għal dikjarazzjoni ta’ ineżistenza tad-deċiżjoni kkontestata, huwa miċħud.

(4)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza. L-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza li tat lok għad-digriet Marcuccio vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, għandhom jitħallsu skont il-modalitajiet stabbiliti fil-punt 2 tad-dispożittiv tal-imsemmi digriet.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2010 — Nike International vs UASI — Muñoz Molina (R10)

(Kawża T-137/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali R10 - Trade mark nazzjonali verbali mhux irreġistrata R10 - Ċessjoni tat-trade mark nazzjonali - Difett proċedurali)

2011/C 13/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Nike International Ltd (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aurelio Muñoz Molina (Petrer, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DL Sports Marketing Ltda u Aurelio Muñoz Molina.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 551/2008-1) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2010 — UASI vs Simões Dos Santos

(Kawża T-260/09 P) (1)

(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2003 - Tnaqqis għal żero u kalkolu mill-ġdid tal-ammont ta’ punti ta’ mertu - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal - Res judicata - Bażi legali - Non retroattività - Aspettattivi leġittimi - Dannu materjali - Telf ta’ possibbiltà ta’ promozzjoni - Danni morali)

2011/C 13/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

Appellat: Manuel Simões Dos Santos (Alicante, Spanja) (rappreżentant: A. Creus Carreras, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009, Simões Dos Santos vs UASI (F-27/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Il-punti 2 sa 5 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2009, Simões Dos Santos vs UASI (F-27/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huma annullati.

(2)

Il-kumplament tal-appelli prinċipali u inċidentali huwa miċħud.

(3)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-404/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 13/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 379/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal ta’ kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Taqħqid vertikali tal-kuluri griż u aħmar)

(Kawża T-405/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid vertikali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 13/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentata kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 372/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2010 — Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

(Kawża T-61/10) (1)

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri - Talba għall-ħruġ ta’ ordni - Talba għal miżuri ta’ protezzjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 13/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Fernando Marcelino Victoria Sánchez (Sevilla, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Domínguez Varela, sussegwentement P. Suarez Plácido, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz, P. López-Carceller, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u I. Martínez del Peral, aġenti)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea naqsu milli jieħdu azzjoni, sa fejn dawn l-istituzzjonijiet astjenew ruħhom illegalment milli jirrispondu għall-ittra tar-rikorrenti tas-6 ta’ Ottubru 2009, talba għall-ħruġ ta’ ordni u talba għal miżuri ta’ protezzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Fernando M. Victoria Sánchez huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba ta’ intervent ta’ I. Ruipérez Aguirre u tal-Assoċjazzjoni ATC Petition.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010, s. 58.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/26


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Settembru 2010 — Maftah vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/09)

()

2011/C 13/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Elmabruk Maftah (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u A. McMurdie, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament (KE) Nru 1330/2008 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tordna lill-konvenuta sabiex immedjatament tħassar l-isem tar-rikorrent mill-anness tal-imsemmi regolament; u

tikkundanna l-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas, minbarra tal-ispejjeż tagħhom, tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent, kif ukoll ta’ kull somom imħallsa mill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala għajnuna legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jitlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, sa fejn l-isem tar-rikorrent tniżżel fil-lista ta’ persuni u entitajiet li kontrihom ġew stabbiliti ċerti miżuri restrittivi.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fl-ebda mument ma stħarrġet indipendentement il-bażi li fuqha r-rikorrent tniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (2), u lanqas ma tablet xi raġunijiet jew provi għal din l-inklużjoni.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi xi raġuni kwalsiasi lir-rikorrent, u wara naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, bi ksur tad-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv, tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt għal proprjetà taħt il- Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Fl-aħħar nett, il-fatt li isem ir-rikorrenti ikompli jinżamm fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa irraġonevoli sa fejn: (i) la kien hemm u lanqas ma hemm raġunijiet li jistgħu jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-inklużjoni fl-imsemmi anness; (ii) skont il-Gvern tar-Renju Unit ir-rikorrent ma għadux jissodisfa l-kriterji rilevanti; u (iii) qorti Ingliża specializzata ddeċidiet li l-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma ngħaqqadx man-network ta’ Al-Qaida u/jew li kull persona assoċjata mal-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma għandhiex ideoloġija globali u vjolenti tal-Jihad tat-tip Al-Qaida.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 345, p. 60).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294).


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/26


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Settembru 2010 — Elosta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/09)

()

2011/C 13/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdelrazag Elosta (Pinner, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u A. McMurdie, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament (KE) Nru 1330/2008 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tornda lill-konvenuta sabiex immedjatament tħassar l-isem tar-rikorrent mill-anness tal-imsemmi regolament; u

tikkundanna l-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas, minbarra tal-ispejjeż tagħhom, tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent, kif ukoll ta’ somom imħallsa mill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala għajnuna legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jitlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, sa fejn l-isem tar-rikorrent tniżżel fil-lista ta’ persuni u entitajiet li kontrihom ġew stabbiliti ċerti miżuri restrittivi.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fl-ebda mument ma stħarrġet indipendentement il-bażi li fuqha r-rikorrent tniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (2), u lanqas ma tablet xi raġunijiet jew provi għal din l-inklużjoni.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi xi raġuni kwalsiasi lir-rikorrent, u wara naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, bi ksur tad-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv, tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt għal proprjetà taħt il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Fl-aħħar nett, il-fatt li isem ir-rikorrenti ikompli jinżamm fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002, huwa irraġonevoli sa fejn: (i) la kien hemm u lanqas ma hemm raġunijiet li jistgħu jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-inklużjoni fl-imsemmi anness; (ii) skont il-Gvern tar-Renju Unit ir-rikorrent ma għadux jissodisfa l-kriterji rilevanti; u (iii) qorti Ingliża specializzata ddeċidiet li l-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma ngħaqqadx man-network ta’ Al-Qaida u/jew li kull persona assoċjata mal-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma għandhiex ideoloġija globali u vjolenti tal-Jihad tat-tip Al-Qaida.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 345, p. 60).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294).


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/27


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-488/10)

()

2011/C 13/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza. Din id-deċiżjoni tneħħi l-għajnuna kollha mill-FEŻR allokata għall-proġett kbir “Village de vacances Club Méditerranée-Les Boucaniers” li tammonta għal EUR 12 460 000.

Ir-rikorrenti tqajjem erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (1) billi kkunsidrat li l-kuntratti għal xogħlijiet konklużi għar-rinnovazzjoni u l-estenzjoni ta’ “Club Méditerranée-Les Boucaniers” kienu jikkostitwixxu kuntratti għal xogħlijiet issussidjati direttament b’iktar minn 50 % mill-awtoritajiet kontraenti. Fil-fatt, dawk il-kuntratti kienu ssussidjati biss bi 29.92 % tal-ispejjeż tal-proġett. It-tnaqqis fiskali li bbenefikaw minnu l-azzjonisti ta’ kumpanniji privati minħabba l-investimenti tagħhom fil-proġett ma jistax jikkostitwixxi sussidju fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 93/37/KEE.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, li jinqasam f’żewġ partijiet, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 93/37/KEE billi kkunsidrat li l-kuntratti għal xogħlijiet għar-rinnovazzjoni u l-estenzjoni tal-“Club Méditerranée-Les Boucaniers” kienu relatati ma’ xogħol ta’ bini għal faċilitajiet intiżi għal sports, rikreazzjoni u divertiment fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni.

Minn naħa waħda, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni statistika tal-attività ekonomika fil-Komunitajiet Ewropej (NACE) stabbilita permezz tar-Regolament Nru 3037/90 (2) li jirreferi għalih l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 93/37/KEE. Dik il-klassifikazzjoni tiddistingwi minn naħa l-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ikel u min-naħa l-oħra, l-attivitajiet rikreattivi, kulturali u sportivi.

Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 93/37/KEE jirrigwarda kuntratti li min-natura tagħhom jaqgħu taħt bżonnijiet tradizzjonali ta’ awtoritajiet kontraenti u konsegwentement jikkonċerna tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment li huwa miftuħ għal kulħadd u mhux dak li huwa rriżervat għal klijentela privata.

Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE billi ma esponietx b’mod ċar u inekwivoku r-raġunijiet li minħabba fihom ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estenzjoni tal-“Club Méditerranée-Les Boucaniers” jirrigwardaw bini għal faċilitajiet intiżi għal sports, rikreazzjoni u divertiment fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 93/37/KE.

Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni sussidjarjament li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi ħadet rata ta’ korrezzjoni ta’ 100 % tas-sussidju tal-FEŻR, meta x-xogħlijiet li jikkonċernaw it-tagħmir sportiv u ta’ divertiment kienu jirrapreżentaw ftit inqas minn 10 % tal-proġett.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90, tad-9 ta’ Ottubru 1990, dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 177)


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/28


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2010 — SNCF vs UASI — Infotrafic (infotrafic)

(Kawża T-491/10)

()

2011/C 13/54

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: H. Reynaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infotrafic SA (Ermont, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 1268/2009-2 fil-punti 16 sa 23,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “infotrafic” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 39 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 1 926 815

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Infotrafic SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 52 u 7(1)(b) tar-Regolament Nru°207/2009, sa fejn l-eżami tat-trade mark Komunitarja kumplessa, fejn wieħed mill-elementi jkun nieqes mill-karattru distintiv jew li għandu karattru distintiv dubjuż, għandu jitratta kull element separatament; ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/28


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2010 — Viktor Uspaskich vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-507/10)

()

2011/C 13/55

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Viktor Uspaskich (Kėdainiai, il-Litwanja) (rappreżentanti: Vytautas Sviderskis, avukat, u Stanislovas Tomas, konsulent legali)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 Nru P7_TA(2010)0296 dwar it-talba għal tneħħija tal-immunità ta’ Victor Uspaskich;

tikkundanna lill-konvenut iħallas EUR 10 000 għad-danni morali mġarrba;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jibbaża r-rikors tieghu fuq erba’ motivi.

Fl-ewwel lok, ir-rikorrent jissottometti li l-konvenut kiser id-drittijiet tiegħu ta’ difiża u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fil-proċedura 2009/2147 (IMM). Il-Parlament Ewropew irrifjuta li jisma’ lir-rikorrent waqt il-proċedura għat-tneħħija tal-immunità tiegħu kemm fil-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u kif ukoll waqt is-sessjoni plenarja. Huwa naqas li jieħu inkunsiderazzjoni l-parti l-kbira tal-argumenti tar-rikorrent u ma wieġeb għall-ebda wieħed minnhom.

Fit-tieni lok, il-Parlament Ewropew adotta d-deċiżjoni kkontestata fuq bażi legali żbaljata u kiser il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Protocol dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għaliex straħ fuq interpretazzjoni kjarament żbaljata tal-ewwel u t-tieni paragrafi ta’ Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni Litwana. Ir-rikorrent jirreferi għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v Il-Parlament, fejn il-Qorti ddikjarat li kien hemm ksur analogu mill-Parlament Ewropew.

Fit-tielet lok, il-konvenut naqas milli josserva l-prinċipju ta’ fumus persecutionis u għamel żball evidenti ta’ evalwazzjoni meta ħadu inkunsiderazzjoni. Il-konvenut injora totalment id-deċiżjonijiet preċedenti tiegħu stess fir-rigward tal-fumus persecutionis. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew naqas ukoll milli jikkunsidra l-fatt illi fiż-żmien tad-deċiżjoni illi jinbdew proċeduri kriminali, mexxej politiku ma kienx responsabbli għal ksur relatat ma’ amministrazzjoni, u illi materjal minn investigazzjoni preliminarja kien ġie ppubblikat.

Fir-rabà lok, il-konvenut kiser id-dritt tar-rikorrenti li jissottometti talba sabiex jiddefendi l-immunità tiegħu skont ir-Regola 6(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew. Huwa rrifjuta li jeżamina t-talba tar-rikorrent sabiex tiġi difiża l-immunità tiegħu għar-raġuni li l-miżura li teżiġi li huwa jħallas garanzija ta’ EUR 436 000 hija sproporzjonata meta mqabbla mal-multa potenzjali massima għar-reat kriminali li tiegħu huwa akkużat.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/10)

()

2011/C 13/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Awwissu 2010 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea (bir-referenza SG.E.3/FM/MIP/mbp/psi — Ares(2010) 508190 — 12/08/2010) li tiċħad it-talba għal reviżjoni mressqa mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tal-31 ta’ Diċembru 2009, irreġistrata fil-5 ta’ Jannar 2010 (bir-referenza GESTDEM 2009/4890) u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-każ ineżami, ir-rikorrenti qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-12 ta’ Awwissu 2010 (bir-referenza SG.E.3/FM/MIP/mbp/psi — Ares(2010) 508190 — 12/08/2010) li tiċħad it-talba għal reviżjoni mressqa mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tal-31 ta’ Diċembru 2009, irreġistrata fil-5 ta’ Jannar 2010 (bir-referenza GESTDEM 2009/4890), li fiha r-rikorrenti talbet, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), ir-reviżjoni tal-pożizzjonijiet adottati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fl-ittra tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2009, wara t-talba inizjali min-naħa tagħha, tad-9 ta’ Ottubru 2009, dwar l-aċċess għat-talbiet kollha għal kwotazzjoni li jirrigwardaw il-lottijiet tal-kuntratti qafas tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Nri 6011, 6102, 6103, 6020, 6121, 6031 (bl-eċċezzjoni tal-lott Nru 4) u 10030.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma għamlitx eżami individwali tad-dokumenti mitluba. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-konvenuta li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-politika ekonomika tal-Unjoni Ewropea, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u r-raġunijiet ta’ sigurtà pubblika għandhom jiġu miċħuda bħala kompletament infondati.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/29


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Novembru 2010 — Hamberger Industriewerke vs UASI (Atrium)

(Kawża T-513/10)

()

2011/C 13/57

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hamberger Industriewerke GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Awwissu 2006 fil-Każ R 291/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Atrium” għal prodotti fil-klassijiet 19 u 27.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), inkwantu t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex purament deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/30


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Novembru 2010 — Fruit of the Loom vs UASI — Blueshore Management (FRUIT)

(Kawża T-514/10)

()

2011/C 13/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, USA) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister u V. G. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blueshore Management SA (Cernusco Sul Naviglio, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 1686/2008-4; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “FRUIT” għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 745216

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka parzjali tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni illi d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kkunsidrax (a) il-preżentazzjoni u l-importanza tal-kelma “FRUIT” fit-trade marks murija fil-provi prodotti mill-proprjetarju dwar l-użu, (b) il-provi illi l-proprjetarju kkummerċjalizza b’mod informali l-prodotti tiegħu taħt l-isem “FRUIT”, b’użu verbali ta’ spiss f’negozjati u tranżazzjonijiet mal-klijenti tiegħu, u (c) il-provi dwar l-użu mill-proprjetarju tat-trade mark “FRUIT” bħala parti mill-websajt kummerċjali tiegħu.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/30


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/10)

()

2011/C 13/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5724 finali, tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna tal-FAEGG, taqsima “Orjentazzjoni”, allokati għal programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (Franza — LEADER+)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5724 finali, tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna tal-FAEGG, taqsima “Orjentazzjoni”, allokata għal programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (Franza — LEADER+). Din id-deċiżjoni tistabbilixxi li l-għajnuna tal-FAEGG, taqsima “Orjentazzjoni”, li ġiet allokata skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2001) 2094, tas-7 ta’ Awwissu 2001, għall-ispejjeż sostnuti abbażi tal-programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ fi Franza, għandha titnaqqas b’EUR 7 437 217,61.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 9(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 1260/1999 (1). Fil-fatt, il-Kummissjoni qieset li l-gruppi ta’ azzjoni lokali (GAL) kienu l-benefiċjarji finali tal-programm ta’ inizjattiva Komunitarja. Issa, il-benefiċjarji finali ta’ dan il-programm ma kinux il-GAL, iżda l-promoturi tal-proġetti. Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li ssostni, il-Kummissjoni ma pprefinanzjatx l-ispejjeż sostnuti mill-benefiċjarji finali tal-programm Leader+.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi. Fil-fatt, billi ma adottat l-ebda konklużjoni wara l-verifika magħmula f’April 2005, u sussegwentement ma sospendietx l-ispejjeż ikkonċernati, il-Kummissjoni aġġixxiet b’mod li seta’ jwassal lill-awtoritajiet Franċiżi jaħsbu li l-Kummissjoni ma kinitx qed tikkontesta l-interpretazzjoni tagħhom dwar l-irwol tal-GAL u li, fi kwalunkwe każ, is-sistema ta’ amministrazzjoni tagħhom fil-qasam tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż ma kellhiex nuqqasijiet gravi li jiġġustifikaw korrezzjoni finanzjarja.

Iktar sussidjarjament, ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-Kummissjoni kellha tuża ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja li jkun inqas għoli. L-ewwel nett, il-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-ammont tal-bażi li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi kkalkulata l-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 %. It-tieni nett, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1260/1999 billi ma użatx korrezzjoni finanzjarja proporzjonata għall-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqasijiet ikkonstatati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31)


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/31


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2010 — Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI — Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

(Kawża T-517/10)

()

2011/C 13/60

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG (Pinneberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u R. Möller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ozone Laboratories Pharma SA (București, ir-Rumanija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 1332/2009-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “HYPOCHOL” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5718069

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Ġermaniża Nru 1171145 tat-trade mark figurattiva “HITRECHOL” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b’mod żbaljat illi ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks minħabba nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/32


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko (SG SEIKOH GIKEN)

(Kawża T-519/10)

()

2011/C 13/61

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Seikoh Giken (Matsudo-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seiko Kabushiki Kaisha (Chuo-ku, Il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 1553/2009-1;

tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark għal prodotti fil-klassi 25;

tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti, jekk issir intervenjenti

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Seikoh Giken

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “SG SEIKOH” għal prodotti fil-klassijiet 3, 7 u 0 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 908461

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2390953 tat-trade mark figurattiva “SEIKO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: L-applikant jikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tikser d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, minħabba interpretazzjoni inkorretta u li tista’ tiżvija u infurzar mhux xieraq tal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament u tal-ġurisprudenza applikabbli.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/32


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2010 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/10)

()

2011/C 13/62

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Lage u H. Brokelmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni N 178/2010, tad-29 ta’ Settembru 2010, li tawtorizza il-kumpens ta’ servizz pubbliku favur il-produtturi tal-elettriku fi Spanja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess deċiżjoni inkwistjoni fil-Kawża T-484/10 Gas Natural FENOSA SDG vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tat-talba tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

Ksur tad-drittijiet proċedurali ggarantiti mill-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), peress li l-Kummissjoni ma fetħitx il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, filwaqt li kienet marbuta tagħmel dan, sa fejn hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq komuni.

Ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (2).

Ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, sa fejn ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità meħtieġa minn din id-dispożizzjoni sabiex l-għajnuna kkontestata, li ngħatat mill-awtoritajiet Spanjoli bħala kumpens għall-ispiża żejda li tirriżulta mill-provvista ta’ servizz pubbliku, tkun tista’ tiġi awtorizzata ma humiex sodisfatti.

Ksur tal-Artikolu 34 TFUE, peress li l-għajnuna kkontestata tikkostitwixxi miżura li għandha effett ewkivalenti, li ma tistax tiġi ġġustifikata, skont l-Artikolu 36 TFUE, minn neċessità li tiġi ggarantita l-provvista tal-elettriku.

L-għajnuna kkontestata hija kkumulata b’mod indebitu mal-għajnuna mogħtija lill-industrija tal-faħam għall-perijodu 2008-2010, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002, tat-23 ta’ Lulju 2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam (3), u toħloq distorsjoni serja tal-kompetizzjoni fis-settur tal-elettriku, billi tinjora d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(d) u (e) tal-istess regolament.

Il-ksur tal-Artikoli 11 u 191 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 3(3) TUE, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tieħux inkunsiderazzjoni, skont ir-rikorrenti, l-effetti dannużi li hija għandu jkollha fuq l-ambjent.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-dritt ta’ proprjetà ggarantit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 170.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/33


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Hell Energy vs UASI — Hansa Mineralbrunnen (HELL)

(Kawża T-522/10)

()

2011/C 13/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hell Energy Magyarország kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: M. Treis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Hansa Mineralbrunnen GmbH (Rellingen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 1517/2009-1;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5937107; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “HELL”, għal prodotti fil-klassi 32 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5937107

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5135331 tat-trade mark verbali “Hella”, għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni wettqu żball meta ddeċidew li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/33


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Interkobo vs UASI — XXXLutz Marken (mybaby)

(Kawża T-523/10)

()

2011/C 13/64

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Interkobo Sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Skubisz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 88/2009-4;

tikkundanna lill-konvenut u lil XXXLutz Marken GmbH għall-ispejjeż inklużi dawk imġarrba mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: XXXLutz Marken GmbH.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “my baby” għal prodotti fil-klassi 28 — Reġistrazzjoni Nru 4894416.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark verbali nazzjonali “MYBABY”, trade mark figurattiva nazzjonali “mybaby” u trade mark verbali internazzjonali “MYBABY” għal prodotti fil-klassi 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark għal prodotti fil-klassi 28 miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tar-Regola 20(1) flimkien mar-Regola 19(2)(a), (i) u (ii), u tar-Regola 19(3) tar-Regolament Nru 2868 (1), u ksur tad-dritt li tintalab protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/34


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2010 — Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio vs UASI — Weinkellerei Lenz Moser (SERVO SUO)

(Kawża T-525/10)

()

2011/C 13/65

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio (Refrontolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Weinkellerei Lenz Moser AG (Linz, l-Awstrija)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “SERVO SUO” (Applikazzjoni Nru 5 798 244), għal prodotti fil-klassi 33.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Weinkellerei Lenz Moser Aktiengesellschaft.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Komunitarja “SERVUS” (Nru 579 193), Trade marks figurattivi internazzjoni li fihom l-element verbali “SERVU” (Nru 580.447A u 844 793) u t-trade mark verbali internazzjonali “SERVUS” (Nru 727 131), għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/34


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2010 — Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-526/10)

()

2011/C 13/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inuit Tapiriit Kanatami (Ottawa, il-Kanada), Nativak Hunters and Trappers Association (Qikiqtarjuaq, il-Kanada), Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association (Qikiqtarjuaq, il-Kanada), Jaypootie Moesesie (Qikiqtarjuaq, il-Kanada), Allen Kooneeliusie (Qikiqtarjuaq, il-Kanada), Toomasie Newkingnak (Qikiqtarjuaq, il-Kanada), David Kuptana (Hamlet of Ulukhaktok, il-Kanada), Karliin Aariak (Iqaluit, il-Kanada), Canadian Seal Marketing Group (Quebec QC, il-Kanada), Ta Ma Su Seal Products Inc. (Cap-aux-Meules, il-Kanada), Fur Institute of Canada (Ottawa, il-Kanada), NuTan Furs Inc. (Catalina, il-Kanada), GC Rieber Skinn AS (Bergen, Norway), Inuit Circumpolar Council (ICC) (Nuuk, il-Groenlandja), Johannes Egede (Nuuk, il-Groenlandja), Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (Nuuk, il-Groenlandja), William E. Scott & Son (Edinburgh, Ir-Renju Unit), Association des chasseurs de phoques des Îles-de-la-Madeleine (Cap-aux-Meules, il-Kanada), Hatem Yavuz Deri Sanayi iç Ve Diș Ticaret Limited Șirketi (Istanbul, it-Turkija), Northeast Coast Sealers’ Co-Operative Society Limited (Fleur de Lys, il-Kanada) (rappreżentanti: J. Bouckaert u H. Viaene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament Nru 737/2010 skont l-Artikolu 263 TFUE;

tiddikjara r-Regolament Nru 1007/2010 inapplikabbli skont l-Artikolu 277 TFUE;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew għall-ispejjeż tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qegħdin jitolbu l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 (1), tal-10 ta’ Awwissu 2010, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (2). L-annullament tar-Regolament Nru 1007/2009, li jipprovdi għal restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti tal-foki, qed jintalab mir-rikorrenti fil-kuntest tal-Kawża T-18/10.

Ir-rikorrenti ressqu żewġ motivi insostenn tat-talbiet tagħhom.

L-ewwel nett, huma jsostnu li r-regolament implemetattiv għandu bħala bażi legali r-regolament bażiku li fuqu ressqu eċċezzjoni ta’ illegalità bbażat fuq l-Artikolu 277 TFUE. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jirrepetu l-argumenti li tressqu insostenn tat-talbiet tagħhom fil-Kawża T-18/10 (3).

It-tieni nett, b’mod sussidjarju, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta adottat ir-regolament implementattiv peress li abbużat mis-setgħat mogħtija lilha fir-regolament bażiku. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Kummissjoni użat is-setgħat tagħha għal skop differenti minn dak li għalih ingħataw u jsostnu li l-għan veru mfittex mill-Kummissjoni, meta adottat ir-regolament implemetattiv, kien li jimblokka kull tqegħid ta’ prodotti tal-foki fis-suq tal-Unjoni.


(1)  ĠU 2010 L 216, p.1

(2)  ĠU 2009 L 286, p. 36

(3)  C 2010 C 100, p. 41


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2010 — Katjes Fassin vs UASI (Yoghurt-Gums)

(Kawża T-25/08) (1)

()

2011/C 13/67

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/08) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi - Esklużjoni ta’ kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra - Nuqqas ta’ tressiq ta’ lment - Inammissibbiltà tar-rikors)

2011/C 13/68

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet individwali tal-EPSO li r-rikorrenti ma jiġux permessi jagħmlu l-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 rispettivament.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja, intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008, p. 57.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża F-84/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu illi jirriżulta direttament mill-allegata illegalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-regoli applikabbli għall-persunal - Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Inammissibbiltà - Eżenzjoni mis-servizz minħabba rappreżentanza tal-persunal - Nuqqas ta’ adattament tax-xogħol - Żball)

2011/C 13/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Il-kundanna tal-BĊE għall-ħlas tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba diskriminazzjoni marbuta mal-attività sindakali tagħha.

Dispożittiv

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 5 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, terz tal-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.

(4)

M. C. Cerafogli għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża F-96/08) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Żieda supplimentari tas-salarju - Promozzjoni ad personam - Konsultazzjoni mal-kumitat tal-persunal sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji għall-għoti taż-żidiet supplimentari tas-salarju)

2011/C 13/70

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li r-rikorrenti ma tingħatax il-benefiċċju ta’ promozzjoni ad personam u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ somma biex jiġi kkumpensat id-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Bank Ċentrali Ewropew irrifjuta li jagħti lil M. C. Cerafogli żieda supplimentari tas-salarju għas-sena 2008 hija annullata.

(2)

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 3 000.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009, p. 75.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/09) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi - Att li jikkawża preġudizzju - Esklużjoni tal-kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess - Inkompetenza tal-EPSO)

2011/C 13/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 u tad-deċiżjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta’ preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u dwar l-evalwazzjoni ta’ u l-għoti ta’ marki għall-eżamijiet orali.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma jinkludix lil I. Vicente Carbajosa, fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08, u lil N. Lehtinen u M. Menchén, fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08, fil-lista tal-kandidati mistiedna sabiex jippreżentaw applikazzjoni kompleta huma annullati.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 82, 4.4.2009, p. 37.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2010 — Wendler vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni ta’ rtirar - Ħlas tal-pensjoni - Obbligu li jinfetaħ kont bankarju fil-pajjiż ta’ residenza - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku - Prinċipju ta’ ugwaljanza)

2011/C 13/72

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Wendler (Laveno Mombello, l-Italja) (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tat-talba tal-Kummissjoni li r-rikorrent jindika kont bankarju fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu, għall-finijiet tal-ħlas tal-pensjoni.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rikors ta’ E. Wendler huwa miċħud.

(2)

E. Wendler għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009, p. 27.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2010 — AB vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/10) (1)

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Ilment tardiv - Inammissibbiltà manifesta)

2011/C 13/73

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AB (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  GU C 100, 17/04/2010, p. 69.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2010 — Nolin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/10)

()

2011/C 13/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-istqarrija ta’ regolarizzazzjoni ta’ remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrija ta’ remunerazzjoni 01/2010 tiegħu stabbiliti fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni RG/2009 tar-rikorrent, kif ukoll l-istqarrija ta’ remunerazzjoni 01/2010 tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2010 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/10)

()

2011/C 13/75

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-sur-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance għall-edukazzjoni mogħtija minħabba l-fatt li t-tifla tiegħu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru fil-forma ta’ borsa ta’ studju u self.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni li titnaqqas l-“allowance għall-edukazzjoni” mħallsa lir-rikorrent, hekk kif jirriżulta mid-dikjarazzjoni tal-paga ta’ Frar 2010, kif ukoll mid-dikjarazzjoni tal-paga inkwistjoni sa fejn inaqqas parzjalment l-“allowance għall-edukazzjoni”; it-tieni nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Frar 2010, dwar it-tnaqqis tal-“allowance għall-edukazzjoni” mħallsa lir-rikorrent u ż-żamma tal-ammont ta’ EUR 770.85 applikata għal din tal-aħħar, żamma li tidher fid-dikjarazzjoni tal-paga ta’ Marzu 2010; it-tielet nett, id-dikjarazzjoni tal-paga ta’ Marzu 2010, li tnaqqas l-“allowance għall-edukazzjoni” mħallsa lir-rikorrent u li tinkludi żamma retroattiva ta’ ammont ta’ EUR 770,85; ir-raba’ nett, id-dikjarazzjonijiet tal-paga ta’ April sa Awwissu 2010, sa fejn jinkludu tnaqqis parzjali tal-“allowance għall-edukazzjoni”; il-ħames nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2010, li tiċħad espressament l-ilment;

jordna r-rimbors, bl-imgħax, lir-rikorrent tas-somom li ġew miżmuma fil-konfront tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/39


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2010 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-84/10)

()

2011/C 13/76

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Efstratios Chatzidoukakis (Schrassig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance għall-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li ibnu jirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ għotja u ta’ self.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni li titnaqqas l-“allowance għall-edukazzjoni” mħallsa lir-rikorrent, kif tirriżulta mid-dikjarazzjoni tad-dħul tax-xahar ta’ Frar 2010, kif ukoll id-dikjarazzjoni tad-dħul inkwistjoni sa fejn tnaqqset parzjalment l-“allowance għall-edukazzjoni”; it-tieni nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2010, dwar it-tnaqqis tal-“allowance għall-edukazzjoni” mħallsa lir-rikorrent u għat-tnaqqis li jammonta għal EUR 375 applikat għal din tal-aħħar, tnaqqis li jidher fid-dikjarazzjoni tad-dħul tax-xahar ta’ Marzu 2010, it-tielet nett, id-dikjarazzjoni tad-dħul tax-xahar ta’ Marzu 2010, li tnaqqas l-“allowance għall-edukazzjoni” mogħtija lir-rikorrent u li tinkludi tnaqqis retroattiv li jammonta għal EUR 375, ir-raba’ nett, id-dikjarazzjonijiet ta’ dħul tax-xhur ta’ April u ta’ Awwissu 2010, sa fejn jimplikaw tnaqqis parzjali tal-“allowance għall-edukazzjoni”; il-ħames nett, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Lulju 2010, li espressament tiċħad it-tnaqqis;

jordna r-rimbors tas-somom li tnaqqsu lir-rikorrent, bl-imgħax;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/39


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2010 — AI vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-85/10)

()

2011/C 13/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AI (rappreżentant: M. Erniquin, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deliberazzjonijiet tal-Bord tal-Għażla rigward ir-riżultati tal-eżami bil-Franċiż tal-kompetizzjoni interna Nru CJ 12/09 u, sa fejn hemm bżonn, l-annullament tal-kuntratti u tal-ħatriet tal-persuni li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti u t-talba għall-kumpens għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

L-annullament tad-deliberazzjonijiet tal-Bord tal-Għażla rigward l-eżami bil-Franċiż tal-kompetizzjoni interna Nru CJ 12/09;

sa fejn hemm bżonn, l-annullament tal-ħatriet tat-8 kandidati li għaddew minn dan l-eżami;

il-komunikazzjoni tal-kriterji ta’ evalwazzjoni li ntużaw għall-għażla li saret;

prinċipalment il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat tar-rikorrenti f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u għaldaqstant l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal temporanju ta’ Jannar 2009, u, għaldaqstant, l-integrazzjoni mill-ġdid tagħha bħala membru tal-persunal temporanju; sussidjarjament, l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal temporanju ta’ Jannar 2009, u, għaldaqstant, l-integrazzjoni tagħha mill-ġdid bħala membru tal-persunal temporanju;

konsegwentement, ir-rikonoxximent tad-dritt għal kumpens li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija kienet tirċievi kieku l-imsemmi kuntratt kien jitkompla fl-1 ta’ Jannar 2010 u l-emolumenti li hija rċeviet effettivament minn din id-data sad-data tal-integrazzjoni mill-ġdid effettiva tagħha;

il-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali sostnuti b’mod partikolari minħabba n-nuqqas abużiv ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha, stmat għal EUR 100 000 fil-każ li tiġi ordnata l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti, inkella kumpens ta’ EUR 500 000, fil-każ li jirriżulta li l-integrazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti tkun impossibbli;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/40


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2010 — Adriaens et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/10)

()

2011/C 13/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stéphane Adriaens (Evere, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta, riprodotta fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji tagħhom, minn Lulju 2009, għal żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tiffissa r-rata ta’ aġġustament tas-salarji għal 1,85 % skont ir-Regolament Nru 1296/2009, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet;

jagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-interessi moratorji, ikkalkolati skont ir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew, dovuti fuq l-ammont kollu li jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarji li jinsabu fid-dikjarazzjoniijiet tas-salarji minn Jannar 2010 u dawk ta’ regolarizzazzjoni għall-perijodu minn Lulju 2009 sa Diċembru 2009 u s-salarji li huma kellhom dritt għalihom, sad-data meta dawn is-salarji jiġu rregolarizzati;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2010 — AK vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/10)

()

2011/C 13/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AK (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal kumpens għad-danni subiti minħabba nuqqas ta’ stabbiliment ta’ rapporti tal-iżvilupp tal-karriera u ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi l-fatti ta’ fastidju kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-danni subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrenti fl-24 ta’ Novembru 2009 intiża għal kumpens għad-danni subiti minħabba nuqqas ta’ stabbiliment ta’ rapporti tal-iżvilupp tal-karriera għall-perijodi 2001-2002, 2004, 2005 u 2008, kif ukoll għall-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi l-fatti ta’ fastidju;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti, fl-ewwel lok, is-somma ta’ EUR 53 000 għat-telf ta’ opportunità li tiġi promossa għal grad A5 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promossjoni tal-2003, minbarra r-regolarizzazzjoni tad-drittjiet għal pensjoni tagħha permezz ta’ kontribuzzjonijiet korrispondenti, fit-tieni lok, is-somma ta’ EUR 400 fix-xahar (li jikkorrispondu għal-70 % tad-differenza bejn l-allowance ta’ invalidità li hija rċeviet u dik li kienet tirċievi kieku ġiet promossa fl-2003) u fit-tielet lok, is-somma ta’ EUR 35 000 għad-danni morali subiti riżultanti minn sitwazzjoni amministrattiva irregolari, minkejja s-sentenzi tal-20 ta’ April 2005 u tas-6 ta’ Ottubru 2009 tal-Qorti Ġenerali u tat-13 ta’ Diċembru 2007 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/40


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2010 — Dricot-Daniele et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/10)

()

2011/C 13/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Luigia Dricot-Daniele (Overijse, il-Belġju) et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tal-istqarrijiet ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti sa mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni RG 2009 tar-rikorrenti, l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tagħhom ta’ Jannar 2010 u l-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni sussegwenti, sa fejn dawn l-istqarrijiet japplikaw rata ta’ aġġustament ta’ 1.85 %, filwaqt li jżommu fis-seħħ l-effetti ta’ dawn l-istqarrijiet sakemm jiġu adottati stqarrijiet ġodda;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’Ottubru 2010 — Carpenito vs Il-Kunsill

(Kawża F-94/10)

()

2011/C 13/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Renzo Carpenito (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba sabiex jinżammu l-effetti tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni kkontestati sal-adozzjoni ta’ regolament li jissostitwixxi, b’effett retroattiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, u sabiex jingħata rimedju għad-dannu finanzjarju u morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

iżżomm l-effetti tal-istqarrijiet tar-remunerazzjonijiet ikkontestati sal-addozzjoni ta’ regolament li jissostitwixxi, b’effett retroattiv, ir-Regolament Nru 1296/2009;

tikkundanna lill-Kunsill sabiex jirrimedja d-dannu finanzjarju subit mir-rikorrent permezz tal-ħlas ta’ somma li l-ammont tagħha tkun ekwivalenti għat-telf ta’ remunerazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni manifestament illegali tar-Regolament Nru 1296/2009, ma liema ammont għandu jiżdied ir-rimbors tal-parti tas-sisa speċjali applikata kull xahar sa minn Jannar 2010 skont l-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal u li r-rata tagħha ġiet iffissata b’mod żbaljat fid-dawl ta’ dan ir-regolament; dan l-ammont huwa evalwat, bla ħsara għall-interpretazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għal EUR 30 000;

tikkundanna lill-Kunsill sabiex jirrimedja d-dannu morali subit mir-rikorrent permezz tal-ħlas ta’ EUR 1 simbolika;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/10)

()

2011/C 13/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba sabiex jinżammu l-effetti tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni kkontestati sal-addozzjoni ta’ regolament li jissostitwixxi, b’effett retroattiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, u sabiex jingħata rimedju għad-dannu finanzjarju u morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

iżżomm l-effetti tal-istqarrijiet tar-remunerazzjonijiet ikkontestati sal-addozzjoni ta’ regolament li jissostitwixxi, b’effett retroattiv, ir-Regolament Nru 1296/2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrimedja d-dannu finanzjarju subit mir-rikorrent permezz tal-ħlas ta’ somma li l-ammont tagħha tkun ekwivalenti għat-telf ta’ remunerazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni manifestament illegali tar-Regolament Nru 1296/2009, ma liema ammont għandu jiżdied ir-rimbors tal-parti tas-sisa speċjali applikata kull xahar sa minn Jannar 2010 skont l-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal u li r-rata tagħha ġiet iffissata b’mod żbaljat fid-dawl ta’ dan ir-regolament; dan l-ammont huwa evalwat, bla ħsara għall-interpretazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għal bejn EUR 40 000 u EUR 50 000, minbarra l-interessi minħabba dewmien li barra minn hekk qed jintalbu mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrimedja d-dannu morali subit mir-rikorrent permezz tal-ħlas ta’ EUR 1 simbolika;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/42


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Cervelli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-98/10)

()

2011/C 13/83

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Francesca Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u M. Arias Díaz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni illi tirrifjuta li tagħti l-allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Ashbrook et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/10)

()

2011/C 13/84

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Michael Ashbrook (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, imniżżla fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jiġi limitat l-aġġustament tal-paga bażika tagħhom, minn Lulju 2009, favur żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni espressi fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tax-xhur ta’ Jannar 2010 et seq, kif ukoll fl-istqarrijiet ta’ arretrati għas-sena 2009, sa fejn dawn japplikaw rata ta’ aġġustament ta’ 1,85 % minflok rata ta’ 3,7 %

tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tad-differenza bejn l-ammonti tar-retribuzzjonijiet imħallsa skont ir-Regolament Nru 1296/09 sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u dawk li jmisshom tħallsu li kieku l-aġġustament kellu jiġi kkalkolat korrettament, flimkien mal-interessi b’rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, miżjuda bi tliet punti u nofs, u dan mid-data li fiha s-somom mitluba fil-kawża prinċipali kienu dovuti,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2010 — De Pretis Cagnodo u Trampuz vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-104/10)

()

2011/C 13/85

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mario Alberto de Pretis Cagnodo u Serena Trampuz (Trieste, l-Italja) (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad ir-rimbors ta’ 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi marbuta mal-kura fi klinika ta’ mart uffiċjal irtirat

Talbiet tar-rikorrenti

Tissospendi jew, fi kwalunkwe każ, tinibixxi provviżorjament, fid-dawl tal-fumus boni juris tat-talba preżenti, tad-dannu gravi patrimonjali li altrimenti r-rikorrenti jsostnu u tan-nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tad-determinazzjoni tas-somom ikkontestati, l-eżekuzzjoni tal-proċedura ta’ rkupru sforzat tas-somom inkwistjoni u, b’hekk, tinibixxi provviżorjament it-tnaqqis ex officio mill-pensjoni ta’ M. de Pretis Cagnodo;

wara li tikkonstata u tiddikjara li l-ebda kritika jew ilment ma jista’ jsir fir-rigward ta’ S. Trampuz għal dak li jirrigwarda l-kwantifikazzjoni u l-ħlas tal-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni rikjesti mill-klinika fejn ġiet rekoverata, wara li tikklassifika bħala “gravi” l-marda li wasslet għad-dħul ta’ S. Trampuz fl-isptar u l-interventi kirurġiċi li għalihom din ġiet sottoposta, u wara li tikkunsidra bħala inevitabbli u terapewtikament korrett il-perijodu taż-żmien fl-isptar, tiddikjara lir-rikorrenti eżenti minn kull rimbors tas-servizzi mwettqa mill-Uffiċċju likwidatur ta’ Ispra u, konsegwentement, tordna lill-Kummissjoni tannulla t-talba għall-ħlas lura tas-somma ta’ EUR 41 833 — jew ta’ dik is-somma possibilment differenti li tista’ tiġi ddeterminata — u li tastjeni minn kull tnaqqis ex officio ta’ dan l-ammont mill-pensjoni ta’ M. de Pretis Cagnodo;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/43


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2010 — Schätzel vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/10)

()

2011/C 13/86

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Wolfgang Schätzel (Ransbach-Baumbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Oehmen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-ħlas ta’ allowance tat-tluq lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku:

jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ April 2010, kif ukoll id-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment, tat-30 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-ilment Nru R/351/10, u tordna lill-Kummissjoni tħallsu allowance tat-tluq għas-servizz tiegħu bejn l-1 ta’ Marzu 2009 u t-28 ta’ Frar 2010, li tikkorrispondi għall-ekwivalenti attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu kweżiti matul is-servizz tiegħu mal-Kummissjoni.

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Couyoufa vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/10)

()

2011/C 13/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Denise Couyoufa (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiġi eżentata mir-rotazzjoni mandatorja.

Talbiet tar-rikorrenti

jikkonstata illi d-deċiżjoni tal-31 ta’ Lulju 2008 hija vvizzjata b’illegalità;

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Frar 2010 li tiċħad it-talba ta’ D. Couyoufa;

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-appell tagħha minn din id-deċiżjoni;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/43


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA

(Kawża F-112/10)

()

2011/C 13/88

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cornelia Trentea (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Suġġett

L-ewwel nett, annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni ta’ assistent amministrattiv fl-oqsma tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tal-finanzi, u kif ukoll id-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor. It-tieni nett, kumpens għal danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal:

jannulla d-Deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, tal-5 ta’ Ġunju 2010, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni (ref. TAADMIN-AST4-2009) u d-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor;

jekk ikun neċessarju, jannulla d-Deċiżjoni tat-22 ta’ Lulju 2010 illi tiċħad l-ilment tal-appellanti, u d-deċizjoni tas-27 ta’ Settembru 2010 illi ticħad it-talba tal-appellanti għal reviżjoni u tkomplija tal-ilment.

jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu materjali illi jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarju kurrenti tagħha u s-salarju ta’ AST4, sal-età tal-irtirar, inklużi l-allowances u indennizzi kollha u l-kumpens għad-drittijiet tal-pensjoni;

jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 10 000;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/44


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Novembru 2010 — Vereecken vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/06) (1)

()

2011/C 13/89

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 96, 22.04.2006, p. 39.