ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.CE2011.004.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 4E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
7ta' Jannar 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2010-2011
Seduti tal-25 ta' Marzu 2010
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 132 E, 21.5.2010.
TESTI ADOTTATI

 

Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010

2011/C 004E/01

Rapport dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi 2009 (2009/2203(INI))

1

2011/C 004E/02

It-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar it-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma

7

2011/C 004E/03

Prijoritajiet għall-Baġit 2011 - Taqsima III - Il-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit 2011 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (2010/2004(BUD))

11

2011/C 004E/04

Linji gwida baġitarji: 2011 - Taqsima I, II u IV-IX
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-Linji gwida għall-proċedura baġitarja 2011, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2010/2003(BUD))

20

2011/C 004E/05

Il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu?
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu? (2009/2105(INI))

25

2011/C 004E/06

L-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2009/2150(INI))

34

2011/C 004E/07

Rapport Annwali tal-BĊE għall-2008
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2008 (2009/2090(INI))

44

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010

2011/C 004E/08

Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-65 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar il-65 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2010/2020(INI))

49

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010

2011/C 004E/09

Annimali ħajjin u laħam frisk: Kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (COM(2009)0516 – C7-0211/2009 – 2009/0146(COD))

57

P7_TC1-COD(2009)0146Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta Marzu 2010 bil-ħsieb ta l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom

58

2011/C 004E/10

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Manifattura ta' għamara
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0058 – C7-0041/2010 – 2010/2035(BUD))

58

ANNESS

60

2011/C 004E/11

Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Industrija tal-ilbies
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0056 – C7–0035/2010 – 2010/2031(BUD))

61

ANNESS

63

2011/C 004E/12

Ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (C7-0044/2010 – 2010/0813(NLE))

64

2011/C 004E/13

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Milan Martin Cvikl
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Milan Martin Cvikl bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0022/2010 – 2010/0810(NLE))

65

2011/C 004E/14

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sra Rasa Budbergyté
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Rasa Budbergyté bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0018/2010 – 2010/0806(NLE))

66

2011/C 004E/15

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sra Kersti Kaljulaid
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Kersti Kaljulaid bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0016/2010 – 2010/0804(NLE))

66

2011/C 004E/16

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Igors Ludboržs
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta’ Igors Ludboržs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0017/2010 – 2010/0805(NLE))

67

2011/C 004E/17

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Szabolcs Fazakas
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Szabolcs Fazakas bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0019/2010 – 2010/0807(NLE))

68

2011/C 004E/18

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Ladislav Balko
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Ladislav Balko bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0023/2010 – 2010/0811(NLE))

68

2011/C 004E/19

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Louis Galea
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Louis Galea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0020/2010 – 2010/0808(NLE))

69

2011/C 004E/20

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Augustyn Bronisław Kubik
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Augustyn Bronisław Kubik bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0021/2010 – 2010/0809(NLE))

70

2011/C 004E/21

Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Jan Kinšt
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar in-nomina ta’ Jan Kinšt bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0015/2010 – 2010/0803(NLE))

70

2011/C 004E/22

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Eoin O'Shea
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Eoin O’Shea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0033/2010 – 2010/0812(NLE))

71

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2010-2011 Seduti tal-25 ta' Marzu 2010 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 132 E, 21.5.2010. TESTI ADOTTATI

Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010

7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/1


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Rapport dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi

P7_TA(2010)0072

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi 2009 (2009/2203(INI))

2011/C 4 E/01

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha rigward ir-Rapport Annwali dwar iż-Żona tal-Euro, it-tnejn li huma tas-7 ta' Ottubru 2009 (COM(2009)0527 u SEC(2009)1313),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta' Awwissu 2009 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2009 (SEC(2009)1120),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2009 dwar is-Sostenibilità fuq medda twila ta' żmien tal-finanzi pubbliċi għal ekonomija li qed tirkupra (COM(2009)0545),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aġġornament tal-2009 dwar il-linji gwida wisgħin għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2009)0034).

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar L-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar Il-finanzi pubbliċi fl-EMU 2007-2008 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 dwar ir-rapport annwali tal-ECB (Bank Ċentrali Ewropew) għall-2007 (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0031/2010),

A.

billi l-Istati Membri esperjenzaw l-agħar kriżi ekonomika u soċjali tagħhom mill-bidu tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea 'l hawn,

B.

billi valuta stabbli u politiki fiskali serji taw prova ta' kemm huma ta' siwi meta mmitigaw l-effetti tal-kriżi fuq l-Ewropa,

C.

billi l-politika fiskali u monetarja kif ukoll il-miżuri ta' stabbilizzazzjoni fis-settur finanzjarju kienu kruċjali biex l-ekonomija Ewropea tiġi stabbilizzata,

D.

billi, permezz tal-koordinazzjoni matul iż-żmien tal-politika fiskali u tal-miżuri ta' kontra l-kriżijiet fil-G-20, l-UE u l-Istati Membri taw kontribut biex jiġi evitat li jseħħ aktar deterjorament,

E.

billi l-politika fiskali ta' ħafna Stati Membri kienet waħda proċiklika,

F.

billi politika ekonomika ġenwina tal-UE teżisti biss fir-rigward tal-politika monetarja u billi l-koordinazzjoni tal-politika fiskali, li prinċipalment hija r-responsabilità tal-Istati Membri, hija waħda limitata,

G.

billi l-prezzijiet taż-żejt, tal-gass, tal-minerali u ta' riżorsi oħra li ma jistgħux jiġġeddu huma instabbli wisq, jikkontribwixxu għal żbilanċi globali u kienu kawża ewlenija tal-ostakoli fl-ilħuq tal-mira tal-inflazzjoni li għandu l-BĊE ta' inqas minn 2 % imma qrib dak il-perċentwal għall-2008; billi dawk il-prezzijiet mistennija jogħlew fuq żmien medju, b'mod li jqiegħdu f'periklu l-istabilità makroekonomika taż-żona tal-euro,

H.

billi d-defiċits pubbliċi tal-Istati Membri mistennija jiżdiedu bil-ħeffa għal madwar 7 % tal-PGD fl-2010, minħabba l-impatt ikkombinat ta' nfiq akbar, permezz ta' stabbilizzaturi awtomatiċi u miżuri ta' diskrezzjoni biex jiġu appoġġjati l-ekonomija u s-settur finanzjarju, u dħul mit-taxxa aktar baxx; billi huwa mistenni ċertu titjib fil-livelli tad-defiċits fl-2011; billi, madankollu, xi Stati Membri diġà naqsu għal aktar minn darba li jissodisfaw il-kriterji tal-Patt ta' Stabilità ħafna qabel ma faqqgħet il-kriżi; billi t-treġġigħ lura għal finanzi pubbliċi serji huwa essenzjali u prekondizzjoni għall-istabilità tal-munita komuni tagħna,

I.

billi l-ispejjeż tal-kriżi kienu r-raġuni ewlenija tad-deterjorament mill-ġdid tal-finanzi pubbliċi, filwaqt li l-bilanċi fiskali tal-maġġorparti tal-Istati Membri kienu ttejbu qabel faqqgħet il-kriżi; billi għandu jiġi nnutat, madankollu, li diversi Stati Membri kellhom djun nazzjonali għoljin diġà qabel ma seħħet il-kriżi,

J.

billi l-infiq pubbliku antiċikliku kien meħtieġ biex jiġi evitat tnaqqis jerġa’ aktar sever fl-attività ekonomika u għadu meħtieġ biex tkun iggarantita l-istabilità ekonomika; billi, b’danakollu, id-defiċits strutturali eċċessivi tal-baġit u d-dejn pubbliku eċċessiv huma xkiel serju għat-tkabbir ekonomiku u jirrestrinġu b’mod sever l-infiq f’oqsma bħalma huma l-edukazzjoni, il-kura, l-innovazzjoni u s-servizzi pubbliċi,

K.

billi t-twaqqif taż-żona tal-euro, filwaqt li ntlaqa’ tajjeb, ifisser li l-għażla tar-rata tal-kambju nazzjonali flessibbli ma għadhiex disponibbli,

L.

billi, għalkemm huwa tista’ tgħid impossibbli li tkun prevista kriżi ta' dimensjonijiet tant eċċezzjonali, fil-pjanijiet tal-politika, il-Patt ta' Stabilità u Tkabbir (SGP) kien imfassal biex japplika fi żminijiet tajbin u f’dawk ħżiena, imma ħafna Stati injoraw l-obbligu li kellhom skont l-SGP li jħejju ruħhom għaż-żminijiet il-ħżiena,

M.

billi l-globalizzazzjoni ġġiegħel liż-żona tal-euro tassumi rwol effettiv fil-governance ekonomika u finanzjarja globali,

N.

billi l-potenzjal tal-euro mhux qed ikun sfruttat biżżejjed fuq livell globali peress li ż-żona tal-euro la għandha strateġija internazzjonali definita kif suppost u lanqas m'għandha rappreżentanza internazzjonali effettiva,

Politika monetarja

1.

Jinsab allarmat minħabba t-tnaqqis fl-impjiegi li għaddej bħalissa u li mistenni jseħħ fl-Unjoni Ewropea minkejja l-isforzi eċċezzjonali tal-politika monetarja u fiskali; jisħaq li, minbarra l-miżuri għall-irkupru eċċezzjonali, ir-riformi strutturali għandhom jiġu aċċellerati u mhux imdewma, ħalli l-ekonomija u s-suq tax-xogħol Ewropej isiru aktar robusti u reżistenti għat-turbolenzi ekonomiċi globali;

2.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-politika monetarja attiva u flessibbli tal-BĊE minn Ottubru 2008 'l hawn li testendi l-provvedimenti tal-likwidità għall-istituzzjonijiet tal-kreditu;

3.

Jinsab imħasseb li l-likwidità extra provduta mill-BĊE u mill-banek ċentrali l-oħrajn għadha ma ntużatx mill-banek kollha biex tittaffa l-kriżi tal-kreditu li qed tiffaċċja l-industrija, u, b’mod partikolari, l-impriżi żgħar u medji;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni intensifikata ta' bejn il-Kunsill, il-BĊE u l-Eurogroup;

5.

Jinsab imħasseb minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi għaż-żona tal-euro li jkollha waqgħa rapida fil-valur tad-dollaru Amerikan u tar-renminbi yuan, fejn din tal-aħħar ġiet żvalutati artifiċjalment b’intervent inġust min-naħa tal-gvern Ċiniż; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-possibilità li titfaċċa bużżieqa ġdida ta' assi fl-Asja; jitlob li jsiru djalogi makroekonomiċi internazzjonali msaħħa sabiex jiġu aġġustati r-rati tal-kambju ħalli tkun tista’ tinkiseb ekonomija dinjija aktar ekwilibrata;

6.

Jirrimarka li l-objettiv tal-istabilità tal-prezzijiet jista’ jintlaħaq biss jekk il-kawżi prinċipali tal-inflazzjoni jiġu indirizzati kif suppost; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li ż-żieda fl-inflazzjoni li seħħet qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja ma kinitx ikkawżata minn domanda interna eċċessiva imma rriżultat minn qabża fil-prezzijiet tal-enerġi u tal-ikel, tal-kommoditajiet u tal-assi finanzjarji u reali;

7.

Jenfasizza l-fatt li d-dixxiplina tal-moderazzjoni tal-pagi taġixxi wkoll bħala rażan fuq it-tkabbir fid-dħul ta' kull familja (każata) u b'hekk fuq il-konsum privat; għalhekk iwissi kontra li wieħed jiffoka esklussivament fuq il-moderazzjoni tal-pagi bħala strument biex tinkiseb l-istabilità tal-prezzijiet u tinżamm il-kompetittività; ifakkar li ż-żieda fil-kompetizzjoni globali diġà ġabet pressjoni fuq il-pagi biex jitbaxxew, filwaqt li l-prezzijiet ogħla għall-ħtiġijiet ta' kuljum u l-kostijiet enerġetiċi naqqsu l-potenzjal tax-xiri tal-konsumaturi tal-UE; jenfasizza li s-salarji reali għandhom jogħlew f’konformità mal-qligħ għall-produttività, biex tkun iggarantita l-istabilità fit-tul fid-distribuzzjoni tad-dħul;

8.

Itenni t-talba tiegħu għal koordinazzjoni aħjar bejn id-WTO, il-FMI, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u l-Grupp tal-Bank Dinji sabiex tiġi miġġielda l-ispekulazzjoni u jkunu affrontati l-isfidi ppreżentati mill-kriżi ekonomika;

9.

Ifakkar li ċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju jikkostitwixxu impediment għall-irkupru ekonomiku globali u li l-koordinazzjoni tal-politika monetarja hija essenzjali biex jiġi evitat li jfiġġu skwilibriji finanzarji li jistgħu jwasslu għall-instabilità makroekonomika; jitlob li tiġi organizzata konferenza monetarja dinjija taħt l-awspiċji tal-Fond Monetarju Internazzjonali bħala forum għal konsultazzjoni globali dwar kwistjonijiet monetarji;

Titjib tal-koordinazzjoni u l-koperazzjoni fil-politika ekonomika

10.

Jaqsam mal-Kummissjoni t-tħassib tagħha dwar l-iżbilanċi sinifikanti fir-rigward tal-iżvilupp tal-ispejjeż unitarji tax-xogħol, ir-rati tat-tkabbir tal-produttività, iż-żieda dejjem akbar fl-inugwaljanza tad-distribuzzjoni tad-dħul u tal-ġid, tal-firxiet tal-kontijiet kurrenti u tar-rati tal-interess fl-UE u fiż-żona tal-euro u jinsab imħasseb dwar l-assenza ta' mekkaniżmi effettivi għall-prevenzjoni tat-tkabbir ta' dawn l-iskwilibriji;

11.

Kif propost fid-dokument ta' ħidma tal-istaff li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2008 dwar EMU@10: suċċessi u sfidi wara 10 snin mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2008)0238), jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod u indikaturi dijanjostiċi, ħalli b’mod aktar effettiv timmonitorja u tevalwa l-iżviluppi ekonomiċi relevanti fl-Istati Membri, li jinkludu s-sorveljanza multilaterali tal-ispejjeż unitarji tax-xogħol, ir-rati tal-kambju reali, is-swieq finanzjarji u l-politiki li jaffettwaw il-kompetittività;

12.

Jieħu nota tat-tħassib espress mill-Kummissjoni, fid-dikjarazzjoni annwali tagħha dwar iż-żona tal-euro 2009, dwar l-iżbilanċi li akkumulaw fi ħdan iż-żona tal-euro u jinnota wkoll dak li l-Kummissjoni tidentifika bħala żewġ għejun maġġuri ta' żbilanċ: min-naħa l-waħda l-mudell ta' tkabbir iċċentrat fuq settur ta' esportazzjoni kompetittiv, mingħajr ma jkun sostnut mid-domanda domestika, huwa wieħed vulnerabbli u għall-kuntrarju, f’xi pajjiżi li jinsabu f’defiċit, l-iżbilanċi jista’ jkun li ħadu s-sura ta' pressjonijiet ta' domanda domestika eċċessiva, żieda f’daqqa fil-prezzijiet tad-djar u settur tal-kostruzzjoni minfuħ; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-Kummissjoni teżamina modi possibbli kif ittejjeb b’mod effettiv il-governanza ekonomika taż-żona tal-euro, inkluż l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ġodda biex jiġi evitat it-tkabbir eċċesiv mill-ġdid ta' dawn l-iżbilanċi fil-ġejjieni u x-xokkijiet asimmetriċi li għalihom jikkontribwixxu;

13.

Jenfasizza li l-Kummissjoni tgħid b’mod ċar, fid-Dikjarazzjoni Annwali tagħha dwar iż-Żona tal-Euro 2009, li l-mekkaniżmu stabbilit tal-koordinazzjoni tal-politika fi ħdan iż-żona tal-euro ma ħadimx tajjeb waqt il-kriżi; jaqsam l-istess fehma tal-Kummissjoni li hemm ħtieġa urġenti ta' sorveljanza makroekonomika aktar profonda u aktar wiesgħa biex tingħata spinta lil rispons ikkoordinat għall-kiriżi;

14.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tal-fondi tal-BEI kif ukoll il-kontribuzzjonijiet komuni imma differenti tal-Istati Membri għall-infiq pubbliku antiċikliku waqt il-kriżi, użati biex jikkompensaw parzjalment għad-daqs limitat tal-baġit Ewropew; iwissi, b’danakollu, kontra rikors eċċessiv għall-BEI għax dan iwassal biex il-proċedura baġitarja tkun evitata u jwassal ukoll biex il-Parlament Ewropew ma jkunx jista' jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-trajettorja tan-nefqa impenjata; ifakkar, għalhekk, li l-BEI m’għandux isir sostitut għall-baġit tal-UE;

15.

Jaqbel mal-Kummissjoni li s-superviżjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, id-dixxiplina fiskali kif ukoll il-limitar tad-defiċits interni u esterni huma essenzjali għall-iżvilupp tal-EMU b’suċċess;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' applikazzjoni komprensiva tar-regoli tal-SGP filwaqt li jinnota li r-regoli stipulati fl-SGP jirreferu biss għad-defiċit pubbliku u għad-dejn pubbliku; jirrimarka li dan l-istrument ta' koordinazzjoni fiskali jindirizza biss parzjalment il-kawżi maġġuri tal-iżbilanċi ekonomiċi fi ħdan iż-żona tal-euro; iqis għalhekk, li l-koordinazzjoni fiskali għandha tmur lil hinn mill-ambitu attwali tal-SGP;

17.

Jenfasizza li l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali u l-koordinament finanzjarju msaħħaħ fost l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro ma għandhomx iwasslu għall-inkapsulament taż-żona tal-euro;

18.

Itenni mill-ġdid il-fehma tiegħu li l-koordinazzjoni ekonomika għandha tieħu l-forma ta' strateġija Ewropea tal-ekonomija u tal-impjiegi li tkun waħda integrata u bbażata fuq l-Istrateġija EU 2020 li ġejja dalwaqt, il-Linji Gwida Integrati, l-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli u fuq il-programmi ta' stabilità u konverġenza;

Finanzi pubbliċi

19.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell insostenibbli tad-dejn pubbliku u ż-żieda rapida prevista tiegħu fl-2010 u l-2011;

20.

Jisħaq fuq l-importanza tal-użu effettiv tad-dispożizzjonijiet il-ġodda li hemm fl-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li jitjiebu l-koordinament ekonomiku u l-governance ekonomika fiż-żona tal-euro; jistenna b’ħerqa l-adozzjoni ta' proposti konkreti mill-Kummissjoni u mill-President tal-Eurogroup f’dan ir-rigward;

21.

Jilqa’ l-ewwel rapport annwali tal-Bord Ewropew Konsultattiv tal-Governanza tal-Istatistika u jaqbel, inter alia, mal-konklużjoni tiegħu li għandha tiġi segwita l-bażi legali tal-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika f’dawk l-Istati Membri fejn dan għadu ma sarx; jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni (Eurostat) fil-kuntest tal-monitoraġġ annwali tagħha tal-konformità mal-Kodiċi tal-Prattika, kif stipulat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji ta' l-istatistika (COM(2005)0217 finali);

22.

Jinsab imħasseb dwar l-abilità mnaqqsa li għandhom l-Istati Membri biex jilqgħu għat-tnaqqis ġejjieni fl-attività ekonomika u biex jikkontribwixxu għall-investiment li hu meħtieġ b’mod urġenti fl-għarfien, fl-immodernizzar tas-settur industrijali u fl-iżvilupp sostenibbli;

23.

Jaqbel li, biż-żieda fil-flessibilità tal-qafas, l-SGP rivedut tal-2005 jipprovdi għodod xierqa għall-koordinament ta' “strateġiji eżistenti” u biex ikun hemm aktar spazju għall-immanuvrar waqt tnaqqis fl-attività ekonomika biex tkun tista’ ssir il-konsolidazzjoni tal-irkupru ekonomiku; hu tal-fehma, madankollu, li, ladarba noħorġu mir-riċessjoni attwali, hemm il-ħtieġa li, filwaqt li nikkonformaw tal-SGP rivedut, tissaħħaħ il-fergħa preventiva tal-patt bil-għan li jkun iggarantit li l-Istati Membri effettivament jibqgħu lura milli jwettqu politiki proċikliki waqt perjodi ta' tkabbir;

24.

Jisħaq li, hi u tivvaluta l-programmi ta' stabilità u konverġenza tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħti piż kunsidervoli lill-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tagħha dwar is-Sostenibilità fuq medda twila ta' żmien tal-finanzi pubbliċi għal ekonomija li qed tirkupra (COM(2009)0545);

25.

Jappoġġja l-użu min-naħa tal-Kummissjoni tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv bil-għan li jitnaqqas id-defiċit pubbliku u jisħaq fuq l-importanza ta' programmi ambizzjużi, konkreti u kwantifikabbli magħmulin biex iseħħu meta jkun il-waqt għalbiex jiġu bbilanċjati l-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri, mis-snin 2010 u 2011 ’il quddiem;

26.

Jinsab imħasseb bil-kbir dwar l-iżviluppi fis-sitwazzjoni tad-defiċit tal-Greċja; jitlob biex din is-sitwazzjoni tiswa ta' tagħlima fit-tkabbiriet ġejjiena taż-żona tal-euro, b’mod speċjali fir-rigward tal-kwalità tad-data statistika;

27.

Iqis li l-Istati Membri li għandhom diffikultajiet biex isostnu l-finanzi pubbliċi tagħhom għandhom, l-ewwel nett, ikunu responsabbli għas-soluzzjoni ta' dawk id-diffikultajiet, l-aktar permezz ta' politika fiskali li toqgħod aktar għaċ-ċirkustanzi; jistieden lill-Istati Membri biex jaċċelleraw il-pass tar-riformi tagħhom permezz ta' azzjonijiet ta' politika aktar determinati biex jimtlew il-lakuni fis-sostenibilità kkawżati minn rati għolja ta' tidjin u minn spejjeż marbuta ma' popolazzjoni li qiegħda tixjieħ;

28.

Jisħaq fuq il-fatt li ċerti nuqqasijiet fl-istrutturazzjoni ta' EMU u, sa ċertu punt, il-politika ekonomika ta' ċerti membri taż-żona tal-euro u ta' pajjiżi terzi sħab jagħmluha diffiċli għall-Istati Membri li jġibu l-finanzi tagħhom f’posthom; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-mekkaniżmu attwali tal-koordinament tal-politika fi ħdan iż-żona tal-euro jeħtieġ li jitkabbar biex ikun jista' jiffaċċja, b'mod partikolari, l-iskwilibriji u d-diverġenzi ekonomiċi attwali u futuri fiż-żona tal-euro; jiddispjaċih, f’dan il-kuntest, li ma hemm l-ebda impenn vinkolanti fost il-gvernijiet biex ikun infurzat il-koordinament fiż-żona tal-euro;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi ġabra ta' miżuri biex jgħinu lill-Istati Membri biex il-kontijiet pubbliċi jerġgħu jġibuhom f’bilanċ u biex jiffinanzjaw l-investiment pubbliku permezz ta’:

(a)

eurobonds jew miżuri simili bil-għan li titbaxxa l-ispiża tal-interessi għall-manutenzjoni tad-dejn pubbliku, meta jitqies li l-firxiet tar-rati ta' interessi bejn l-Istati Membri ma niżlux taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi;

(b)

inkuraġġiment ta' koperazzjoni fiskali bejn l-Istati Membri inkluż kalendarju għall-introduzzjoni ta' bażi ta' taxxa korporattiva kkonsolidata komuni;

(c)

introduzzjoni ta' rappurtar minn kull pajjiż, wieħed, wieħed, dwar id-dħul tal-kumpaniji u t-taxxi mħallsa fuq dan id-dħul;

30.

Itenni mill-ġdid il-fehma tiegħu li l-gvernijiet tal-Istati Membri, meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-baġits nazzjonali tagħhom, għandhom iqisu l-Linji Gwida Integrati u r-rakkomandazzjonijiet li jkunu speċifiċi għall-pajjiż partikulari kif ukoll is-sitwazzjoni baġitarja ġenerali fiż-żona tal-euro; il-kalendarji fiskali nazzjonali differenti u s-suppożizzjonijiet ewlenin użati fit-tbassiriet sottostanti għandhom ikunu armonizzati sabiex ikunu evitati d-disparitajiet ikkawżati mill-użu ta' tbassiriet makroekonomiċi differenti (li jirrigwardaw, pereżempju, it-tkabbir globali, it-tkabbir tal-UE, il-prezz ta' barmil żejt u r-rati tal-interessi) u minn parametri oħra;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jaħdmu lejn id-definizzjoni ta' strumenti li jippermettu li l-baġits nazzjonali jitqabblu aħjar mil-lat ta' nfiq fil-kategoriji differenti;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta konkreta malajr kemm jista’ jkun dwar kif is-settur finanzjarju għandu jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-kriżi;

33.

Jistieden lill-BĊE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri taż-żona tal-euro jinkoraġġixxu l-proċess ta' integrazzjoni ekonomika u monetarja fi ħdan l-Unjoni Ewropea u jagħtu l-appoġġ tagħhom għat-tkabbir taż-żona tal-euro;

34.

Jistieden lill-BĊE jagħti l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro biex jadottaw l-euro, speċjalment fil-każijiet fejn l-Istati Membri wrew l-abilità tagħhom li jeżerċitaw dixxiplina fiskali tajba u stabbli;

L-affrontar tad-dipendenza mir-riżorsi u l-ħolqien ta' aktar impjiegi ġodda f’industriji moderni u ambjentalment sostenibbli

35.

Ifakkar li l-kriżi mhijiex skuża biex jiġi pprokrastinat l-iffaċċjar tal-problema tat-tibdil fil-klima u tad-degradazzjoni ambjentali; jenfasizza li jekk l-azzjoni titħalla għal aktar tard dan jista’ jiġi jiswa ħafna spejjeż kemm mil-lat ekonomiku u kemm mil-lat ambjentali u li ż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija u tar-riżorsi, flimkien mal-konverżjoni lejn riżorsi rinnovabbli sostenibbli, huwa l-aħjar mod kif tiġi limitata d-dipendenza mir-riżorsi skarsi filwaqt li jinħolqu impjiegi ġodda fl-industriji moderni u ambjentalment sostenibbli;

36.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu b’mod radikali l-isforzi f’din id-direzzjoni u jistaqsi lill-BĊE u lill-Kummissjoni biex jinkludu din il-mistoqsija fir-rappurtar ekonomiku regolari tagħhom;

37.

Jistieden lill-Eurogroup jieħu l-miżuri neċessarji biex jiffaċilita d-dħul fiż-żona tal-euro għal dawk l-Istati Membri li qed ifittxu li jidħlu u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul;

Rappreżentanza barranija taż-żona tal-euro

38.

Itenni l-fehma tiegħu li l-isforzibiex isir ċaqliq lejn rappreżentanza internazzjonali komuni taż-żona tal-euro għamlu ftit wisq progress minkejja l-kriżi;

39.

Huwa tal-fehma li l-aġenda tal-politika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) se tkun ikkaratterizzata, fost oħrajn, mill-isfidi ppreżentati mill-ekonomiji l-ġodda tal-Asja; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' progress fit-titjib tar-rappreżentanza esterna taż-żona tal-euro minkejja r-rwol globali dejjem akbar li għandu l-euro bħala munita ta' riżerva; jenfasizza li ż-żona tal-euro trid tibni strateġija internazzjonali li tkun proporzjonata mal-istatus internazzjonali tal-munita tagħha;

40.

Jirrimarka wkoll li żbilanċi globali marbutin maċ-ċaqliq fir-rati tal-kambju bejn, fost oħrajn, id-dollaru Amerikan u r-renminbi yuan u l-euro għandhom jiġu indirizzati wkoll sabiex jiġu evitati kriżijiet finanzjarji ġejjiena; jistieden lill-Eurogroup, lill-Kunsill u lill-BĊE biex jagħtu spinta lill-koordinazzjoni tal-azzjoni tagħhom fl-isfera tal-politika tar-rati tal-kambju f’dan is-sens;

41.

Jisħaq fuq l-importanza tal-konklużjonijiet tal-G-20 dwar l-iskwilibriji globali u dak li kull żona ekonomika għandha tagħmel biex tibbilanċja l-ekonomija tagħha; jenfasizza l-importanza tar-rati tal-kambju fit-tħejjija tas-samits tal-G-20 li se jsiru dalwaqt; huwa tal-fehma li din it-tħejjija għandha tkun aktar trasparenti fi ħdan l-UE u li l-Parlament għandu jinżamm mgħarraf;

*

* *

42.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Eurogroup, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Bank Ewropew għall-Investiment.


(1)  Testi adotatti, P6_TA(2008)0543.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2009)0123.

(3)  Testi adotatti, P6_TA(2009)0013.

(4)  Testi adotatti, P6_TA(2008)0357.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/7


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
It-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma

P7_TA(2010)0085

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar it-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Roma

2011/C 4 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9, 10, 18, 19, 20, 21, 151, 153 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jobbligaw lill-Istati Membri biex jiżguraw opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha u biex itejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien u ta' ħidma tagħhom,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jippermettu li l-UE tieħu l-azzjoni xierqa biex tiġġieled id-diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini kollha u tippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat- 28 ta' April 2005 dwar is-sitwazzjoni tar-Rom fl-Unjoni Ewropea (1), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal- 1 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Rom fl-Unjoni Ewropea (2), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal- 15 ta' Novembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri (3), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal- 31 ta' Jannar 2008 dwar Strateġija Ewropea għar-Rom (4), ir-riżoluzzjoni tiegħu tal- 10 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Rom fuq bażi tal-etniċità fl-Italja (5), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar is-sitwazzjoni soċjali tar-Rom u t-titjib tal-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol fl-UE (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad- 29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (7), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas- 27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (8), u d-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAItat- 28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda b'mezzi legali kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija (9), li tipprevedi l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolament li l-Istati Membri għandhom isegwu għal reati li jinvolvu r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE tad- 29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (10), li ġiet adottata fl-2004 u li tiggarantixxi li ċ-ċittadini kollha jkollhom id-dritt li jiċċaqalqu b'mod liberu fl-UE kollha kemm hi, sakemm ikunu qed jaħdmu jew ifittxu impjieg, ikunu qed jistudjaw, jew ikunu awtosuffiċjenti jew irtirati,

wara li kkunsidra r-Rapporti dwar ir-Rom, ir-razziżmu u l-ksenofobija fl-Istati Membri tal-UE fl-2009, ippubblikat mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (11), u r-rapporti tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, Thomas Hammarberg,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropew ta' Diċembru 2007 u Ġunju 2008, il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali ta' Diċembru 2008 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar l-Inklużjoni tar-Rom, li ġew adottati fil-Lussembugu nhar it- 8 ta' Ġunju 2009,

wara li kkunsidra l-proklamazzjoni tal-2005 tad-Deċennju ta’Inklużjoni tar-Rom u tat-twaqqif tal-Fond għall-Edukazzjoni tar-Rom, minn għadd ta' Stati Membri tal-UE,ta' pajjiżi kandidati għall-UE u ta' pajjiżi oħra fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom preżenza sinifikanti,

wara li kkunsidra l-Ewwel Samit dwar ir-Rom, li sar fi Brussell fis- 16 ta' Settembru 2008, u t-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Rom li se jsir f’Córdoba (Spanja) fit- 8 ta' April 2010, li huwa avveniment kruċjali tal-Presidenza Spanjola tal-Kunsill,

wara li kkunsidra r-rapport li daqt se joħroġ il-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar “Strateġija tal-UE dwar l-Inklużjoni tar-Rom”, li għandu joħroġ tard fl-2010,

wara li kkunsidra l-Għaxar Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Rom,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tat- 12 ta' Frar 2010 (O-0017/2010 – B7-0013/2010, O-0018/2010 – B7-0014/2010) u tal- 24 ta' Frar 2010 (O-0028/2010 – B7-0202/2010, O-0029 – B7-0203/2010) li saru lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar it-Tieni Samit Ewropew dwar ir-Rom,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-10-12-il miljun ta' Rom Ewropej għadhom ibatu minn diskriminazzjoni sistematika serja, u f'ħafna każi huma suġġetti għal faqar estrem u esklużjoni soċjali, billi maġġoranza ta' Rom Ewropej saru ċittadini tal-UE wara t-tkabbir tal-2004 u tal-2007, biex b’hekk bdew igawdu mid-dritt li għandhom iċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu u jgħixu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri,

B.

billi s-sitwazzjoni tar-Rom Ewropej, li ilhom preżenti f’ħafna pajjiżi Ewropej għal ħafna żmien, hija distinta minn dik tal-minoranzi nazzjonali Ewropej, u tiġġustifika miżuri speċifiċi fil-livell Ewropew,

C.

billi ħafna individwi u komunitajiet Rom li ddeċidew li jgħixu fi Stat Membru differenti tal-UE minn dak tac-cittadinanza nazzjonali taghhom jinsabu f’qagħda partikularment vulnerabbli,

D.

billi l-UE għandha bosta strumenti li jistgħu jintużaw biex jikkumbattu l-esklużjoni tar-Rom, bħall-opportunità l-ġdida prevista fil-Fondi Strutturali li tippermetti li jiġu allokati sa 2 % tal-allokazzjoni totali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal nefqa fuq l-akkomodazzjoni b'riżq il-komunitajiet emarġinati, li għandha tidħol fis-seħħ matul l-2010, jew il-possibbiltajiet eżistenti tal-Fond Soċjali Ewropew,

E.

billi d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE għadha ma ġietx ittrasponuta b'mod adegwat jew implimentata bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha,

F.

billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha bosta drabi biex tippromwovi b’mod attiv il-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs u inklużjoni soċjali fir-rigward tal-popolazzjoni tar-Rom fl-Ewropa kollha,

G.

billi fis-sena li għaddiet kien hemm żieda sinifikanti f’antiżingariżmu fil-midja tal-massa u fit-taħdit politiku f’xi Stati Membri tal-UE,kif ukoll inċidenza li qed tiżdied ta' vjolenza kontra r-Rom b’motivazzjonijiet razzjali,

H.

billi l-progress fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra r-Rom fir-rigward tal-garanzija tar-rispett tad-drittijiet tagħhom għall-edukazzjoni, għax-xogħol, għas-saħħa u għall-akkomodazzjoni kemm fl-Istati Membri u kemm fil-pajjiżi kandidati kien diskontinwu u kajman,

I.

billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk li qed jiffaċċjaw diskriminazzjonijiet multipla,

J.

billi għandha tiżdied ir-rappreżentazzjoni tar-Rom fl-istrutturi governattivi u fl-amministrazzjoni pubblika fl-Istati Membri,

1.

Jikkundanna ż-żieda ta' dan l-aħħar fis-sentimenti kontra ż-żingari (fobija mir-Rom) f'bosta Stati Membri tal-UE fil-forma ta' ġrajjiet regolari ta' inċitament għall-mibegħda u attakki kontra r-Rom;

2.

Iqis li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra r-Rom, li huma komunità pan-Ewropea, tirrikjedi approċċ komprensiv fil-livell Ewropew;

3.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-diskriminazzjoni li r-Rom ibatu minnha fl-edukazzjoni (b’mod partikulari, is-segregazzjoni), fl-akkomodazzjoni (b’mod partikulari, żgumbramenti mġiegħla u kundizzjonijiet ta' għajxien inferjuri, ta' spiss f’getti), fix-xogħol (ir-rata ta' impjieg partikolarment baxxa tagħhom) u fl-aċċess ugwali għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi pubbliċi l-oħra, kif ukoll il-livell tabilħaqq baxx tal-parteċipazzjoni politika tagħhom, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li waqt l-implimentazzjoni tal-Programmi Operattivi jkun hemm konformità stretta mad-dispożizzjonijiet dwar l-opportunitajiet indaqs, sabiex il-proġetti ma jsaħħux b’mod dirett jew indirett is-segregazzjoni u l-esklużjoni tar-Rom; jenfasizza li fl- 10 Frar 2010 l-Parlament adotta rapport dwar l-eliġibilità ta' interventi favur l-akkomodazzjoni ta' komunitajiet marġinalizzati, li jippermetti li jsiru interventi fl-akkomodazzjoni f'isem gruppi vulnerabbli fi ħdan il-qafas tal-FEŻR, u jitlob li ssir implimentazzjoni rapida tar-regolament irrivedut, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu użu attiv minn din l-opportunità; iqis, f'dan il-kuntest, li l-akkomodazzjoni hija prekundizzjoni fl-iżgurar ta' inklużjoni soċjali effettiva; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Faċilità dwar il-Mikrofinanza li ġiet adottata dan l-aħħar tkun aċċessibbli għar-Rom sabiex tiġi appoġġata l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol;

4.

Jirrikonoxxi li l-kwistjonijiet taċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni soċjoekonomika sħaħ tar-Rom huma kkundizzjonati minn storja ta' diskriminazzjoni u stigmatizzazzjoni soċjali; iqis li jeħtieġ li l-approċċ integrattiv għall-inklużjoni tar-Rom jiġi kkumplimentat minn miżuri proattivi biex tingħeleb id-diskriminazzjoni tal-imgħoddi u ta' llum; jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-attenzjoni dovuta għal dan l-aspett fl-approċċ tagħha għall-inklużjoni tar-Rom;

5.

Iqis li l-UE u l-Istati Membri jaqsmu responsabilità biex jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom u biex jiddefendu d-drittijiet fundamentali tagħhom bħala ċittadini Ewropej, u li f’dan il-qasam hemm bżonn urġenti li jżidu l-isforzi tagħhom ħalli jinkisbu riżultati viżibbli; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jappoġġaw il-miżuri meħtieġa sabiex jinħoloq ambjent soċjali u politiku xieraq għall-implimentazzjoni tal-inklużjoni tar-Rom, pereżempju billi jiġu appoġġati kampanji edukattivi għall-pubbliku biex tiżdied it-tolleranza fost il-popolazzjoni li mhijiex Rom għall-kultura u l-integrazzjoni tar-Rom, kemm fil-pajjiż ta' ċittadinanza u kemm fil-pajjiż ta' residenza Ewropea;

6.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar l-inklużjoni tar-Rom, li ġew adottati fil-Lussembugu nhar it- 8 ta' Ġunju 2009, li jinkorporaw il-Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Rom, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisuhom “fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki għad-difiża tad-drittijiet fundamentali, ir-rispett tal-ugwaljanza bejn is-sessi, fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u biex jiżguraw l-aċċess għall-edukazzjoni, id-djar, is-saħħa, ix-xogħol, is-servizzi soċjali, il-ġustizzja, l-isports u l-kultura, u wkoll fir-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi”; jilqa’ t-talba lill-Kummissjoni biex 'tieħu passi konkreti biex l-istrumenti u politiki Komunitarji rilevanti għall-inklużjoni tar-Rom isiru aktar effettivi';

7.

Jesprimi tħassib fil-fond dwar il-fatt li, meta wieħed iqis l-urġenza tal-kwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea sa issa għadha ma weġbitx it-talba tiegħu tal- 31 ta' Jannar 2008 biex b’koperazzjoni mal-Istati Membri tħejji Strateġija Ewropea dwar ir-Rom, li tkun maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u l-promozzjoni tal-isforzi favur it-titjib tal-qagħda tal-popolazzjoni Rom;

8.

Għaldaqstant, isejjaħ mill-ġdid lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa Strateġija Ewropea għall-Inklużjoni tar-Rom li tkun komprensiva bħala strument għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tar-Rom u d-diskriminazzjoni kontrihom fl-Ewropa;

9.

Jistenna bil-ħerqa li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ser titressaq wara s-Samit Ewropew li jmiss dwar l-inklużjoni tar-Rom, teżamina l-politiki u l-istrumenti eżistenti għat-titjib tal-inklużjoni tar-Rom u l-fatturi li kkaġunaw il-progress insodisfaċenti li sar sa issa; jitlob li fil-ġejjieni l-komunikazzjoni tkun tinkludi objettivi u mekkaniżmi ċari għat-tfassil ta' politiki dwar ir-Rom;

10.

Jistieden lill-Kummissarji Ewropej il-ġodda jagħtu prijorità lill-kwistjonijiet relatati mar-Rom li jkunu koperti mill-portafolli tagħhom, waqt li jistabbilixxu bħala prijorità sistemi effettiva ta' koordinament bejnhom u bejn id-direttorati ġenerali ħalli l-kwistjonijiet dwar ir-Rom jiġu affrontati fil-livell tal-UE;jistieden lill-Kummissjoni taħtar wieħed mill-Kummissarji tagħha biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-politika dwar ir-Rom;

11.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jinvolvu lill-komunitajiet tar-Rom, mil-livell l-aktar bażiku sa dak tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi li jieħdu sehem f’konsultazzjoni internazzjonali, fil-proċess tal-iżvilupp ta' politika komprensiva tal-UE dwar ir-Rom, fl-aspetti kollha tal-ippjanar, tal-implimentazzjoni u tas-superviżjoni, u biex jintużaw ukoll l-esperjenzi tad-Deċennju ta' Inklużjoni tar-Rom 2002–2015, il-Pjan ta' Azzjoni tal-OSKE,u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Parlament Ewropew; jitlob li jiġu mmobilizzati l-komunità Rom sabiex il-politiki ta' inklużjoni jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod konġunt, għax dawn jistgħu jkunu biss suċċess jekk jieħdu sehem fihom il-partijiet kollha involuti;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni tadotta approċċ orizzontali fil-kwistjonijiet dwar ir-Rom u tiżviluppa proposti addizzjonali biex ikun hemm koerenza politika fil-livell Ewropew f’dak li għandu x’jaqsam mal-inklużjoni soċjali tar-Rom, biex l-Istati Membri jitqanqlu jagħmlu sforzi akbar ħalli jinkisbu riżultati viżibbli, biex titħeġġeġ analiżi kritika tal-fallimenti politiċi, biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u biex jintużaw it-tagħlimiet kollha li nsiltu mill-proġett pilota dwar ir-Rom, li għandhom jalimentaw il-politiki ġenerali;

13.

Iħeġġeġ lill-organizzatur tas-Samit u lill-UE biex jiddefinixxu segwitu politiku ċar għall-konklużjonijiet tas-Samit, sabiex jiġu evitati s-sitwazzjonijiet preċedenti fejn la ġew adottati konklużjonijiet politiċi u lanqas proposti konkreti; iqis li s-Samit ma għandux ikollu natura deklarattiva imma għandu jiffoka fuq impenji ta' politika strateġika li juru rieda politika biex jitnaqqas id-distakk bejn il-komunitajiet Rom u l-popolazzjonijiet maġġoritarji;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jużaw l-inizjattivi eżistenti bħad-Deċennju ta' Inklużjoni tar-Rom sabiex jintensifikaw l-effikaċja tal-isforzi f'dan il-qasam;

15.

Iqis li huwa essenzjali li jitwaqqaf programm ta' żvilupp kumpless li jiffoka b’mod simultanju fuq l-oqsma politiċi relatati kollha u jippermetti li jkun hemm intervent immedjat fl-inħawi tal-getti li qed jissieltu kontra żvantaġġi strutturali serji;

16.

Jisħaq fuq il-fatt li l-miżuri antidiskriminatorji waħedhom mhumiex biżżejjed biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni soċjali tar-Rom, u li għaldaqstant jeħtieġ li jsir sforz Komunitarju li jkun imsejjes fuq bażi legali soda sabiex jiġu kkoordinati l-miżuri li jittieħdu mill-partijiet istituzzjonali u soċjatali li għandhom sehem fil-qasam u sabiex il-partijiet ikkonċernati jiġu mġiegħla jissodisfaw il-wegħdiet tagħhom; waqt li jaċċettaw ukoll, għaldaqstant, il-ħtieġa ta' impenn leġiżlattiv ċar u ta' approprjazzjonijiet baġitarji kredibbli;

17.

Jirrakkomanda li l-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni dwar il-fondi strutturali u l-fondi ta' qabel l-adeżjoni, li tkun tirrifletti l-impenn politiku Ewropew dwar l-użu sħiħ tal-opportunitajiet ipprovduti minn dawn il-fondi sabiex tiġi promossa l-inklużjoni tar-Rom u sabiex ikun żgurat li jitqiesu l-Prinċipji Bażiċi Komuni dwar l-Inklużjoni tar-Rom waqt kwalunkwe reviżjoni tal-Programm Operattivi rilevanti, b'antiċipazzjoni tal-perjodu ta' programmazzjoni li jkun imiss; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tanalizza u tivvaluta l-impatt soċjali li kellhom sa issa l-investimenti tal-fondi għal qabel l-adeżjoni u l-fondi strutturali li ffukaw fuq l-inklużjoni tar-Rom, biex ikunu possibbli li jinsiltu konklużjonijiet u jitfasslu strateġiji u regoli ġodda kemm-il darba jitqiesu meħtieġa f’dan il-qasam;

18.

Jisħaq fuq il-fatt li l-pajjiżi kandidati għandhom jiġu involuti fit-tfittxija fil-livell Ewropew tal-integrazzjoni tar-Rom malajr kemm jista’ jkun, peress li n-negozjati dwar l-adeżjoni jipprovdu l-aqwa opportunità biex titqanqal bidla sostanzjali fl-attitudnijiet governattivi lejn ir-Rom;

19.

Jinsisti li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li kwalunkwe miżura li tħalli impatt dirett jew indirett fuq iċ-ċittadini Rom tal-UE tkun koerenti mal-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali li tipprojbixxi b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni diretta u indiretta; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-ripatrijazzjoni furzata tar-Rom lejn il-pajjiżi Balkani tal-Punent fejn huma jistgħu isibu ruħhom bla saqaf u ddiskriminati fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-ħarsien soċjali u l-impjiegi, u jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet fundamentali jiġu rrispettati, inkluż billi tiġi jiġu pprovduti l-assistenza u s-superviżjoni xierqa;

20.

Jenfasizza l-qagħda prekarja ta' ħafna Rom, illi, permezz tal-eżerċizzju tal-libertà tagħhom li jiċċaqalqu fl-Unjoni, emigraw fl-UE;jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe miżura li tittieħed fir-rigward ta' dawn il-gruppi għandha tkun konsistenti mal-istandards u l-leġiżlazzjoni Ewropej, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu jekk hemmx il-bżonn għal approċċ Ewropew ikkoordinat;

21.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali sabiex tkun żgurata l- implimentazzjoni effettiva tal-isforzi biex tiġi promossa l-inklużjoni tar-Rom u biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri bil-ħsieb li l-awtoritajiet lokali jitħeġġu jagħmlu użu aħjar mill-opportunitajiet permezz tal-fondi strutturali għall-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom, anke permezz tal-monitoraġġ objettiv tal-implimentazzjoni tal-proġetti,

22.

Jenfasizza l-importanza tal-organizzazzjoni fil-livell Komunitarju tar-Rom bħala mezz fundamentali għall-iżgurar tas-suċċess tal-politiki dwar l-inklużjoni soċjali, kif ukoll il-bżonn li r-rappreżentanti tar-Rom jiġu involuti fl-inizjattivi kollha mmirati lejn il-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom u l-inklużjoni tal-komunitajiet tagħhom; iqis li jeħtieġ jittieħdu strateġiji fit-tul għall-bini tal-kapaċità professjonali u organizzattiva tar-Rom u għall-iżvilupp tar-riżorsi umani tar-Rom bħala prijorità orizzontali; jisħaq fuq il-fatt li l-indipendenza u r-responsabilizzazzjoni politiċi tal-awtoorganizzazzjoni tar-Rom f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi finanzjarji, akkademiċi u umani huma vitali fit-tħaffif tal-inklużjoni soċjali tar-Rom;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-OSCE.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2005)0151.

(2)  Testi adottati, P6_TA(2006)0244.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2007)0534.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2008)0035.

(5)  Testi adottati, P6_TA(2008)0361.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2009)0117.

(7)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(8)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(9)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

(10)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(11)  Rapport dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofonija fl-Istati Membri tal-UE fl-2009, Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni, Rapport li Jiffoka fuq id-Data: Ir-Rom fl-2009, Il-Qagħda taċ-Ċittadini Rom tal-UE li Jmorru u Jgħixu fi Stati Membri oħra tal-UE;u l-Kundizzjonijiet tal-Akkomodazzjoni tar-Rom u tat-Travellers fl-Unjoni Ewropea: Rapport Komparattiv.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/11


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Prijoritajiet għall-Baġit 2011 - Taqsima III - Il-Kummissjoni

P7_TA(2010)0086

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit 2011 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (2010/2004(BUD))

2011/C 4 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1),

wara li kkunsidra l-ipprogrammar finanzjarju aġġornat tal-Kummissjoni għall-2007-2013, ippreżentat skont il-punt 46 tal-Ftehim Interistituzzjonali msemmi hawn fuq tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa tal-kumitat ta' konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7–0033/2010),

Aspetti baġitarji ġenerali

1.

Jinnota li, għall-2011, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) 2007-2013 jipprovdi livell globali ta' approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 142.629 biljun, li jirrappreżentaw żieda massima potenzjali ta' 0.83 % biss fuq il-baġit tal-2010 kif adottat mill-Parlament Ewropew (EUR 141.453 biljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji); jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet hu ffissat għal EUR 134.263 biljun, żieda ta' 9.2 % fuq il-baġit 2010 (EUR 122.937 biljun f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet); ifakkar li dawn l-ammonti jirrappreżentaw biss madwar 1 % tal-GNI tal-UE u huma konsiderevolment inqas mid-Deċiżjoni attwali dwar ir-Riżorsi Proprji;

2.

Jirrimarka li d-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-qafas finanzjarju pluriennali tammonta għal EUR 8.366 biljun; ifakkar li, minkejja differenza ta' EUR 6.689 biljun biss għal-2010 fil-qafas finanzjarju pluriennali, il-baġit adottat għall-2010 juri differenza ta' EUR 18.515 biljun minħabba tnaqqis ieħor fil-ħlasijiet; itenni t-tħassib tiegħu rigward iż-żieda fid-diskrepanzi bejn l-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, li joħolqu defiċits fuq perjodi twal ta' żmien, u jenfasizza li se jagħmel l-almu tiegħu matul il-proċedura baġitarja biex iżomm din id-diskrepanza f'livell sostenibbli u li jista' jiġi mmaniġġjat;

3.

Ifakkar li, minbarra l-kunsiderazzjonijiet rigward il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin li għad fadal (2011-2013), l-awtorità baġitarja kienet obbligata tirrevedi l-qafas finanzjarju pluriennali diversi drabi minħabba li dan ma ppermettiex lill-UE tirreaġixxi kif suppost u b'mod sodisfaċenti għall-isfidi varji li rriżultaw f'dawn l-aħħar snin; itenni l-konvinzjoni tiegħu li analiżi u reviżjoni dettaljata tal-qafas finanzjarju pluriennali hija neċessità assoluta; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tippubblika r-rapport tagħha dwar il-funzjonament tal-Ftehim Interistituzzjonali attwali u dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet 1 u 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, flimkien ma' proposti konkreti biex il-Ftehim Interistituzzjonali attwali jiġi aġġustat u rivedut qabel l-aħħar tal-ewwel simestru tal-2010;

4.

Jirrimarka li l-baġit 2011 huwa r-raba' minn seba' fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali, u jenfasizza li l-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar l-użu tal-marġni ta' 5 % tal-flessibilità leġiżlattiva issa jagħmel sens kompletament, peress li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għandhom veduta aktar ċara tan-nuqqasijiet tal-programmi eżistenti u tal-iżviluppi pożittivi fihom; ifakkar li, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali, l-iżgurar ta' livell xieraq ta' flessibilità fil-baġit tal-UE huwa prerekwiżit għall-implimentazzjoni effikaċi tiegħu b’mod utli; jistenna li r-regolament tal-Kunsill dwar il-qafas finanzjarju pluriennali jiġi adottat fuq il-bażi tal-COM(2010)0072 finali u li l-Ftehim Interistituzzjonali li jmiss jiġi adottat fuq il-bażi tal-COM(2010)0073 finali, biex tkun possibbli flessibilità akbar;

5.

Jirrimarka li t-tisħiħ ta' numru ta' politiki fil-livell tal-UE wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona loġikament għandu jimplika kapaċità finanzjarja addizzjonali għall-UE;

6.

Fil-kuntest tar-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodi ta' programmi kodeċiżi, jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdih b'analiżi globali estensiva tal-implikazzjonijiet baġitarji fl-intestaturi kollha;

7.

Jilqa' l-fatt li, skont l-evalwazzjoni ta' Lulju 2009 magħmula mill-Kummissjoni, il-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet tal-attività li jappoġġaw l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2010 kien fihom ġustifikazzjoni ċara u konċiża tal-valur miżjud tal-UE, u kienu jinkludu objettivi u indikaturi SMART u orjentati lejn ir-riżultati; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-'output' relatat man-nefqa u li jsir użu aħjar mir-riżultati tal-evalwazzjonijiet; jiddeplora l-fatt li l-varjazzjonijiet fl-approprjazzjonijiet rari ġew spjegati bl-użu ta' data dwar il-prestazzjoni; jistenna, għaldaqstant, li l-Kummissjoni ttejjeb id-dikjarazzjonijiet tal-attività tagħha għall-2011 f'konformità ma' dan;

8.

Jenfasizza li t-titjib li għad hemm bżonn li jsir f'dan ir-rigward, l-iktar fir-rigward tad-Direttorati Ġenerali fil-familja RELEX u l-perjodu ta' qabel l-adeżjoni, huma kruċjali biex jiġi żgurat li jkun hemm teħid tad-deċiżjonijiet infurmat aħjar mill-awtorità baġitarja u biex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-introduzzjoni tal-ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività u l-ippjanar u l-ipprogrammar strateġiku fil-Kummissjoni, speċjalment meta jitqiesu l-kompiti u l-isfidi l-ġodda previsti bit-Trattat ta' Lisbona;

Il-prijoritajiet għall-baġit 2011

9.

Ifakkar li l-UE, fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, kienet kapaċi ssib ċertu valur miżjud Ewropew minbarra l-isforzi nazzjonali li saru fl-Istati Membri biex tiġi miġġielda l-kriżi ekonomika u finanzjarja, billi adottat Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (EERP), iżda jinnota li s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali fl-UE għadha mhix sodisfaċenti;

10.

Jenfasizza li ż-żgħażagħ huma importanti ħafna kemm issa kif ukoll għall-futur tal-UE, u li għandhom jingħataw attenzjoni partikolari waqt il-proċess tad-definizzjoni tal-prijoritajiet tagħna fuq perjodu ta' żmien medju u twil; jirrimarka li ż-żgħażagħ huma fil-qalba tal-istrateġiji soċjali u dawk tal-inklużjoni, u li l-kapaċità ta' innovazzjoni hija r-riżorsa ewlenija għall-iżvilupp u t-tkabbir li l-UE għandha tiddependi fuqha; ifakkar li l-investiment fiż-żgħażagħ u fl-edukazzjoni jfisser investiment fil-preżent u fil-futur, kif spjegat mill-“Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-UE”, u li dan l-investiment ikkoordinat u multidixxiplinarju jrid jinbeda mingħajr dewmien bħala tema politika trażversali;

11.

Jenfasizza li l-politika taż-żgħażagħ għandha tiġi definita b'mod wiesgħa, b'mod li tinkludi l-kapaċità tal-individwi li jbiddlu l-pożizzjoni u l-istatus bosta drabi tul ħajjithom, u li jaqilbu mingħajr restrizzjonijiet minn sitwazzjoni għal oħra bħal apprendistati, ambjenti akkademiċi jew professjonali u taħriġ vokazzjonali; wieħed mill-objettivi għandu jkun it-tranżizzjoni mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol;

12.

Jemmen li għandhom jiddaħħlu strumenti li jippromwovu l-istudju tal-lingwi u d-djalogu interkulturali u li jkunu fiċ-ċentru tal-miżuri tas-settur pubbliku fil-qasam taż-żgħażagħ; permezz tagħhom, iċ-ċittadini jkunu aktar konxji dwar it-temi Ewropej, bil-għan li tinkiseb identità Ewropea b'għeruq dejjem aktar fil-fond;

13.

Ifakkar fl-importanza tal-innovazzjoni u tal-aġenda diġitali għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa, u jirrimarka li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-ħiliet il-ġodda, bħall-ħiliet elettroniċi u l-aspetti intraprenditorjali; jenfasizza li l-prijoritajiet tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Aġenda Diġitali huma elementi kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli fl-Ewropa u jfakkar fl-importanza ta' ċerti programmi, bħall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv;

14.

Huwa konvint, fil-kuntest tat-tnaqqis fl-attività ekonomika globali, li l-UE għandha tikkonċentra l-isforzi tagħha biex tappoġġja b'mod attiv b'mod partikolari t-teknoloġiji ekoloġiċi innovattivi li qed jagħtu kontribut essenzjali biex tingħeleb il-kriżi ekonomika, biex b'hekk jiġi żgurat l-aċċess għas-swieq għall-SMEs u biex l-UE tiġi stabbilita bħala ekonomija kompetittiva ewlenija; jinnota li għandha tiġi garantita l-implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programmi tal-R&D biex jintlaħaq dan l-għan;

15.

Jenfasizza f'dan il-kuntest li l-SMEs għandhom rwol deċiżiv fl-iżvilupp tar-reġjuni strutturalment żvantaġġjati, partikolarment fiż-żoni rurali, u b'hekk biex jagħtu spinta lill-ekonomija tal-UE kollha kemm hi; jiġbed l-attenzjoni għaldaqstant għall-ħtieġa li jitniedu proġetti pilota għall-SMEs għall-iżvilupp taż-żoni rurali;

16.

Ifakkar, f'dan ir-rigward, li r-riżultati innovattivi fir-riċerka x'aktarx ikollhom impatt deċiżiv f'termini ta' attività ekonomika, u huwa tal-opinjoni li l-UE għandha issa tkun preparata b'mod sħiħ biex tagħti l-inċentivi finanzjarji meħtieġa f'kull livell ta' tmexxija, sew jekk dak nazzjonali, reġjonali jew lokali; jemmen li dan il-valur miżjud Ewropew, flimkien mal-isforzi nazzjonali biex jiġu appoġġati l-attivitajiet ta' riċerka, se jiġġenera riperkussjonijiet oħrajn għall-benefiċċju tal-Istati Membri kollha;

17.

Jenfasizza li l-mobilità, bħala libertà li tinsab fit-trattati u kundizzjoni essenzjali għall-funzjonament ta' suq intern ġenwin fl-UE, għandha titqies bħala wieħed mill-prerekwiżiti għall-azzjonijiet kollha ta' appoġġ favur iż-żgħażagħ; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza tal-istrutturar tal-baġit tal-UE biex jirrifletti, inter alia, iż-żieda fil-mobilità taż-żgħażagħ;

18.

Jenfasizza li t-trasport huwa element essenzjali tal-ekonomija Ewropea, li jippermetti l-mobilità tal-persuni, tal-prodotti u tal-għerf lil hinn mill-fruntieri; jenfasizza li t-trasport huwa vettur tal-ugwaljanza u tal-mobilità soċjali, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ, peress li jagħti opportunitajiet u jtejjeb l-iskambji fil-qasam tal-għerf u t-taħriġ;

19.

Huwa tal-opinjoni li l-appoġġ għall-intraprenditorjat u għall-SMEs huwa pedament tal-politika tal-UE għaż-żgħażagħ u għall-innovazzjoni; huwa konvint dwar il-ħtieġa li jiġi kkonfermat l-appoġġ għall-programmi u l-istrumenti kollha li għandhom l-għan li jrawmu l-inraprenditorjat ukoll fiż-żoni rurali, li jipprovdu għajnuna għall-fażijiet tal-bidu ta' intrapriżi li għadhom kemm inħolqu u li jiskambjaw l-esperjenzi fost l-intraprendisti żgħażagħ; ifakkar f'dan ir-rigward fir-rwol li għandu l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar biex jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi u għall-akkwist pubbliku għall-SMEs u biex jippromwovi aktar il-ħiliet u l-kapaċitajiet ta' innovazzjoni tagħhom; ifakkar li ressaq diversi proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'dawn l-aħħar snin bl-għan li jiġu appoġġati l-intraprendisti żgħażagħ, jiġu promossi l-interkonnessjonijiet bejn l-SMEs u tissaħħaħ il-mobilità tal-ħaddiema, u jenfasizza li se jimmoniterja mill-qrib il-proposti leġiżlattivi li għandhom jiġu ppreżentati wara t-tlestija ta' dawn il-proġetti u azzjonijiet;

20.

Filwaqt li jżomm f'moħħu r-rwol importanti li ż-żgħażagħ se jkollhom biex wieħed jirkupra mill-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali, jemmen li l-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali u l-faċilitazzjoni aħjar tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għandhom jiġu enfasizzati u mtejba wkoll fil-Fond Soċjali Ewropew u l-UE ma tistax taffordja iktar li ż-żgħażagħ b'mod speċjali jbatu mill-faqar, minn sistemi edukattivi ħżiena u minn qgħad għoli;

21.

Ifakkar li l-2011 ġiet ipproklamata s-Sena Ewropea għall-Attivitajiet Volontarji li Jippromwovu Ċittadinanza Attiva; u l-2010 bħala s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jirrimarka li l-volontarjat għandu rwol kruċjali f'ħafna setturi varjati u differenti bħal, inter alia, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-kura soċjali u l-politika tal-iżvilupp, u li jista' jipprovdi lill-persuni b'ħiliet u kompetenzi ġodda, biex b'hekk tittejjeb l-impjegabilità tagħhom u jingħata kontribut għall-inklużjoni soċjali;

22.

Jirrimarka li t-tibdil fil-klima kellu impatt fuq l-ambjent, l-ekonomija u s-soċjetà fl-Ewropa; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-importanza ta' approċċ integrat u kkoordinat fil-livell tal-UE biex jiġu appoġġjati u msaħħa l-miżuri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; iqis li huwa neċessarju li jiġu żviluppati aktar reazzjonijiet politiċi xierqa u li tiġi żviluppata bażi ta' għerf li tkun disponibbli wkoll għal pajjiżi oħrajn; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-baġit tal-UE xorta għadu ma jirriflettix b'mod sodisfaċenti dan il-kuntest ġenerali biex itaffi t-tibdil fil-klima;

23.

Jemmen li dawn il-prijoritajiet jirrappreżentaw sforz komuni biex iċ-ċittadini tal-UE jiġu l-ewwel, xi ħaġa li għandha tibqa' waħda mill-prijoritajiet tal-UE;

24.

Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni transnazzjonali mir-reġjuni fil-qafas tal-Ewroreġjuni u l-importanza tagħhom fl-approfondiment tal-integrazzjoni Ewropea; jitlob għalhekk li jiġu stabbiliti aktar proġetti pilota biex tiġi promossa l-kooperazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali transkonfinali fost ir-reġjuni fl-UE;

25.

Jilqa' d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija futura 'UE 2020' (2), li tidentifika tliet elementi li se jixprunaw il-futur tal-UE filwaqt li tindirizza l-isfidi reali li l-UE teħtieġ li tiffaċċja bħala l-bażi ta' diskussjoni wiesgħa tal-istrateġija ekonomika tal-UE; jemmen li din l-istrateġija għandha tagħmel aktar enfasi fuq il-ġlieda kontra l-qgħad; jenfasizza, madankollu, fir-rigward tal-prijoritajiet stabbiliti għall-baġit 2011, li jeħtieġ li jittieħdu miżuri ċari u proattivi biex l-UE-2020 tingħatalha iktar sustanza, speċjalment fil-qasam tat-tibdil fil-klima, l-ambjent u l-politiki soċjali, u jisħaq b'mod qawwi li din l-istrateġija m'għandhiex tinbidel f'tabella ta' valutazzjoni oħra vaga u purament indikattiva għall-Istati Membri; jirrifjuta li jirrepeti l-esperjenza ta' frustrazzjoni tal-Istrateġija ta' Lisbona, bil-Kunsill jagħmel tnaqqis sistematiku għal-linji li jappoġġjaw l-isforzi konsistenti mal-istrateġija maqbula;

26.

Jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm impenji finanzjarji ċari u ambizzjużi matul il-proċedura baġitarja, f'konformità ma' dawn il-prijoritajiet, biex titwitta t-triq għat-tlestija tal-istrateġija UE-2010 u biex tintwera r-rieda tal-UE li jkollha rwol ta' tmexxija fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet kruċjali; jistenna li l-proposta tal-Kummissjoni għall-abbozz tal-baġit tkun taqbel ma' din l-ambizzjoni, u jiddispjaċih kieku kellha tintilef l-opportunità li l-proċedura baġitarja tinbeda b'mod li jkun proporzjonat mal-isfidi li hemm 'il quddiem;

27.

Jenfasizza li biħsiebu juża l-mezzi kollha pprovduti fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 biex jimmobilizza fondi għal dawn il-prijoritajiet, u jenfasizza li dan l-isforz finanzjarju jista' jkun jeħtieġ iċ-ċaqliq ta' fondi minn strumenti jew programmi oħrajn; iqis li dan l-eżerċizzju għandu jkun ibbażat mhux biss fuq monitoraġġ kwantitattiv tal-programmi eżistenti iżda anke fuq monitoraġġ kwalitattiv mill-qrib u dettaljat; jemmen li l-Kumitat għall-Baġits għandu joqgħod fuq il-ħidma mwettqa mill-kumitati speċjalizzati tal-PE f'dan ir-rigward; biex b'hekk itejjeb il-kwalità tal-infiq tiegħu, u jżid il-valur miżjud Ewropew, li huwa essenzjali f'kuntest ta' finanzi pubbliċi limitati;

28.

Huwa tal-fehma li hija meħtieġa preżentazzjoni ċara u komprensiva tal-baġit tal-UE, u biħsiebu jagħti attenzjoni partikolari lill-ipprogrammar finanzjarju u lill-modifiki li saru permezz ta' ftehimiet baġitarji ewlenin riċenti; jilqa' l-preżentazzjoni mtejba tal-Kummissjoni tad-dokumenti tagħha ta' pprogrammar finanzjarju u jitlob li jiġi ċċarat aktar it-tqassim bejn in-nefqa operattiva u dik amministrattiva; filwaqt li jirrikonoxxi li din id-distinzjoni tista' tkun diffiċli li ssir f'xi każijiet; ifakkar li huwa meħtieġ infiq amministrattiv adegwat biex isiru l-programmi;

29.

Ifakkar li l-finanzjament ta' dawn il-prijoritajiet permezz ta' riallokazzjoni possibbli ta' fondi m'għandux ikun ta' ħsara għall-politiki fundamentali tal-UE bħall-politika ta' koeżjoni, dik strutturali jew dik agrikola komuni; jirrimarka li l-politika ta' koeżjoni, permezz tal-istruttura unika ta' governanza b'ħafna livelli u l-karattru orizzontali tagħha, għandha rwol ċentrali fil-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku tal-UE u hija ppredestinata li jkollha rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija UE2020, biex b'hekk tippromwovi s-sussidjarjetà permezz ta' approċċ minn isfel għal fuq u ssaħħaħ l-aċċettazzjoni u timmobilizza l-appoġġ miċ-ċittadini tal-Unjoni; jirrimarka li dawn il-politiki jissodisfaw wieħed mill-prinċipji li l-UE hija mibnija fuqu, jiġifieri l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà fost l-Istati Membri u r-reġjuni;

30.

Jenfasizza li jqis li din l-ewwel proċedura skont ir-regoli tat-trattat il-ġdid tipprovdi opportunità akbar biex jiġi eżerċitat skrutinju parlamentari sħiħ fuq il-baġit tal-UE kollu kemm hu, u jirrimarka li mhux biħsiebu jillimita l-prerogattivi baġitarji tiegħu;

L-Intestatura 1a

31.

Ifakkar li numru ta' politiki u miżuri li jikkostitwixxu l-EERP huma koperti minn din l-intestatura, flimkien ma' numru kbir ta' programmi pluriennali (CIP, FP7, TENs, eċċ.) li se jkunu mmaturaw fl-2011; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tal-EERP inkluż dwar miżuri fdati lill-BEI;

32.

Jenfasizza li l-prijoritajiet għall-2011, minħabba l-istrateġija UE-2020, se jkunu ffinanzjati primarjament minn din l-intestatura, u li l-estensjoni bit-Trattat ta' Lisbona tal-kompetenzi tal-UE (pereżempju fil-politika spazjali u fit-turiżmu) x'aktarx li jkollha implikazzjonijiet baġitarji; jenfasizza li politika spazjali li jkollha l-għan li tippromwovi l-progress xjentifiku, teknoloġiku u ambjentali Ewropew u l-kompetittività industrijali teħtieġ sforz finanzjarju reali kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-ħtieġa ta' proposti konkreti fir-rigward ta' finanzjament adegwat tal-GMES;

33.

Huwa tal-fehma li l-programm tat-tagħlim tul il-ħajja, billi jiffoka fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, jappoġġja l-isforzi li għandhom isiru fir-rigward taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-awtonomija; jenfasizza li dan il-programm għandu jkopri l-attivitajiet ippjanati fil-bidu tal-perjodu ta' pprogrammar u jintegra żviluppi ġodda possibbli, b'mod li jippermetti, inter alia, li tiġi stabbilita konnessjoni ċara bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, li t-tnejn li huma huma kruċjali għall-iżvilupp u l-irkupru ekonomiku; jenfasizza t-talba, diġà approvata mill-Parlament, li wieħed ikompli għaddej bi programm speċifiku ta' mobilità biex jiġu promossi l-ewwel impjiegi taż-żgħażagħ, imsejjaħ “Erasmus l-Ewwel Impjieg”;

34.

Ifakkar li, fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku tal-Ewropa, l-investiment fit-trasport b'mod partikolari permezz tal-investiment fit-TEN-Ts għandu rwol kruċjali biex jixpruna t-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll biex javvanza l-interessi ekonomiċi u ambjentali tal-Ewropa; jagħti f'dan ir-rigward l-akbar importanza lill-investiment favur is-sikurezza tat-trasport fil-modi kollha;

35.

Ifakkar li l-finanzjament ta' elementi kruċjali oħra għadu pendenti u se jeħtieġ li jitqies u li jkun hemm qbil dwaru matul il-proċedura baġitarja, anke jekk ma kinux previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2011: l-implimentazzjoni tal-pakkett tas-sorveljanza finanzjarja li jikkonsisti fil-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji (ESFE); il-finanzjament għall-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari Kozloduy (EUR 75 miljun fl-2011), li kien iffinanzjat bl-istrument ta' flessibilità fl-2010; u l-finanzjament tal-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (EUR 10 miljun fl-2011);

36.

Għaldaqstant huwa mħasseb ħafna bit-tnaqqis qawwi fl-approprjazzjonijiet previsti fil-qafas finanzjarju pluriennali li jammonta għal tnaqqis kbir ta' EUR 1,875 biljun meta mqabbel mal-baġit 2010; jifhem li l-finanzjament tal-EERP parzjalment jispjega din is-sitwazzjoni, iżda jibqa' assolutament konvint li reviżjoni ambizzjuża u konsistenti ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali hija kundizzjoni sine qua non għal baġit effikaċi tal-UE;

Intestatura 1b

37.

Huwa tal-fehma li l-attenzjoni ewlenija meta jiġu evalwati l-politiki ta' koeżjoni u dawk strutturali għandha tkun fuq is-simplifikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom kemm f'sens kwantitattiv kif ukoll kwalitattiv; jilqa' l-preżentazzjoni tad-deskrizzjonijiet tal-MCS (Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll) mill-Istati Membri għal kważi l-programmi operattivi kollha, u r-rata ta' approvazzjoni ta' 87 % mill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2009; jistenna, għaldaqstant, żieda konsiderevoli fil-ħlasijiet interim fl-2010 u l-2011;

38.

Ifakkar li t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali huwa wieħed mill-objettivi fundamentali tal-UE kif stipulat fit-Trattat ta' Lisbona; iqis, għaldaqstant, li t-tisħiħ tal-politika ta' koeżjoni tal-UE għandu jibqa' prijorità għolja għall-2011; jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ mill-qrib tar-regola N+2, N+3 u jitlob li tingħata informazzjoni sħiħa u aġġornata lill-awtorità baġitarja fil-ħin, b'mod partikolari dwar l-impenji baġitarji li huma f'periklu li jitħassru;

39.

Jinnota li ġew irrappurtati diversi każijiet ta' dewmien fil-fażi tal-bidu tal-perjodu attwali ta' programmazzjoni u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rata baxxa ta' użu tal-fondi strutturali tal-UE fl-aħħar snin, xi ħaġa li wasslet għal differenza li qed tikber bejn l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet f'din l-Intestatura; jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib speċjalment ma' dawk l-Istati Membri b'rata baxxa ta' użu matul il-perjodu preċedenti ta' programmazzjoni, biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

40.

Ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta adottata fil-konċiljazzjoni f'Novembru li għadda, li talbet simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' implimentazzjoni u ħeġġet lill-Istati Membri biex jagħmlu użu mill-possibilità li jirrevedu l-programmi operattivi biex jindirizzaw aħjar l-effetti tal-kriżi ekonomika; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-reviżjoni attwali tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali 2007-2013 (Regolament (KE) Nru 1083/2006) li għandu l-għan li jtejjeb is-simplifikazzjoni fl-immaniġġjar tal-fondi, kif ukoll jintroduċi miżuri biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrattaw il-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika; jitlob li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati mingħajr aktar dewmien fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tistima l-impatt possibbli tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fuq l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, kif ukoll biex tivvaluta l-effett fuq il-baġit tad-deroga proposta mir-regola tad-diżimpenn awtomatiku (N+2, N+3);

41.

Jinsisti li t-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq għandu jikkostitwixxi prinċipju ta' gwida biex jintlaħaq l-aħjar użu possibbli tal-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimmiraw l-isforzi tagħhom f’din id-direzzjoni u jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni fil-prattika tal-politiki;

Intestatura 2

42.

Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-marġni dejjaq fl-Intestatura 2, li jista’ jwassal għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jekk il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli juru tendenza simili ta' volatilità kif ġara fis-snin reċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib is-swieq agrikoli biex tipprevjeni tali sitwazzjoni; jargumenta favur marġni suffiċjenti fl-Intestatura 2 fil-baġit 2011;

43.

Ifakkar li t-tieni fergħa tal-EERP – internet broadband f'żoni rurali – fl-2010 qed tiġi ffinanzjata mil-linja baġitarja għall-iżvilupp rurali (EUR 420 miljun), u li l-ebda impenji ġodda ma huma previsti għall-2011;

44.

Ifakkar li l-abolizzjoni tad-distinzjoni bejn infiq obbligatorju u mhux obbligatorju se tbiddel b'mod profond id-djalogu istituzzjonali tradizzjonali, u jikkonferma li biħsiebu jiskrutinja bir-reqqa l-approprjazzjonijiet kollha fid-diversi stadji tal-proċedura minħabba d-diffikultà li jiġu antiċipati l-bidliet fis-swieq agrikoli; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-ittra ta' emenda tagħha dwar l-agrikoltura malajr kemm jista' jkun biex ikun possibbli li jittieħdu d-deċiżjonijiet b'mod kostruttiv u effiċjenti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

45.

Jenfasizza li l-proċess kontinwu ta' tixjiħ fis-settur agrikolu jitlob li jsiru sforzi biex il-ġenerazzjoni l-antika tinbidel b'dik żagħżugħa, bil-ħsieb li l-agrikoltura tibqa' kompetittiva u kapaċi li taffronta l-isfidi ambjentali ġodda wara Kopenħagen;

46.

Jistenna li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tibqa' fuq nett tal-aġenda politika 'post-Kopenħagen' tal-UE fl-2010 u l-2011, u jfakkar li, bħala parti minn approċċ usa', l-iżvilupp sostenibbli huwa responsabilità li tibqa' għaddejja għall-ġenerazzjonijiet li jmiss; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi pjan ta' azzjoni u skeda ta' żmien ċari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet fil-programm ta' azzjoni tal-UE biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; jenfasizza li s-settur tat-trasport jirrappreżenta potenzjal kbir fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità lill-miżuri biex jitnaqqas il-karbonju fil-mezzi tat-trasport kollha; ifakkar li r-rilaxx tar-riżerva f'din il-linja se jiddependi fuq il-proposti tal-Kummissjoni;

47.

Ifakkar li l-għan primarju tal-PAK huwa li tiggarantixxi l-istabilità fis-suq, tipprovdi sigurtà u tiżgura prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi u għall-produtturi, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi fil-baġit 2011 għall-mezzi neċessarji biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet il-ġodda li qed jirriżultaw mill-kriżi ekonomika attwali;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri kontra l-kriżi fis-settur tal-ħalib introdotti fil-baġit 2010, u biex tippreżenta approċċ permanenti flimkien ma' proposti konkreti biex tiġi indirizzata l-volatilità tal-prezzijiet fis-suq tal-ħalib u swieq ta' prodotti oħra għall-ġejjieni;

Intestatura 3a

49.

Jerġa’ jafferma l-ħsieb tiegħu li jżomm livell ta' finanzjament proporzjonat mal-istabbiliment ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fl-Unjoni u jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni, infurzar u evalwazzjoni sħaħ u effikaċi tal-istrumenti eżistenti f’dan il-qasam; iqis li huwa neċessarju, għal dan il-għan, li jerġa’ jiġi evalwat kemm huma xierqa l-istrumenti u l-mezzi finanzjarji disponibbli f’dan il-qasam fid-dawl tal-għanijiet tal-Programm ta' Stokkolma, pereżempju fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-immaniġġjar u l-kontroll tal-fruntieri, il-protezzjoni tad-data u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; ifakkar, f'dan il-kuntest, li ħafna programmi f'dan il-qasam dalwaqt se jkunu suġġetti għal reviżjoni ta' nofs il-perjodu, li tista' tirrikjedi wkoll li jerġgħu jiġu kkunsidrati l-mezzi finanzjarji allokati lilhom;

50.

Jemmen li hu essenzjali, bħala parti mill-promozzjoni taż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, li tissaħħaħ il-politika dwar l-immigrazzjoni u l-appoġġ għall-integrazzjoni tal-immigrati. Għal dan il-għan, iqis li l-azzjoni biex jiġu armonizzati l-politiki tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri individwali għandha titqies bħala prijorità politika tal-azzjoni tal-UE, bil-ħsieb li l-ħtiġijiet ta' sigurtà u l-protezzjoni tad-drittijiet fundametali tal-bniedem jiġu bbilanċjati sew;

51.

Għandu l-ħsieb li jwettaq skrutinju dettaljat tal-ġestjoni finanzjarja tal-iżvilupp tas-sistemi l-kbar tan-netwerks tad-data, b’mod partikolari t-tranżizzjoni mill-SIS I għall-SIS II, li kienet is-suġġett ta' dewmien u xkiel ripetut, qabel ma jiddeċiedi jekk iżommx il-livell ta' finanzjament previst għal dawk is-sistemi u jirriserva d-dritt li jżomm bħala riserva kull fondi li huma marbuta mal-migrazzjoni għall-SIS II sakemm joħroġ ir-riżultat tal-analiżi u l-ittestjar addizzjonali;

52.

Se jagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta' tibdiliet bħalma huma l-fatt li l-EUROPOL se jinġieb kompletament fil-qasam Komunitarju u t-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil filwaqt li se jiskrutinizza wkoll il-bżonnijiet finanzjarji tal-FRONTEX;

Intestatura 3b

53.

Ifakkar li din l-intestatura tkopri firxa wiesgħa ta' azzjonijiet favur iż-żgħażagħ permezz ta' programmi pluriennali bħaż-Żgħażagħ fl-Azzjoni, il-Programm Kulturali, l-Ewropa għaċ-Ċittadini, avvenimenti annwali, inklużi l-Olimpjadi Speċjali u l-Erasmus Mundus (3); biħsiebu, għaldaqstant, li jappoġġja dawk il-programmi tal-UE relatati ma' din il-kwistjoni li huma direttament rilevanti għall-prijoritajiet għall-baġit 2011, u li jimmoniterja l-implimentazzjoni tagħhom mill-qrib kemm f'sens kwalitattiv kif ukoll kwantitattiv; jiddispjaċih, madankollu, li l-limitu massimu ta' din l-intestatura għall-2011 huwa biss EUR 15-il miljun iżjed mill-baġit adottat fl-2010;

54.

Jenfasizza li t-tnaqqis sistematiku li sar f'dawn il-programmi mill-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja mhuwiex ġustifikat u għandu effett kontroproduttiv fuq l-iżvilupp ta' 'Ewropa għaċ-Ċittadini';

Intestatura 4

55.

Ifakkar fil-pressjoni kostanti, kważi mhux tollerabbli, fuq il-finanzjament tal-attivitajiet tal-UE bħala parteċipant globali, bl-ispazju tagħha għall-immanuvrar maqbud bejn marġni finanzjarji żgħar, kriżijiet li ma jistgħux jitbassru u li kulma jmur qed jiżdiedu f'pajjiżi terzi u xewqa li tafferma l-prijoritajiet tagħha fix-xena dinjija; jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni jingħatawlha l-mezzi finanzjarji meħtieġa għal reazzjoni konsistenti u adegwata għal sfidi globali mhux previsti u jenfasizza b'mod partikolari li l-baġit ipprogrammat għall-PESK għall-2011 jista' jirriżulta li kien isottovalutat; jiddispjaċih li kull żieda li taqbeż il-pakkett annwali pprogrammat toħloq iktar pressjoni fuq l-intestatura 4;

56.

Jinnota l-bżonn li ssir reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2006 dwar id-dixxiplina baġitarja fir-rigward tal-prerogattivi tal-Parlament fir-rigward tal-baġit tal-PESK/PSDK skont it-Trattat ta' Lisbona, inkluż il-bżonn ta' regoli ġodda dwar l-użu flessibbli tal-baġit tal-PESK għal missjonijiet ċivili tal-PSDK u t-trasparenza sħiħa fir-rigward ta' operazzjonijiet militari ta' mmaniġġjar tal-kriżijiet, b’mod partikolari l-użu tal-fond ta' bidu;

57.

Jirrimarka li, wara baġit ta' emenda għall-2010, l-2011 se tkun l-ewwel sena kompletament operattiva għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); biħsiebu jipprovdi lis-SEAE bil-mezzi amministrattivi neċessarji biex jissodisfa l-missjoni tiegħu, b’mod speċjali fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-immaniġġjar tal-kriżijiet ċivili, iżda jfakkar li, skont it-trattat u f’konformità sħiħa mal-intenzjoni komuni li jiżdied l-involviment tal-PE fit-tiswir u l-ġestjoni tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, se jeżerċita l-iskrutinju tiegħu b’mod sħiħ fuq il-baġit u l-kontroll tal-baġit tas-SEAE; ifakkar li jeħtieġ li tiġi żgurata trasparenza baġitarja sħiħa fir-rigward tal-organigramma tas-Servizz jenfasizza li, permezz tal-abolizzjoni ta' duplikazzjonijiet li mhumiex meħtieġa, is-Servizz il-ġdid għandu jirriżulta f’ekonomiji fil-kobor; jinnota, fl-istess ħin, li d-Delegazzjonijiet tal-UE lejn organizzazzjonijiet multilaterali għandu jkollhom biżżejjed persunal;

58.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iskarsità tal-informazzjoni rigward il-finanzjament tal-impenji tal-UE li tappoġġja l-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda tagħhom kontra t-tibdil fil-klima, u jfakkar li dan l-impenn ma kienx previst fil-qafas finanzjarju pluriennali; jenfasizza b'qawwa li l-finanzjament ta' dawn il-miżuri għandu jkun addizzjonali għall-fondi eżistenti tal-ODA;

59.

Jerġa' jafferma l-impenn tiegħu li jgħin kemm jista' lill-poplu Ħaitjan fil-perjodu ta' wara t-terremot devastanti li laqat lil pajjiżu; jitlob lill-Kummissjoni tipreżenta, fuq il-bażi ta' valutazzjoni estensiva tal-ħtiġijiet, l-aktar pjan ta' għajnuna ambizzjuż possibbli għal Ħaiti; ifakkar li pjan bħal dan m'għandux jipperikola l-impenji eżistenti lejn pajjiżi oħrajn li qed jiżviluppaw u li huma anqas avvanzati, u għandu jikkonsisti f'sorsi ġodda ta' finanzjament; f'dan il-kuntest, ifakkar fil-pożizzjoni tal-PE dwar l-istabbiliment ta' forza ta' protezzjoni ċivili permanenti tal-UE u jistieden għal darba oħra lill-Kummisjoni biex tagħmel proposti konkreti;

60.

Jirrimarka li l-UE qiegħda attwalment timmobilizza r-riżorsi kollha tagħha, minbarra l-programmi eżistenti, biex tappoġġja l-bini tal-paċi u l-isforzi ta' rikostruzzjoni fiż-żoni ta' kunflitt, jiġifieri l-Ġeorġja, l-Afganistan, il-Lvant Nofsani u l-Afrika sub-Saħarjana, u li jqis li huwa inaċċettabbli li l-prijoritajiet eżistenti jinbidlu b'oħrajn ġodda;

61.

Ifakkar fl-importanza ta' finanzjament xieraq għall-istabilizzazzjoni tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent u għall-integrazzjoni gradwali tiegħu fl-Unjoni Ewropea;

62.

Jenfasizza li s-Sħubija tal-Lvant, bħala komponent tal-politika tagħha tal-Viċinat, hija ta' sinifikat kbir għall-UE, u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-qafas propost; jikkunsidra li huwa daqshekk ieħor importanti li jiġi żgurat pakkett finanzjarju adegwat li jirrifletti l-impenji tal-UE fir-rigward tal-pajjiżi fil-viċinat tagħha fin-Nofsinhar;

63.

Ifakkar li l-kwistjoni tal-finanzjament tal-'miżuri ta' akkumpanjament għall-banana', wara l-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-kummerċ fil-banana, ma kinitx ittrattata matul il-konċiljazzjoni għall-baġit 2010; jesprimi l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-proposta li jintużaw il-marġni tal-intestatura 4 għal dan il-finanzjament (EUR 25 miljun fis-sena), li ma kienx previst fil-qafas finanzjarju pluriennali, u jemmen li din il-partita jistħoqqilha soluzzjoni ta' finanzjament pluriennali xierqa;

Intestatura 5

64.

Jixtieq, fl-ispirtu ta' infiq effikaċi u effiċjenti tal-fondi tal-UE, li jevalwa b'attenzjoni s-sitwazzjoni fir-rigward ta' din l-intestatura ladarba tkun ingħatat l-informazzjoni dwar it-talbiet tal-Kummissjoni, ir-rati ta' tkabbir li dawn huma bbażati fuqhom u l-ispazju għall-immanuvrar ġenerali taħt il-limitu massimu tal-qafas finanzjarju pluriennali;

65.

Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed ikun trasparenti u li jħares 'il quddiem fir-rigward ta' numru ta' kwistjonijiet b'implikazzjonijiet finanzjarji kbar, bħall-ħtiġijiet tal-persunal, il-pensjonijiet, politika tal-bini li tkun effiċjenti mil-lat tal-ispejjeż u tal-enerġija il-politika ta' esternalizzazzjoni u l-funzjonijiet u x-xejriet amministrattivi f'kuntrast ma' dawk operattivi;

66.

Jirrimarka li, fir-rigward tas-salarji u l-pensjonijiet, iż-żieda adottata mill-Kunsill f’Diċembru 2009 kienet ta' 1.85 %, jiġifieri nofs biss tal-perċentwal li jirriżulta mill-‘metodu’ u li, skont x’ikun l-eżitu tal-kawża ta' kontestazzjoni fil-qorti mibdija mill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, id-differenza, b’effett retroattiv, tista’ tammonta għal madwar EUR 135 miljun fl-istituzzjonijiet kollha;

67.

Ifakkar li, għalkemm it-tbassir tat-tkabbir tal-Kummissjoni għall-2010 kien limitat għal 0.9 %, ma kienx jinkludi numru ta' oqsma amministrattivi li huma fil-fatt iffinanzjati b'mod estern għal din l-intestatura, bħal-linji ta' appoġġ tekniku u amministrattiv (linji ex BA), l-aġenziji eżekuttivi (aġenziji esterni ta' riċerka) u n-nefqa amministrattiva fuq l-aġenziji deċentralizzati u r-riċerka diretta u indiretta; jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-opinjoni tagħha rigward il-kriterji li għandhom jiġu applikati biex tiġi definita n-nefqa amministrattiva totali, u biex tkompli tipprovdi deskrizzjoni ċara ta' dawk l-oqsma li huma barra l-intestatura 5; jitlob li n-nefqa amministrattiva kollha tiġi inkluża fl-intestatura 5;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta aġġornament tar-'rapport ta' eżami' bil-ħsieb li jkun hemm analiżi u segwitu ċari tal-ħtiġijiet tal-persunal;

L-aġenziji deċentralizzati

69.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-politika segwita f'eżerċizzji baġitarji riċenti fir-rigward tal-finanzjament tal-aġenziji deċentralizzati, l-iktar billi tqis il-bilanċi pożittivi li jirrriżultaw mill-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom meta tkun qed tiddeċiedi dwar is-sussidji li għandhom jiġu proposti; jinsisti, madankollu, li dawk l-aġenziji li sa ċertu punt jiddependu mid-dħul iġġenerat mill-miżati għandhom jibqgħu jkunu jistgħu jagħmlu użu estensiv mid-dħul allokat, biex ikollhom il-flessibilità baġitarja li jeħtieġu; jilqa' l-preżentazzjoni trasparenti tas-sussidji annwali mitluba f'dokument ta' ħidma dwar il-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 biex jakkumpanja l-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni;

70.

Jistenna li l-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati jerġgħu jibdew malajr, u jerġa' jafferma li jistenna li dan il-grupp se jirnexxielu jipproduċi konklużjonijiet operattivi li jippermettu li l-istituzzjonijiet jaqblu dwar approċċ komuni għat-twaqqif, il-ġestjoni u l-finanzjament tal-aġenziji deċentralizzati, kif ukoll posthom fl-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni;

Il-proċedura għall-adozzjoni tal-baġit annwali 2011

71.

Jenfasizza li l-proċedura baġitarja għall-adozzjoni tal-baġit 2011 ser tkun l-ewwel waħda li se ssir għalkollox skont ir-regoli l-ġodda definiti fit-Trattat ta' Lisbona; ifakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (4) li għandhom japplikaw sakemm l-atti legali neċessarji (ir-regolament il-ġdid dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, ir-Regolament Finanzjarju rivedut u ftehim interistituzzjonali possibbli residwu) li jiddefinixxu r-regoli dwar dawn il-kwistjonijiet jidħlu fis-seħħ;

72.

Jikkunsidra li huwa neċessarju, biex jiġi żgurat li l-proċedura baġitarja tal-2010 titwettaq bla xkiel, li l-PE, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar prinċipji u modalitajiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni, it-tħejjija u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif previst fil-paragrafu 7 tad-Dikjarazzjoni Konġunta msemmija; jenfasizza li dawn il-prinċipji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji definiti fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aspetti finanzjarji tat-Trattat ta' Lisbona (5) u fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar linji gwida tranżizzjonali rigward il-proċedura baġitarja biex jitqies id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (6); jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għall-Baġits tiegħu biex jinnegozja dwar dawn il-prinċipji mal-Kunsill u l-Kummissjoni;

*

* *

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  COM(2009)0647 finali.

(3)  Jitfakkar li dan il-programm speċifiku jaqa' taħt l-intestatura 1a.

(4)  Ara l-Anness 5 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha)

(5)  Riżoluzzjoni tas-7 ta' Mejju 2009.

(6)  Riżoluzzjoni tat-12 ta' Novembru 2009.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/20


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Linji gwida baġitarji: 2011 - Taqsima I, II u IV-IX

P7_TA(2010)0087

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-Linji gwida għall-proċedura baġitarja 2011, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2010/2003(BUD))

2011/C 4 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja solida (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas- 7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal- 25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3),

wara li kkunsidra s-sitt rapport annwali mis-Segretarji Ġenerali tal-istituzzjonijiet dwar ix-xejriet fl-intestatura 5 tal-perspettiva finanzjarja, kif riveduta fil-ħarifa tal-2009,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jirrigwarda s-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0036/2010),

A.

billi f'dan l-istadju tal-proċedura annwali, il-Parlament Ewropew qed jistenna l-estimi tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-proposti tal-Bureau tiegħu għall-baġit tal-2011,

B.

billi jkun utli li jitkompla l-eżerċizzju pilota dwar il-kooperazzjoni mtejba u r-relazzjonijiet imsaħħa bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits għat-tielet sena, matul il-proċedura baġitarja għall-2011,

C.

billi l-limitu massimu tal-intestatura 5 fl-2011 hu EUR 8 415 000 000 (li jirrappreżenta żieda ta' EUR 327 000 000, jew 4 %, meta mqabbel mal-2010, inklużi 2 % għall-inflazzjoni),

D.

billi l-baġit tal-Parlament Ewropew għall-2010 jammonta għal EUR 1 607 363 235, li għal din is-sena jirrappreżenta 19.87 % tal-intestatura 5, qabel ir-reviżjoni tal-MFF 2007-2013 (li naqqset il-limitu massimu tal-intestatura 5 b'EUR 126 000 000 biex jingħata kontribut għall-finanzjament tal-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku), u 20.19 % wara dik ir-reviżjoni,

E.

billi jeħtieġ jitqies kif żviluppaw l-ishma ta' kull istituzzjoni fin-nefqa taħt l-intestatura 5, u d-diversi raġunijiet għat-tibdiliet sinifikanti, bħad-dħul fis-seħħ ta' trattati differenti (li wassal għal numri akbar ta' Membri u/jew li żied il-kompiti u l-kompetenzi tal-istituzzjonijiet differenti), it-tkabbir u deċiżjonijiet oħrajn li jinvolvu żidiet sinifikanti fl-infiq li ma kinux previsti meta ġie adottat il-qafas finanzjarju,

F.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona se jinvolvi konsegwenzi finanzjarji, bi gradi differenti, għall-istituzzjonijiet kollha, li l-livell globali tagħhom għadu mhux magħruf,

G.

billi huwa essenzjali li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-intestatura 5 tiġi ssorveljata b'attenzjoni matul l-implimentazzjoni tal-baġit 2010 u fil-perjodu ta' qabel l-adozzjoni tal-baġit 2011,

H.

billi għandhom jitqiesu b'mod partikulari l-impatt finanzjarju fir-rigward tas-sistemi tal-pensjonijiet, tax-xejriet tal-età u tal-irtirar, tar-reklutaġġ u ta' oqsma oħrajn relatati mad-dispożizzjonijiet statutarji, u l-ħtieġa li tiġi żgurata sostenibilità fit-tul,

Il-qafas ġenerali

1.

Jirrimarka li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-iktar il-qari uniku tal-baġit minn kull waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, segwit minn laqgħa ta' konċiljazzjoni bil-għan li jintlaħaq il-baġit finali, ser jirrikjedi kooperazzjoni u djalogu aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet kollha, tul il-proċedura kollha kemm hi, inkluża l-preżentazzjoni ta' estimi realistiċi fiż-żmien opportun;

2.

Jirrimarka li ċ-ċirkostanzi li fihom se jiġu adottati l-baġits 2010 u 2011 huma kemxejn straordinarji u jippreżentaw sfida peress li, minn naħa minnhom, implimentazzjoni b'suċċess tat-Trattat ta' Lisbona hija prijorità ewlenija li se tkun ta' sfida finanzjarja, filwaqt li, min-naħa l-oħra, l-effetti tal-kriżi finanzjarja għadhom magħna f'ħafna Stati Membri, u qed iwasslu għal dilemma politika fil-livell tal-UE; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-baġit tal-UE jirrappreżenta anqas minn 2.5 % tan-nefqa pubblika totali tal-UE; jinnota, barra minn hekk, li l-intestatura 5 tal-baġit tal-UE konsegwentament tikkorrispondi għal 0.14 % tan-nefqa pubblika kollha tal-UE;

3.

Jenfasizza s-sitwazzjoni diffiċli fir-rigward tal-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 għall-2011 u huwa konxju li l-istituzzjonijiet jista' jkollhom problemi biex jirrikonċiljaw il-finanzjament tal-ħtiġiet kollha max-xewqa li tinżamm id-dixxiplina baġitarja u l-awtokontroll ħalli jkun hemm konformità mal-qafas finanzjarju pluriennali; jinnota li għadd ta' oqsma amministrattivi huma ffinanzjati barra mill-intestatura 5; jitlob li l-infiq amministrattiv kollu jkun inkluż f'dik l-intestatura, u li l-limitu massimu jiġi revedut f’dan is-sens;

4.

Jinsisti, għaldaqstant, li l-iżviluppi jkunu ssorveljati mill-qrib qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet finali; itenni l-fehma tiegħu li jeħtieġ jiġu stabbiliti prijoritajiet u li għandhom jiġu prijoritizzati l-attivitajiet ewlenin;

5.

Itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali sabiex jiġu skambjati l-aħjar prattiki u biex tiġi esplorata aktar il-possibilità li jittejbu l-effikaċja u l-effiċjenza u, fejn ikun possibbli u xieraq, jiġi identifikat l-iffrankar u jinqasmu r-riżorsi aħjar; jemmen li jistgħu jsiru wkoll gwadanji utli billi dan il-kunċett jiġi estiż għal oqsma oħrajn li sa issa għadhom ma ġewx ikkunsidrati f'dan il-kuntest, bħall-EMAS, il-politiki tan-nondiskriminazzjoni u t-teleworking; jissuġġerixxi li għandhom ikomplu jiġu esplorati possibilitajiet għall-użu ta' softwer miftuħ b'garanziji ta' sikurezza suffiċjenti, soġġetti għal kriterji ta' fattibilità definiti b'mod ċar filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż diretti u indiretti u l-benefiċċji; jirrimarka li għandhom ikomplu għaddejjin l-isforzi f'oqsma li diġà qed jiġu kkunsidrati, bħall-kapaċità tat-traduzzjoni u r-reklutaġġ (EPSO), fuq il-bażi ta' ħtiġijiet attwali jew ġustifikabbli;

6.

Itenni l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tal-politika tal-bini; jistieden bl-istess mod lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE biex jiżviluppaw strateġiji għal żmien medju u fit-tul dwar il-politika tal-bini li jkunu jinkludu l-objettivi stipulati f’din ir-riżoluzzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jirċievi fil-ħin l-informazzjoni meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjonijiet skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 179 tar-Regolament Finanzjarju, li “għandha tinkludi valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet u analiżijiet komprensivi tal-kost-benefiċċju għad-diversi alternattivi, b'indikazzjonijiet dwar l-opzjonijiet għall-kiri jew għax-xiri, kif ukoll informazzjoni trasparenti dwar il-possibbiltajiet alternattivi ta' finanzjament, il-konsegwenzi finanzjarji fit-tul, u l-kompatibbiltà mal-MFF” (Anness 2 tar-riżoluzzjoni tal-PE tas- 17 ta' Diċembru 2009 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kif immodifikat mill-Kunsill) (5); huwa tal-fehma li, f’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra fil-ħidma lejn l-armonizzazzjoni ta' din l-informazzjoni sabiex ikun jista’ jsir tqabbil bejn l-ispazju għall-bini u l-ispejjeż, għandha titqies bħala kwistjoni ewlenija; jinnota l-ħtieġa ta' rapport speċifiku u rakkomandazzjonijiet possibbli dwar l-ispejjeż għoljin bla bżonn għall-manutenzjonijiet, ir-rinnovazzjonijiet u x-xiri;

7.

Jirrimarka li, fir-rigward tal-aġġustament tas-salarji tal-persunal u l-każ pendenti fil-qorti, l-istima tal-ispejjeż addizzjonali għall-istituzzjonijiet kollha tlaħħaq il-EUR 135 miljun (għall-perjodu bejn Lulju 2009 sal- 31 ta' Diċembru 2010) jekk il-Qorti tiddeċiedi favur il-Kummissjoni; jinnota li minkejja li din is-sentenza mistennija tinqata' fl-2010, xorta waħda ma jeskludix il-possibilità li din tittawwal sal-2011;

Il-Parlament Ewropew

8.

Jenfasizza l-isfida fundamentali li jiġu ġestiti għadd ta' inċertezzi – kif muri aktar 'l isfel – għall-baġit 2011, u dan se jagħmilha estremament diffiċli li jsiru previżjonijiet u bbaġitjar preċiżi sal-istadji aħħarija tal-proċedura, meta s-sitwazzjoni tkunu saret iktar ċara; jistieden lill-korpi rilevanti tal-PE u lill-amministrazzjoni jagħmlu disponibbli, meta jkun il-waqt, sett ta' xenarji bażiċi li jistgħu jiffaċilitaw it-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi finali permezz ta' fehim aħjar tal-konsegwenzi finanzjarji korrispondenti;

9.

Ifakkar li l-għan tal-ittra ta' emenda ppreżentata f'Settembru lill-Kumitat għall-Baġits mill-Bureau hu li jitqiesu l-ħtiġijiet li ma kinux previsti fiż-żmien li fih kienu tfasslu l-estimi, u jisħaq li dan m'għandux jitqies bħala opportunità biex jiġu riveduti l-estimi li dwarhom kien sar qbil qabel; jistenna li l-Bureau jippreżenta talbiet realistiċi meta jiġi biex jippreżenta l-estimi; jinsab lest biex jeżamina l-proposti tal-Bureau permezz ta' approċċ ibbażat għal kollox fuq il-ħtiġijiet u prudenti sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq u effiċjenti tal-istituzzjoni;

10.

Jenfasizza li l-eċċellenza leġiżlattiva hija prijorità tal-Parlament, u jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjoni tingħata l-mezzi neċessarji biex din tintlaħaq;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' sistema integrata bis-sħiħ tal-ġestjoni tal-għarfien; ifakkar il-ħtieġa li tiġi organizzata preżentazzjoni lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-għadd kbir ta' sistemi/sorsi ta' informazzjoni disponibbli għall-Membri, u li jirċievi l-informazzjoni mitluba dwar l-istat attwali tas-“sistema tal-ġestjoni tal-għarfien”, skont kif kien ġie miftiehem waqt il-konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fil- 15 ta' Settembru 2009; huwa tal-fehma li sistema bħal din għandha tkun faċilment aċċessibbli permezz tal-Internet; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi kkunsidrat kif din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini Ewropej;

12.

Jilqa' analiżi tal-istazzjon televiżiv tal-Parlament fuq l-Internet, il-Europarl TV; jitlob, b'mod partikolari, informazzjoni dwar iċ-ċifri ta' kemm isegwu dan l-istazzjon kif ukoll it-tixrid ġeografiku u l-firxa tal-età tat-telespettaturi, sabiex jiġi evalwat jekk din l-għodda ssodisfatx l-għanijiet tagħha fir-rigward tat-tixrid u tal-kwalità u l-kwantità tal-informazzjoni trażmessa;

13.

Iqis li l-miżuri biex it-Trattat ta' Lisbona jkun jista' jaħdem b'mod effikaċi huma prijorità kruċjali għall-baġit 2011, u li dan ser jeħtieġ l-aqwa ġestjoni possibbli tar-riżorsi disponibbli biex l-eżerċizzju jkun suċċess;

14.

Jirrimarka li minkejja dan għandhom jiġu evalwati miżuri addizzjonali f'dan ir-rigward fil-baġit globali u fil-qafas usa' tal-perspettiva finanzjarja; huwa tal-fehma li jista' jkun utli li ssir analiżi tal-ishma rispettivi tal-istituzzjonijiet tul iż-żmien, inklużi l-iżviluppi sinifikanti li setgħu iġġustifikaw tibdil f'dawk l-ishma;

15.

Jinnota li mill-2006 l-Parlament kellu jinkludi l-infiq mhux previst fid-dikjarazzjoni awtoimposta tal-1988, bħall-Istatut tal-Membri u l-infiq dirett u indirett relatat mar-rwol il-ġdid tiegħu bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; jenfasizza l-ħtieġa li ssir diskussjoni miftuħa u fil-fond dwar il-limitu awtoimpost attwali ta' 20 %, li japplika għal-livell tal-baġit tal-Parlament Ewropew; huwa tal-fehma li l-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits għandhom jaħdmu flimkien biex jivvalutaw mill-ġdid dan il-limitu qabel ma jiftħu djalogu interistituzzjonali dwar din il-kwistjoni; huwa tal-fehma li, abbażi tar-referenzi oriġinali tal-MFF nnegozjati fl-2006 u li daħlu fis-seħħ fl-2007, l-infiq tiegħu għandu jiġi stabbilit madwar il-limitu tradizzjonali ta' 20 %, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-marġni disponibbli;

16.

Ma jistax jenfasizza biżżejjed il-prinċipju fundamentali li l-Membri kollha għandhom jibbenefikaw minn aċċess ugwali għal servizzi komprensivi ta' kwalità għolja li jippermettulhom jaħdmu, jesprimu ruħhom u jirċievu dokumenti fil-lingwa nativa tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jaġixxu f’isem il-votanti tagħhom bl-aħjar mod possibbli;

17.

Jistenna risposta mill-korpi kompetenti dwar kif il-kunċett ta' politika baġitarja b’bażi żero, li tiddistingwi wkoll bejn l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, jista’ jiġi applikat fil-kuntest tal-proċedura tal-baġit tal-PE; jitlob lill-Bureau biex jippreżenta estimi annwali ta' dawn l-ispejjeż fissi għas-snin li jikkorrispondu mal-MFF;

18.

Jirrimarka li l-“effett fuq is-salarji” għall-Parlament jammonta għal xi EUR 14-il miljun jekk ikun hemm sentenza favur il-Kummissjoni; ma jistax ikun ċert, f'dan l-istadju, jekk dan hux ser jaffettwa l-baġit 2010 jew il-baġit 2011;

19.

Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-użu tal-allowances tal-assistenza segretarjali kif ukoll valutazzjoni tal-ispiża totali taż-żieda li bħalissa qed tistenna l-approvazzjoni miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, qabel ma titqies kwalunkwe żieda oħra possibbli fil-ġejjieni; ifakkar li l-implikazzjonijiet usa' fuq l-ispejjeż għandhom dejjem jiġu vvalutati b'konnessjoni mal-miżuri ġodda introdotti, pereżempju meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar skemi tal-persunal u tal-assistenti parlamentari akkreditati kemm għall-2010 u kemm għall-2011; jenfasizza b'mod speċjali li jekk jiġu rreklutati assistenti oħra fi Brussell, dan ikollu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-ispazju tal-uffiċċji, fuq il-manutenzjoni u s-sigurtà tal-bini, fuq it-tagħmir tal-IT, fuq ir-riżorsi umani li jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi u fuq il-faċilitajiet ġenerali; iqis li l-preżentazzjoni f’Marzu rigward l-istrateġija tal-bini għal perjodu ta' żmien medju għat-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu hija kruċjali; jinsisti fuq il-ħtieġa li jsir ippjanar fit-tul dwar il-politika tal-bini tiegħu, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-baġit;

20.

Jitlob l-iżvilupp ta' strateġija tal-bini għal żmien medju u fit-tul li tinkludi l-objettivi li ġejjin: l-iffissar ta' linji gwida għall-ippjanar u l-iżvilupp tal-bini; l-użu effikaċi tal-uffiċji eżistenti u spazji oħra; valutazzjoni preċiża tal-ħtiġijiet u l-provvediment ta' kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa għall-persunal tal-Parlament u għall-MEPs; strateġija effikaċi għaż-żamma, il-manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini, sabiex ma jerġa’ jkun hemm l-ebda inċident bħal dak tal-Parlament fi Strasburgu fl-2008 jew problemi relatati mal-asbestos; reviżjoni rigoruża tal-kwistjonijiet ta' responsabilità, inkluż il-proċess ta' determinazzjoni tar-responsabilità, u t-twettiq ta' talbiet għal kumpens fir-rigward ta' dannu li jkunu responsabbli għalih partijiet terzi, kif ukoll aderenza stretta u trasparenti mal-proċeduri tal-akkwist; jitlob ukoll li l-istrateġija tal-bini għal żmien medju u fit-tul tkun orjentata favur is-sostenibilità u li jitqiesu fatturi bħall-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza tal-enerġija u s-saħħa; jinsisti, barra minn hekk, li l-aspetti relatati mal-mobilità, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għall-persuni b’diżabilità motorja jew sensorja, għandhom ikunu inklużi fl-objettivi; jerġa' jinnota li l-Kumitat tal-Baġits iqis l-akkwist tal-bini bħala prijorità fuq il-kiri jew it-twellija għolja;

21.

Ifakkar li l-Bureau, fl-abbozz tal-estimi tiegħu tal-Baġit ta' Emenda 1/2010, ippropona 70 membru tal-persunal addizzjonali għas-segretarjat tal-kumitat; jenfasizza li dan il-persunal se jinqasam bejn tliet gruppi skont iż-żieda mistennija ta' volum tax-xogħol fl-attivitajiet leġiżlattivi tagħhom, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; iqis li dan it-tqassim għandu jiġi soġġett għal valutazzjoni ta' nofs il-perjodu sa Lulju 2011, sabiex jiġi ċċarat jekk dawk is-servizzi li ġew allokati iktar persunal ġewx affettwati f'termini reali miż-żieda mbassra fil-volum tax-xogħol;

22.

Jenfasizza li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji (fiches financières) u tipi simili ta' analiżi tal-ispejjeż huma tal-akbar importanza għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Parlament; jinsisti li dawn għandhom jintużaw b'mod sistematiku, u li għandhom jidentifikaw l-ispejjeż rikorrenti u dawk ta' darba li jkunu marbuta direttament mal-miżura kkonċernata u jindikaw ukoll jekk ikunx hemm xi impatt finanzjarju fuq partiti oħra ta' nfiq;

23.

Huwa tal-fehma li s-segwitu u l-analiżi huma importanti minn diversi naħat b'rabtiet baġitarji ċari bħar-ristrutturar tad-direttorati ġenerali, ġestjoni effikaċi tar-riżorsi umani u politika tal-persunal professjonali, politika tal-bini effikaċi f’sens ta' spejjeż u enerġija fir-rigward tal-post fejn ikunu jinsabu, in-nondiskriminazzjoni, l-EMAS, l-akkwist pubbliku u l-azzjonijiet li jittieħdu b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet ta' kwittanza tal-baġit; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm segwitu u analiżi kontinwi tal-implimentazzjoni tal-baġit min-naħa tal-Parlament b'mod ġenerali; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-rappurtaġġ negattiv tal-midja li rriżulta minn sussidji li ngħataw lill-qraba tal-membri tal-persunal tal-Parlament, u jitlob lis-Segretarjat biex jeżamina bir-reqqa minn qabel is-sussidj kollha għal attivitajiet b'xejra ta' avveniment u biex jgħaddihom għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli;

24.

Jieħu nota tal-verifika mwettqa diġà mid-DĠ INLO u r-ristrutturar konsegwenti tad-direttorat ġenerali; jemmen li r-riżultati ta' din il-verifika jistgħu jservu bħala bażi biex jittieħdu passi ulterjuri, bħalma huma l-verifiki perjodiċi u sistematiċi minn korpi nazzjonali ċertifikati, sabiex tiġi vverifikata l-metodoloġija għall-politika tal-manutenzjoni u biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-nies u tat-tagħmir fil-bini;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa li jirċievi rendikont finanzjarju sħiħ dwar Dar l-Istorja Ewropea meta l-kompetizzjoni tal-periti tkun ikkompletata, minħabba li nkella ma jkun hemm l-ebda possibilità li ssir valutazzjoni fil-fond dwar l-ispejjeż fit-tul f'termini tal-istrateġija tal-bini u l-baġit tal-Parlament;

26.

Jinnota li għandhom isiru t-tħejjijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu akkomodati l-osservaturi Kroati fid-dawl tat-tkabbir possibbli tal-UE;

Istituzzjonijiet oħrajn

27.

Jitlob li jitressqu fiż-żmien xieraq talbiet baġitarji realistiċi u bbażati fuq l-ispejjeż, li jqisu b'mod sħiħ il-ħtieġa li r-riżorsi skarsi jiġu ġestiti bl-aħjar mod possibbli; jilqa' b'sodisfazzjon analiżi baġitarja ta' kif it-Trattat ta' Lisbona jista' jaffettwa kull istituzzjoni fl-2010/2011 u, jekk ikun applikabbli, ta' kif għandha tiġi ġustifikata kwalunkwe ħtieġa addizzjonali li tista' tintalab;

28.

Huwa tal-fehma li jkun għaqli li tintalab informazzjoni dwar is-sistemi li jużaw l-istituzzjonijiet l-oħrajn fid-diversi tipi ta' remunerazzjoni, allowances u spejjeż tal-ivvjaġġar, u li dawn jitqabblu; jirrimarka li huwa ovvju li t-trasparenza u r-responsabilità demokratika huma kruċjali;

29.

Jixtieq isegwi l-prijorità tas-sena li għaddiet fir-rigward ta' kondiviżjoni aħjar tar-riżorsi disponibbli bejn l-istituzzjonijiet kollha, inklużi l-miżuri konkreti meħuda fil-qasam tat-traduzzjoni, u jikkunsidra li l-qasam tal-interpretazzjoni wkoll jista’ jerġa’ jitqies f'dan il-kuntest;

30.

Jistieden lir-rapporteur tiegħu għall-2010 biex jagħmel żjarat individwali lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sabiex jismagħhom qabel l-istadju tal-estimi u jirrapporta lura lill-Kumitat għall-Baġits tiegħu;

*

* *

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2009)0115.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/25


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu?

P7_TA(2010)0088

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: liema strateġija għandna nsegwu? (2009/2105(INI))

2011/C 4 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2009 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli (COM(2009)0234),

wara li kkunsidra l-green paper tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2008 dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli: l-istandards tal-prodotti, ir-rekwiżiti tal-biedja u l-iskemi dwar il-kwalità (COM(2008)0641),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar garanzija ta' kwalità għall-prodotti alimentari, inkluż l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-istandards (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 1998 dwar politika ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u agroalimentari (2),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2008 dwar skemi ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-prodotti tal-ikel,

wara li kkunsidra l-kontroll tas-saħħa tal-Politika Agrikola Komuni (PAK),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0029/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea għandha l-ogħla standards għall-prodotti tal-ikel fid-dinja u dawn l-istandards għoljin huma mitluba mill-konsumaturi Ewropej u jirrappreżentaw mezz jintlaħaq massimu tal-valur miżjud,

B.

billi l-prodotti Ewropej ta' kwalità jikkostitwixxu wirt kulturali u gastronomiku ħaj għall-Unjoni u huma element importanti fil-ħajja ekonomika u soċjali ta' bosta reġjuni Ewropej peress li jiggarantixxu t-tkomplija ta' attivitajiet direttament marbutin mar-realtajiet lokali, l-aktar fiż-żoni rurali,

C.

billi l-konsumaturi qed juru interess kbir mhux biss għas-sikurezza tal-ikel, iżda wkoll għall-oriġini u l-metodi ta' produzzjoni ta' prodotti tal-ikel; billi l-Unjoni Ewropea diġà rreaġixxiet għal din it-tendenza billi introduċiet erba' skemi ta' kwalità u tal-oriġini tal-prodotti tal-ikel, jiġifieri d-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), l-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG), u l-biedja organika,

D.

billi l-politika eżistenti rigward il-katina tad-distribuzzjoni taffettwa ċ-ċansijiet tal-produtturi ż-żgħar li jilħqu grupp wiesa' ta' mira;

E.

billi l-konsumaturi qed juru interess kbir mhux biss għas-sikurezza tal-ikel, iżda wkoll għall-oriġini u l-metodi ta' produzzjoni ta' prodotti tal-ikel; billi l-Unjoni Ewropea diġà rreaġixxiet għal din it-tendenza billi introduċiet erba' skemi ta' kwalità u tal-oriġini tal-prodotti tal-ikel, jiġifieri d-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), l-ispeċjalità tradizzjonali garantita (STG), u l-biedja organika,

F.

billi l-konsumatur jassoċja s-sistemi ta' ċertifikazzjoni ma' garanzija ta' kwalità ogħla,

G.

billi huwa possibbli li jintużaw teknoloġiji ġodda biex tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-oriġini u l-karatteristiċi ta' prodotti agrikoli u tal-ikel,

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u l-inkorporazzjoni fiha ta' bosta rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, wara l-proċess ta' riflessjoni mniedi permezz tal-green paper dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli; jixtieq jara li l-miżuri proposti mill-Parlament f'din ir-riżoluzzjoni jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli bil-għan li tittieħed azzjoni effikaċi fuq l-osservazzjonijiet li waslu mill-bdiewa u l-produtturi matul il-proċess ta' konsultazzjoni u li ssir valutazzjoni dwar jekk ikunx opportun, meħtieġ u proporzjonat il-qafas regolatorju propost, filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-kriżi ekonomika u l-ħtieġa li ma jiġux iġġenerati iżjed spejjeż u piżijiet għall-produtturi;

2.

Jiddispjaċih li minħabba semplifikazzjoni li tista' tirriżulta kontroproduċenti, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tqis parzjalment il-ħtiġijiet speċifikati mis-setturi kkonċernati wara l-pubblikazzjoni tal-green paper;

3.

Jenfasizza li l-kwalità tirrappreżenta kwistjoni ewlenija għall-katina alimentari kollha kemm hi kif ukoll riżorsa essenzjali biex tiġi sostnuta l-kompetittività tal-prodotturi agroalimentari Ewropej; iqis li l-kwalità tista' tikkostitwixxi l-bażi għal vantaġġi kummerċjali importanti għall-produtturi Ewropej u li tista' tagħti kontribut indirett lill-iżvilupp rurali;

4.

Iqis li l-politika Komunitarja dwar il-kwalità tista' ġġib magħha aktar kompetittività u valur miżjud fl-ekonomija tar-reġjuni tal-Ewropa u li l-produzzjoni agrikola u agroalimentari ta' kwalità spiss tikkostitwixxi l-unika opportunità għal ħafna żoni rurali b'alternattivi limitati għall-produzzjoni; ikompli jqis il-kwalità bħala l-mutur għad-diversità tal-prodotti u bħala mezz li jiżviluppa l-ħiliet tal-forza tax-xogħol;

5.

Jitlob li tissaħħaħ il-Politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kwalità peress li din tirrappreżenta inċentiv sinifikanti sabiex il-produtturi Ewropej itejbu l-isforzi tagħhom fl-oqsma tal-kwalità, tas-sikurezza tal-ikel u tar-rispett tal-ambjent; iqis li din il-politika tista' tikkontribwixxi sabiex jittejjeb b'mod sustanzjali l-valur miżjud tal-produzzjoni agroalimentari Ewropea f'suq li kulma jmur qed isir iktar globalizzat;

6.

Jinsab fiduċjuż li l-politika ta' kwalità tista' tissarraf fi żviluppi importanti fl-agrikoltura Ewropea, billi l-prodotti ta' kwalità huma qasam ta' produzzjoni għolja, bil-prodotti IĠP waħedhom diġà jirrappreżentaw aktar minn EUR 14 biljun;

7.

Iqis li l-introduzzjoni ta' livelli differenti ta' protezzjoni tad-denominazzjonijiet Ewropej ta' kwalità tista' twassal għal sitwazzjonjiet inġusti, speċjalment jekk sabiex isir dan jitqiesu b'mod predominanti kriterji ekonomiċi; iqis, għaldaqstant, li l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha għandu jkollhom l-istess grad ta' rikonoxximent;

8.

Iqis li, minħabba suq li kulma jmur qiegħed dejjem isir iżjed miftuħ, huwa essenzjali li, fin-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-UE żżomm il-prinċipju li l-prodotti ta' kwalità jkunu protetti b'mod effikaċi permezz tal-arranġamenti ta' salvagwardja tal-proprjetà intellettwali;

9.

Jenfasizza li, fin-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-Kummissjoni għandha tipprova tilħaq ftehim dwar il-“kwistjonijiet mhux relatati mal-kummerċ”, ftehim li se jiżgura li, fl-oqsma tas-sikurezza tal-ikel, il-benessri tal-annimali u l-ħarsien ambjentali, il-prodotti agrikoli importati jissodisfaw l-istess rekwiżiti tal-UE bħal dawk imposti fuq il-prodotti agrikoli prodotti fl-Unjoni;

10.

Huwa tal-fehma li politika l-ġdida tal-UE dwar il-kwalità għandha tkun iżjed miftuħa għal prodotti tal-Istati l-Membri l-ġodda, li kisbu l-aċċess għas-sistema li tirreġistra l-indikazzjonijiet ġeografiċi ftit snin ilu biss; jemmen li r-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti sabiex prodott partikolari jiġi reġistrat għandhom ikunu trasparenti u jinftiehmu, kemm mill-applikanti (il-produtturi) u kemm mill-konsumaturi;

11.

Huwa favur sorveljanza aktar mill-qrib u aktar koordinament bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-prodotti alimentari importati jilħqu l-istandards tal-UE ta' kwalità u ta' sikurezza fl-ikel, kif ukoll l-istandards ambjentali u soċjali;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa għal standards ta' kwalità li jiżguraw komunikazzjoni effikaċi mal-konsumaturi dwar il-mod kif ikunu nħadmu l-prodotti, u li joffru inċentivi għat-titjib ta' dawn l-istandards, biex b'hekk jingħata kontribut għal objettivi politiċi usa' tal-UE;

13.

Jemmen li l-politika Ewropea dwar il-kwalità għandha tkun marbuta mill-qrib mar-riforma tal-PAK wara l-2013; huwa tal-fehma li, fil-kuntest ta' dik il-politika, jeħtieġ li l-UE toffri appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jkollha produzzjoni agroalimentari ta' kwalità għolja; jemmen li appoġġ bħal dan għandu jservi biex jiżviluppa, jiddiversifika u jistimola l-aċċess tat-tieni pilastru tal-PAK, b'mod speċjali fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli u l-ħolqien u l-iżvilupp tal-mikroimpriżi fil-kampanja; jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp tal-kwalità tal-prodotti jista' jgħin biex bdiewa ta' semisussistenza jxaqilbu lejn orjentament għas-suq; jemmen li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jeħtieġu iżjed appoġġ, b'mod speċjali biex il-produtturi ż-żgħar ma jsibux ruħhom fi żvantaġġ;

14.

Jenfasizza li d-diversità għandha tibqa' l-aktar beni fundamentali tal-UE, u li l-prodotti kollha ta' kwalità li jkunu jilħqu l-kriterji stipulati mill-UE għandhom ikunu rikonoxxuti u protetti; iqis li wara l-2013 il-PAK għandha tibda tappoġġa l-politika dwar il-kwalità, b'mod partikolari l-isforzi tal-produtturi biex jippromwovu metodi ta' produzzjoni li jkunu iżjed favur l-ambjent; jirrimarka li r-reġjuni huma s-sħab tal-PAK u li dawn jikkofinanzjaw u jiġġestixxu l-iżvilupp rurali; iżid li, permezz tal-viċinanza ġeografika tagħhom, ir-reġjuni huma s-sħab tal-produtturi u, b'mod partikolari, produtturi ta' prodotti tradizzjonali u organiċi; huwa tal-fehma li r-reġjuni għandhom ikunu involuti fir-rikonoxximent u l-promozzjoni ta' prodotti li jkollhom indikazzjoni, ta' prodotti tradizzjonali u ta' prodotti organiċi;

Rekwiżiti tal-UE għall-biedja u standards tal-kummerċjalizzazzjoni

15.

Jisħaq fuq il-ħtieġa għal rikonoxximent formali tal-isforzi magħmula mill-produtturi Ewropej biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE għall-biedja fir-rigward tal-istandards tal-kwalità, ambjentali, tal-benessri tal-annimali kif ukoll dawk tas-saħħa;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tagħmel studju dwar id-diversi għażliet disponibbli biex lill-produtturi Ewropej tingħatalhom il-possibilità li juru fuq il-prodotti tagħhom l-impenn tagħhom favur il-kwalità, is-sikurezza tal-ikel u r-rispett għall-istandards ta' produzzjoni Ewropej kollha, inkluża l-għażla ta' logo ta' kwalità tal-UE, li għandu jsir disponibbli esklussivament għal dawk il-prodotti agrikoli li jkunu ġejjin kompletament mill-produzzjoni fl-UE, u li, ladarba dan ikun jiċċertifika l-konformità mal-leġiżlazzjoni u jkun suġġett għal kontrolli uffiċjali, ma għandu fl-ebda każ jinvolvi xi spiża żejda għall-operaturi jew piż finanzjarju jew amministrattiv fuq l-Istati Membri li jagħmlu l-kontrolli;

17.

Iqis li l-prodotti agrikoli tal-UE fihom infushom jilħqu standard ta' kwalità, minħabba li jsiru skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-UE dwar il-kwalità tal-prodotti, il-produzzjoni sostenibbli u kriterji ambjentali u tas-saħħa (kundizzjonalità); hu tal-fehma, barra minn hekk, li l-pajsaġġi kulturali tal-Ewropa jiġu kkonservati permezz tat-tkabbir ta' prodotti agrikoli; isostni li, minħabba dawn ir-rekwiżiti, għandha tkun possibbli tikketta tal-kwalità bil-kliem “imkabbar [prodott jew magħmul] fl-Ewropa”;

18.

Iqis li l-istandards settorjali tal-kummerċjalizzazzjoni jiżvolġu rwol importanti fil-katina ta' produzzjoni, u li konsegwentement, għandhom jinżammu; l-istandards jagħmlu t-tibdiliet fis-suq trasparenti u jippermettu li x-xerrejja jqabblu l-prezzijiet, id-daqsijiet u l-kwalità tal-prodotti u jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwivalenti fil-kompetizzjoni Ewropea;

19.

Jappoġġa l-introduzzjoni ta' termini riservati fakultattivi addizzjonali u speċjalment l-għoti ta' definizzjoni u użu ċari tat-termini “muntanja”, “gżira”, “lokali” u “b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju” u l-adozzjoni ta' linji gwida tal-UE dwar l-użu tagħhom; ikompli jesprimi appoġġ għall-armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju tat-terminu “muntanja”, li attwalment huwa regolamentat fi ftit Stati Membri biss; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju dwar l-iżvilupp ulterjuri tat-tikketta tal-“marka tal-karbonju” lejn kejl iżjed komprensiv tal-marka ekoloġika', minħabba li t-tikketti jew it-termini li jkunu jirreferu biss għal-livelli tal-karbonju jinjoraw aspetti ambjentali ewlenin oħrajn, bħall-impatt fuq ir-riżorsi tal-ilma u fuq il-bijodiversità;

20.

Jemmen li huwa meħtieġ li jiġi promoss it-tikkettar volontarju ta' sistemi oħra ta' produzzjoni li jirrispettaw lill-ambjent u lill-annimali, bħalma hu l-każ tal-“produzzjoni integrata”, r-“ragħa fil-beraħ” u tal-“agrikoltura tal-muntanji”;

21.

Iqis li prodotti li ġejjin minn żoni muntanjużi u minn żoni ħielsa mill-OĠM għandhom ikunu protetti; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tagħmel kull sforz possibbli sabiex tiżgura li żoni bħal dawn ikunu protetti b'mod xieraq;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi proċess ta' riflessjoni dwar il-possibilità li jiddaħħlu indikaturi ta' kwalità relatati mal-kundizzjonijiet soċjali tal-produzzjoni, pereżempju, id-dħul finanzjarju tal-produtturi u r-relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawk li jipproduċu l-prodott, dawk li jipproċessawh u dawk li jikkumerċjalizzawh;

23.

Iqis li jixraq li jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini għall-prodotti agrikoli friski u, fil-każ ta' prodotti pproċessati “monoingredjent” il-post minn fejn hija ġejja l-materja prima agrikola użata fil-prodott lest, bil-għan li tiġi garantita aktar trasparenza u traċċabilità biex jiġi garantit xiri infurmat mill-konsumaturi;

24.

Jinnota li t-tikkettar tal-“lok tal-produzzjoni” ġiet implimentata b'suċċess f'pajjiżi bħall-Awstralja u l-Istati Uniti u li diġà huwa obbligatorju fl-UE għal għadd ta' prodotti agrikoli;

25.

Jirrimarka li l-għoti ta' informazzjoni supplimentarja u speċifika huwa volontarju, u li l-kontenut totali tat-tikkettar ma għandux ikun eċċessiv; huwa tal-fehma li bħala prijorità t-tikketta ta' kwalità tal-UE għandha tibqa' tingħaraf b'mod ċar;

26.

Jemmen li għandhom jitqiesu wkoll metodi alternattivi ta' għoti ta' informazzjoni, eż. bl-Internet jew b'barcodes fuq l-irċevuta;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju tekniku u ekonomiku fil-fond biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni l-ġdida ma timponix spejjeż eċċessivi fuq l-industrija tal-ipproċessar, b'mod partikolari fuq il-produtturi ż-żgħar u ta' daqs medju; studju bħal dan għandu jkopri l-fattibilità li jiġi introdott tikkettar obbligatorju tal-“lok tal-produzzjoni” għal prodotti pproċessati li jkun fihom “ingredjenti sinifikanti” (jiġifieri ingredjent ta' prodott tal-ikel li jirrappreżenta iżjed minn 50 % tal-piż niexef ta' dak il-prodott tal-ikel) jew “ingredjenti karatterizzanti” (jiġifieri l-ingredjent tal-ikel li s-soltu l-konsumaturi jassoċjawh mal-isem tal-ikel), kif iddefinit fir-regolament tal-UE propost dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, l-Artikolu 2;

28.

Jitlob li s-semplifikazzjoni tal-istandards u ż-żieda fil-kredibilità tal-logo ta' kwalità tal-UE għandha tissupplimenta ċ-ċertifikati jew id-denominazzjonijiet diġà eżistenti ta' oriġini lokali, reġjonali jew nazzjonali fl-Istati Membri;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm il-konsistenza fil-proposti tagħha dwar il-politika tal-kwalità tal-prodotti agrikoli, f'termini tal-approċċ għat-tikkettar tal-“pajjiż tal-oriġini” u tar-regolament propost dwar l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar l-ikel; iqis li l-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli għandha tkun implimentata b'mod li jqis il-prezz ta' politika ġdida, kif ukoll l-ispeċifiċitajiet ta' setturi partikolari, bħas-settur tal-prodotti agrikoli pproċessati;

Indikazzjonijiet ġeografiċi u speċjalitajiet tradizzjonali

30.

Iqis li d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u s-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi hi waħda mill-istrumenti tal-PAK maħsubin biex jappoġġaw l-iżvilupp taż-żoni rurali, iħarsu l-patrimonju kulturali tar-reġjuni u jrawmu d-diversifikazzjoni tal-impjiegi f'żoni rurali;

31.

Iqis li l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom importanza konsiderevoli għall-agrikoltura Ewropea; huwa tal-fehma li t-tliet sistemi ta' reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (għall-inbejjed, għall-ispirti u għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel) għandhom jinżammu bħal ma huma fl-istat attwali;

32.

Jemmen li s-sistema attwali tal-UE għall-protezzjoni tal-prodotti IĠ għandha tinżamm u li għandha tingħata protezzjoni fuq il-livell tal-UE lill-IĠ kollha; iqis ukoll ma għandhomx jiġu stabbiliti sistemi nazzjonali jew reġjonali paralleli ta' rikonoxximent, għax dawn jistgħu jirriżultaw f'livelli differenti ta' protezzjoni; Huwa tal-fehma li m'hemmx bżonn jiġu introdotti iżjed sistemi ta' ċertifikazzjoni għall-oġġetti tal-ikel mal-UE kollha, għax dan inaqqas il-valur tas-sistemi eżistenti u jikkonfondi lill-konsumaturi;

33.

Ikompli jqis li ż-żewġ strumenti fis-seħħ – denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) u indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) għandhom ukoll jinżammu fil-futur minħabba l-livell għoli ta' rikonoxximent u suċċess; iqis li għall-konsumaturi, jeħtieġ li ssir distinzjoni iktar ċara bejn DPO u IĠP u li din tista' tinkiseb permezz ta' sforz ġenerali fl-informazzjoni u fil-promozzjoni, li jinvolvi appoġġ finanzjarju Komunitarju fil-kuntest tas-suq internazzjonali u l-pajjiżi terzi, inter alia, billi jiżdied il-perċentwal tal-kofinanzjament Komunitarju;

34.

Iqis li r-regoli preżenti tal-UE dwar l-IĠ għandhom ikunu supplimentati biex ikun żgurat rikonoxximent u tisħiħ sħiħ tar-rwol li jiżvolġu l-organizzazzjonijiet maħtura jew rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala entitajiet responsabbli mill-ġestjoni, il-protezzjoni u/jew il-promozzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kkonferiti b'reġistrazzjoni IĠ;

35.

Iqis li, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-produtturi, jidher li l-ġestjoni tal-kwalità tal-prodotti permezz tal-ispeċifikazzjonijiet DPO u IĠP u l-effikaċja tal-protezzjoni kontra usurpazzjonijiet mhumiex biżżejjed għall-iżvilupp ulterjuri tal-prodotti IĠ; huwa tal-fehma li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tkun emendata sabiex tippermetti lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jsaħħu r-rwol xieraq tal-organizzazzjonijiet li jaħtru jew jirrikonoxxuhom bħala responsabbli mill-ġestjoni, il-protezzjoni u/jew il-promozzjoni tal-IĠ u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom u biex jawtorizzaw it-tali organizzazzjonijiet biex jadattaw il-potenzjal produttiv għad-domandi tas-suq, abbażi ta' regoli ġusti u mhux diskriminatorji;

36.

Jipproponi t-tisħiħ tar-rwol tal-konsorzji tas-sidien tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (3), bil-għan li tiġi definita l-leġiżlazzjoni fir-rigward kemm tal-ġestjoni tal-volum kif ukoll tal-użu tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fil-konfront tal-prodotti maħduma; iqis li l-konsorzji għandhom ikunu jistgħu jkollhom rwol fil-koordinament tal-operaturi ekonomiċi, bil-ħsieb li l-kwantitajiet prodotti u mqiegħda fis-suq jinġiebu kemm jista' jkun konformi mal-kwantitajiet li jista' jassorbi s-suq, u jqis li l-konsorzji jista' jkollhom sehem ukoll fil-miżuri ta' promozzjoni fir-rigward tal-bdiewa u l-konsumaturi; iqis li dan għandu jiggarantixxi b'mod iżjed effikaċi l-fattibilità fuq medda ta' żmien twil tal-fażijiet differenti tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, li hija essenzjali għall-ħajja taż-żoni rurali; iżid li l-kontroll fuq il-kwantità huwa wieħed mir-rekwiżiti tal-kontroll fuq il-kwalità; huwa tal-fehma li d-definizzjoni tar-rwol tal-konsorzji għandu jkun inkluż fil-leġiżlazzjoni Komunitarja; iqis li l-prattiki u l-esperjenzi identifikati fid-diversi Stati Membri tal-UE jistgħu jiġu reġistrati u użati biex jiġu ddefiniti d-drittijiet u d-dmirijiet tal-konsorzji;

37.

Iqis li l-ebda kriterji addizzjonali ma għandhom jiżdiedu mal-proċess ta' reġistrazzjoni għal kwalunkwe wieħed minn dawk l-istrumenti, iżda l-objettiv pjuttost għandu jkun is-semplifikazzjoni;jinnota li l-proċeduri attwali tar-reġistrazzjoni tad-DPO u l-IĠP huma kumplessi u twal; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel mezz ħalli tħaffef dan il-proċess;

38.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ssimplifikat l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni, iżda ma jappoġġax l-idea li jitqassar il-proċess ta' skrutinju permezz taċ-ċaħda arbitrarja ta' applikazzjonjiet li l-Kummissjoni tqishom mhux kompluti f'fażi bikrija; jikkundanna l-fatt li, f'ħafna każijiet, il-fehmiet inizjali tal-Kummissjoni jiġu ffurmati malajr wisq jew ma jkunux rilevanti għall-każ inkwistjoni, minħabba nuqqas ta' fehim tajjeb tal-karatteristiċi speċifiċi ta' prodott jew ta' suq lokali;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju dwar l-informazzjoni adegwata (it-tikkettar flimkien mal-mezzi l-oħra kollha disponibbli) meħtieġa għall-prodotti DPO/IĠP mqiegħda fis-suq bl-isem kummerċjali privat tal-bejjiegħ bl-imnut, jappella biex ir-reġistrazzjoni DPO u IĠP ta' isem il-produttur issir obbligatorja fejn il-prodott jiġi kkummerċjalizzat bl-isem kummerċjali privat ta' bejjiegħ bl-imnut;

40.

Iqis li, meta prodott protett b'IĠ jintuża bħala ingredjent, l-entità responsabbli mill-IĠ jew l-awtorità kompetenti għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-regoli li jirregolaw l-użu tal-isem tiegħu fl-ismijiet li jintużaw fil-bejgħ tal-prodotti pproċessati, u għandhom ikunu awtorizzati biex iwettqu kontrolli speċifiċi biex jivverifikaw li l-karatteristiċi, id-dehra u r-reputazzjoni tal-prodott IĠ ma ġewx adulterati; iqis li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida ċari dwar l-użu tal-ismijiet tal-prodotti IĠ użati bħala ingredjenti fuq it-tikketti tal-prodotti pproċessati, bil-ħsieb li jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa;

41.

Japprova l-istabbiliment ta' regoli Komunitarji li jippermettu lill-entitajiet li jiġġestixxu l-IĠ biex jistipulaw regoli dwar l-ippakkjar għall-prodotti tagħhom sabiex jiggarantixxu li l-kwalità għolja tagħhom ma titnaqqas bl-ebda mod;

42.

Jopponi l-idea li l-IĠ jistgħu jiġu sostitwiti bit-trademarks, billi dawn tal-aħħar huma strumenti ġuridiċi fundamentalment differenti; jisħaq fuq il-fatt li d-differenza bejn it-trademarks u l-IĠ jeħtieġu li jkunu spjegati aħjar; jappella għal implimentazzjoni effikaċi tar-regoli Komunitarji fis-seħħ li jagħmlu impossibbli li trademark li jkun fih jew li jirreferi għal DPO/IĠP jiġi reġistrat minn operaturi li ma jirrappreżentawx l-organizzazzjonijiet tal-produtti tat-tali DPO/IĠP;

43.

Ikompli jitlob protezzjoni ex-officio bir-reqqa tal-IĠ, bħala obbligu għall-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha; jixtieq li dan ikun indirizzat speċifikament permezz ta' reviżjoni tar-Regolament (KE) 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 war il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (4) u permezz ta' definizzjoni aħjar tal-proċeduri ta' kontroll applikabbli fil-fażijiet kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti kemm qabel kif ukoll wara li jitqiegħdu fis-suq;

44.

Iqis li l-istrument tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (STG) għandu jinżamm, filwaqt li r-regoli korrispondenti għar-reġistrazzjoni jeħtieġu aktar semplifikazzjoni; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex teżamina l-istrument STG, tistudja l-possibilitajiet li titħaffef il-proċedura ta' applikazzjoni u tesplora l-possibilitajiet biex toffri protezzjoni tal-prodott aħjar fl-ambitu ta' din l-iskema, kif ukoll kwalunkwe mezz ieħor li jista' jagħmel lil din l-iskema partikolari aktar attraenti lill-produtturi; ifakkar li l-STG huwa strument relattivament reċenti u dan jispjega l-pass bil-mod tal-iżvilupp tiegħu; iqis li dan l-istrument għandu jiġi kkomunikat aħjar lill-produtturi u jitħalla jsir għodda familjari għall-promozzjoni tal-kwalità fl-Ewropa;

45.

Iqis li, bil-għan li jiġi impedit li l-għarfien dwar l-ikel tradizzjonali jintnesa kif ukoll il-metodu ta' preparazzjoni tiegħu li ilu jsir għal ġenerazzjonijiet sħaħ, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li toħloq ġabra Ewropea tal-għarfien għar-riċetti qodma u metodi ta' preparazzjoni tal-ikel storiku;

46.

Jappoġġa t-twaqqif ta' għodod għall-promozzjoni kollettiva u l-pubbliċità ta' prodotti żgħar tradizzjonali, lokali u artiġjanali relatati ma' żoni speċifiċi u li juru isem ġeografiku, li għalihom il-proċeduri ta' aċċess DPO/IĠP jkunu kkumplikati u għoljin wisq;

47.

Ifakkar li xi IĠ jiġu sistematikament iffalsifikati f'pajjiżi terzi; dan jippreġudika r-reputazzjoni u d-dehra tal-prodott IĠ kif ukoll iqarraq bil-konsumaturi; jenfasizza li l-iżgurar tal-protezzjoni ta' IĠ f'pajjiż terz huwa proċedura twila u diffiċli għall-produtturi, billi kull pajjiż terz seta' żviluppa sistema ta' protezzjoni speċifika tiegħu stess; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti sostenn tekniku u finanzjarju lill-organizzazzjonijiet inkarigati mill-IĠ bil-għan li tiġi ffaċilitata s-soluzzjoni ta' problemi ta' usurpazzjoni;

48.

Jappella għal protezzjoni akbar tal-indikazzjonijiet ġeografiċi

fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, kemm bl-estensjoni tal-protezzjoni skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim TRIPS lill-IĠ kollha kif ukoll bi twaqqif ta' reġistru multilaterali ġuridikament vinkolanti għall-IĠ, u

f'pajjiżi terzi, permezz ta' negozjati għal ftehimiet bilaterali, partikolarment ma' pajjiżi ekonomikament sinifikanti;

jappoġġa l-għan tal-Kummissjoni li timmira għall-inklużjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan l-ambitu tal-“Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni” u fil-ħidma tal-“Osservatorju Ewropew għall-falsifikazzjoni u l-piraterija” tal-futur; u

iqis li l-Kummissjoni għandha taħdem aktar mill-qrib mal-entitajiet li jirrappreżentaw lill-produtturi tal-IĠ qabel it-tnedija tan-negozjati kummerċjali u matul il-proċess tan-negozjati;

iqis li l-progress ġenwin fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jikkostitwixxi prekundizzjoni essenzjali għal ftehim bilanċjat fil-kuntest tan-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fil-qasam agrikolu;

49.

Jemmen li huwa essenzjali li l-kampanji ta' informazzjoni u ta' promozzjoni jiġu intensifikati f'dak li għandi x'jaqsam mal-protezzjoni sui generis tal-IĠ. jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tippromwovi l-kunċett ta' IĠ mal-pajjiżi terzi, partikolarment billi tintensifika l-missjonijiet ta' assistenza teknika konġuntament mal-produtturi Ewropej tal-IĠ u/jew mal-organizzazzjonijiet rappreżentanti tagħhom;

Produzzjoni integrata

50.

Jemmen li huwa meħtieġ li jkunu inkoraġġiti sistemi ta' produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-applikazzjoni raġonevoli ta' mezzi ta' produzzjoni bħal pereżempju, il-“produzzjoni integrata”;

51.

Jisħaq li l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni f'livell Ewropew dwar il-produzzjoni integrata tgħolli l-profil tal-isforzi li jsiru mill-bdiewa u r-raħħala tal-UE fl-oqsma tas-sikurezza tal-ikel, l-ambjent u l-benessri tal-annimali fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; jemmen li għandu jkun hemm simultanjament kampanja ta' promozzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni għall-produzzjoni integrata Ewropea;

52.

Jappoġġa l-promozzjoni ta' sistemi li jipproduċu prodotti tal-ikel ta' kwalità bl-użu ta' kriterji sostenibbli, bħal fil-każ tal-produzzjoni integrata; jappella għar-regolament tal-Komunità ta' dan il-qasam, bil-għan li jingħaqqdu l-kriterji attwali fl-Istati Membri differenti, mirfud b'kampanja ta' promozzjoni adegwata li tinforma lill-konsumaturi bil-karatteristiċi ewlenin tal-produzzjoni integrata fl-Ewropa;

Biedja organika

53.

Itenni l-fehma tiegħu li l-biedja organika u l-produzzjoni integrata joffru benefiċċji f'termini ta' saħħa lill-konsumaturi, kif ukoll garanzija li l-proċess produttiv involut jevita ħsara ambjentali assoċjata mal-użu ta' fertilizzanti, kif ukoll joffri lill-bdiewa Ewropej opportunità ta' tkabbir kbira, minkejja li dan waħdu ma jikkostiwixxix is-soluzzjoni għall-kwistjoni tal-provvisti tal-ikel futuri tad-dinja; jappoġġa l-isforzi reċenti għall-iżvilupp ta' logo organiku ġdid tal-UE, applikabbli għall-prodotti tal-biedja kollha tal-UE;

54.

Huwa tal-fehma li għandu jkun hemm suq uniku ġenwin tal-prodotti organiċi, objettiv li għalih l-introduzzjoni ta' logo Komunitarju obbligatorju jirrappreżenta kontribut kbir; fid-dawl ta' dan, jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-qafas stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jirreveka r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (5), u jittama li, minkejja li daħal fis-seħħ biss dan l-aħħar, se jissodisfa l-potenzjal leġiżlattiv kollu tiegħu mill-aktar fis possibbli;

55.

Jisħaq li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-UE għandhom id-dmir li jippromwovu l-prodotti ta' kwalità u l-protezzjoni tagħhom fuq livell internazzjonali; jidhirlu, fid-dawl ta' dan, li jeħtieġu regoli aktar stretti dwar prodotti organiċi li ġejjin minn pajjiżi terzi, fl-interess ta' kompetizzjoni ġusta bejn il-prodotti organiċi tal-UE u dawk li ġejjin minn pajjiżi terzi;

56.

Iqis li, meta t-tikkettar tal-prodotti miksuba minn biedja konvenzjonali ġġiegħel lil dak li jkun jaħseb li l-prodotti nkisbu minn biedja organika ixekkel l-iżvilupp tas-suq uniku tal-prodotti organiċi tal-UE; għalhekk, jesprimi t-tħassib tiegħu għat-tentattivi biex jiġi estiż l-użu tal-marka organika anki fuq il-prodotti tal-ikel li mhumiex miksubin skont il-prinċipji tal-biedja organika;

57.

Jinsab imħasseb bin-numru ta' marki organiċi privati li qiegħed jiżdied fi prodotti mhux alimentari, settur li qiegħed jespandi b'ritmu mgħaġġel li mhuwiex kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jerrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (6); jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet għandhomx jiġu estiżi biex ikopru dan is-settur;

58.

Jerġa' jafferma li għall-finijiet ta' funzjonament aħjar tas-suq intern tal-prodotti organiċi jeħtieġ li:

jiġi garantit li l-prodotti organiċi li ġejjin minn pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżiti bħala prodotti organiċi tal-UE u li s-sorveljanza ta' dan għandha tiġi intensifikata,

jiġi rreġistrat il-pajjiż tal-oriġini fil-każ ta' prodotti organiċi friski u pproċessati importati minn pajjiżi terzi, sew jekk jintuża jew le l-logo Komunitarju għall-prodotti organiċi,

tissaħħaħ il-kredibilità tal-logo Ewropew permezz ta' programmi ta' promozzjoni ta' prodotti organiċi, kif ukoll

jiġu ddenominati dawk il-prodotti mhux agrikoli li hemm referenza għalihom b'rabta mal-metodi ta' produzzjoni organika b'mod differenti li bih jiġu ddenominati l-prodotti agrikoli organiċi;

59.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif fuq livell tal-Istati Membri ta' uffiċċji ta' prodotti tradizzjonali u organiċi; jidhirlu li kull Stat Membru għandu juża korpi pubbliċi jew privati rikonoxxuti kemm mill-produtturi kif ukoll mill-konsumaturi, għall-promozzjoni u l-konvalida tal-produzzjoni lokali organika u ta' kwalità;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega l-mod kif se tipproponi l-promozzjoni tal-kummerċ lokali ta' prodotti agrikoli li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Sistemi privati ta' ċertifikazzjoni

61.

Jenfasizza li fl-istat attwali, is-sistemi privati ta' ċertifikazzjoni ma jipprovdux informazzjoni addizzjonali dwar il-kwalità tal-prodotti kkonċernati: anzi, f'ħafna każijiet dawn qegħdin isiru piż finanzjarju u amministrattiv fuq l-aċċess tal-bdiewa għas-suq;

62.

Jitlob biex ikun hemm inventarju tas-sistemi privati taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità li l-produtturi Ewropej iridu jimplimentaw flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet ta' kwalità li diġà huma imposti mil-leġiżlazzjoni tal-UE; jappoġġa t-twaqqif ta' Qafas Leġiżlattiv Komunitarju ta' Prinċipji Bażiċi għall-implimentazzjoni trasparenti tas-sistemi privati ta' ċertifikazzjoni inkwistjoni;

63.

Jappoġġa l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tfassal linji gwida għall-aħjar prassi għall-operazzjoni tas-sistemi kollha marbuta mal-kwalità tal-prodotti agrikoli; dawn il-linji gwida għandhom ikunu segwiti mill-operaturi u għandhom jinkludu ġabra ta' kunċetti li jimmiraw li jgħinu lis-settur produttiv jiżviluppa valur miżjud tal-prodotti tiegħu, jinkoraġġixxu r-rikonoxximent reċiproku tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni u l-parteċipazzjoni tas-settur produttiv fit-tfassil tat-tali sistemi, u jippromwovu, permezz tal-għaqdiet tal-produtturi, is-semplifikazzjoni tal-piż amministrattiv taċ-ċertifikazzjoni, bil-għan li lill-bdiewa jnaqqsulhom l-ispejjeż kemm jista' jkun;

Politika ta' informazzjoni u promozzjoni

64.

Jiddeplora li l-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha ma tagħmilx referenza għan-neċessità li jiġu promossi l-miżuri ta' promozzjoni, li huma tant meħtieġa biex tkun żgurata l-profittabbiltà tal-isforzi li jsiru mill-bdiewa Ewropej fil-qasam tal-kwalità, tas-sikurezza tal-ikel u tal-ambjent; jemmen li l-istrumenti ta' promozzjoni li għandha l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu riveduti biex tittejjeb l-effiċjenza tagħhom; jipproponi, f'dan ir-rigward, li l-għajnuniet għall-promozzjoni li ddaħħlu dan l-aħħar fis-settur tal-inbid jiġu estiżi għas-suq tal-Unjoni Ewropea;

65.

Jappoġġa azzjoni Ewropea li l-għan tagħha huwa dak li tikkomunika, kemm jista' jkun b'mod estiż, il-vantaġġi tal-politiki tal-UE għall-kwalità u s-sikurezza tal-ikel; jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi tagħhom biex ixerrdu l-informazzjoni u l-promozzjoni dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza tal-ikel li japplikaw għall-prodotti Komunitarji;

66.

Dawn l-isforzi għal komunikazzjoni u informazzjoni dwar l-IĠ u trademarks Komunitarji jistgħu jiġu segwiti permezz ta' entitajiet pubbliċi u/jew privati, individwi jew organizzazzjonijiet;

67.

Iqis li, fid-dawl tal-importanza tas-suq Ewropew għall-produtturi tal-IĠ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-programmi ta' promozzjoni fis-suq intern, filwaqt li jkomplu jżidu l-baġit għall-kampanji ta' promozzjoni f'pajjiżi terzi;

68.

Jisħaq li l-politika ta' informazzjoni għandha tkun immirata mhux biss lill-konsumaturi iżda wkoll lill-produtturi, billi l-imġiba ta' dawn tal-aħħar hija marbuta mill-qrib mal-għarfien tagħhom tas-suq u tal-apprezzament tal-konsumaturi fil-konfront tal-kwalità tal-prodotti;

69.

Jenfasizza r-rwol potenzjali tal-finanzjamenti Komunitarji f'dan il-qasam, speċjalment bil-mezzi disponibbli fl-ambitu tal-FAEŻR (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali); madankollu, jenfasizza li, bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja dinjija, il-kundizzjonijiet ta' kreditu għall-produtturi ż-żgħar saru aktar restrittivi, u li dan jillimitalhom drastikament l-aċċess għall-konfinanzjamenti, kif provdut skont il-programmi ta' żvilupp rurali; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tikkunsidra l-armonizzazzjoni tas-sistema tal-krediti agrikoli fuq livell Komunitarju;

70.

Huwa favur li s-swieq agrikoli direttament immexxija mill-bdiewa jiġu inkoraġġiti biex isiru punti ta' bejgħ għall-prodotti staġjonali lokali, billi dan jirrappreżenta mezz ta' garanzija ta' prezz ġust għall-prodotti ta' kwalità, filwaqt li tkun ikkonsolidata r-rabta bejn il-prodott u l-lokalità tal-oriġini u l-konsumaturi jkun imħeġġa jagħmlu għażliet infurmati abbażi tal-kwalità; jidhirlu li l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-ħolqien ta' unitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni fejn il-produtturi jistgħu jippreżentaw direttament lill-konsumaturi l-prodotti tagħhom;

71.

Jappella għall-istabbiliment ta' programm ta' promozzjoni tal-bejgħ fis-suq lokali, bil-għan li jiġi appoġġat l-ipproċessar lokali u reġjonali u inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni; jidhirlu li dan jista' jinkiseb, pereżempju, permezz tal-kooperattivi ta' produtturi, fid-dawl tal-kontribut tagħhom biex iżidu l-valur miżjud fil-kampanja;

*

* *

72.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2009)0098.

(2)  ĠU C 328, 26.10.1998, p. 232

(3)  Pereżempju, consortium fl-Italja, consejo regulador fi Spanja u organisme de défense et de gestion jew détenteur d'IG fi Franza.

(4)  ĠU L 93, 31.3.2006, p, 12.

(5)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/34


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
L-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp

P7_TA(2010)0089

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2009/2150(INI))

2011/C 4 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra s-samit tal-G20 li sar f'Pittsburgh mill-24 sal-25 ta' Settembru 2009 u s-samit tal-G20 li sar f'Londra fit-2 ta' April 2009,

wara li kkunsidra s-samit tal-G8 li sar f'L'Aquila, l-Italja, mit-8 sal-10 ta' Lulju 2009,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistipula l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs) bħala objettivi stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali, fost affarijiet oħra, għall-eliminazzjoni tal-faqar u l-ġuħ,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (1) u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp (2),

wara li kkunsidra l-Kunsens ta' Monterrey, adottat mill-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp li saret f'Monterrey, il-Messiku, mit-18 sat-22 ta' Marzu 2002,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effettività tal-Għajnuna u l-Aġenda għall-Azzjoni ta' Akkra,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali bl-isem “The implications of the Global Financial Crisis for Low-Income Countries - An Update” li ġie ppubblikat f'Settembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali bl-isem “Global Economic Outlook - Sustaining the Recovery” li ġie ppubblikat f'Ottubru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-FMI intitolat “World Economic Outlook Update” (Aġġornament tal-Perspettivi tal-Ekonomija Mondjali) ippubblikat f'Jannar 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji bl-isem “Protecting Progress: The Challenge Facing Low-Income Countries in the Global Recession” li ġie ppubblikat f'Settembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji bl-isem “Global Development Finance: Charting a Global Recovery 2009” li ġie ppublikat f'Ġunju 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji bl-isem “Global Economic Prospects – Crisis, Finance and Growth” ippubblikat f'Jannar 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-2009 bl-isem “Overcoming Fragility in Africa - Forging a New European Approach” li ġie ppubblikat f'Ottubru 2009,

wara li kkunsidra l-istudju mħejji mill-kumpanija ta' konsulenza HTSPE jismu “The Aid Effectiveness Agenda: Benefits of a European Approach”, ikkummissjonat mill-Kummissjoni u ppubblikat f'Ottubru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport mill-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti bl-isem “Strengthening the Global Partnership for Development in a Time of Crisis” li ġie ppubblikat f'Settembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-UNCTAD intitolat “Trade and Development Report, 2009” (Rapport dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, 2009) ippubblikat f'Settembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-UNCTAD bl-isem “The Least Developed Countries Report 2009: The State and Development Governance”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar is-Samit tal-FAO u s-sigurtà tal-ikel (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp (4),

wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tiegħu dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja dinjija fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp li saret fl-10 ta' Novembru 2009 u b'mod partikolari l-kontribut tal-Professur Guttorm Schjelderup dwar il-flussi tal-flus illegali u r-rifuġji fiskali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2009 dwar is-Samit tal-G20 li sar f'Pittsburgh mill-24 sal-25 ta' Settembru 2009 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Rapporti Annwali tal-2007 tal-Bank Ewropew tal-Investiment u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar l-istrumenti finanzjarji l-ġodda għall-iżvilupp fil-kuntest tal-Objettivi tal-Millenju (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni komuni adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fit-3 ta' Diċembru 2009 f'Luwanda dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-Istati tal-AKP,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Novembru 2008 dwar il-bażi legali tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2009 bl-isem “Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi” (COM(2009)0160),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2005 bl-isem “New Sources of Financing for Development: A Review of Options” (SEC(2005)0467),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-18 u d-19 ta' Mejju 2009 dwar l-appoġġ li għandu jingħata lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2009 intitolata “Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp – L-Istabbiliment ta' qafas ta' politika għall-approċċ uniku tal-Unjoni” (COM(2009)0458), il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-17 ta' Novembru 2009 dwar il-Koerenza fil-Politiki għall-Iżvilupp u l-Qafas Operattiv għall-Effikaċja tal-Għajnuna,

wara li kkunsidra l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriżi Finanzjarja u Ekonomika Dinjija u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tar-riżultati tal-konferenza permezz tar-Riżoluzzjoni 63/303 tad-9 ta' Lulju 2009,

wara li kkunsidra l-Konferenza dwar l-Iffinanzjar Innovattiv li saret f'Pariġi mit-28 sad-29 ta' Mejju 2009 u l-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp li saret f'Doha mit-28 ta' Novembru sat-2 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Esperti tal-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Riformi tas-Sistema Monetarja u Finanzjarja Internazzjonali li ġew ippubblikati f'Marzu 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0034/2010),

A.

billi l-ekonomiji emerġenti u dawk li qed jiżviluppaw espandew bi 2.1 % biss fl-2009 f'paragun ma' rata ta' tkabbir ta' 6.1 % fl-2008,

B.

billi l-kummerċ globali tal-merkanzija huwa mistenni li jonqos bi 17 % fl-2009, filwaqt li l-investiment fil-kummerċ u fl-infrastruttura qed jiddgħajjef bħala konsegwenza tal-kriżi finanzjarja, u billi l-pajjiżi l-inqas żviluppati kienu partikolarment milquta mill-kriżi,

C.

billi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali qed iġebbdu r-riżorsi tagħhom biex ilaħħqu mal-ħtiġiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u se jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet gravi fuq is-self, sakemm ma jagħmlux rakkolta ta' kapitali,

D.

billi l-effetti tal-globalizzazzjoni fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li għandhom dħul medju ma għandhomx jiġu injorati,

E.

billi l-qabżiet fir-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tas-settur finanzjarju, in-nuqqasijiet fil-mekkaniżmi tas-superviżjoni u tal-allerta ċeleri li hemm bħalissa, kif ukoll ċerti politiki tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ikkawżaw u aċċelleraw kriżi sistemika ta' dimensjonijiet dinjin, li teħtieġ reviżjoni tal-paradigmi eżistenti, li għandha tinkludi l-kumpens u l-qsim tal-piżijiet internazzjonali,

F.

billi r-rifuġji fiskali joffru post fejn jinħbew il-flus, filwaqt li jipprovdu inċentivi li jagħmlu ħsara lill-governanza tajba b'mod partikolari fit-tassazzjoni u fl-istat tad-dritt; billi l-flussi illegali tal-kapital minn pajjiżi li qed jiżviluppaw huma stmati li jammontaw għal bejn USD 641 u 941 biljun, u b'hekk jikkorrispondu għal madwar għaxar darbiet l-għajnuna dinjija għall-iżvilupp,

G.

billi l-korruzzjoni dinjija ormaj laħqet il-50 biljun dollaru Amerikan, skont ir-Rapport Annwali 2008 tat-Transparency International, li jiġi kważi daqs nofs il-volum totali ta' APS dinjin u tal-investimenti neċessarji għalbiex ikunu żgurati l-objettivi fil-qasam tal-ilma għax-xorb u għall-iġjene pubblika,

H.

billi l-Unjoni Ewropea hija l-ikbar donatur tal-għajnuna billi tipprovdi madwar 60 % tal-flussi tal-għajnuna globali fl-2008, filwaqt li l-Kummissjoni qed tipprevedi li se jkun hemm USD 22 biljun inqas f'impenji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fl-2009,

I.

billi d-deklin fl-output tal-ekonomiji avvanzati miġjub mill-kriżi globali, inevitabbilment se jwassal għal waqgħa fil-volum tal-ODA fi zmien meta l-assistenza esterna hija ta' importanza assoluta għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

J.

billi tista' tgħid l-impennji kollha tal-UE (99 %) huma kollha anteċedenti; EUR 8.8 biljun huma frontloaded, li jfisser li hemm il-periklu li jkun hemm anqas assistenza għall-iżvilupp fis-snin li ġejjin,

K.

billi approċċ Ewropew għall-Effettività tal-Għajnuna jista' jġib gwadanni fl-effiċjenza li jammontaw għal bejn EUR 3 u -6 biljun fis-sena għall-perjodu bejn l-2010 u l-2015,

1.

Huwa konxju sew mill-fatt li f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm kriżi dinjija waħda wara l-oħra (il-kriżi tal-ikel, enerġitika, finanzjarja, dik ekonomika, u soċjali) li għandhom impatti gravi fuq il-pajjiżi industrijalizzati u emerġenti, imma għandhom ukoll konsegwenzi devastanti għall-gruppi foqra tal-popolazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'iktar minn 200 miljun ħaddiem li ġew esposti għall-faqar estrem fid-dinja kollha u iktar minn wieħed minn sest mill-popolazzjoni tad-dinja li qed ibati l-ġuħ;

2.

Jisħaq fuq il-fatt li l-UE għandha l-obbligu li tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiffaċċaw il-piżijiet tal-kriżi ekonomika globali u tat-tibdil fil-klima, piżijiet li mhumiex responsabbli għalihom huma; iħeġġeġ lill-Istati Membri illi, f'dan is-sens, jonoraw bis-sħiħ l-impennji tagħhom tal-ODA f'dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

3.

Jitlob li jissaħħu l-impenji biex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp sal-2015 u jitlob li jkun hemm azzjoni kkoordinata ikbar fid-dawl tar-reviżjoni tal-2010 tal-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp; jistieden lill-Istati Membri kollha biex juru l-appoġġ massimu tagħhom għas-Samit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju fl-2010 u biex jiftiehmu bejniethom dwar pożizzjoni komuni f'din il-perspettiva;

4.

Jitlob lill-Istati Membri biex jonoraw bis-sħiħ l-impenji tagħhom tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) kemm fil-livell bilaterali u kemm f'dak multilaterali;

5.

Jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-volumi tagħhom tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp sabiex jilħqu l-mira kollettiva tagħhom ta' 0.56 % tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp/Dħul Gross Nazzjonali sal-2010 u l-mira ta' 0.7 % tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp/Dħul Gross Nazzjonali sal-2015; jitlob, barra minn hekk, li dawn iħaffu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-effettività tal-għajnuna billi jimplimentaw id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u l-Aġenda għall-Azzjoni ta' Akkra billi jikkoordinaw aħjar l-azzjonijiet tagħhom bejniethom, itejbu l-prevedibilità u s-sostenibilità tal-mekkaniżmi tal-għajnuna, jaċċelleraw ir-ritmu tal-forniment tal-għajnuna, iħollu l-irbit tal-għajnuna u jżidu l-kapaċità ta' assorbiment tal-benefiċjarji tal-għajnuna; jappoġġa l-inizjattiva internazzjonali l-ġdida għat-trasparenza tal-għajnuna, li għandha l-għan li ttejjeb id-disponibilità u l-aċċessibilità tal-informazzjoni dwar l-għajnuna, u b'hekk titkabbar il-leġittimità tagħha u jkun possibbli li jkun iggarantit li tkun utilizzata bl-aktar mod effikaċi biex jiġi miġġieled il-faqar; jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom ma ħaddnux din l-inizjattiva biex dan jagħmluh;

6.

Jisħaq li hu imperattiv li jiġu sodisfatti l-impenji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp imma dan għadu mhux biżżejjed biex tiġi trattata l-urġenza tal-azzjonijiet ta' żvilupp u jtenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex tippromwovi b'mod attiv l-istrumenti innovattivi ta' finanzjament tal-iżvilupp li diġà jeżistu u biex twettaq l-identifikazzjoni urġenti ta' sorsi innovattivi addizzjonali;

7.

Jinnota bi tħassib it-tnaqqis fl-isforzi tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp favur is-saħħa pubblika, b'mod partikolari d-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva, li huma ta' importanza fundamentali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jinnota li ħaddiema b'saħħithom huma prekondizzjoni għall-iżvilupp ekonomiku;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tissokta bir-riforma tal-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp;

9.

Jisħaq li r-riforma kontinwa tal-arkitettura tal-għajnuna internazzjonali m'għandhiex tkun pass lura f'dak li nkiseb s'issa għall-iżvilupp u m'għandhiex taġixxi ta' żona ta' ambigwità għall-Istati Membri biex jerġgħu lura mill-wegħdiet tagħhom;

10.

Huwa tal-fehma li l-volum tal-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp waħdu ma jipprovdix bażi suffiċjenti biex jiġu ġġudikati l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri tal-Unjoni Ewropea tal-għajnuna għall-iżvilupp;

11.

Huwa tal-fehma li għandha tibqa' tingħata prijorità biex tintgħeleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-għajnuna tibqa' tingħata u li kostantement tiġi adattata għal realtajiet u ċirkostanzi ġodda;

13.

Jenfasizza li l-kriżi ekonomika dinjija kkawżat il-ħtieġa ta' kooperazzjoni msaħħa għall-iżvilupp f'dak li għandu x'jaqsam kemm mal-kwantità kif ukoll mal-kwalità;

14.

Jisħaq fuq il-fatt li n-nixfa tal-kreditu, l-inċertezza kkawżata miċ-ċiklu depressjonarju u l-waqgħa fil-kummerċ internazzjonali, l-investiment u l-ħlasijiet li l-ħaddiema migranti jibagħtu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom huma l-kanali li permezz tagħhom il-kriżi għaddiet mill-pajjiżi żviluppati lejn dawk li qed jiżviluppaw, u li f'dawn l-oqsma kollha, l-Unjoni għandha bżonn tadotta inizjattivi u tasserixxi l-preżenza tagħha fix-xena internazzjonali b'mod konċertat, komprensiv u koerenti;

15.

Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex, huma u jimmonitorjaw il-politiki u l-istrumenti tagħhom ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, joqogħdu attenti wkoll li jimminimizzaw il-konsegwenzi mhux intenzjonali fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħalma huma ż-żieda tad-dipendenza fuq trasferimenti tal-għajnuna għall-iżvilupp b'effetti negattivi fuq it-tkabbir, il-pagi u l-impjiegi, u l-ħolqien ta' strutturi li huma rent-seeking u l-korruzzjoni;

16.

Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex itejbu l-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali għall-iżvilupp, ġaladarba dan huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jdgħajjef l-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp;

17.

Jirrikonoxxi li l-lakuni fir-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tas-settur finanzjarju, kif ukoll ċerti politiki tal-istituzzjonijiet finanzjarji, ma ppermettewx li tiġi evitata l-kriżi, u minflok kabbru l-effetti negattivi tagħha; jissottolinja li, għall-kuntrarju ta' dak li ġara fil-pajjiżi żviluppati, dawn il-kundizzjonijiet naqqsu radikalment il-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jirreaġixxu għan-nuqqas ta' progress ekonomiku bl-adozzjoni ta' miżuri baġitarji ta' rilanċ;

18.

Jisħaq fuq il-fatt li l-kriżi ekonomika u finanzjarja trid tingħata risposta komprensiva, li l-ebda istituzzjoni finanzjarja, taqsima tas-suq jew ġurisdiżżjoni ma għandhom ikunu eżentati minn regolamentazzjoni jew sorveljanza, u li t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-partijiet kollha għandhom ikunu l-pedament ta' tip ġdid ta' governanza finanzjarja internazzjonali;

19.

Jilqa' t-titjib tal-faċilitajiet imtejba ta' self għall-pajjiżi bi dħul baxx li qed jagħtu l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali b'livell ogħla ta' infiq favur il-foqra u b'enfasi fuq it-tnaqqis tal-faqar u nfiq favur li jkun iffinanzjat it-tkabbir fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jiddikjara li huwa preokkupat ħafna bir-riskju u t-theddida taż-żieda tal-indebitament tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jista' jkun hemm kriżi ġdida għall-vijabilità ta' dawn il-pajjiżi; jitlob lill-gvernijiet li jgħaddu malajr kemm jista' jkun għar-riformi tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistudja l-applikazzjoni tal-proposta tal-Bank Dinja għal vulnerability fund destinat li jiffinanzja s-sigurtà alimentari, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp uman;

21.

Jitlob lill-mexxejja tal-G20 biex jaġixxu, mingħajr dewmien, fuq l-impenji li saru fis-samit ta' Settembru 2009 f'Pittsburgh biex tiġi riformata l-arkitettura tal-iżvilupp dinji u, fi ħdan dan il-qafas, biex jiddedikaw mill-inqas 5 % mill-ishma tal-kwota tal-Fond Monetarju Internazzjonali għall-ekonomiji emerġenti u li qed jiżviluppaw u mill-inqas 3 % mill-ishma ta' votazzjoni tal-Bank Dinji għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jinsabu fi tranżizzjoni;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' riforma xierqa tal-governanza ekonomika dinjija biex tkun assigurata rappreżentanza aħjar tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-fora fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet; jipproponi, għalhekk, li l-G20 titkabbar biex tinkludi talanqas rappreżentant wieħed tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, li jista' jkun il-president fil-kariga tal-G77;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiddedikaw attenzjoni partikolari għall-promozzjoni u għall-ħarsien tax-xogħol diċenti billi jimxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula dwar dan is-suġġett mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li r-rwol tagħha għandu jiġi mwessa';

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li ngħaddu għal sistema internazzjonali ta' governanza li tipproteġi lin-nies u l-pajjiżi l-aktar vulnerabbli, speċjalment dawk l-aktar milquta mill-kriżi u bi xbieki ta' sikurezza ineffikaċi jew assenti;

25.

Jinnota li l-isħubija tal-Fond Monetarju Internazzjonali approvat allokazzjoni ta' USD 250 biljun ta' Drittijiet Speċjali ta' Ġbid u li USD 18 biljun biss mid-Drittijiet Speċjali ta' Ġbid se jmorru għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali biex jesploraw il-proposta ta' Soros li l-pajjiżi sinjuri għandhom jallokaw id-Drittijiet Speċjali ta' Ġbid tagħhom f'fond għall-beni pubbliċi globali, bħall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-eradikazzjoni tal-faqar;

26.

Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jieħdu passi biex iwettqu ż-żieda tal-finanzjament għal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li kien hemm qbil dwarha fis-samit tal-G20;

27.

Jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex isostnu riforma ambizzjuża tal-Fond Monetarju Internazzjonali;

28.

Jitlob li jkun hemm tisħiħ tal-kooperazzjoni makroekonomika fi ħdan il-G20, rwol aktar qawwi għas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riforma tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, biex tkun żgurata reazzjoni miftiehma għall-kriżi u għall-effetti tagħha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

29.

Jiddispjaċih li s-settur finanzjarju ma tgħallimx għalkollox il-lezzjonijiet li ħarġu minn din il-kriżi bla preċedent, minkejja li għal din ir-raġuni bbenefika minn miżuri statali enormi ta' salvataġġ; jilqa', f'dan ir-rigward, l-impenn tal-mexxejja tal-G20 fis-samit ta' Settembru 2009 f'Pittsburgh li jiżguraw li s-settur finanzjarju jikkumpensa għall-ispejjeż tal-kriżi li s'issa ġarrab min iħallas it-taxxi, ċittadini oħra u s-servizzi pubbliċi kemm fl-ekonomiji avvanzati kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

30.

huwa tal-fehma sħiħa li jekk is-sistema bankarja tkun intaxxata dak ikun kontribut ġust mis-settur finanzjarju għall-ġustizzja soċjali dinjija; jitlob, minflok, li jkun hemm taxxa internazzjonali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji sabiex is-sistema globali tat-taxxa tkun iktar ekwa u sabiex jiġu ġġenerati riżorsi addizzjonali għall-iffinanzjar tal-iżvilupp u tal-beni pubbliċi dinjija, b'mod partikolari l-adattament tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għat-tibdil fil-klima u l-effetti tiegħu;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta komunikazzjoni dwar kif taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali tista', inter alia, tgħin biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Iżvilupp tal-Millenju, tikkoreġi l-iżbilanċi globali u tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli mad-dinja kollha;

32.

Jitlob biex jitħejja rapport mill-Fond Monetarju Internazzjonali għal-laqgħa li jmiss tal-G20 dwar il-kontribut li s-sistema finanzjarja għandha tagħti biex jitħallsu l-piżijiet assoċjati mal-interventi tal-gvernijiet varji u biex tingħata ħarsa lejn il-piżijiet diretti u indiretti kollha imposti fuq il-finanzi pubbliċi, u b'mod partikolari, l-impatt tagħhom fuq il-baġits tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

33.

Jinnota bi tħassib kbir li hu mistenni li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiffaċċaw diskrepanza finanzjarja ta' bejn USD 315 biljun fl-2010, u li l-piżijiet fiskali li qed jiżdiedu fil-pajjiżi li l-aktar huma vulnerabbli qed jipperikolaw USD 11.6 biljun ta' nfiq prinċipali fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fl-infrastruttura u fil-protezzjoni soċjali; jikkunsidra xieraq, għaldaqstant, li jiġu esplorati r-raġunijiet li jiġġustifikaw ftehim mal-pajjiżi kredituri biex jiġi stabbilit moratorju temporanju jew tħassir tad-dejn għall-pajjiżi l-iktar fqar sabiex dawn ikunu jistgħu jimplimentaw politiki fiskali kontraċikliċi biex itaffu l-effetti gravi tal-kriżi; jipproponi li jsiri sforzi biex jiġu faċilitati arranġamenti għal arbitraġġ tad-dejn trasparenti;

34.

Jilqa' l-inizjattivi tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' taxxi volontarji fuq l-emissjonijiet tal-avjazzjoni u dawk marittimi biex jikkontribwixxu għall-iffinanzjar tal-ispejjeż tal-mitigazzjoni u tal-adattazzjoni għall-bidla fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jimplimentaw taxxi simili;

35.

b'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2008, jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiftiehmu ħalli, fi ħdan il-qafas tas-Sistema tal-Iskambju tal-Emissjonijiet tal-gassijiet tal-effett tas-serra tal-Unjoni Ewropea, jiddedikaw għall-anqas 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex jappoġġjaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-bidla fil-klima;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw kull azzjoni għall-kumbittament tal-bidla klimatika, li qed tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw l-agħar, u f'das-sens, itejbu t-trasferiment tat-teknoloġiji approprijati;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħti aktar attenzjoni għar-rabta bejn il-kriżi ambjentali u l-kriżi tal-iżvilupp, u jħeġġiġhom jagħmel żvilupp sostenibbli u “tkabbir favur l-ambjent” bi prijoritajiet strateġiċi għall-UE; iħeġġeġ lill-UE tallokka flus addizzjonali għall-impenji tagħha biex tikkumbatti l-bidla klimatika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li tqis in-numru kulma jmur jiżdied ta' refuġjati ambjentali;

38.

Jilqa' l-impenn li l-Kunsill Ewropew ħa f'Ottubru 2009 biex l-Għanijiet ta' Iżvilupp tal-Millennju ma jiddgħajfux fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lill-Kunsill biex, mill-aktar fis possibbli u fil-qafas tal-konklużjonijiet tas-samit ta' Kopenħagen u l-kompromessi tal-G20, jaqbel dwar impenji finanzjarji sodi li jippermettu li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jaffaċċaw il-kundizzjonijiet klimatiċi li qed jeħżienu, u jiżguraw li l-għajnuna meħtieġa minħabba l-kriżi ekonomika ma twassalx biex jerġgħu jaqgħu f'livell esaġerat ta' dejn estern;

39.

Jenfasizza l-importanza ċentrali tal-fondi tal-migranti bħala flussi ta' kapital li jidħlu direttament fl-idejn tal-popolazzjonijiet fil-mira fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jistgħu jużaw tali flejjes għall-bżonnijiet urġenti; jitlob lill-Istati Membri u lill-pajjiżi benefiċjarji biex jiffaċilitaw it-trasferiment tal-fondi tal-migranti u biex jaħdmu lejn it-tnaqqis tal-ispejjeż tagħhom;

40.

Jilqa' l-impenn tal-mexxejja tal-G8 fis-samit ta' L'Aquila, l-Italja, f'Lulju 2009 li jnaqqsu l-ispejjeż tat-trasferiment tal-fondi tal-migranti minn 10 % għal 5 % f'ħames snin; jemmen li l-kompetizzjoni mtejba fis-suq u qafas regolatorju iktar wiesa' huma miżuri essenzjali biex inaqqsu l-ispejjeż marbuta mat-transazzjonijiet tal-fondi tal-migranti, filwaqt li jħeffu l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda u jippromwovu l-inklużjoni finanzjarja għall-fqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

41.

Jappoġġja l-ħolqien ta' inizjattivi pubbliċi-pubbliċi u pubbliċi-privati konġunti għall-iżvilupp, ibbażati fuq aġir pubbliku bl-appoġġ ta' donaturi privati u skont il-prijoritajiet tal-pajjiżi msieħba, bħala mezz biex jiżdied l-investiment responsabbli u sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tat-teknoloġija;

42.

ifakkar fir-rwol kruċjali tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, tal-awtoritajiet lokali u tal-kooperazzjoni deċentralizzata fil-ġestjoni tal-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u tal-proċess ta' żvilupp; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tagħmel id-deċentralizzazzjoni settur ta' prijorità għall-finanzjament ta' għajnuna Ewropea fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

43.

Jilqa' l-approvazzjoni tal-mekkaniżmu tal-vulerabilità FLEX għall-appoġġ lejn il-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku biex jiġu ffaċċati l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi u jinsisti li l-fondi jiġu żborstati malajr; itenni, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar kif il-Kummissjoni se tagħmel tajjeb għal-lakuna fil-finanzjament ikkawżata fis-snin futuri mill-allokazzjoni bil-quddiem ta' appoġġ għall-baġit mill-bidu tal-perjodu;

44.

Iqis il-kummerċ bħala l-qawwa prinċipali tat-tkabbir ekonomiku u tat-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jużaw l-influwenza internazzjonali tagħhom sabiex l-iżvilupp jibqa' fil-qalb tan-negozjati taċ-Ċiklu ta' Doha u sabiex jintemm b'suċċess u jkun ġust u orjentat lejn l-iżvilupp filwaqt li jtejbu l-iffokar tal-politika tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ favur il-faqar;

45.

Jisħaq li, skont it-termini tal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-UE għandha tiżgura li l-politiki tagħha dwar il-kummerċ, is-sigurtà, il-migrazzjoni, l-agrikoltura, u oqsma oħrajn, iservu ħalli, min-naħa l-waħda, jibbenefikaw koerentement minnhom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u min-naħa l-oħra, tkun promossa sistema ta' finanzjament u kummerċ internazzjonali ġusta li tiffavorixxi l-iżvilupp;

46.

Ifakkar li l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp li hu speċifikat fit-Trattati tal-UE, huwa kunċett fundamentali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Iżvilupp tal-Millennju; iħeġġeġ lill-UE biex konsegwentement tiżviluppa politika kummerċjali li tkun konsistenti u koerenti mal-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jitlob li jitfasslu mekkaniżmi legali b'saħħithom li jiżguraw li l-UE tinżamm responsabbli għall-impenji tagħha favur il-koerenza tal-politiki;

47.

Jitlob li jkun hemm koerenza aħjar bejn l-għajnuna għall-iżvilupp u l-politiki l-oħra tal-UE; jinnota, pereżempju, li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli ssussidjati mill-UE tista' tmur kontra l-ħolqien ta' swieq sodi għall-prodotti ta' bdiewa fqar lokali u b'hekk ixxejjen l-isforzi magħmula mill-proġetti li jippruvaw isaħħu l-agrikoltura lokali;

48.

Huwa konvint li konklużjoni ekwilibrata, ġusta u orjentata lejn l-iżvilupp tar-Rawnd ta' Doħa tgħin fl-irkupru ekonomiku mill-kriżi u tikkontribwixxi għat-tafja tal-faqar fil-pajjiżi qed jiżviluppaw, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità tajba u tnaqqis fil-prezzijiet tal-konsumatur; għalhekk huwa mħasseb ħafna bin-nuqqas ta' progress fin-negozjati tar-Rawnd ta' Doħa;

49.

Jirrimarka li, biex tinkiseb aktar stabbiltà finanzjarja u biex jittejjeb il-funzjonament tas-sistema kummerċjali globali fi ħdan id-WTO, hemm bżonn li jsir progress lejn sistema monetarja u finanzjarja internazzjonali ġdida msejsa fuq regoli multilaterali li jindirizzaw il-problemi speċifiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li tkun integrata fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti;

50.

Ifakkar li l-istrateġija tal-Għajnuna għall-Kummerċ hija mmirata għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li huma l-anqas żviluppati biex tingħatalhom għajnuna ħalli jinnegozjaw, jimplimetnaw u jibbenefikaw mill-ftehimiet tal-kummerċ, jespandu l-kummerċ tagħhom u jaċċelleraw l-eradikazzjoni tal-faqar; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-impennji favur objettiv tal-UE għal EUR 2 biljun fis-sena sal-2010 jintlaħaq; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni u figuri dettaljati dwar il-linja baġitarji użati għall-finanzjamanet tal-assistenza marbuta mal-kummerċ u l-Għajnuna għall-Kummerċ (b'żieda mal-linja baġitarja 20 02 03) u għall-finanzjament tal-Għajnuna għall-Kummerċ ġej mill-baġit tal-UE;

51.

Jafferma mill-ġdid il-fatt li l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) għandhom ikunu intiżi bħala għodod favur l-iżvilupp u ma għandhomx jiġu perċepiti biss bħala strumenti għall-kummerċ internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem favur konklużjoni rapida tan-negozjati, filwaqt li tqis il-mezzi li bihom l-provvedimenti tal-EPA jista' jkollhom impatt fuq l-abilità tal-pajjiżi ACP li jibqgħu fil-wiċċ matul il-kriżi;

52.

Jinnota li t-tnaqqis sinifikattiv fid-dħul mill-esportazzjoni f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, u b'mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, naqqas it-tkabbir u l-iżvilupp fin-Nofsinhar; jistieden lill-Kummissjoni – meta tkun qed tinnegozja u timplimenta l-ftehimiet tal-kummerċ, b'mod partikolari l-Ftehimiet għas-Sħubija Ekonomika – issaħħaħ il-koerenza fil-politika tal-UE għall-iżvilupp u, fost ħwejjeġ oħra, għall-promozzjoni tax-xogħol deċenti, il-ġid u l-ħolqien tal-impjiegi u li tiżgura asimmetrija adegwata u perijodi tranżitorji fl-impennji għall-kummerċ kif ukoll ir-rispett għall-prijoritajiet f'kull pajjiż u konsultazzjoni adegwata tal-atturi fundamentali u s-soċjetà ċivili;

53.

Huwa tal-fehma li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li huma partikolarment dipendenti fuq il-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u huma orjentati ħafna lejn l-esportazzjoni, s'issa huma l-aktar li ntlaqtu mill-kriżi, minħabba li l-flussi finanzjarji mit-Tramuntana lejn in-Nofsinhar kulma jmur dejjem aktar qed jinxfu u s-swieq interni ta' bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw mhumiex b'saħħithom biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis fl-esportazzjoni;

54.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkonduċi valutazzjoni tad-dipendenza fl-esportazzjoni tal-pajjiżi tal-ACP u l-kompatibilità tagħha mal-objettivi tal-iżvilupp fl-inkartament tal-istrateġija ta' kull pajjiż;

55.

Jinnota s-Sistema Globali ta' Preferenzi għall-Kummerċ (GSTP), mekkaniżmu mwaqqaf minn 22 pajjiż li qed jiżviluppa biex jitnaqqsu t-tariffi u ostakli oħra għall-esportazzjoni tal-beni kkumerċjati bejniethom, f'tentattiv li jitkattar il-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar u li jagħmlu aktar indipendenti mit-turbolenzi tal-kummerċ globali;

56.

Jemmen li l-protezzjoniżmu mhux reazzjoni solida għall-kriżi u jisħaq mal-Unjoni Ewropea biex tagħmel dak li hu fir-responsabilità tagħha billi tnaqqas ix-xkiel kummerċjali u s-sussidji tal-Unjoni li jgħawġu l-kummerċ li kkawżaw tant dannu għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

57.

Huwa tal-fehma li l-politika tal-UE għall-iżvilupp għandha tirrispetta kemm l-interessi tal-UE kif ukoll dawk tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jikkunsidra li l-ftuħ reċiproku tas-swieq ma għandux jinkiseb a skapitu tal-istabbiltà ekonomika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jirrikjedi oqfsa superviżorji u regolatorji ekwivalenti; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex l-għoti ta' mikrokreditu lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u lill-bdiewa ż-żgħar isir prijorità tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, biex b'hekk jitrawmu strutturi ekonomiċi reġjonali sostenibbli;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jittieħdu miżuri biex jinkisbu l-objettivi fit-tul għall-iżvilupp, filwaqt li jħejji għall-iżvilupp sostnut kif ukoll għall-assistenza umanitarja matul il-perijodu meta l-piż tal-kriżi fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun l-agħar;

59.

Jenfasizza li l-iskala, il-fond u l-kumplessità tal-kriżi finanzjarja huma marbutin mal-qasma bejn l-iżvilupp tal-finanza u l-ekonomija reali, l-eżistenza ta' żbilanċi internazzjonali li qed jikbru u problemi ambjentali li qed jeħżienu fil-pjaneta, u li jridu jiġu korretti biex is-sistema ekonomika terġa' tiġi indirizzata lejn it-triq ta' żvilupp globali sostenibbli;

60.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li l-impatti negattivi tar-refuġji fiskali jistgħu jkunu xkiel insuperabbli għall-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi foqra, billi jirfsu fuq is-sovrenità ta' pajjiżi oħra, jagħmlu dannu lill-effiċjenza tas-swieq finanzjarji u l-allokazzjoni tar-riżorsi, jipperikolaw is-sistemi nazzjonali ta' tassazzjoni u jżidu l-ispejjeż tas-tassazzjoni, joħolqu inċentivi għall-kriminalità ekonomika, u jagħmlu ħsara lid-dħul privat, it-tmexxija tajba u t-tkabbir ekonomiku, u b'hekk jimpedixxu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw milli jinvestu fis-servizzi pubbliċi, fl-edukazzjoni, fis-sigurtà soċjali u fil-benessri tal-bniedem;

61.

Jenfasizza li r-rifuġji fiskali u ċ-ċentri offshore jinkoraġġixxu strateġiji biex jiġu evitati t-taxxi (pereżempju, permezz tal-abbuż tal-prezzijiet tat-trasferimenti), l-evażjoni fiskali u l-ħarba illeċita tal-kapital; b'mod partikolari, jenfasizza li l-frodi fiskali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw twassal għal telf annwali tad-dħul fiskali li jikkorrispondi għal għaxar darbiet l-ammont ta' għajnuna għall-izvilupp mogħtija mill-pajjiżi żviluppati; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Istati Membri biex iqiegħdu l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, l-evażjoni fiskali u l-ħarba illeċita tal-kapital mill-pajjiżi żviluppati fost l-ogħla prijoritajiet tagħhom; itenni, f'dan il-kuntest, il-konvinzjoni tiegħu li l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni għandu jiġi estiż globalment u jiġi implimentat fi ħdan qafas multilaterali;

62.

Jinnota li hemm tużżani ta' rifuġji fiskali mad-dinja kollha li jintużaw saħansitra minn xi kumpaniji bbażati fl-OECD ħalli jevitaw li jħallsu t-taxxi lil dawk il-pajjiżi li qed jiżvilupppaw fejn ikollhom attivitajiet ta' qligħ jew inkella lill-pajjiżi tal-oriġini tagħhom; jitlob lill-Kummisjoni biex tirrapporta dwar kif l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jista' jiġi estiż globalment u dwar kif jistgħu jiġu implimentati sanzjonijiet għar-rifuġji fiskali li ma jikkooperawx u għall-utenti tagħhom, kif ukoll dwar kif ir-rappurtar għal kull pajjiż individwali rigward il-profitti u t-taxxi mħallsa jista' jsir regola għall-kumpaniji transnazzjonali fl-UE;

63.

Jirrikonoxxi li l-ftehimiet ta' skambju tal-informazzjoni fiskali ma jeliminaw la l-istrutturi dannużi tas-sistemi fiskali delimitati, la n-nuqqas ta' reġistri pubbliċi u lanqas ma jinfurzaw il-preżentazzjoni tal-kontabilità, il-verifika jew iż-żamma tar-rekords; jilqa' l-isforzi tal-G20 u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp (OECD) biex jieħdu passi kontra r-refuġji fiskali, imma jinnota u jiddispjaċih li l-kriterji stabbiliti, il-ftehimiet ta' skambju tal-informazzjoni fiskali u l-proċeduri eżistenti mhux se jkunu biżżejjed biex tingħeleb il-problema tar-refuġji fiskali u tal-flussi finanzjarji illegali; jitlob lill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp, lill-G20 u lill-Unjoni Ewropea biex jadottaw kriterji iktar stretti għall-identifikazzjoni tar-refuġji fiskali u biex jaħdmu lejn ftehima ta' skambju tal-informazzjoni fiskali li tkun awtomatika, multilaterali u li torbot internazzjonalment u li tipprevedi miżuri li jikkombattu n-nuqqas ta' osservanza;

64.

Jitlob lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali biex jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-bini tad-dħul tagħhom u biex jappoġġjaw il-bini tal-kapaċitajiet fis-tassazzjoni;

65.

Jinnota li nofs il-flussi finanzjarji illegali mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma marbuta mal-prezzijiet foloz li jingħataw lill-kummerċ u jsaħħaħ is-sejħa tiegħu għal ftehima finanzjarja globali vinkolanti ġdida li tobbliga lill-korporazzjonijiet transnazzjonali, inklużi s-sussidjarji varji tagħhom, biex awtomatikament jiżvelaw il-profitti magħmula u t-taxxi mħallsa fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza dwar il-bejgħ, il-profitti u t-taxxi f'kull ġurisdizzjoni fejn ikunu jinsabu;

66.

Jistieden lill-Kumissjoni attivament tippromwovi r-responsabilità soċjali u ambjentali (CSR) biex ikun permess monitoraġġ effettiv tal-impatt – soċjali, ambentali, u f'termini ta' rispett tal-jeddijiet tal-bniedem – tal-operazzjonijiet tal-impriżi transnazzjonali u tas-sussidjarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

67.

Jinnota bi tħassib li d-deterjorament ulterjuri tal-benessri ekonomiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jista' jwassal għal livelli għoljin b'mod inaċċettabbli tal-qgħad u żieda fil-migrazzjoni ekonomika; iżid li l-flussi migratorji ta' dan it-tip jistgħu jwasslu għal “eżodu tal-aħjar imħuħ” mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jistgħu jkunu ta' ħsara għat-tkabbir ekonomiku tagħhom fil-ġejjieni;

68.

Jinnota l-ħtieġa għal żvilupp reali fis-sistemi bankarji fil-pajjiżi qed jiżviluppaw bħala miżuri konkreta biex ikunu żgurati l-investimenti u l-iżvilupp u t-tkabbir tas-settur finanzjarju, il-flus mibgħuta lura mill-migranti u l-iskambji kummerċjali u oħrajn relevanti, li jwasslu għall-koeżjoni soċjali u l-istabilità politika u ekonomika;

69.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Irkupru tal-Assi Misruqa (Stolen Asset Recovery) mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drogi u l-Kriminalità u mill-Bank Dinji biex tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-attivitajiet kriminali u l-evażjoni tat-taxxa u jitlob li tiġi rratifikata l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni mill-Istati Membri;

70.

Jisħaq fuq l-importanza li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħatalhom appoġġ ħalli jibnu kapaċitajiet effikaċi biex ikabbru, fl-interessi tagħhom stess, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u t-trasparenza fil-finanzi pubbliċi tagħhom biex itejbu l-prevedibilità, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit; jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza parlamentari fuq il-finanzi pubbliċi; jinsisti fuq il-ħtieġa li jittejbu l-istandards internazzjonali tal-kontabilità għall-prevenzjoni tal-prattiki tal-evitar u l-evażjoni tat-taxxi, inkluż ir-rekwiżit li l-kumpaniji transnazzjonali jfasslu rapporti finanzjarji għal kull pajjiż individwali;

71.

Jilqa' l-infurzar tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-politika eżistenti tagħha lejn iċ-Ċentri Finanzjarji Barra mix-Xtut; jitlob lill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jieħdu rwol fuq quddiem fil-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali billi jadottaw regoli ta' akkwist pubbliku u l-ħlasijiet tal-fondi pubbliċi li jipprojbixxu li kwalunkwe kumpanija, bank jew istituzzjoni oħra li jiġu rreġistrati f'refuġju fiskali jibbenefikaw mill-fondi pubbliċi; jistieden lill-BEI biex jikkunsidra, bħala parti mil-linji gwida mtejba tiegħu, il-ħtieġa li l-kumpaniji u intermedjarji finanzjarji jirrappurtaw dwar l-attivitajiet tagħhom fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż;

72.

Jinnota li l-BEI għamel sforzi biex jiżgura li l-garanziji u l-investimenti tiegħu ma jiġux eżegwiti permezz ta' rifuġji fiskali; jitlob lill-BEI biex jieħu l-miżuri addizjonali meħtieġa biex jiżgura li dan ma jseħħx b'mod indirett; jitlob lill-BEI biex jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-politika tiegħu rigward iċ-ċentri finanzjarji offshore; jitlob lill-BEI biex jgħasses b'mod partikulari meta jkun qed jistabbilixxi l-kundizzjonijiet jew il-kriterji ta' kundizzjonalità sabiex ikun konformi mal-objettivi tal-politika tal-UE, kif ukoll mal-kunċett tal-ILO ta' “xogħol diċenti” sabiex tiġi żgurata l-massimizzazzjoni tal-għajnuna, l-inklużjoni tan-negozji lokali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; huwa tal-fehma li l-BEI għandu jiffoka l-politika ta' reklutaġġ tiegħu favur l-għarfien dwar l-ambjent u l-iżvilupp;

73.

Jirrikonoxxi r-reviżjoni intermedjarja kurrenti tal-attività ta' self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-arranġamenti ta' kooperazzjoni, li għandhom jitlestew fl-2010 u li fihom il-Parlament Ewropew jaġixxi bħala koleġiżlatur, bħala opportunità kbira biex jiżdied l-irwol tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp bl-objettiv prinċipali li jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sal-2015; iqis li għaldaqstant tkun żgurata l-prijorità għall-proġetti li jimmiraw it-tnaqqis tal-faqar;

74.

Jiddeplora t-trend 'l isfel fl-investiment fl-agrikoltura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li bdiet mis-snin 1980 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni li tqiegħed is-sigurtà tal-ikel bħala prijorità fil-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni u għalhekk iżżid l-appoġġ għall-agrikoltura, l-aktar il-produzzjoni tal-ikel u l-iżvilupp rurali;

75.

Iqis li wieħed mill-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jinsab fl-aċċess limitat li jgawdu l-imprendituri potenzjali għall-kreditu u l-mikrokreditu; jenfasizza, barra minn hekk, li fil-parti l-kbira tal-każijiet il-garanziji għall-krediti mhumiex disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI, għaldaqstant, biex jiżviluppaw sewwa l-programmi ta' aċċess għall-kreditu u l-mikrokreditu;

76.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-miżuri li jtaffu l-aċċess tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-kreditu, inkluża l-kapitalizzazzjoni sostanzjali tal-banek ta' żvilupp multilaterali u l-ħolqien ta' qafas li jippermetti l-liċenzjar ta' diversità ta' fornituri ta' servizzi finanzjarji li jissodisfaw il-ħtiġiet taċ-ċittadini lokali;

77.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet espressi f'dan ir-rapport meta tfassal il-proposta għal deċiżjoni dwar il-mandat ta' self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment wara r-reviżjoni intermedjarja;

78.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Isati Membri, lill-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Fond Monetarju Internazzjonali u lill-Bank Dinji, lill-Gvernaturi tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Dinji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-pajjiżi tal-G20.


(1)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2007, dok. 9558/07.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2009)0102.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2009)0029.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2009)0028.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2009)0185.

(7)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 396.

(8)  Kawża C-155/07, il-Parlament Ewropew kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; ĠU C 327, 20.12.2008, p. 2.

(9)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/44


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Rapport Annwali tal-BĊE għall-2008

P7_TA(2010)0090

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2008 (2009/2090(INI))

2011/C 4 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 1998 dwar ir-responsabilità demokratika tat-tielet fażi tal-EMU (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ottubru 2009 dwar id-‘Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro 2009’ (COM(2009)0527) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-komunikazzjoni (SEC(2009)1313/2),

wara li kkunsidra l-previżjoni ekonomika interim ta' Settembru 2009 tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2009 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2009 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'ħidmiet speċifiċi rigward l-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0500),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0010/2010),

A.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika rat l-agħar deklin ekonomiku globali mit-tletinijiet 'l hawn, li r-riperkussjonijiet tagħha se jkomplu jħallu effett qawwi fuq l-istruttura ekonomika u soċjali għas-snin li ġejjin,

B.

billi fl-2008 l-PGD reali taż-żona tal-euro kiber biss b'0.7 % minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, u l-PGD mistenni li jkun naqas sostanzjalment fl-2009,

C.

billi fl-2008 r-rata medja ta' inflazzjoni annwali kienet ta' 3.3 %, b'massimu ta' 4.0 % fis-sajf tal-2008, l-ogħla rata rreġistrata mid-dħul tal-euro, u billi l-inflazzjoni sussegwentement niżlet għal rati negattivi fis-sajf tal-2009,

D.

billi l-iżbilanċ medju ta' gvern ġenerali fiż-żona tal-euro żdied minn 0.6 % tal-PGD fl-2007 għal 1.9 % fl-2008, u, sa nofs Ottubru 2009, għoxrin Stat Membru kienu suġġetti għal proċedura ta' żbilanċ eċċessiv,

E.

billi l-proporzjon medju tad-dejn tal-gvern fiż-żona tal-euro żdied minn 66.2 % tal-PGD fi tmiem l-2007 għal 69.6 % fi tmiem l-2008, u billi dak il-proporzjon huwa mistenni li jiżdied aktar fis-snin li ġejjin,

F.

billi fl-2008 r-rata tal-kambju tal-euro ġarrbet flutwazzjonijiet kbar meta mqabbla mad-dollaru Amerikan, b'massimu ta' USD 1.60 f'Lulju u livell ta' USD 1.25 f'Ottubru, iżda sussegwentement issaħħet għal USD 1.50 f'Ottubru 2009,

G.

billi l-BĊE żamm ir-rati tal-imgħax bla mittiefsa fl-ewwel nofs tal-2008, qabel żiedhom f'Lulju 2008 b'25 punt bażi għal 4.25 %, u naqqashom gradwalment dejjem iżjed matul l-aħħar kwart tal-2008 għal 2.5 %, u mbagħad għal 1 % fl-2009,

H.

billi, bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-BĊE żied b'mod sinifikanti l-provvista ta' likwidità lill-banek fiż-żona tal-euro u ħa għadd ta' miżuri straordinarji biex itejjeb l-operat dgħajjef tas-swieq tal-flus, billi faċilitajiet simili li jsaħħu l-likwidità ġew provduti biss lil xi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro,

Introduzzjoni

1.

Jilqa' lis-Slovakkja fiż-żona tal-euro u jieħu nota tad-dħul b'suċċess tagħha;

2.

Jinnota li l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea hija prekundizzjoni għas-sħubija fiż-żona tal-euro;

3.

Jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Lisbona jagħti lill-BĊE l-istatus ta' istituzzjoni tal-UE; jemmen li dan se jżid ir-responsabilità tal-Parlament, bħala l-istituzzjoni ewlenija li permezz tagħha l-BĊE jinżamm responsabbli għaċ-ċittadini Ewropej;

Ir-reazzjoni tal-BĊE għall-kriżi finanzjarja

4.

Jinnota li l-2008 kienet sena li fiha, b'reazzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja diżastruża u r-riperkussjonijiet estensivi tagħha, il-BĊE kellu jieħu wħud mill-aktar deċiżjonijiet iebsa li kellu quddiemu sa mill-ħolqien tiegħu;

5.

Jinnota li l-projezzjonijiet ekonomiċi tal-BĊE, bħal dawk tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF ) u ta' istituzzjonijiet internazzjonali oħra, ma rnexxilhomx ibassru l-gravità tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-2008;

6.

Jinnota li l-BĊE kompla jieħu azzjoni fil-konfront tal-kriżi finanzjarja billi għen l-Istati Membri jżommu u jestendu l-għoti ta' likwidità tagħhom għall-istituzzjonijiet ta' kreditu; jirrakkomanda li l-BĊE jestendi din il-likwidità lil hinn miż-żona tal-euro biex jgħin lil dawk l-Istati Membri li ntlaqtu bl-agħar mod mill-kriżi finanzjarja;

7.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu li xi banek kummerċjali ma għaddewx il-qtugħ tal-imgħax lill-konsumaturi tagħhom, u li dan kien partikolarment prevalenti meta r-rati tal-imgħax tal-BĊE laħqu l-iktar livelli baxxi tagħhom;

8.

Jilqa' l-fatt li l-BĊE wessa' l-istrateġija abitwali tiegħu għall-politika monetarja u ħa għadd ta' miżuri speċjali, bħal pereżempju l-indirizzar tal-provvista ta' likwidità fejn fil-fatt hemm id-domanda għaliha u d-disponibilità tal-likwidità għal perjodi itwal;

9.

Jinnota li l-qtugħ tar-rati tal-imgħax tal-BĊE kienu anqas radikali minn dawk meħuda minn banek ċentrali oħra, inklużi l-Federal Reserve tal-Istati Uniti u l-Bank of England fir-Renju Unit, u meta mqabbla ma' dak li bosta osservaturi ekonomiċi kienu qed jistennew f'dak il-mument;

10.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-likwidità addizzjonali injettata mill-BĊE ma taffietx biżżejjed is-sitwazzjoni tan-nuqqas ta' kreditu li l-industrija kellha quddiemha, partikolarment fejn jidħlu negożji żgħar u ta' daqs medju, u minflok intużat minn xi banek biex itejbu l-marġini tagħhom u jkopru t-telf;

11.

Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma mxewx fuq il-parir tal-BĊE dwar il-bżonn li l-programmi ta' appoġġ tal-banek jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet stabbiliti b'mod konġunt fil-livell Ewropew fir-rigward tal-ħlas ta' dividends u bonusijiet, l-appoġġ għall-attività ekonomika, speċjalment tal-SME s, u tranżazzjonijiet li jsiru fi-rifuġji tat-taxxa;

12.

Jaqbel mal-BĊE li l-kumplessità dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji flimkien ma' ċertu nuqqas ta' trasparenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, nuqqas ta' sorveljanza min-naħa tar-regolaturi u lakuni fir-regolamenti tas-swieq finanzjarji, ikkontribwew għal riskju sistemiku akbar; isostni wkoll li dan ikkontribwixxa biex in-nuqqas ta' kunfidenza tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet finanzjarji kiber dejjem aktar;

13.

Jitlob il-fehmiet tal-BĊE dwar it-twaqqif ta' clearing house għal strumenti bħalma huma credit default swaps (CDS ) fiż-żona tal-euro;

14.

Jiġbed l-attenzjoni tal-BĊE għar-riskji li jerġgħu jiġu stimolati bżieżaq spekulattivi ġodda partikolarment fis-suq tal-prodotti bażiċi; iħeġġu biex iwissi lill-gvernijiet mingħajr dewmien;

15.

Jaqbel mal-BĊE dwar il-bżonn li jittieħdu tagħlimiet mill-kriżi, b'mod partikolari li jeħtieġ li jittejbu l-ġestjoni tar-riskju u l-likwidità fis-sistema finanzjarja kif ukoll it-trasparenza tas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji, jekk irridu nevitaw li terġa' sseħħ kriżi simili; ifakkar li l-iżbilanċi globali marbuta mal-fluttwazzjonijiet tar-rata tal-kambju bejn l-euro u l-muniti ta' pajjiżi terzi bħad-dollaru Amerikan u r-renminbi-yuan, iridu jiġu indirizzati wkoll biex nevitaw kriżijiet finanzjarji fil-ġejjieni;

16.

Jilqa' l-passi li ħa l-BĊE biex jipproponi “strateġija ta' ħruġ” dettaljata mill-illaxkar tal-kontrolli monetarji tiegħu, li għandhom jiġu implimentati kif u meta meħtieġ; jinsisti li l-għażla tal-mument f'waqtu u l-koordinazzjoni politika bejn l-Istati Membri huma essenzjali f'dan ir-rigward; f'dan il-kuntest, jilqa' l-fatt li l-maġġoranza ta' dawn il-miżuri awtomatikament mhumiex se japplikaw jekk il-qagħda ekonomika titjieb b'mod kostanti;

17.

Jirrakkomanda li kull mossa biex jiżdiedu r-rati tal-imgħax għandha ssir bl-akbar attenzjoni sabiex ma tipperikolax it-tkabbir ekonomiku futur;

18.

Iqis li l-Istati Membri għandhom iżommu l-miżuri attwali ta' stimolu fiskali tagħhom sabiex iħarsu l-impjiegi, iħeġġu l-investiment u jistimolaw it-tkabbir kif ukoll jirrevokaw dawn il-miżuri ladarba jkun hemm ritorn sostenibbli għat-tkabbir; f'liema waqt l-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-iżbilanċ pubbliku eċċessiv;

Stabilità ekonomika u monetarja

19.

Jaqbel mat-tħassib tal-BĊE dwar id-diverġenzi bejn ekonomiji fiż-żona tal-euro u l-mod li bih il-kriżi laqtet pajjiżi differenti, b'mod partikulari dawk b'ineffiċjenzi strutturali li kienu hemm minn qabel, spejjeż għolja għal kull unità ta' xogħol, żbilanċi tal-kont kurrenti u dejn;

20.

Jistieden lill-Istati Membri kollha fiż-żona tal-euro biex jieħdu nota li, biex tassew ikun hemm unjoni ekonomika u monetarja, il-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro ma tistax titqies bħala għan aħħari fiha nnifisha, u jenfasizza l-bżonn li jsiru riformi strutturali; iżid li jekk dawn ir-riformi ma jsirux il-kredibilità u s-sostenibilità tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir tkun ipperikolata;

Governanza u teħid ta' deċiżjonijiet

21.

Jinnota li, matul perjodu kkaratterizzat bi grad għoli ta' volatilità tar-rati tal-kambju, l-euro żied is-saħħa tiegħu, partikolarment mad-dollaru Amerikan u r-renminbi-yuan, u jesprimi tħassib li dan jista' jkollu effett negattiv fuq il-kompetittività taż-żona tal-euro;

22.

Jirrakkomanda li l-BĊE isaħħaħ it-trasparenza tal-ħidma tiegħu sabiex iżid il-leġittimità u l-prevedibilità tiegħu, b'mod partikolari billi jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv, skont il-prattiki tas-Sistema tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti, tal-Bank of England kif ukoll tal-Bank of Japan; hu tal-fehma li din it-trasparenza hija meħtieġa wkoll fir-rigward tal-mudelli interni użati biex ikun ikkwantifikat il-kollateral mhux likwidu u fir-rigward tal-valutazzjonijiet assenjati għal titoli speċifiċi offruti bħala kollateral;

23.

Isostni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għad-djalogu monetarju li jsir kull erba' xhur bejn il-Parlament u l-BĊE. iżid li d-djalogu huwa mekkaniżmu importanti għall-iskrutinju tax-xogħol tal-BĊE u biex jikkontribwixxi għar-responsabilità pubblika u t-trasparenza tiegħu;

24.

Jenfasizza l-indipendenza tal-BĊE, li għaliha tikkontribwixxi l-proċedura għall-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tiegħu; iqis li din tista' tissaħħaħ bl-istatus legali l-ġdid mogħti lill-BĊE skont it-Trattat ta' Lisbona u l-Istatut eżistenti tal-BĊE biex il-kandidati proposti mill-Kunsill ikunu suġġetti għal vot mill-Parlament Ewropew;

25.

Jimpenja ruħu li jistabbilixxi bord ta' selezzjoni magħmul minn esperti esterni sabiex permezz tagħhom fl-2010 jkunu jistgħu jintgħażlu għadd ta' kandidati għall-kariga ta' membru tal-Bord Eżekuttiv; jinnota li dawk il-kandidati magħżula għandhom imbagħad jissejħu għal seduta ta' smigħ mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, li għandu jifformalizza r-rwol konsultattiv tal-Parlament Ewropew fl-evalwazzjoni tal-kandidati; dan għandu jwassal biex il-Parlament Ewropew f'seduta plenarja jadotta riżoluzzjoni li għandha titressaq lill-Kunsill qabel ma dan tal-aħħar jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-gvernijiet tal-Istati Membri;

26.

Iqis li l-kriżi wriet li s-swieq huma suxxettibbli għal riskji sistemiċi; jilqa' l-proposta li jiġi stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ESRB ), li se jipprovdi twissija bikrija dwar riskji u żbilanċi futuri fis-swieq finanzjarji; jinnota li l-ESRB għandu jirreaġixxi fil-waqt u b'mod effettiv għal riskju sistemiku fl-istadji bikrija; jinnota li hemm bżonn ta' definizzjoni kwalitattiva ta'“riskju sistemiku” sabiex tippermetti l-operat effettiv tal-ESRB; għalhekk jitlob lill-BĊE biex jistabbilixxi mudelli u definizzjonijiet ċari kif ukoll, b'mod aktar ġenerali, jagħti appoġġ sħiħ lill-operat effettiv tal-ESRB; iżid li kwalunkwe kompitu ġdid mogħti lill-BĊE fir-rigward tal-ESRB ma għandu jikkomprometti bl-ebda mod l-indipendenza tal-BĊE.

27.

Jieħu nota tar-rwol li kellu l-Grupp tal-Euro fl-iżvilupp ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fiż-żona tal-euro; għaldaqstant, jilqa' l-għoti ta' personalità legali lill-Grupp tal-Euro min-naħa t-Trattat ta' Lisbona; barra minn hekk jirrakkomanda li l-BĊE jkompli jipparteċipa bis-sħiħ fil-laqgħat informali fost il-membri tal-Grupp tal-Euro;

Id-dimensjoni esterna tal-Euro

28.

Jilqa' l-fatt li l-euro ta l-kontribut tiegħu biex tiżdied il-provvista transkonfinali tas-servizzi finanzjarji fiż-żona tal-euro, u għalhekk ikkontribwixxa biex ikun hemm suq tal-flus integrat ħafna;

29.

Jinnota li l-istatus tal-euro bħala munita internazzjonali qed ikompli jiżdied, b'26.5 % tar-riżervi ta' munita barranija miżmuma f'euro fi tmiem l-2008;

30.

Jemmen li l-istatus internazzjonali dejjem ikbar tal-euro se joffri vantaġġi u responsabilitajiet fix-xena dinjija; jemmen li dan se jkompli jħeġġeġ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro kif ukoll pajjiżi terzi, biex ifittxu jissieħbu fiż-żona tal-euro;

31.

Jemmen li l-Parlament għandu jaħdem mal-BĊE u ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE sabiex ikompli jsaħħaħ ir-rwol taż-żona tal-euro fix-xena monetarja u finanzjarja dinjija;

32.

Iqis li, hija u tesprimi l-viżjoni tagħha għall-futur tas-sistema monetarja internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha tislet ispirazzjoni mill-proċess li għamel l-adozzjoni tal-euro possibbli;

33.

Iqis li l-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-Kunsill Governattiv għandhom jirrikonoxxu u jissodisfaw ir-responsabilitajiet soċjali tagħhom lejn il-persunal li jħaddmu u jqisu aktar il-memorandum dwar l-aspetti soċjali imfassal mill-Kumitat Permanenti tal-Unjins tal-Bank Ċentrali Ewropew;

*

* *

34.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 138, 4.5.1998, p. 177.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010

7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/49


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-65 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

P7_TA(2010)0084

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar il-65 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2010/2020(INI))

2011/C 4 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Alexander Graf Lambsdorff f’isem il-Grupp ALDE dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għall-65 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (B7-0243/2009),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2009 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-64 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (1),

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE għall-64 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottati mill-Kunsill fid-9 ta’ Ġunju 2009 (10809/09),

wara li kkunsidra l-64 Assemblea Ġenerali tan-NU (UNGA), b'mod partikulari r-riżoluzzjonijiet ta’ din l-entità dwar “Lejn sħubijiet globali” (2), “In-nisa u l-iżvilupp” (3), “Strateġija Internazzjonali biex innaqqsu d-diżastri” (4), “Armonija man-natura” (5), “Il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran” (6), “Il-promozzjoni ta’ distribuzzjoni ġeografika ġusta tal-membri fl-entitajiet tat-trattati tad-drittijiet tal-bniedem” (7), “Titjib tal-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem” (8), “Il-globalizzazzjoni u l-impatt tagħhom fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet kollha tal-bniedem” (9), “Insaħħu l-azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-promozzjoni tal-koperazzjoni internazzjonali u l-importanza tan-nonselettività, tal-imparzjalità u tal-oġġettività” (10), “Il-promozzjoni ta’ ordni internazzjonali demokratiku u ġust” (11), “Id-drittijiet tat-tfal” (12), “It-tfal bniet” (13), “Rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem” (14), “Il-Ħarsien tal-Klima dinjija għall-ġenerazzjonijiet preżenti u ġejjiena tal-umanità” (15), “Trattat għall-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari” (16), “Lejn dinja mingħajr armamenti nukleari: naċċelleraw l-implimentazzjoni tal-impenji għal diżarm nukleari” (17), “Id-diżarm nukleari” (18), “Il-promozzjoni tal-multilateraliżmu fil-qasam tad-diżarm u tan-nonproliferazzjoni” (19),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti u l-impenji ta’ għajnuna tal-Istati Membri tal-UE fil-ġlieda kontra l-ġuħ u l-faqar,

wara li kkunsidra l-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Partijiet tat-Trattat ta’ Nonproliferazzjoni tal-Armamenti Nukleari (NPT) 2010, ir-reviżjonijiet tal-Għanijiet ta’ Żvilupp għall-Millennju (MDGs), il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRC) u l-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi (PBC),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta’ Kjoto tal-UNFCCC,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2009 dwar il-prospetti għall-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp wara s-Seba' Konferenza Ministerjali tad-WTO (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta’ Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP15) (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2009 dwar l-effetti tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-relazzjonijiet barranin tal-UE u fil-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-istrutturi tal-Istat (24),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-ġejjieni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (25),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2009 dwar il-kampanja “LE għall-Vjolenza kontra n-Nisa” (26),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-24 ta’ Marzu 2009 dwar il-kuntratti MDG (27),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti (28),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121(3) u l-Artikolu 97 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0049/2010),

A.

billi s-sistema tan-NU, bil-leġittimità li ġejja mill-fatt li l-imseħbin tagħha ġejjin mid-dinja kollha, għadha ċentrali għall-formazzjoni u t-tisħiħ tat-teħid ta’ deċiżjonjiet globali u għall-iffaċċjar ta’ sfidi globali permezz ta’ multilateraliżmu effettiv ibbażat fuq id-Dritt Internazzjonali, il-prinċipji mħaddna fil-Karta tan-NU u fuq l-impenn komuni għall-implimentazzjoni tal-għanijiet adottati fis-Samit Dinji tan-NU 2005,

B.

billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata mal-koperazzjoni multilaterali u t-tisħiħ tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti; billi, għalhekk, l-UE għandha tkun mutur għall-isforzi għar-riforma tal-organizzazzjoni u tkompli tappoġġja b’mod sod l-irwol importanti tagħha fis-sistema internazzjonali,

C.

billi l-istruttura attwali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma tirriflettix ir-realtajiet u l-ħtiġiet tas-seklu 21; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU iqis ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà bħala parti mill-isforzi li qed isiru biex dan l-organu indispensabbli jsir aktar rappreżentattiv u effiċjenti b’mod ġenerali,

D.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri tas-sistema tan-NU li jipprovdu madwar 40 fil-mija tal-baġit evalwat tan-NU, ’il fuq minn 40 fil-mija tal-ispejjeż taż-żamma tal-paċi u 12 fil-mija tat-truppi, kif ukoll ’il fuq min-nofs il-finanzjament ċentrali tal-fondi u tal-programmi tan-NU,

E.

billi, skont it-Trattat ta’ Lisbona, l-Unjoni Ewropea issa se tkun rappreżentata fir-relazzjonijiet barranin u fil-fora internazzjonali minn entità waħda, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“Viċi President/Rappreżentant Għoli”) appoġġat minn servizz diplomatiku ġdid tal-UE; billi t-Trattat ta’ Lisbona ġab ukoll bidliet fil-prerogattivi tal-politiki barranin tal-Unjoni bħall-integrazzjoni akbar tal-komponenti differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, notevolment il-politika tal-iżvilupp,

F.

billi l-UE se tkun is-suċċessur tal-KE bħala osservatur fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u korpijiet oħra tan-NU, bħala parti kontraenti ta’ għadd ta’ konvenzjonijiet tan-NU, u fi ftit każijiet eċċezzjonali bħall-FAO, bħala membru,

G.

billi l-Istati Membri tal-UE reċentement ma qablux dwar jekk għandhomx jattendu l-konferenza ta’ reviżjoni ta’ Durban dwar ir-razziżmu; billi ħarġu differenzi fl-iskrutinju tal-UE tal-imġiba taċ-Ċina f’dak li għandu x’jaqsam mal-jeddijiet tal-bniedem fil-UNHRC u fil-votazzjoni dwar ir-rapport Goldstone; billi dan kollu kien għad-detriment tal-influwenza tal-UE u l-kapaċità tagħha li tiddikjara l-valuri tagħha fin-NU,

H.

billi l-proliferazzjoni nukleari li kulma jmur qed tikber u li mhix kontrollata hi theddida dejjem akbar għad-dinja ħielsa; billi t-tisħiħ tat-tliet pilastri tat-Trattat ta’ Nonproliferazzjoni (NPT), jiġifieri n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-koperazzjoni dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari, se jkun ċentrali fil-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT li jmiss,

I.

billi, permezz tal-appoġġ tagħha għad-Dikjarazzjoni tal-Millennju dwar l-Iżvilupp fis-sena 2000, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tnaqqas b'nofs l-inċidenza ta’ faqar estrem fid-dinja kollha sas-sena 2015, filwaqt li tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq il-progress tat-tmien Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs),

J.

billi trid tingħata spinta ġdida permezz tal-innovazzjonijiet istituzzjonali relatati mal-arkitettura tas-sessi fis-sistema tan-NU sabiex jinkiseb approċċ ħolistiku u koerenti għall-integrazzjoni tas-sessi u l-empowerment tan-nisa,

K.

billi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali komprensiv u vinkolanti dwar it-tibdil fil-klima għal wara l-2012 għandhom jirriżultaw fi qbil fil-Belt tal-Messiku f’Diċembru 2010; billi t-tibdil fil-klima jista’ jaggrava l-potenzjal għal kunflitti dwar ir-riżorsi naturali,

1.   Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

L-Unjoni Ewropea fin-Nazzjonijiet Uniti

(a)

li jsaħħaħ, permezz ta’ djalogu mtejjeb mal-imsieħba ewlenin, il-multilateraliżmu effettiv biex tinbena NU aktar b’saħħitha; li jitrawwem l-approċċ tal-UE komuni, koerenti u konsistenti fin-NU li jistennew il-partijiet terzi,

(b)

li jistinka biex jipproġetta ruħu fis-sistema tan-NU bħala medjatur onest bejn id-diversi gruppi ta’ membri sabiex jippromwovi fehim komuni u koeżjoni akbar bejn it-tliet pilastri tan-Nazzjonijiet Uniti (il-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem); li jippromwovi attivament u jindirizza sistematikament l-importanza ta’ multilateraliżmu effettiv fid-djalogi bilaterali tiegħu,

(c)

li jaħdem għal soluzzjonijiet li jippermettu li r-rwol estern isħaħ tal-Unjoni u r-responsabilità akbar tagħha jkunu aktar viżibbli għall-Istati Membri tan-NU, b'mod speċjali rigward l-allokazzjoni ta’ ħin adegwat għall-interventi u d-dritt ta’ inizjattiva fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; li jagħmel użu komprensiv mill-għodda ta’ azzjoni esterna Ewropea kollha biex jitwettqu azzjonijiet effettivi u koerenti tal-UE fin-NU u sabiex tiżgura li d-Delegazzjoni tal-UE fin-NU fi New York tkun mgħammra kif jixraq għar-rwol akbar tagħha, partikolarment mil-lat ta’ persunal,

(d)

li jiżgura li l-UE titkellem b’vuċi waħda sabiex ssemma’ l-pożizzjoni tagħha, waqt li tittieħed tagħlima mill-konferenza tal-klima f’Kopenħagen f’Diċembru 2009,

(e)

li jiżgura li l-valuri u l-interessi tal-Unjoni jkunu rappreżentati b'mod effettiv u koerenti fis-sistema tan-NU; f'dan il-kuntest, biex jaħdem sabiex jiżgura li n-nomini mill-Istati Membri tal-UE għal karigi importanti fin-NU, li jkunu ġew miftehma bejn l-Istati Membri tal-UE, ikollhom l-appoġġ sħiħ tal-Unjoni; li jipproġetta lilu nnifsu bħala forza koeżiva li għandha l-ħila tagħti riżultati, speċjalment dwar votazzjonijiet sinifikattivi, sabiex tasal għal pożizzjonijiet uniti,

(f)

biex jitlob aktar koperazzjoni u djalogu sostantivi mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti, u mal-atturi globali u reġjonali emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil, bl-għan li tinstab aġenda komuni u soluzzjonijiet komuni għall-isfidi dinjija fil-qafas multilaterali,

(g)

li jtejjeb, minħabba l-potenzjal ġdid tal-UE għall-koordinament intern u r-rappreżentanza esterna, l-ippjanar fit-tul tal-Unjoni speċifikament fir-rigward tal-avvenimenti ewlenin li ġejjin tan-NU bħar-Reviżjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju u l-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT fl-2010, kif ukoll ir-reviżjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi (PBC) fl-2011,

Il-Governanza dinjija u r-riforma tan-NU

(h)

li jieħu rwol ewlieni fid-dibattitu attwali dwar il-governanza dinjija u jiżgura li jkun hemm pontijiet ċari bejn il-ħidma tal-G20 u tan-NU, bħala l-korp leġittimu għal azzjoni dinjija,

(i)

li tittieħed azzjoni tanġibbli u inizjattivi ġodda fl-appoġġjar tal-proċess ta’ riforma tas-sistema tan-NU, waqt li tkun enfasizzata l-ħtieġa għal riforma komprensiva tal-Kunsill tas-Sigurtà fl-aspetti kollha tagħha,

(j)

li jħeġġeġ lill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli biex tibni pożizzjoni iktar koeżiva fost l-Istati Membri tal-UE dwar ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u biex tippromwovi din il-pożizzjoni fin-NU; li jenfasizza li l-UE għad għandha l-għan li tikseb siġġu f'Kunsill tas-Sigurtà ġaladarba jiżdiedu n-numru ta’ siġġijiet fih,

(k)

(ia) li jippromwovi partiċipazzjoni aktar b’saħħitha minn parlamenti nazzjonali u transnazzjonali fl-attivitajiet tan-NU bl-għan li jsaħħu n-natura demokratika tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-programmi u tal-aġenziji tagħha u biex jappoġġja inizjattivi mis-soċjetà ċivili u mill-parlamenti għal dan l-għan,

(l)

li jżid fl-isforzi sabiex jagħti nifs ġdid lill-Assemblea Ġenerali tan-NU f'azzjoni konċertata ma' sħab ewlenin billi jsarraf suġġerimenti tal-Gruppi ta’ Ħidma Ad Hoc u rakkomandazzjonijiet ta’ uffiċjali tan-NU bħall-President tal-64 Assemblea Ġenerali tan-NU f'passi konkreti ħalli jtejbu ir-rwol, l-awtorità, il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-Assemblea kif ukoll iżidu t-trasparenza tax-xogħol tagħha,

(m)

li jagħti kontribut għall-implimentazzjoni ta’ arkitettura ġdida tas-sessi kif ukoll innovazzjonijiet istituzzjonali relevanti bil-għan li malajr kemm jista’ jkun tinħoloq entità komposta b’mod aktar koerenti li taħdem għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ħarsien u l-empowerment tan-nisa, anke f'sitwazzjoni ta’ kunflitt jew ta’ wara l-kunflitt,

Il-Paċi u s-Sigurtà

(n)

li jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jiddefinixxi aħjar il-kunċett tal-prinċipju tar-Responsabilità ta’ Protezzjoni (R2P), biex jenfasizza l-importanza tiegħu fil-pervenzjoni tal-kunflitti filwaqt li jħeġġu l-implimentazzjoni tiegħu,

(o)

li jappoġġja l-inizjattiva tal-Istati Membri tal-UE biex jadottaw riżoluzzjoni tan-NU dwar armi kimiċi mormija fil-baħar u t-theddid li jirrappreżentaw għall-ekoloġija, is-saħħa, is-sigurtà u l-ekonomija, kif ukoll dwar il-ħtieġa biex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali u reġjonali dwar din il-kwistjoni u biex jaqsmu l-informazzjoni, l-esperjenza u t-teknoloġiji fuq bażi volontarja,

Il-Ġestjoni tal-Kriżijiet, iż-Żamma tal-Paċi u l-Konsolidazzjoni tal-Paċi

(p)

li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċitajiet taż-żamma tal-paċi tan-NU sabiex jonqos ir-riskju li dawn jiġġebbdu żżejjed u għall-promozzjoni tal-inkorporazzjoni tal-kunċett tal-konsolidazzjoni tal-paċi fl-azzjoni għat-twettiq tal-paċi; li jieħu pożizzjoni ta’ tmexxija fit-tiftix ta’ mezzi ġodda għaż-żamma tal-paċi tan-NU billi jiġu enfasizzati s-sinerġiji bejn il-pajżani u l-militar u billi jitjieb il-koordinament bejn diversi msieħba reġjonali, partikolarment bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana,

(q)

li jtejjeb, fil-qafas tas-sħubija UE-NU, l-iskjerament konġunt ta’ missjonijiet ta’ paċi fuq mandat tan-NU; li jħeġġeġ lill-entitajiet rispettivi tan-NU jkomplu jsaħħu s-sħubijiet internazzjonali u reġjonali li jaħdmu għall-paċi, speċjalment biex ikum żgurat l-aħjar użu possibbli ta’ riżorsi limitati,

(r)

li jaħdem għal pożizzjoni u azzjonijiet koerenti tal-UE rigward ir-reviżjoni tal-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi fl-2011; li jappoġġa l-isforzi intiżi li jikber ir-rwol tal-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi fil-faċilitar u l-iżgurar tas-sostenibilità tal-ftehimiet tal-paċi u li jsaħħaħ ir-rwol konsultattiv tagħha fil-konfront tal-Kunsill tas-Sigurtà,

(s)

li jkompli jrawwem il-koperazzjoni UE-NU fil-qasam tal-irkupru ta’ wara l-kriżijiet u li jaħdem għal approċċi komprensivi għas-sostenn tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-indirizzar ta’ firxa vasta ta’ kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali li jikkontribwixxu għall-eskalazzjoni ta’ konflitti fis-soċjetajiet,

Id-diżarm nukleari u n-nonproliferazzjoni, id-diżarm konvenzjonali u l-kontroll tal-armi, il-ġlieda kontra t-terroriżmu

(t)

li jaħdem b'mod koerenti, konsistenti u effiċjenti mal-Istati Membri tal-UE lejn il-kisba ta’ eżitu pożittiv għall-Konferenza ta’ reviżjoni tal-NPT fl-2010; li jimpenja ruħu għall-għan tad-diżarm nukleari komplut li jkun konformi mar-Riżoluzzjoni 1887 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li japprova l-għan ta’ dinja ħielsa mill-armamenti nukleari ġaladarba l-kundizzjonijiet jintlaħqu, u diżarm b'kontroll internazzjonali strett u effettiv; li japprofondixxi d-djalogu tiegħu mal-poteri nukleari kollha biex jaħdmu lejn aġenda komuni mmirata lejn tnaqqis gradwali u l-eliminazzjoni eventwali tal-ħażna ta’ testati nukleari filwaqt li jtejbu l-mezzi ta’ verifika; li jħeġġeġ ir-ratifika u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni tal-Ittestjar Nukleari (CTBT)(AM 49),

(u)

li jappoġġa l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti fl-impenn mistqarr tagħha għal diżarm nukleari dinji mħeġġeġ mill-viżjoni tal-President Obama ta’ dinja mingħajr armamenti nukleari u li jilqa' l-inizjattivi differenti meħuda minn xi Stati Membri tal-UE biex jinnegozjaw l-irtirar ta’ armi nukleari mit-territorju Ewropew f’koperazzjoni sħiħa mar-Russja sabiex ikun hemm irtirar proporzjonat,

(v)

li jenfasizza l-ħtieġa ta’ kontroll tal-armi aktar effettiv, inklużi l-armi żgħar u l-munizzjon li jkun fih uranju eżawrit, u li jeżerċita l-influenza tiegħu favur sforzi u miżuri ta’ diżarm usa' u aktar prattiċi u effettivi;li jenfasizza l-ħtieġa għal implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni ta’ Armi Kimiċi (CWC), il-Konvenzjoni ta’ Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC), il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjoni tat-tip Cluster (CCM), u l-Konvenzjoni tal-Mini tal-Art Kontra l-Persunal (APMC), waqt li jenfasizza l-ħtieġa għal aktar żvilupp tar-reġim internazzjonali kontra l-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa,

(w)

li jsaħħaħ il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-imsieħba ewlenin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fuq il-bażi ta’ rispett sħiħ tad-Dritt Internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem, li jappoġġa l-isforzi kontroterroristiċi multilaterali tan-NU (inklużi l-passi biex is-sistema tal-Lista Terrorista tan-NU ssir konformi mal-istandards tad-Dritt Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem) kif ukoll l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija Kontroterroristika Globali tagħha; li jżid l-isforzi biex jintlaħaq ftehim u jikkonkludi konvenzjoni komprensiva dwar it-terroriżmu internazzjonali; li jikkopera meta ħajjet l-ostaġġi tkun f’riskju,

L-iżvilupp u t-tibdil fil-klima

(x)

li jeżerċita r-rwol ta’ mexxej fit-tisħiħ tal-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp tan-NU minħabba li l-frammentazzjoni attwali tista’ twassal għal marġinalizzazzjoni gradwali tan-NU bħala attur ewlieni fl-iżvilupp; li jinsisti fuq qafas tal-ipprogrammar u tal-operat aktar koerenti għan-NU biex jgħin ikabbar sal-massimu l-impatt tal-għajnuna għall-iżvilupp tan-NU,

(y)

li jinsisti li l-kriżi ma tintużax bħala skuża biex jiġi evitat jew pospost ir-rispons globali meħtieġ għat-tibdil fil-klima u għad-degradazzjoni ambjentali, u minflok jintuża r-rispons tal-kriżi bħala opportunità biex tiġi stabbilita l-bażi ta’ ekonomija ħadra ġdida u moderna; f’dan il-kuntest, l-Inizjattiva tal-Ekonomija Ħadra, li tnediet mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha tkun appoġġjata bis-sħiħ u d-diskussjonijiet relatati dwar Patt Ġdid Aħdar Dinji għandhom jiġu inkoraġġati,

(z)

li jenfasizza l-ħtieġa għal tkabbir u żvilupp ekonomiku sostenibbli,

(aa)

li jerġa' jsostni l-prinċipju li l-politika ta’ għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun imfassla bi sħab mal-pajjiżi benefiċjarji,

Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju

(ab)

li bi tħejjija għall-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju, jerġa' jikkonferma l-impenji tiegħu għall-miri li għandhom jintlaħqu sal-2015; li jħeġġeġ lill-imsieħba kollha jagħmlu l-istess ħaġa, u jsemmi l-fatt li d-donaturi qed jonqsu mill-wegħdiet li għamlu fl-2005 dwar il-flussi annwali ta’ għajnuna u li l-progress ġenerali kien bil-mod wisq biex ħafna mill-għanijiet jintlaħqu sal-2015,

(ac)

li jeżerċita tmexxija soda bi tħejjija għal-laqgħa plenarja ta’ livell għoli dwar l-MDGs, filwaqt li jiġu promossi b'mod partikulari l-objettivi li ġejjin:

il-konferma mill-ġdid tal-objettivi u l-miri tal-MDGs bħala l-minimu li għandu jintlaħaq sal-2015, filwaqt li jingħeleb kull tentattiv li jwassal biex jiċċekknu, jiddgħajfu jew jiġu posposti l-wegħdiet li saru;

ftehim mill-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw dwar azzjonijiet imħaffa, fosthom pjanijiet u impenji ċari u konkreti, billi l-komunità internazzjonali mhijiex f'qagħda li tonora l-wegħdiet tal-MDGs u aktar minn miljun persuna għadhom jgħixu f'kundizzjonijiet ta’ faqar estrem, u din iċ-ċifra hija mistennija li tiżdied;

sinjal ċar li se tiġi adottata aġenda ġdida aktar ambizzjuża għall-qerda tal-faqar qabel l-2015, filwaqt li jiġu żgurati sforzi kontinwi għall-qerda totali tal-faqar;

enfasi fuq koordinazzjoni aħjar bejn l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u qafas operattiv koerenti tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex jiġi evitat it-tifrik biex jintlaħqu l-MDGs,

(ad)

li jikkomunika bl-aktar mod qawwi li t-twettiq tal-MDGs mhuwiex biss obbligu morali iżda huwa wkoll kontribut ewlieni għall-promozzjoni tal-prosperità, l-istabilità, is-sigurtà u l-ġustizzja soċjali fid-dinja,

(ae)

li jenfasizza l-fatt li l-komunità internazzjonali għandha tagħmel aktar sforzi biex tindirizza l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika dinjija u tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; li jiġu proposti mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi bħalma hija t-taxxa internazzjonali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji,

(af)

li jittieħdu impenji konkreti biex ikunu żgurati koordinazzjoni u koerenza aħjar fil-politiki u t-twettiq tal-MDG 8 kif ukoll biex jitnaqqas id-distakk fil-finanzjament u jintlaħqu l-miri ta’ Gleneagles 2010 ta’ madwar USD 154 biljun (skont il-prezzijiet tal-2008) għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp totali,

(ag)

li jerġa' jafferma, fil-qafas tal-laqgħa plenarja ta’ livell għoli dwar l-MDGs, l-impenn kollettiv tiegħu li sal-2015 jalloka 0.7 % tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI) għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA), bi skedi taż-żmien ċari u vinkolanti għal kull Stat Membru,

(ah)

li jinsisti ħalli l-fondi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju ma jintużawx biex jiġu trattati l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u tat-tibdil fil-klima; u li minflok, għandhom jiġu mobilizzati aktar fondi u għandhom tiġi mnedija azzjoni aktar effettiva biex jinkisbu l-għanijiet fejn il-progress kien limitat ħafna, bħal fil-każ tal-Għan Nru 5 (is-saħħa tal-omm) u l-Għan Nru 4 (il-mortalità tat-tfal); li jiffoka l-attenzjoni fuq l-attivazzjoni mill-ġdid tal-MDGs skont aġenda u pjan direzzjonali għall-perjodu 2010-2015,

It-tibdil fil-klima

(ai)

li jippromwovi dibattitu fil-perspettiva tal-Konferenza li jmiss tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP16) fil-Messiku f'Diċembru 2010 u li jibda jibni kunsens dwar l-adozzjoni ta’ ftehim internazzjonali vinkolanti ġdid dwar it-tibdil fil-klima għall-perjodu ta’ wara l-2012,

(aj)

li jevita l-iżbalji organizzattivi u strutturali tal-COP15 f'Kopenħagen, li ma rriżultatx fi ftehim internazzjonali vinkolanti, billi jissuġġerixxi regoli speċifiċi għall-ivvutar, ibbażati fuq maġġoranzi sinifikattivi, sabiex jiffaċilitaw il-progress fin-negozjati,

Id-Drittijiet tal-Bniedem

Kwistjonijiet istituzzjonali

(ak)

li jħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex titkellem b’vuċi waħda f’isem l-Istati Membri kollha tal-UE meta tindirizza kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u anke li tistieden lil kull Stat Membru jenfasizza l-pożizzjonijiet unifikati tal-UE ħalli jkollhom aktar piż, waqt li jiġi kkunsidrat li, skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali hu wieħed mill-prinċipji li għandhom imexxu l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali, u li l-appoġġ tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma wieħed mill-għanijiet tal-azzjoni esterna tiegħu,

(al)

li jikseb, fi djalogu bikri u sustantiv mal-Istati Membri tal-UE u mal-membri tan-NU, strateġija ta’ negozjar proattiva u effiċjenti kif ukoll pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni tal-2011 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jitqies li r-reviżjoni tal-metodi ta’ ħidma se ssir f'ġinevra, filwaqt li l-istatus tal-entità se jiġi diskuss fi New York; li jsaħħaħ it-Tielet Kumitat, bil-membri universali tiegħu, bħala mezz ta’ komunikazzjoni għall-każijiet tad-drittijiet tal-bniedem diskussi mill-HRC, filwaqt li niftakru li t-Tielet Kumitat jista’ wkoll jikkumpensa għan-nuqqasijiet tal-HRC,

(am)

li jaqbel ma' msieħba transreġjonali fir-reviżjoni tal-HRC dwar il-kriterji tas-sħubija u dwar linji gwida biex jintużaw waqt il-ħatra tal-HRC; li jrawwem it-tisħiħ tal-HRC u l-Proċeduri Speċjali mingħajr ma jiftaħ il-pakkett tal-Bini tal-Istituzzjonjiet u billi jżomm l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem; li jappoġġja l-possibilità li l-HRC jindirizza ksur speċifiku tad-drittijiet tal-bniedem fir-riżoluzzjoni tal-pajjiżi,

(an)

li jappoġġa l-Assistent Segretarju Ġenerali l-ġdid fl-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tan-NU sabiex l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati fid-deċiżjonijiet ewlenin tal-politika u tal-ġestjoni fil-Kwartieri Ġenerali tan-NU fi New York,

Kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem

(ao)

li jħeġġeġ li l-Assemblea Ġenerali tan-NU tkompli tindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ pajjiżi speċifiċi fir-riżoluzzjonijiet filwaqt li taħdem biex ikun evitat l-użu tan-“No Action Motions”, (Mozzjonijiet ta’ Ebda Azzjoni),

(ap)

li jeżerċita tmexxija fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-membri ta’ gruppi vulnerabbli u minoranzi, il-libertà tal-espressjoni u l-midja ħielsa, il-libertà tar-reliġjon, id-drittijiet tat-tfal, il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili,

(aq)

li jippromwovi bis-saħħa l-prijoritizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-tfassil tar-rispons għar-riċessjoni finanzjarja dinjija, għax l-impatt negattiv tagħha qed jinħass b’mod sproporzjonat mis-setturi diġà marġinalizzati tal-popolazzjoni f’bosta pajjiżi fejn it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem hija ferm limitata jew imfixkla għalkollox,

(ar)

li jikkonċentra l-isforzi għat-tisħiħ tax-xejra dinjija lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt billi jaħdem għall-adozzjoni tar-riżoluzzjoni relevanti dwar il-piena tal-mewt; li jappoġġja l-isforzi kollha biex tinqered it-tortura u b’mod partikolari jinkoraġġixxi l-adozzjoni tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tortura,

L-integrazzjoni sistematika tas-sessi u l-empowerment tan-nisa

(as)

li jistinka favur l-empowerment ta’ aktar nisa biex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwol vitali tagħhom li jagħtu kontribut għall-paċi, is-sigurtà u r-rikonċiljazzjoni dejjiema u li jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-medjazzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, anke minħabba li dalwaqt se jiġi ċċelebrat l-10 anniversarju tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; li jħeġġeġ lill-dawk l-Istati Membri tal-UE li għadhom ma sarux attivi f'dan ir-rigward biex jipproduċu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali biex tiġi implimentata r-riżoluzzjoni,

(at)

li juri l-impenn qawwi tiegħu lejn ir-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adottata fl-2000 billi jieħu sehem fl-avvenimenti li jfakkru l-10 anniversarju tagħha,

(au)

li jiġġieled b'mod riżolut u bil-mezzi kollha kontra l-istupru u l-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra; li jappoġġa l-prinċipju li dawn id-delitti għandhom jiġu kkastigati bħala delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità u li l-vittmi ta’ dan it-tip ta’ delitti għandhom igawdu minn programmi ta’ appoġġ speċifiċi; li jappoġġa lir-Rappreżentant Speċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti li għadu kemm inħatar mis-Segretarju Ġenerali tan-NU,

Rakkomandazzjonijiet finali

(av)

li jagħmel sforzi sabiex jinkludi punt separat fuq l-aġenda tal-65 Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-koperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, assemblej reġjonali, parlamenti nazzjonali u l-Unjoni Interparlamentari (IPU) sabiex jitrawwem dibattitu dwar kif il-membri parlamentari, il-parlamenti nazzjonali u l-assemblej parlamentari reġjonali jista’ jkollhom rwol aktar attiv fin-Nazzjonijiet Uniti, b'konformità mad-deċiżjoni li ttieħdet mit-63 Assemblea Ġenerali tan-NU fir-riżoluzzjoni tagħha dwar “Il-Koperazzjoni bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Interparlamentari” (A/RES/63/24);

*

* *

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2009)0150.

(2)  A/RES/64/223.

(3)  A/RES/64/217.

(4)  A/RES/64/200.

(5)  A/RES/64/196.

(6)  A/RES/64/176.

(7)  A/RES/64/173.

(8)  A/RES/64/171.

(9)  A/RES/64/160.

(10)  A/RES/64/158.

(11)  A/RES/64/157.

(12)  A/RES/64/146.

(13)  A/RES/64/145.

(14)  A/RES/64/143.

(15)  A/RES/64/73.

(16)  A/RES/64/69.

(17)  A/RES/64/57.

(18)  A/RES/64/53.

(19)  A/RES/64/34.

(20)  Testi adottati, P7_TA(2009)0110.

(21)  Testi adottati, P7_TA(2009)0089.

(22)  Testi adottati, P7_TA(2009)0056.

(23)  Testi adottati, P7_TA(2009)0029.

(24)  Testi adottati, P6_TA(2009)0372.

(25)  Testi adottati, P6_TA(2009)0333.

(26)  Testi adottati, P6_TA(2009)0259.

(27)  Testi adottati, P6_TA(2009)0152.

(28)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 549.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010

7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/57


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Annimali ħajjin u laħam frisk: Kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ***I

P7_TA(2010)0069

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (COM(2009)0516 – C7-0211/2009 – 2009/0146(COD))

2011/C 4 E/09

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0516),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37 u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0211/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) u 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009 (1),

wara li li kkonsulta lill- -Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0018/2010),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċċjali.


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
P7_TC1-COD(2009)0146

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta Marzu 2010 bil-ħsieb ta l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tħejji lista ta pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tniżżel il-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali u dik pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 477/2010/UE.)


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/58


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Manifattura ta' għamara

P7_TA(2010)0070

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0058 – C7-0041/2010 – 2010/2035(BUD))

2011/C 4 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0058 – C7-0041/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament FEG),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0047/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex tgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li sfaw redundant għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,

C.

billi l-Litwanja talbet l-assistenza fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw ħaddiema mogħtija s-sensja f’49 intrapriża, li kull waħda minnhom topera fis-settur tal-manifattura tal-għamara (3),

D.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-globalizzazzjoni;

3.

Jenfasizza li l-għadd dejjem akbar ta' applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni mill-EGF jitlob li jiddaħħlu aktar titjibiet fil-proċedura. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa kif il-perjodu bejn l-applikazzjoni tal-Istati Membri u l-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jitqassar u biex tirrapporta lura lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

4.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi tagħha kollha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema li sfaw redundant fis-suq tax-xogħol;

5.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l- FEG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li sfaw redundant; itenni li l-assistenza mill- FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji bħala riżultat tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u l-anqas ma għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-proposti għall-mobilizzazzjoni tal- FEG, flimkien mar-rapporti annwali tagħha, tinkludi tagħrif preċiż dwar il-fondi kumplementari li jkunu ħarġu mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u minn Fondi Strutturali oħra;

7.

Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal- FEG, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l- FEG inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

8.

Jenfasizza li t-tħaddim u l-valur miżjud tal- FEG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti l-oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013;

9.

Jinnota li l-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal- FEG jirreferu għal applikazzjoni minn Stat Membru wieħed biss, ħaġa li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

10.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  EGF/2009/016 LT/Manifattura ta' għamara.


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-FEG twessa' għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal- FEG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Il-Litwanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fis-settur tal-manifattura tal-għamara, fit-23 ta' Settembru 2009 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali li wasal fis-16 ta' Ottubru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 662 088.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mil-Litwanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 662 088 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 25 ta' Marzu 2010

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/61


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Litwanja/Industrija tal-ilbies

P7_TA(2010)0071

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0056 – C7–0035/2010 – 2010/2031(BUD))

2011/C 4 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0056 – C7-0035/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn 'l quddiem “Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament FEG),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0048/2010),

A.

billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li sfaw redundant għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEG,

C.

billi l-Litwanja talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw redundancies f'45 intrapriża, li kollha joperaw fis-settur tal-manifattura tal-ilbies (3),

D.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.

Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG;

2.

Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-globalizzazzjoni;

3.

Jenfasizza li ż-żieda fl-għadd ta' applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni mill-FEG teħtieġ li jiġi introdott titjib addizzjonali fil-proċedura. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa kif il-perjodu bejn l-applikazzjoni tal-Istati Membri u l-ħlas tal-kontribut finanzjarju jista’ jitnaqqas u biex tirrapporta lura lill-Parlament kemm jista' jkun malajr;

4.

Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi tagħha kollha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija; jenfasizza l-irwol li jista' jkollu l-FEG fl-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema li sfaw redundant fis-suq tax-xogħol;

5.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li sfaw redundant; itenni li l-għajnuna mill-FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi proposti għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, kif ukoll fir-rapporti annwali tagħha, tinkludi tagħrif preċiż dwar il-fondi kumplimentari li jkunu ngħataw mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u minn Fondi Strutturali oħra;

7.

Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-FSE, peress li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;

8.

Jisħaq li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennwali 2007-2013;

9.

Jinnota li l-proposti l-ġodda tal-Kummissjoni għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG jirreferu għall-applikazzjoni minn Stat Membru wieħed biss, ħaġa li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

10.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  FEG/2009/018 LT/Manifattura tal-ilbies.


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Marzu 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

L-ambitu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ġie estiż għall-applikazzjonijiet preżentati mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)

Il-Litwanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG,fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti, fit-23 ta' Settembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 523 481.

(5)

Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni ppreżentata mil-Litwanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 523 481 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta' Marzu 2010

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/64


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew

P7_TA(2010)0073

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (C7-0044/2010 – 2010/0813(NLE))

2011/C 4 E/12

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0044/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0059/2010),

A.

billi b'ittra tal-24 ta' Frar 2010 l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Vítor Constâncio bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin,

B.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ivvaluta l-kredenzjali tal-persuna nnominata, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-ħtieġa tal-indipendenza sħiħa tal-BĊE skont l-Artikolu 130, u billi fit-twettiq ta' din il-valutazzjoni, il-kumitat irċieva CV mingħand il-kandidat kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju bil-miktub li ntbagħat lilu,

C.

billi l-kumitat imbagħad kellu smigħ ta' sagħtejn mal-persuna nnominata fit-23 ta' Marzu 2010, li fiha Vítor Constâncio għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-kumitat,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli lill-Kunsill Ewropew dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta' Vítor Constâncio bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill.


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/65


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Milan Martin Cvikl

P7_TA(2010)0074

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Milan Martin Cvikl bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0022/2010 – 2010/0810(NLE))

2011/C 4 E/13

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0022/2010),

wara li kkunsidra li, waqt il-laqgħa tiegħu tal-16 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0046/2010),

A.

billi Milan Martin Cvikl jissodisfa/ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta' Milan Martin Cvikl bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri.

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/66


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sra Rasa Budbergyté

P7_TA(2010)0075

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Rasa Budbergyté bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0018/2010 – 2010/0806(NLE))

2011/C 4 E/14

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0018/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu ta' 15 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill biex issir membru tal-Qorti tal-Awdituri ,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0039/2010),

A.

billi Rasa Budbergyté tissodisfa/ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Article 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta' Rasa Budbergyté bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/66


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sra Kersti Kaljulaid

P7_TA(2010)0076

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Kersti Kaljulaid bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0016/2010 – 2010/0804(NLE))

2011/C 4 E/15

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0016/2010),

wara li kkunsidra li, waqt il-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0045/2010),

A.

billi Kersti Kaljulaid tissodisfa tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1), tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta' Kersti Kaljulaid bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/67


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Igors Ludboržs

P7_TA(2010)0077

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta’ Igors Ludboržs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0017/2010 – 2010/0805(NLE))

2011/C 4 E/16

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0017/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tal-16 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0040/2010),

A.

billi Igors Ludboržs jissodisfa il-kundizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta’ Igors Ludboržs bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/68


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Szabolcs Fazakas

P7_TA(2010)0078

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Szabolcs Fazakas bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0019/2010 – 2010/0807(NLE))

2011/C 4 E/17

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0019/2010),

billi, fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ n-nominat tal-Kunsill għall-isħubija tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0038/2010),

A.

billi Szabolcs Fazakas jissodisfa il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta Szabolcs Fazakas bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea, u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/68


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Ladislav Balko

P7_TA(2010)0079

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Ladislav Balko bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0023/2010 – 2010/0811(NLE))

2011/C 4 E/18

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0023/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li, waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0037/2010),

A.

billi Ladislav Balko jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għan-nomina ta' Ladislav Bikol bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/69


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Louis Galea

P7_TA(2010)0080

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Louis Galea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0020/2010 – 2010/0808(NLE))

2011/C 4 E/19

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0020/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li, fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-persuna nominata mill-Kunsill bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0042/2010),

A.

billi Louis Galea jissodisfa il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nominazzjoni ta' Louis Galea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/70


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Augustyn Bronisław Kubik

P7_TA(2010)0081

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Augustyn Bronisław Kubik bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0021/2010 – 2010/0809(NLE))

2011/C 4 E/20

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0021/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tal’ 15 Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0041/2010),

A.

wara li kkunsidra li Augustyn Bronisław Kubik jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta' Augustyn Bronisław Kubik bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/70


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Jan Kinšt

P7_TA(2010)0082

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2010 dwar in-nomina ta’ Jan Kinšt bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0015/2010 – 2010/0803(NLE))

2011/C 4 E/21

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0015/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill biex issir membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0044/2010),

A.

billi Jan Kinšt jissodisfa il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat FUE,

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta’ Jan Kinšt bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


7.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 4/71


Il-Ħamis 25 ta' Marzu 2010
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Eoin O'Shea

P7_TA(2010)0083

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2010 dwar in-nomina ta' Eoin O’Shea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0033/2010 – 2010/0812(NLE))

2011/C 4 E/22

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0033/2010),

wara li kkunsidra l-fatt li waqt il-laqgħa tiegħu tal- 15 ta' Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nnominata mill-Kunsill biex issir membru tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0043/2010),

A.

billi Eoin O’Shea jissodisfa il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1), tat-Trattat FUE;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Eoin O’Shea bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.