ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.355.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 355

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
29 ta' Diċembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2010/C 355/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Rumanija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea, u fuq l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Islovenja u tar-Renju tal-Isvezja għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali

1

2010/C 355/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Dejta dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP II)

10

2010/C 355/03

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja

16

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 355/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5952 – CPPIB/Onex/Tomkins) ( 1 )

24

2010/C 355/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6040 – Europcar/Daimler/car2go Hamburg JV) ( 1 )

24

2010/C 355/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6072 – Carlyle/Primondo Operations) ( 1 )

25

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 355/07

Rata tal-kambju tal-euro

26

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 355/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

27

2010/C 355/09

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17)

34

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 355/10

Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

35

2010/C 355/11

Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

37

2010/C 355/12

Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

39

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 355/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6105 – Veolia/EDF/Société d'Energie et d'Eau du Gabon) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

41

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Rumanija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea, u fuq l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Islovenja u tar-Renju tal-Isvezja għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali

2010/C 355/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, (2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, (3),

ADOTTA DIN L-OPINJONI:

I.   DAĦLA

1.

Tul dawn l-aħħar snin saru sforzi dejjem akbar biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Dan is-suġġett, li issa għandu pożizzjoni ewlenija fil-Programm ta’ Stokkolma (4), huwa kkaratterizzat mis-sensitività partikolari tad-data personali involuta u mill-effetti li l-ipproċessar tad-data relatata jista’ jkollu fuq is-suġġetti tad-data.

2.

Minħabba dawn ir-raġunijiet il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) ta attenzjoni partikolari lil dan is-suġġett (5) u permezz ta’ din l-opinjoni biħsiebu jenfasizza għal darba oħra l-ħtieġa li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tkun il-bażi taż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (AFSJ) kif jistipula l-Programm ta’ Stokkolma.

3.

Din l-opinjoni hija reazzjoni dwar żewġ inizjattivi għal Direttiva minn għadd ta’ Stati Membri, kif previst fl-Artikolu 76 TFUE, jiġifieri:

(a)

L-inizjattiva minn 12-il Stat Membru għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea (“inizjattiva OPE”), imressqa f’Jannar tal-2010 (6), u

(b)

L-inizjattiva minn 7 Stati Membri għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali (“inizjattiva OIE”), imressqa f’April tal-2010 (7).

4.

Il-konsulenza dwar dawn l-inizjattivi taqa’ taħt il-mandat tal-kompitu fdat lill-KEPD fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 biex jagħti konsulenza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-UE dwar il-materji kollha li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar ta’ data personali. Għalhekk din l-opinjoni tikkummenta dwar l-inizjattivi safejn għandhom x’jaqsmu biss mal-ipproċessar ta’ data personali. Ġaladarba ma ntbagħtet l-ebda talba għal konsulenza lill-KEPD, din l-opinjoni qed titressaq bl-inizjattiva proprja tiegħu (8).

5.

Il-KEPD ifakkar li skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 il-Kummissjoni hija obbligata tikkonsulta lill-KEPD meta tadotta proposta leġiżlattiva relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. F’każ ta’ inizjattiva mill-Istati Membri dan l-obbligu ma japplikax strictu sensu. Madankollu, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona l-proċedura leġiżlattiva ordinarja bdiet tapplika wkoll għall-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, b’eċċezzjoni speċifika waħda prevista fl-Artikolu 76 TFUE, jiġifieri li kwart tal-Istati Membri jistgħu jieħdu l-inizjattiva għal miżuri tal-UE. Skont it-Trattat ta’ Lisbona, dawn l-inizjattivi għandhom ikunu kemm jista’ jkun konformi mal-proposti tal-Kummissjoni u meta jkun possibbli għandhom jintużaw garanziji proċedurali. Huwa proprju minħabba din ir-raġuni li l-inizjattivi preżenti huma akkompanjati b’valutazzjoni tal-impatt.

6.

F’dan l-isfond il-KEPD mhux biss jiddispjaċih li ma kienx ikkonsultat meta tressqu l-inizjattivi, iżda jirrakkomanda wkoll li l-Kunsill jistabbilixxi proċedura li permezz tagħha ssir konsultazzjoni mal-KEPD meta inizjattiva introdotta minn xi Stat Membru tkun relatata mal-ipproċessar ta’ data personali.

7.

Għalkemm iż-żewġ inizjattivi għandhom objettivi differenti – jiġifieri it-titjib fil-protezzjoni tal-vittmi u l-kooperazzjoni transkonfinali f’materji kriminali permezz tal-ġbir ta’ evidenza transkonfinali – dawn għandhom ukoll similaritajiet importanti:

(a)

it-tnejn huma bbażati fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji (9);

(b)

huma bbażati fuq il-Programm ta’ Stokkolma (10), u

(c)

jipprovdu għal skambju ta’ data personali bejn Stati Membri (ara l-punti 10 u 13 u t-taqsima II.4).

Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jidhirlu li dawn it-tnejn għandhom jiġu eżaminati flimkien.

8.

F’dan il-qafas, għandu jingħad li l-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ukoll ittrattat il-kwistjoni tal-ġbir ta’ evidenza li jsir bil-ħsieb li din tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra (li huwa l-għan speċifiku tal-inizjattiva OIE). Fil-fatt fl-aħħar tal-2009 l-Kummissjoni ppubblikat Green Paper  (11) – li l-fażi ta’ konsultazzjoni tagħha issa għalqet (12) – bil-għan (inferit mill-“Pjan ta’ Azzjoni li Jimplementa l-Programm ta’ Stokkolma” (13)) li tippreżenta proposta leġiżlattiva rigward il-ksib ta’ sistema komprensiva dwar evidenza f’materji kriminali li tkun bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u li tkopri kull tip ta’ evidenza fl-2011 (14).

II.   KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI U PPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI FIL-QAFAS TAL-INIZJATTIVI OPE U OIE

II.1.   Kuntest tal-inizjattivi

9.

L-inizjattivi msemmija qabel jikkorrispondu max-xejra tal-azzjonijiet tal-UE fl-AFSJ f’dawn l-aħħar snin. Minn Settembru tal-2001 ’il hawn kien hemm eskalazzjoni sinifikanti fil-ġbir u fl-iskambju ta’ informazzjoni fl-Unjoni Ewropea (u ma’ pajjiżi terzi), bis-saħħa tal-iżviluppi fl-ICT u ffaċilitata wkoll minn għadd ta’ strumenti legali tal-UE. Barra dan, l-inizjattivi OPE u OIE għandhom l-għan li jtejbu l-iskambju ta’ informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi fl-AFSJ.

II.2.   Inizjattiva OPE

10.

L-inizjattiva OPE – li hija bbażata fuq l-Artikolu 82(1)(d) tat-TFUE – tiffoka fuq il-protezzjoni tal-vittmi ta’ atti kriminali, b’mod partikolari n-nisa, u għandha l-għan li tiggarantilhom protezzjoni effikaċi fl-Unjoni Ewropea. Sabiex tikseb dan l-għan, l-inizjattiva OPE tippermetti l-estensjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni mniżżla fl-Artikolu 2(2) tagħha u adottati skont il-liġi ta’ Stat Membru wieħed (“l-Istat emittenti”) fi Stat Membru ieħor li tmur fih il-persuna protetta (“l-Istat ta’ eżekuzzjoni”) mingħajr il-bżonn li l-vittma tibda proċedimenti ġodda jew li terġa’ tipproduċi kwalunkwe evidenza fl-Istat li jeżegwixxi.

11.

Għalhekk il-miżuri ta’ protezzjoni imponuti (wara talba mill-vittma) fuq il-persuna li tikkawża periklu għandhom l-għan li jipproteġu l-ħajja, l-integrità fiżika u psikoloġika, il-libertà jew l-integrità sesswali tal-vittma fl-UE, ikunu xi jkunu l-fruntieri nazzjonali, u tipprova tevita li jsiru reati ġodda kontra l-istess vittma.

12.

L-OPE għandha tinħareġ, wara talba mill-vittma fl-“istat (membru) emittenti”, minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja (jew ekwivalenti). Dan il-proċess jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

(a)

l-“istat emittenti” jagħmel talba għal OPE;

(b)

malli jirċievi l-OPE, l-“istat ta’ eżekuzzjoni” jadotta deċiżjoni skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ikompli jipproteġi lill-persuna involuta.

13.

Sabiex jinkiseb dan l-objettiv għandhom jidħlu fis-seħħ miżuri amministrattivi. Dawn għandhom ikopru b’mod parzjali l-iskambju ta’ data personali bejn l-Istati Membri “emittenti” u “ta’ eżekuzzjoni” li tkun relatata mal-persuna involuta (il-“vittma”) u mal-persuna li tikkawża periklu. L-iskambju ta’ data personali huwa previst fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 6 jistipula li l-OPE nnifisha għandha ħafna elementi ta’ informazzjoni personali, kif speċifikat taħt (a), (e), (f), (g) u (h) u l-Anness I;

(b)

l-obbligi tal-awtorità kompetenti tal-Istat li jeżegwixxi fl-Artikolu 8(1) jeħtieġu l-ipproċessar ta’ data personali, b’mod partikolari l-obbligu li jiġi nnotifikat kwalunkwe ksur tal-miżura ta’ protezzjoni (Artikolu 8(1)(d) u Anness II);

(c)

l-obbligi tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membru ta’ eżekuzzjoni u tal-Istati Membru emittenti f’każ ta’ modifika, skadenza jew revoka tal-ordni ta’ protezzjoni u/jew tal-miżuri ta’ protezzjoni (Artikolu 14).

14.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti taqa’ biċ-ċar fl-ambitu ta’ data personali, li hija definita b’mod wiesa’ f’legiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data bħala “kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli” (15) u spjegata ulterjorment mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29. L-inizjattiva OPE tittratta informazzjoni dwar individwu (il-vittma jew il-persuna li tikkawża periklu) jew informazzjoni li tintuża jew li aktarx tintuża biex tevalwa, tittratta b’ċertu mod jew taffettwa l-istatus ta’ individwu (b’mod partikolari, il-persuna li tikkawża periklu) (16).

II.3.   Inizjattiva OIE

15.

L-inizjattiva OIE – li hija bbażata fuq l-Artikolu 82(1)(a) tat-TFUE – tirrikjedi li l-Istati Membri jiġbru, jaħżnu u jittrażmettu evidenza, anki jekk din tkun għadha mhux disponibbli fil-ġurisdizzjoni nazzjonali. Għalhekk l-inizjattiva tmur lil hinn mill-prinċipju ta’ disponibbilità li kien tressaq fil-Programm tal-Aja tal-2004 bħala approċċ innovattiv għall-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi (17). Din tmur lil hinn ukoll mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/978/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mandat ta’ evidenza Ewropew li huwa applikabbli biss għal evidenza (mogħtija) li diġà tkun teżisti (18).

16.

Il-ħruġ ta’ OIE għandu jsir bil-għan li jkun hemm miżura investigattiva speċifika waħda jew aktar imdaħħla fl-Istat li jeżegwixxi bil-ħsieb li tinġabar evidenza (potenzjalment mhux eżistenti meta tinħareġ l-ordni) u li tiġi ttrasferita (Artikolu 12). Din tapplika għal kważi kull miżura investigattiva (ara l-Premessi 6 u 7 tal-inizjattiva).

17.

L-objettiv tal-inizjattiva OIE huwa l-ħolqien ta’ strument wieħed, effiċjenti u flessibbli biex tinkiseb evidenza li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali, sabiex jieħu post l-istrument legali aktar ikkumplikat li qed jużaw bħalissa l-awtoritajiet ġudizzjarji (ibbażat fuq assistenza legali reċiproka fuq naħa u fuq rikonoxximent reċiproku fuq l-oħra) (19).

18.

B’mod ċar, evidenza miġbura permezz ta’ OIE (ara wkoll l-Anness A tal-inizjattiva) tista’ tinkludi data personali, bħal fil-każ ta’ informazzjoni dwar kontijiet tal-bank (Artikolu 23), informazzjoni dwar tranżazzjonijiet bankarji (Artikolu 24) u monitoraġġ ta’ tranżazzjonijiet bankarji (Artikolu 25) jew tista’ tkopri l-komunikazzjoni ta’ data personali (bħal fil-każ ta’ vidjokonferenza jew konferenza telefonika, stipulati fl-Artikoli 21 u 22).

19.

Minħabba dawn ir-raġunijiet l-inizjattiva OIE għandha impatt sinifikanti fuq id-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali. Waqt li jqis ukoll li d-data għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/978/ĠAI għadha ma skadietx (u għalhekk huwa diffiċli li tiġi evalwata l-effikaċja tal-istrument u l-ħtieġa ta’ miżuri legali addizzjonali) (20), il-KEPD ifakkar fil-ħtieġa li ssir verifika perjodika, fid-dawl tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, tal-effettività u tal-proporzjonalità tal-miżuri legali adottati fl-AFSJ (21). Għalhekk il-KEPD jirrakkomanda li tiżdied klawżola ta’ evalwazzjoni fl-inizjattiva OIE, li titlob li l-Istati Membri jirrappurtaw fuq bażi regolari dwar l-applikazzjoni tal-istrument u li l-Kummissjoni tissintetizza dawn ir-rapporti u, fejn ikun relevanti, tressaq proposti xierqa biex isiru emendi.

II.4.   Ipproċessar ta’ data personali previst mill-inizjattivi OPE u OIE

20.

Kif spjegat hawn fuq fil-punti 13, 14 u 18, jidher ċar li skont id-Direttivi proposti, id-data personali se tkun ipproċessata u skambjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. F’dawk iċ-ċirkostanzi, is-suġġett tad-data huwa protett mid-dritt fundamentali għal protezzjoni tad-data, kif jirrikonoxxi l-Artikolu 16 tat-TFUE u l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

21.

Minkejja dan, l-“Istqarrija dettaljata” li takkumpanja l-inizjattiva OPE tgħid li r-“Riskju li jsir indħil fid-drittijiet fundamentali” huwa “0” (żero) (22), u fl-analiżi tal-impatt li tinsab fl-“Istqarrija dettaljata” li takkumpanja l-inizjattiva OIE ma tidħolx fil-mertu tal-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-data (23).

22.

Il-KEPD jiddispjaċih minn dawn il-konklużjonijiet u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tad-data fil-kuntest partikolari li fih tiġi pproċessata d-data personali, jiġifieri:

(a)

il-qasam wiesa’ ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali;

(b)

id-data ħafna drabi jkollha natura sensittiva u normalment tinkiseb mill-pulizija u mill-awtoritajiet ġudizzjarji matul jew wara investigazzjoni;

(c)

il-kuntest possibbli tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-inizjattiva OIE, li kieku testendi għal kull tip ta’ evidenza, u

(d)

il-komunikazzjoni possibbli ta’ evidenza barra mill-UE, skont l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni ta’ data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali (24).

23.

Dan il-kuntest jagħti impatt partikolari lill-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data u jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

24.

Minħabba l-konsiderazzjonijiet preċedenti, il-KEPD jistaqsi għalfejn dawn l-inizjattivi la jittrattaw il-protezzjoni ta’ data personali (għajr referenza għad-dmirijiet ta’ kunfidenzjalità imposti fuq l-atturi involuti f’investigazzjoni skont l-Artikolu 18 tal-inizjattiva OIE), u lanqas jagħmlu referenza espliċita għad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI li kienet tkun applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fiż-żewġ inizjattivi (ara l-Artikolu 1(2)(a)).

25.

Minħabba din ir-raġuni, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li waqt il-ħidma ta’ tħejjija li saret fil-Kunsill fir-rigward tal-inizjattiva OPE, iddaħħlet referenza għad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (25) u għaldaqstant għandu fiduċja li l-Parlament Ewropew se jikkonferma din il-bidla għall-inizjattivi oriġinali (26).

26.

Il-KEPD jiddispjaċih dwar il-fatt li għadha ma ġietx introdotta premessa simili fl-inizjattiva OIE, minkejja li din tinvolvi skambju ta’ data personali ħafna aktar intensiv. F’dan il-kuntest il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li meta kkummentat dwar l-inizjattiva OIE l-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet li għandha tiddaħħal referenza (kemm fil-premessa u kemm fil-korp tal-proposta) għall-applikabilità tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (27).

27.

Għalhekk, u mingħajr preġudizzju għat-taqsima III ta’ hawn taħt, iż-żewġ inizjattivi għandhom jinkludu dispożizzjoni speċifika li tikkjarifika li d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tapplika għall-ipproċessar tad-data previst fl-inizjattivi.

III.   REGOLI SPEĊIFIĊI MEĦTIEĠA FLIMKIEN MAL-QAFAS LEGALI EŻISTENTI TA’ PROTEZZJONI TAD-DATA GĦALL-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI

28.

Iż-żewġ inizjattivi għal darba oħra jqajmu l-kwistjoni fundamentali tal-applikazzjoni mhux kompluta u mhux konsistenti ta’ prinċipji tal-protezzjoni tad-data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (28).

29.

Il-KEPD huwa konxju mill-importanza li titjieb l-effikaċja tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, anki fl-oqsma li huma koperti mill-inizjattivi OPE u OIE (29). Barra dan, il-KEPD jirrikonoxxi l-vantaġġi u l-ħtieġa tal-iskambju ta’ informazzjoni, iżda jixtieq jenfasizza li l-ipproċessar ta’ tali data għandu jsir b’konformità – inter alia  (30) – mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Dan huwa saħansitra aktar evidenti fid-dawl tat-Trattat ta’ Lisbona li jintroduċi l-Artikolu 16 TFUE u li jagħti saħħa vinkolanti lill-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

30.

Sitwazzjonijiet li jinvolvu skambju transkonfinali ta’ informazzjoni fl-UE jixirqilhom jingħataw attenzjoni speċjali peress li l-ipproċessar ta’ data personali f’aktar minn ġurisdizzjoni waħda jkabbar ir-riskji għad-drittijiet u għall-interessi tal-persuni fiżiċi involuti. Id-data personali tiġi pproċessata f’bosta ġurisdizzjonijiet fejn ir-rekwiżiti legali kif ukoll il-qafas tekniku ma jkunux neċessarjament l-istess.

31.

Dan jikkaġuna wkoll aktar inċertezza legali għas-suġġetti tad-data: partijiet minn Stati Membri oħra jistgħu jkunu involuti, il-liġijiet nazzjonali ta’ diversi Stati Membri jistgħu jkunu applikabbli u jistgħu jkunu differenti mil-liġijiet li s-suġġetti tad-data jkunu mdorrijin bihom, jew japplikaw f’sistema legali li ma tkunx familjari mas-suġġett tad-data. Dan jirrikjedi sforzi akbar sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. (31)

32.

Fl-opinjoni tal-KEPD il-kjarifika tal-applikabilità tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI, kif qed jiġi propost fil-punt 27, hija biss l-ewwel pass.

33.

L-isfidi speċifiċi għal protezzjoni effikaċi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, flimkien mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (ara l-punti 52-56) li mhijiex kompletament sodisfaċenti, jistgħu jagħtu lok għal dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data, meta strumenti legali speċifiċi tal-UE jkunu jirrikjedu l-iskambju ta’ data personali.

IV.   SFIDI GĦALL-PROTEZZJONI EFFIKAĊI TAD-DATA GĦALL-KOOPERAZZJONI KRIMINALI: RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR L-INIZJATTIVI OPE U OIE

IV.1.   Rimarki introduttorji

34.

Il-protezzjoni effikaċi tad-data personali (kif enfasizzat fil-punt 29) mhix biss importanti għas-suġġetti tad-data iżda tagħti kontribut ukoll għas-suċċess tal-kooperazzjoni ġudizzjarja nnifisha. Fil-fatt ir-rieda li din id-data tiġi skambjata ma’ awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra tkompli tiżdied kemm-il darba l-awtorità involuta jkollha moħħha mistrieħ mill-livell ta’ protezzjoni, eżattezza u affidabilità tad-data personali fl-Istat Membru l-ieħor (32). Fil-qosor, jekk nistabbilixxu standard komuni (għoli) għall-protezzjoni tad-data f’dan il-qasam sensittiv inkunu qed nippromovu l-kunfidenza u l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri u nsaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku, u b’hekk intejbu l-kwalità tad-data fl-iskambju ta’ informazzjoni.

35.

F’dan il-kuntest speċifiku, il-KEPD jirrakkomanda li jiġu inklużi salvagwardji speċifiċi għall-protezzjoni tad-data fl-inizjattivi OPE u OIE, minbarra r-referenza ġenerali għad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (kif propost fil-paragrafu 27).

36.

Xi wħud minn dawn is-salvagwardji għandhom natura aktar ġenerali u huma maħsuba biex ikunu inklużi fiż-żewġ inizjattivi, b’mod partikolari dawk li huma mfassla biex itejbu l-eżattezza, is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data. Hemm ukoll salvagwardji oħrajn li jirrigwardaw dispożizzjonijiet speċifiċi fl-inizjattivi OPE jew OIE.

IV.2.   Salvagwardji ta’ natura aktar ġenerali

Eżattezza

37.

F’dawk is-sitwazzjonijiet previsti mill-inizjattivi li fihom tiġi skambjata data bejn Stati Membri, għandha ssir enfasi speċifika sabiex tiġi żgurata l-eżattezza tal-informazzjoni. F’dan ir-rigward il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li fl-Artikolu 14 l-inizjattiva OPE tobbliga biċ-ċar lill-awtorità kompetenti tal-istat emittenti biex tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat li jeżegwixxi bi kwanunkwe modifika jew bl-iskadenza jew bir-revoka tal-ordni ta’ protezzjoni.

38.

Il-KEPD jinnota wkoll li l-ħtieġa li ssir tranżizzjoni tista’ taffettwa l-eżattezza tal-informazzjoni, speċjalment billi l-inizjattivi huma relatati ma’ strumenti legali speċifiċi li jista’ jkollhom tifsira differenti f’lingwi differenti u f’sistemi legali differenti. F’dan il-kuntest, waqt li jilqa’ l-fatt li l-inizjattiva OPE tittratta l-kwistjoni tat-traduzzjonijiet (Artikolu 16), il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li tiġi inkluża dispożizzjoni simili fl-inizjattiva OIE.

Sigurtà, għarfien u kontabilità

39.

Jenħtieġ li ż-żieda fil-kooperazzjoni transkonfinali li jista’ tirrizulta mill-adozzjoni taż-żewġ inizjattivi tqis bir-reqqa l-aspetti ta’ sigurtà tat-trażmissjoni transkonfinali ta’ data personali li tkun relatata mal-eżekuzzjoni tal-inizjattivi OPE jew OIE (33). Dan huwa neċessarju mhux biss sabiex jintlaħqu l-istandards tas-sigurtà fl-ipproċessar ta’ data personali li jitlob l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI, iżda wkoll sabiex tiġi żgurata s-segretezza tal-investigazzjonijiet u l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti kriminali inkwistjoni hija rregolata mill-Artikolu 18 tal-inizjattiva OIE u, bħala regola ġenerali fir-rigward ta’ data personali li tirriżulta minn skambju transkonfinali, mill-Artikolu 21 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

40.

Il-KEPD jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm sistemi ta’ telekomunikazzjoni siguri fil-proċeduri ta’ trażmissjoni. Għalhekk huwa jilqa’ b’sodisfazzjon id-dispożizzjoni dwar l-użu tan-Network Ġudizzjarju Ewropew (34) bħala għodda li tiżgura li l-OPE u l-OIE jkunu indirizzati b’mod korrett lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u b’dan il-mod jiġi evitat jew imnaqqas ir-riskju li jkunu involuti awtoritajiet mhux adattati fl-iskambju ta’ data personali (ara l-Artikolu 7(2) u (3) tal-inizjattiva OPE u l-Artikolu 6(3) u (4) tal-inizjattiva OIE).

41.

Għalhekk l-inizjattivi għandhom jinkludu dispożizzjoni li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ir-riżorsi adegwati biex japplikaw id-direttivi proposti;

(b)

l-uffiċjali kompetenti josservaw standards professjonali u jkunu suġġetti għal proċeduri interni adegwati li jiżguraw, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, il-korrettezza fil-proċeduri u l-ħarsien xieraq tad-dispożizzjonijiet tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali (kif stabbilit fl-Artikolu 18 tal-inizjattiva OIE).

42.

Barra dan, il-KEPD jirrakkomanda li jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jiżguraw li prinċipji sostantivi tal-protezzjoni tad-data jkunu mħarsa meta tkun ipproċessata data personali, u li jkun hemm fis-seħħ il-mekkaniżmi interni meħtieġa sabiex tintwera l-konformità lil partijiet interessati esterni. Dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom iservu ta’ strumenti li jgħoddu lill-kontrolluri tad-data b’responsabbli (skont il-“prinċipju tal-kontabilità” li huwa diskuss fil-kuntest tal-analiżi attwali tal-qafas tal-protezzjoni tad-data (35)). Dan kollu jirrikjedi minnhom li jwettqu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu:

(a)

sistemi ta’ awtentikazzjoni li jippermettu aċċess lil individwi awtorizzati biss kemm għal bażijiet tad-data li jkollhom data personali u kemm għal postijiet fejn ikun hemm evidenza;

(b)

rintraċċar ta’ aċċessi għal data personali u operazzjonijiet magħmula fuqhom;

(c)

implimentazzjoni ta’ kontroll tal-verifika.

IV.3.   Salvagwardji fl-inizjattiva OIE

43.

Meta jqis il-karatteristiċi partikolarment intrużivi ta’ ċerti miżuri investigattivi, il-KEPD isejjaħ biex issir riflessjoni fil-fond dwar l-ammissibilità ta’ evidenza miġbura għal finijiet oħra minbarra l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat jew l-infurzar ta’ sanzjonijiet kriminali u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża. B’mod partikolari, l-użu ta’ evidenza miksuba skont l-Artikolu 11(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandu jitqies bir-reqqa. (36)

44.

Għalhekk fl-inizjattiva OIE għandha tiġi inkluża eċċezzjoni għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11(1)(d), li tgħid illi evidenza miġbura taħt l-OIE ma tistax tintuża għal finijiet oħra minbarra l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat jew l-infurzar ta’ sanzjonijiet kriminali u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża.

IV.4.   Salvagwardji fl-inizjattiva OPE

45.

Fir-rigward tal-inizjattiva OPE, il-KEPD jirrikonoxxi li d-data personali skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti u mniżżla fl-Anness I tal-inizjattiva (relatata kemm mal-vittma u kemm mal-persuna li tikkawża periklu) huma adegwati, relevanti u mhux eċċessivi fir-rigward tal-finijiet li jiġu miġbura u pproċessati għalihom.

46.

Madankollu mill-inizjattiva mhuwiex ċar biżżejjed – b’mod speċjali fl-Artikolu 8 (1)(b) – liema data personali relatata mal-vittma se tkun ikkomunikata lill-persuna li tikkawża periklu mill-awtorità kompetenti tal-Istat li jeżegwixxi.

47.

Il-KEPD jemmen li huwa xieraq li jitqiesu ċ-ċirkustanzi u l-kontenut tal-miżuri ta’ protezzjoni maħruġa mill-awtorità ġudizjarja fl-Istat Membru emittenti qabel ma jkun infurmat l-individwu jikkawża periklu. Għalhekk dan tal-aħħar għandu jingħata biss dik id-data personali tal-vittma (li f’xi każi tista’ tinkludi wkoll data ta’ kuntatt personali) li tkun strettament relevanti għall-eżekuzzjoni sħiħa tal-miżura ta’ protezzjoni.

48.

Il-KEPD huwa konxju mill-fatt li l-għoti ta’ informazzjoni ta’ kuntatt personali (eż. numri tat-telefown, indirizz tal-vittma kif ukoll postijiet oħra li normalment tiffrekwenta, bħall-post tax-xogħol jew l-iskola li jattendu wliedu) jista’ effettivament jipperikola l-benessri fiżiku u psikoloġiku tal-vittma, u jista’ jaffettwa wkoll id-dritt tagħha għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali. Min-naħa l-oħra, f’ċerti każi l-indikazzjoni tal-indirizzi relevanti tista’ tkun meħtieġa sabiex twissi lill-persuna li tikkawża periklu dwar il-postijiet fejn ma jkollhiex permess tmur. Dan isir biex tippermetti li jkun hemm konformità mal-ordni u biex ikunu evitati kwalunkwe pieni potenzjali għall-ksur tiegħu. Barra dan, u dan jiddependi miċ-ċirkustanzi, l-identifikazzjoni tal-post(ijiet) fejn il-persuna li tikkawża periklu ma jkollhiex permess tmur tista’ tintalab sabiex ma jkunx hemm limiti bla bżonn fuq il-moviment ħieles tagħha.

49.

Fid-dawl ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet, il-KEPD jenfasizza l-importanza ta’ dan is-suġġett u jirrakkomanda li l-inizjattiva OPE tiddikjara b’mod ċar li, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ, il-persuna li tikkawża periklu għanda tingħata biss dik id-data personali tal-vittma (li f’xi każi tista’ tinkludi wkoll data ta’ kuntatt) li tkun strettament relevanti għall-eżekuzzjoni sħiħa tal-miżura ta’ protezzjoni (37).

50.

Fl-aħħar nett, il-KEPD jitlob li jingħata kjarifika tal-espressjoni “mezzi elettroniċi” li tinsab fil-Premessa 10 tal-inizjattiva OPE. B’mod partikolari, għandu jiġi spjegat jekk id-data personali tkunx ipproċessata permezz ta’ “mezzi elettroniċi” u, jekk iva, liema garanziji qed jiġu pprovduti.

V.   REGOLI DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DATA U L-KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA F’MATERJI KRIMINALI: TĦASSIB RIGWARD L-INIZJATTIVI OPE U OIE

51.

Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI tapplika għall-iskambju kollu ta’ data personali li jsir taħt l-inizjattivi OPE u OIE.

52.

Għalkemm il-KEPD irrikonoxxa li d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI – meta implimentata mill-Istati Membri – hija pass importanti ’l quddiem fil-protezzjoni tad-data f’kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja (38), id-Deċiżjoni Qafas fiha nnifisha mhijiex sodisfaċenti għal kollox (39). It-tħassib ewlieni li għadu ma ssolviex għandu x’jaqsam mal-ambitu limitat tagħha. Id-Deċiżjoni Qafas hija ristretta għal skambji ta’ data personali li jsir fil-qasam tal-pulizija u l-ġustizzja bejn awtoritajiet u sistemi fi Stati Membri differenti fuq il-livell tal-UE (40).

53.

Anki jekk dan it-tħassib ma jistax jissolva fil-kuntest tal-inizjattivi OPE u OIE, il-KEPD jinsisti fuq il-ħtieġa li ssir enfasi li nuqqas ta’ standard komuni (għoli) ta’ protezzjoni tad-data f’kooperazzjoni ġudizzjarja jista’ jimplika illi awtorità ġudizzjarja fuq il-livell nazzjonali jew tal-UE, meta tittratta ma’ fajl kriminali li jkun fih informazzjoni li tkun ġiet minn Stati Membri oħra (inkluż, eż. evidenza miġbura abbażi ta’ OIE) ikollha tapplika regoli tal-ipproċessar tad-data li jkunu differenti: regoli nazzjonali awtonomi (li jridu jkunu konformi mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108) għal data li tkun ġiet mill-Istat Membru nnifsu u r-regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għal data li tkun ġiet minn Stati Membri oħra. Għalhekk “biċċiet ta’ informazzjoni” differenti jkunu jistgħu jaqgħu f’sistemi legali differenti.

54.

Il-konsegwenzi li jista’ jkollha l-applikazzjoni ta’ standard ta’ protezzjoni tad-data “doppju” għal kull fajl kriminali b’elementi transkonfinali huma relevanti fil-prattika ta’ kuljum (pereżempju, iż-żamma tal-informazzjoni stabbilita b’liġijiet applikabbli minn kull waħda mill-entitajiet ta’ trażmissjoni; aktar restrizzjonijiet ta’ pproċessar mitluba minn kull waħda mill-entitajiet ta’ trażmissjoni; fil-każ ta’ talba minn pajjiż terz, kull entità ta’ trażmissjoni tagħti l-kunsens tagħha skont il-valutazzjoni tagħha tal-adegwatezza u/jew tal-impenji internazzjonali; u differenzi fir-regolamentazzjoni tad-dritt għal aċċess mis-suġġett tad-data). Barra dan, id-drittijiet u l-protezzjoni taċ-ċittadini jistgħu jvarjaw u jkunu suġġetti għal diversi derogi wesgħin skont l-Istat Membru li fih isir l-ipproċessar (41).

55.

Għalhekk il-KEPD jieħu l-okkażjoni biex itenni l-opinjoni tiegħu rigward il-ħtieġa li jkollna qafas legali komprensiv tal-protezzjoni tad-data li jkopri l-oqsma kollha ta’ kompetenza tal-UE, inklużi l-pulizija u l-ġustizzja, biex ikun applikat kemm għal data personali trażmessa jew magħmula disponibbli minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u kemm għal proċedimenti domestiċi fl-AFSJ (42).

56.

Fl-aħħar nett, il-KEPD josserva li r-regoli tal-protezzjoni tad-data għandhom japplikaw għall-oqsma kollha u għall-użu ta’ data għall-finijet kollha (43). Ovvjament, eċċezzjonijiet li jkunu ġġustifikati bis-sħiħ u abbozzati b’mod ċar għandhom ikunu possibbli, b’mod partikolari fir-rigward ta’ data personali li tkun ipproċessata għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi (44). Nuqqasijiet fil-protezzjoni tad-data personali jmorru kontra l-qafas legali (rinovat) attwali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE – eskluż mill-ambitu tal-applikazzjoni tad-direttiva tal-qasam tal-pulizija u l-ġustizzja – ma jissodisfax il-filosofija li tinsab fl-Artikolu 16 tat-TFUE. Barra dan, dawn in-nuqqasijiet mhumiex koperti biżżejjed mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 108 (45), li huma marbuta biha l-Istati Membri kollha.

VI.   KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

57.

Il-KEPD jirrakkomanda fir-rigward taż-żewġ inizjattivi OPE u OIE:

li jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi li jistipulaw li l-istrumenti japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali,

li jiġu inklużi dispożizzjonijiet illi jitolbu lill-Istati Membri jiżguraw li:

l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ir-riżorsi neċessarji biex japplikaw id-direttivi proposti,

l-uffiċjali kompetenti josservaw standards professjonali u jkunu suġġetti għal proċeduri interni adegwati li jiżguraw, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, il-korrettezza fil-proċeduri u l-ħarsien xieraq tad-dispożizzjonijiet tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali,

s-sistemi ta’ awtentikazzjoni jippermettu biss li l-individwi awtorizzati jkollhom aċċess għal żewġ bażijiet tad-data li jaħżnu personali jew għal postijiet fejn tkun tinsab evidenza,

jsiru l-intraċċar ta’ aċċessi u l-operazzjonijiet,

jiġu implementati kontrolli ta’ verifika.

58.

Fir-rigward tal-inizjattiva OPE, il-KEPD jirrakkomanda:

li jiġi ddikjarat b’mod ċar li, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, il-persuna li tikkawża periklu għandha tingħata biss dik id-data personali tal-vittma (li f’xi każi tista’ tinkludi wkoll data ta’ kuntatt personali) li tkun strettament relevanti għall-eżekuzzjoni sħiħa tal-miżura ta’ protezzjoni,

li tiġi ċċarata l-espressjoni “mezzi elettroniċi” li tinsab fil-Premessa 10 tal-inizjattiva OPE.

59.

Fir-rigward tal-inizjattiva OIE, il-KEPD jirrakkomanda:

li tiġi inkluża dispożizzjoni dwar it-traduzzjonijiet li tkun simili għall-Artikolu 16 tal-inizjattiva OIE;

li tiġi inkluża dispożizzjoni li tevita l-użu ta’ evidenza għal finijiet oħra minbarra l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat jew l-infurzar ta’ sanzjonijiet kriminali u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża, bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 11(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI,

li tiġi miżjuda klawżola ta’ valutazzjoni fl-inizjattiva OIE, li titlob lill-Istati Membri jirrappurtaw regolarment dwar l-applikazzjoni tal-istrument u li titlob lill-Kummissjoni tiġbor fil-qosor dawn ir-rapporti u, fejn ikun relevanti, tressaq proposti xierqa biex isiru emendi.

60.

Barra dan, u b’mod aktar ġenerali, il-KEPD:

jirrakkomanda lill-Kunsill jistabbilixxi proċedura li permezz tagħha tkun tista’ ssir konsultazzjoni mal-KEPD, fil-każ li inizjattiva li tiġi introdotta minn Stati Membri tkun relatata mal-ipproċessar ta’ data personali,

itenni l-ħtieġa li jkun hemm qafas legali komprensiv ta’ protezzjoni tad-data li jkopri l-oqsma kollha tal-kompetenza tal-UE, inklużi l-pulizija u l-ġustizzja, biex ikun applikat kemm għal data personali trażmessa jew disponibbli minn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u kemm għal proċedimenti domestiċi fl-AFSJ.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2010.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

(4)  Il-Kunsill Ewropew, Il-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini (2010/C 115/01), Kapitolu 3, “Faċilitar ta’ ħajjet in-nies: Ewropa ta’ liġi u ġustizzja”, ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1; ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini, ĠU C 276, 17.11.2009, p. 8.

(5)  Fis-snin reċenti l-KEPD adotta għadd kbir ta’ opinjonijiet u kummenti dwar inizjattivi fiż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li lkoll jinsabu fuq il-websajt tal-KEPD.

(6)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 5.

(7)  ĠU C 165, 24.6.2010, p. 22.

(8)  Fl-imgħoddi l-KEPD adotta wkoll opinjonijiet dwar inizjattivi ta’ Stati Membri: ara eż. Opinjoni tal-KEPD tal-4 ta’ April 2007 dwar l-inizjattiva minn 15-il Stat Membru bil-ħsieb li jadottaw Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU C 169, 21.7.2007, p. 2) u l-Opinjoni tal-KEPD tal-25 ta’ April 2008 dwar l-inizjattiva minn 14-il Stat Membru bil-ħsieb li jadottaw Deċiżjoni tal-Kunsill rigward it-tisħiħ tal-Eurojust u li jemendaw id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI (ĠU C 310, 5.12.2008, p. 1).

(9)  Dan il-prinċipju, introdott fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Vjenna (Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-Aħjar Mod ta’ Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Amsterdam dwar Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Test adottat mill-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-3 ta’ Diċembru 1998, ĠU C 19, 23.1.1999, p. 1, punt 45(f)), ġie fformulat b’mod ċar fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, fil-punti 33, 35-37.

(10)  Minkejja li t-tielet inizjattiva (għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għal interpretazzjoni u traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, 22 ta’ Jannar 2010, 2010/0801) għandha l-istess oriġini,, din mhux qiegħda titqies hawnhekk għaliex l-inizjattiva ma tinvolvix kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni ta’ data personali. Dwar l-istess suġġett ara wkoll il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, 9.3.2010, COM(2010) 82 finali.

(11)  Green Paper dwar il-ksib ta’ provi mingħand Stat Membru fi kwistjonijiet kriminali u l-iżgurar tal-ammissibilità tagħha, COM(2009) 624 finali, 11.11.2009.

(12)  Ir-risposti varji u ġieli kuntrastanti qiegħdin jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni Ewropea u jistgħu jinqraw fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/news_consulting_0004_en.htm

(13)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, Il-kisba ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa. Pjan ta’ Azzjoni li Jimplementa l-Programm ta’ Stokkolma, Brussell, 20.4.2010, COM(2010) 171 finali, p. 18.

(14)  Għalissa għadu mhux ċar kif strument ġejjieni possibbli ser jirrelata b’mod reċiproku mal-inizjattiva OIE.

(15)  Ara Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni ta’ data personali proċessata fil-qafas ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali u kif ukoll Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE u Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(16)  Ara l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data, Opinjoni 4/2007 dwar il-kunċett ta’ data personali, WP 136, adottata fl-20 ta’ Ġunju 2007, p. 10.

(17)  Il-prinċipju stabbilit f’Il-Programm tal-Aja. It-Tisħiħ tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, punt 2.1, ifisser li “madwar l-Unjoni, uffiċjal tal-infurzar tal-liġi fi Stat Membru wieħed li għandu bżonn informazzjoni sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu jista' jiksibha minn Stat Membru ieħor u li l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru l-ieħor li għandha din l-informazzjoni għandha tagħmilha aċċessibbli għall-iskop imsemmi, waqt li jitqies ir-rekwiżit tal-investigazzjonijiet li jkunu qed jitwettqu f’dak l-Istat”. Dwar din il-kwistjoni ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-iskambju ta’ informazzjoni skont il-prinċipju tad-disponibbiltà (COM(2005) 490 finali), ĠU C 116, 17.5.2006, p. 8.

(18)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/978/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-mandat Ewropew għall-provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f’materji kriminali, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 72.

(19)  Bħalissa jeżistu żewġ strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku applikabbli għall-ksib ta’ evidenza: Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet fl-Unjoni Ewropea li jiffriżaw proprjetà jew evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45) u d-Deċiżjoni Qafas 2008/978/ĠAI, ikkwotata fin-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna.

(20)  L-Artikolu 23(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/978/ĠAI jipprovdi li “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sad-19 ta’ Jannar 2011”.

(21)  Barra dan, il-paragrafu 1.2.3 tal-Programm ta’ Stokkolma jitlob li inizjattivi leġiżlattivi ġodda għandhom jitressqu wara li tkun saret verifika tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(22)  Stqarrija Dettaljata li tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat ta’ Lisbona tas-6 ta’ Jannar 2010.

(23)  L-Istqarrija Dettaljata tat-23 ta’ Ġunju 2010, Fajl Interistituzzjonali: 2010/0817 (COD) tirreferi b’mod espliċitu biss għad-dritt ta’ libertà u sigurtà u għad-dritt ta’ amministrazzjoni tajba (ara p. 25 u p. 41).

(24)  Aktar: Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

(25)  Ara l-Premessa 27 tal-aktar abbozz reċenti tal-inizjattiva OPE (28 ta’ Mejju, dokument tal-Kunsill Nru 10384/2010): “Id-data personali pproċessata waqt l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun protetta skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠUI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata fil-qafas ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali u skont il-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa fit-28 ta’ Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi rigward l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, li l-Istati Membri kollha rratifikaw”.

(26)  F’dan is-sens ara l-Emenda 21 inkluża fl-Abbozz ta’ Rapport dwar l-inizjattiva għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea (00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD)), 20.5.2010, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern – Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Carmen Romero López, fuq http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/femm/pr/817/817530/817530mt.pdf

(27)  Ara l-kummenti tal-Kummissjoni dwar il-proposta għal Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali, 24.8.2010, JUST/B/1/AA-et D(2010) 6815, pp. 9 u 38, fuq. http://ec.europa.eu/justice/news/intro/doc/comment_2010_08_24_en.pdf

(28)  Ara wkoll it-Taqsima V tal-opinjoni.

(29)  Ara, inter alia, l-approvazzjoni tal-bżonn li jittejbu l-aċċess għall-ġustizzja, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet legali Ewropej u l-effikaċja tas-sistema ġudizzjarja nnifisha fl-Opinjoni tal-KEPD dwar l-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika, ĠU C 128, 6.6.2009, p. 13, punti 9 u 21.

(30)  Fir-rigward tal-aspett relatat mar-rispett tar-regoli proċedurali kriminali fl-Istati Membri, l-iżjed fil-qasam tal-Proposta OIE, tista’ ssir referenza għall-konsiderazzjonijiet u t-tħassib li jinsabu fit-tweġibiet mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea waqt il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper (ara n-noti 11 u 12 ta’ qiegħ il-paġna).

(31)  Ara wkoll Kunsill, Il-Programm tal-Aja. It-Tisħiħ tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (2005/C 53/01), ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1, 7 et seq.

(32)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (COM(2005) 475 finali), ĠU C 47, 25.2.2006, p. 27, punti 5-7.

(33)  B’mod aktar ġenerali, ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika, Brussell, 30.5.2008, COM(2008)329 finali, p. 8: “L-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali f’kunfidenza sħiħa”.

(34)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130).

(35)  Ara l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja, Il-Futur tal-Privatezza, p. 20 et seq.

(36)  Din id-dispożizzjoni tippermetti l-użu ta’ evidenza anki għal “kwalunkwe għan ieħor biss bil-kunsens minn qabel tal-Istat Membru li jitrażmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-data, mogħti f’konformità mad-dritt nazzjonali”.

(37)  Jidher li dan huwa s-sens tal-Emendi 13 u 55 tal-Abbozz tar-Rapport dwar l-inizjattiva għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea (00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD)), 20.5.2010, Kumitat għad-Drittijiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern – Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

(38)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew lejn Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika (2009/C 128/02), ĠU C 128, 6.6.2009, p. 13, punt 17.

(39)  Ara t-tliet Opinjonijiet tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (COM(2005) 475 finali), ĠU C 47, 25.2.2006, p. 27, ĠU C 91, 26.4.2007, p. 9, ĠU C 139, 23.6.2007, p. 1. Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadin, ĠU C 276, 17.11.2009, p. 8, punti 19, 29 u 30.

(40)  Ara l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

(41)  Ara t-tielet Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali ĠU C 139, 23.6.2007, p. 41. ,imsemmija fin-nota 39 ta’ qiegħ il-paġna, punt 46.

(42)  Din il-pożizzjoni tal-KEPD hija appoġġata b’mod ċar mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data u mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja, Il-Futur tal-Privatezza. Kontribuzzjoni konġunta għall-Konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-dritt fundamentali tal-protezzjoni ta’ data personali, WP 168, adottata fl-1 ta’ Diċembru 2009, pp. 4, 7 et seq. u 24 et seq.

(43)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadin, Brussell, 10.6.2009, COM(2009) 262 finali, p. 30: “l-Unjoni għandha tistabbilixxi skema sħiħa dwar il-protezzjoni tad-data personali li tkopri l-kompetenzi kollha tal-Unjoni”.

(44)  Approċċ bħal dan ikun konformi wkoll mal-għan tad-Dikjarazzjoni 21 mehmuża mat-Trattat ta’ Lisbona dwar il-protezzjoni ta’ data personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija.

(45)  Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta’ data personali, 28 ta’ Jannar 1981, Nru 108.


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/10


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Dejta dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP II)

2010/C 355/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2),

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fil-15 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Dejta dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP) (minn hawn ’il quddiem “il-proposta”). Il-proposta (inkluż it-test ta’ abbozz ta’ ftehim mal-Istati Uniti) intbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni. Il-KEPD jilqa’ din il-konsultazzjoni u jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għal din l-opinjoni fil-preambolu tal-Proposta.

2.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija dovuta għall-bidliet fl-istruttura ta’ SWIFT (3), li mill-1 ta’ Jannar 2010 tiżgura li messaġġi ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ SWIFT li jkunu jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-Iżvizzera jibqgħu fi ħdan iż-żona Ewropea – b’differenza miż-żona transatlantika – u mhux sejrin jibqgħu jkunu riflessi fiċ-ċentru operattiv tal-Istati Uniti.

3.

Bil-proposta attwali il-Kummissjoni tistipula ftehim internazzjonali bejn l-UE u l-Istati Uniti, li, ibbażat fuq l-Artikoli 216 (ftehimiet internazzjonali), 82 (kooperazzjoni ġudizzjarja) u 87 (kooperazzjoni tal-pulizija) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sejjer ikun jeħtieġ trasferiment ta’ dejta ta’ messaġġi finanzjarji rilevanti lid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti li huma meħtieġa għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu tad-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti.

4.

B’mod partikolari, b’referenza għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2010, li ma jagħtix il-kunsens tiegħu fir-rigward tal-ftehim temporanju iffirmat fit-30 ta’ Novembru 2009, l-abbozz il-ġdid jimmira li jindirizza b’mod partikolari t-tħassib fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali, dritt fundamentali li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona kiseb ħafna aktar rilevanza fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-proposta tenfasizza r-rilevanza tal-protezzjoni tad-dejta billi tirreferi b’mod espliċitu għal artikoli rilevanti tat-Trattati u ta’ strumenti internazzjonali oħra u billi tirrikonoxxi n-natura tagħha ta’ dritt fundamentali. Madankollu, ma tipprevedix l-użu tal-Artikolu 16 tat-TFUE bħala bażi legali, minkejja l-fatt li l-Artikolu 1.1 tal-ftehim propost jenfasizza livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu. F’dan ir-rigward, il-KEPD itenni li dan il-ftehim mhux biss jirrigwarda l-iskambju ta’ dejta personali, iżda anki l-protezzjoni ta’ din id-dejta. L-Artikolu 16 tat-TFUE huwa għalhekk mhux inqas rilevanti bħala bażi legali mill-Artikoli 82 u 87 tat-TFUE relatati mal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi li ntgħażlu bħala bażijiet legali.

6.

Il-proposta hija suġġetta għall-proċedura tal-Artikolu 218 (6) TFUE. Skont din il-proċedura, il-Kunsill jista’ jadotta biss deċiżjoni li tawtorizza l-konklużjoni tal-ftehim wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew. Din il-proposta b’hekk tirrappreżenta “test-case” kruċjali fl-applikazzjoni tal-proċeduri l-ġodda ta’ Lisbona għal ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali. Li jiġi żgurat li l-prinċipji u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta jkunu stabbiliti b’mod sodisfaċenti f’dan il-ftehim iwitti t-triq biex dawn jiksbu suċċess f’negozjati oħrajn.

7.

F’dan il-kuntest, il-KEPD jenfasizza l-importanza tan-negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali meta tiġi ttrasferita u pproċessata għall-iskop tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ offiżi kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. L-abbozz tal-mandat biex jinbdew dawn in-negozjati ġie adottat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Mejju 2010. Fil-preżentazzjoni ta’ dan l-abbozz tal-mandat, il-Kummissjoni għamlet enfasi fuq il-ħtieġa għal ftehim solidu dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (4).

8.

F’dan l-isfond, il-KEPD jirrakkomanda li mal-proposta attwali tiżdied rabta b’saħħitha man-negozjati mal-Istati Uniti dwar il-qafas transatlantiku ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta. Għandu jiġi żgurat li dawn l-istandards ikunu applikabbli wkoll għall-ftehim TFTP II. Il-KEPD jirrakkomanda li dan ir-rekwiżiti jiġi inkluż fil-ftehim attwali, jew għall-inqas li jintlaħaq ftehim mal-gvern tal-Istati Uniti li ftehim possibbli fil-ġejjieni dwar il-protezzjoni tad-dejta jkun ikopri l-iskambji previsti skont il-proposta preżenti.

9.

Finalment, il-KEPD qiegħed jikkontribwixxi b’mod attiv għall-pożizzjonijiet tal-Artikolu 29 dwar il-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni tad-Dejta u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja. Minbarra l-punti li saru jew li jridu jsiru f’dawk il-pożizzjonijiet, din l-opinjoni tanalizza l-proposta attwali billi tibni fuq il-kummenti preċedenti tal-KEPD, f’dak li għandu x’jaqsam kemm mal-ftehim interim kif ukoll man-negozjati kontinwi mal-Istati Uniti.

II.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

II.1.   Il-proposta fiha xi titjib

10.

Il-KEPD jirrikonoxxi li din il-proposta tipprevedi ċertu titjib sostanzjali fir-rigward tal-ftehim interim TFTP I, bħal:

L-esklużjoni tad-dejta tas-SEPA. Il-proposta tipprevedi b’mod espliċitu li t-talbiet mit-Teżor tal-Istati Uniti ma għandhom ifittxu ebda dejta relatata maż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (Artikolu 4.2.d)

Id-definizzjoni ta’ terroriżmu. L-Artikolu 2 tal-proposta jibni fuq id-definizzjoni ta’ terroriżmu fuq l-approċċ tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill 2002/475/JHA (5).

11.

Barra minn hekk, minbarra t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta, il-proposta tistabbilixxi serje ta’ dispożizzjonijiet (Artikoli 14-18) li jittrattaw id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, bħad-dritt li jkunu informati, id-dritt tal-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar, kif ukoll id-dritt għall-ksib ta’ rimedju. Madankollu, l-infurzabbiltà konkreta ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti miċ-ċittadini jew residenti mhux mill-Istati Uniti għadhom mhumiex ċari (ara l-paragrafu II.2.3 hawn taħt).

II.2.   Iżda xorta għad hemm bżonn ta’ aktar titjib

12.

Il-KEPD jaqbel għal kollox mal-ħtieġa li jiġi żgurat, kif previst mill-Artikolu 1.1 tal-proposta, ir-rispett sħiħ għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. F’din il-perspettiva, il-KEPD jirrimarka li għad hemm ċerti kwistjonijiet miftuħa li jridu jiġu indirizzati u elementi ewlenin li jridu jitjiebu sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-qafas legali tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali.

II.2.1.   L-ipproċessar previst tad-dejta personali huwa tassew meħtieġ u proporzjonat?

13.

Il-KEPD huwa konxju għal kollox li l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu tista’ tirrikjedi restrizzjonijiet għad-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali kif ukoll għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza bankarja. Dan huwa diġà l-każ f’serje ta’ strumenti tal-UE (6) li fihom għadd ta’ miżuri mmirati biex jiġġieldu l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawn l-istrumenti fihom ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kif ukoll salvagwardji għall-protezzjoni ta’ dejta personali, b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

14.

Barra minn hekk, il-ftehim dwar l-assistenza legali reċiproka bejn l-UE u l-Istati Uniti jippermetti b’mod espliċitu l-iskambju bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ informazzjoni relatata ma’ kontijiet bankarji u transazzjonijiet finanzjarji, filwaqt li jipprovdi kundizzjonijiet u limitazzjonijiet fir-rigward ta’ dan l-iskambju. Minbarra dan, fil-livell internazzjonali, l-hekk imsejħa Prinċipji Egmont (7) jistabbilixxu l-bażi għall-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni dwar transazzjonijiet finanzjarji bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, filwaqt li jistabbilixxu limitazzjonijiet u salvagwardji fir-rigward tal-użu tad-dejta skambjata. Minbarra dan, l-istrumenti għall-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Uniti u l-Europol u l-Eurojust huma diġà fis-seħħ, billi jiżguraw fl-istess ħin l-iskambju tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali.

15.

F’dan l-isfond, il-proposta tal-Kummissjoni tenfasizza l-utilità tal-Programm TFTP, kif imressaq mit-Teżor tal-Istati Uniti u mir-rapporti tal-persuna eminenti. Madankollu, il-kundizzjoni stabbilita mill-Artikolu 8 ECHR sabiex tiġi ġġustifikata l-interferenza mal-ħajja privata hija “neċessità” minflok “utilità”.

16.

Skont il-KEPD, hemm bżonn ta’ evidenza biżżejjed tal-valur miżjud reali ta’ dan il-ftehim li jieħu f’kunsiderazzjoni l-istrumenti eżistenti diġà, jew, fi kliem ieħor, sa liema punt il-ftehim huwa tassew neċessarju sabiex jinkisbu r-riżultati li ma jistgħux jinkisbu bl-użu ta’ strumenti inqas intrużivi għall-privatezza, bħal dawk stabbiliti diġà mill-qafas tal-UE u internazzjonali eżistenti. Skont il-KEPD, dan il-valur miżjud għandu jiġi stabbilit b’mod mhux ambigwu, bħala prekundizzjoni għal kwalunkwe ftehim mal-Istati Uniti dwar l-iskambju ta’ dejta finanzjarja, anki fid-dawl tan-natura intrużiva tal-ftehim (ara wkoll il-paragrafi 18-22 dwar il-proporzjonalità).

17.

Il-KEPD mhuwiex f’pożizzjoni li jiġġudika n-neċessità ta’ dan il-ftehim. Madankollu, anki jekk jintwera li l-ftehim huwa neċessarju, hemm punti oħrajn li għadhom jeħtieġu l-attenzjoni tan-negozjaturi.

18.

Il-proporzjonalità hija wkoll il-kriterju ewlieni fil-valutazzjoni tal-ammont ta’ dejta personali trasferita u l-perjodu ta’ ħżin tagħhom. L-Artikolu 4 tal-proposta jdejjaq l-ambitu tat-talbiet tal-Istati Uniti. Madankollu, il-proposta xorta waħda tipprevedi li d-dejta personali tiġi trasferita lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti f’ammonti kbar u mbagħad tinżamm fil-prinċipju għal perjodu ta’ 5 snin, irrispettivament minn jekk din tkunx ġiet estratta jew jekk ikunx hemm rabta bil-provi ma’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika.

Trasferimenti kbar

19.

Il-proposta, minkejja t-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta, għadha bbażata fuq il-kunċett li d-dejta personali tiġi trażmessa f’ammont kbir lit-Teżor tal-Istati Uniti. Fir-rigward ta’ dan il-punt, huwa importanti li jiġi kkjarifikat li l-fatt li s-sistema attwali ta’ SWIFT ma tippermettix li ssir tfittxija mmirata, hija ma tistax titqies bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti sabiex it-trasferimenti tad-dejta f’ammonti kbar isiru legali skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

20.

Għalhekk, il-KEPD jemmen li għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex jiġi żgurat li t-trasferimenti kbar jiġu sostitwiti minn mekkaniżmi li jippermettu li d-dejta ta’ tranżazzjoni finanzjarja tiġi ffiltrata fl-UE, u biex jiġi żgurat li tintbagħat biss id-dejta rilevanti u meħtieġa lill-Awtoritajiet tal-Istati Uniti. Jekk dawn is-soluzzjonijiet ma jkunux jistgħu jinstabu minnufih, allura l-Ftehim għandu fi kwalunkwe każ jiddefinixxi strettament perjodu transitorju qasir li warajh ma jitħallewx isiru aktar trasferimenti kbar.

Il-perjodu tal-ħżin

21.

Fir-rigward tal-perjodu tal-ħżin, il-KEPD jirrikonoxxi li l-proposta tistabbilixxi b’mod korrett il-perjodi massimi taż-żamma, kif ukoll il-mekkaniżmi li jiżguraw li d-dejta personali titħassar meta ma tibqax aktar meħtieġa. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-proposta dwar id-dejta mhux estratta jidhru li sejrin fid-direzzjoni opposta. L-ewwelnett, il-kunċett ta’ “dejta mhux estratta” mhuwiex evidenti fih innifsu u għalhekk għandu jiġi kkjarifikat. It-tieni, ir-raġunijiet li għalihom huwa meħtieġ li d-dejta mhux estratta tinżamm għal 5 snin mhumiex ipprovati.

22.

Il-KEPD jirrikonoxxi bis-sħiħ il-ħtieġa li d-dejta personali meħtieġa għal investigazzjoni jew prosekuzzjoni speċifika kontra t-terroriżmu tiġi aċċessata, ipproċessata u miżmuma għal kemm ikun hemm bżonn, f’xi każijiet għal saħansitra aktar minn 5 snin, minħabba li jista’ jkun il-każ li d-dejta personali tkun meħtieġa għal investigazzjonijiet li jdumu għaddejjin ħafna jew għal proċeduri ġudizzjarji. Madankollu, meta wieħed jassumi li d-dejta mhux estratta hija dejta li tkun ġiet trasferita f’ammonti kbar u li la tkun ġiet aċċessata u lanqas użata għal prosekuzzjoni jew investigazzjoni speċifika, il-perjodu tal-ħżin permess għaż-żamma ta’ dik id-dejta għandu jkun ferm aktar limitat. F’din il-perspettiva, huwa utli li jiġi enfasizzat li l-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża kienet tal-fehma li fil-każ taż-żamma ta’ dejta dwar it-telekomunikazzjoni, perjodu ta’ ħżin ta’ 6 xhur huwa diġà twil ħafna u għaldaqstant jeħtieġ ġustifikazzjoni adegwata (8). Il-Qorti Kostituzzjonali dehret li qieset dan il-perjodu ta’ 6 xhur bħala massimu għal dejta li ma kinitx relatata ma’ xi investigazzjoni speċifika.

II.2.2.   Il-proposta tiżgura sorveljanza ġudizzjarja?

23.

Skont il-mandat ta’ negozjar, awtorità pubblika ġudizzjarja għandu jkollha r-responsabbiltà li tirċievi t-talbiet mingħand it-Teżor tal-Istati Uniti, tivvaluta l-konformità tagħhom mal-ftehim u, fejn xieraq, titlob lill-fornitur biex jittrasferixxi d-dejta fuq il-bażi ta’ sistema “push”. Il-Parlament Ewropew u l-KEPD laqgħu dan l-approċċ, li jirrappreżenta garanzija kruċjali – b’konformità mal-kostituzzjonijiet nazzjonali u s-sistemi legali tal-Istati Membri – li tiżgura t-trasferimenti legali u bilanċjati tad-dejta, kif ukoll sorveljanza indipendenti.

24.

Madankollu, il-proposta tassenja dan il-kompitu lill-Europol, li huwa Aġenzija tal-UE għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħrajn ta’ kriminalità serja, li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar. (9) Huwa ovvju li l-Europol mhuwiex awtorità ġudizzjarja.

25.

Minbarra dan, l-Europol għandu interessi speċifiċi fl-iskambju ta’ dejta personali, fuq il-bażi tal-ftehim propost. L-Artikolu 10 tal-proposta jagħti lill-Europol is-setgħa li jitlob għall-informazzjoni rilevanti miksuba permezz tat-TFTP, jekk ikollu raġuni biex jemmen li persuna jew entità għandha rabta mat-terroriżmu. Huwa diffiċli li tiġi rrikonċiljata din is-setgħa tal-Europol, li tista’ tkun importanti għall-issodisfar tal-kompitu tal-Europol u li tirrikjedi relazzjonijiet tajbin mat-Teżor tal-Istati Uniti, bil-kompitu tal-Europol li jiżgura s-sorveljanza indipendenti.

26.

Barra minn hekk, il-KEPD jistaqsi safejn jiġi fdat l-Europol bil-qafas legali attwali – speċjalment mingħajr ma tinbidel il-bażi legali tiegħu skont il-proċedura ordinarja stabbilita mit-Trattat ta’ Liżbona – bil-kompiti u s-setgħat biex jagħmel talba amministrattiva li tkun ġejja minn pajjiż terz “vinkolanti” (Artikolu 4.5) fuq kumpanija privata, li għalhekk issir “awtorizzata u mitluba” biex tipprovdi dejta lil dak il-pajjiż terz. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li taħt l-istat preżenti tal-liġi tal-UE mhuwiex evidenti jekk deċiżjoni tal-Europol vis-à-vis kumpanija privata hijiex sejra tkun suġġetta għal kontroll ġudizzjarju mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

27.

F’dan l-isfond, il-KEPD itenni l-opinjoni tiegħu li, bil-għan ukoll li jirrispetta l-mandat ta’ negozjar u l-qafas legali attwali tal-UE, il-kompitu tal-valutazzjoni tat-talbiet tat-Teżor tal-Istati Uniti għandu jiġi fdat lil awtorità ġudizzjarja pubblika.

II.2.3.   Il-proposta tagħti drittijiet infurzabbli (u protezzjoni) lis-suġġetti tad-dejta?

28.

Kif issemma diġà fil-parti introduttorja ta’ din l-opinjoni, il-proposta tistabbilixxi serje ta’ drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, bħad-dritt li jkunu informati, id-dritt tal-aċċess, id-dritt għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar, kif ukoll id-dritt għall-ksib ta’ rimedju. Madankollu, huwa importanti minn naħa waħda li jittejbu ċerti elementi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u, min-naħa l-oħra, li tiġi żgurata l-infurzabilità effettiva tagħhom.

29.

Fir-rigward tad-dritt tal-aċċess ta’ persuna għad-dejta personali tagħha, il-ftehim jistabbilixxi serje ta’ limitazzjonijiet. Il-KEPD jirrikonoxxi li, speċjalment fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-limitazzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ sakemm ikunu meħtieġa. Madankollu, il-proposta għandha tagħmilha ċara li, filwaqt li l-iżvelar ma’ persuna tad-dejta personali tagħha jista’ jkun limitat sewwa fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 15.2, l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta għandu f’kull każ ikun possibbli, sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jissodisfaw b’mod effettiv il-kompitu ta’ sorveljanza tagħhom. Ovvjament, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta sejrin ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u ma jiżvelawx id-dejta mal-persuna kkonċernata, sakemm jissussistu l-kundizzjonijiet għal eċċezzjoni.

30.

Fir-rigward tad-dritt ta’ rettifika, l-Artikolu 17. 2 jiddikjara li “Kull Parti għandha, meta jkun fattibbli, tinnotifika lill-parti l-oħra jekk issir taf li l-informazzjoni materjali li tkun ittrażmettiet lil jew irċeviet mingħand il-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim mhijiex preċiża jew affidabbli”. Il-KEPD jemmen li l-obbligu tar-rettifika ta’ dejta mhux preċiża jew mhux affidabbli huwa obbligu fundamentali mhux biss għas-suġġett tad-dejta, iżda wkoll għall-effettività tal-azzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. F’din il-perspettiva, l-awtoritajiet li jaqsmu d-dejta għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi li jiżguraw li din ir-rettifika tkun dejjem fattibbli, u l-proposta għandha għalhekk tħassar il-kelmiet “meta jkun fattibbli”.

31.

Madankollu, it-tħassib prinċipali tal-KEPD huwa relatat mal-infurzabilità konkreta ta’ dawn id-drittijiet. Minn naħa waħda, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u trasparenza, il-proposta għandha tikkjarifika f’aktar dettalji liema huma l-proċeduri konkreti li jistgħu jintużaw mis-suġġetti tad-dejta sabiex jinfurzaw id-drittijiet rikonoxxuti mill-ftehim, kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti.

32.

Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 20.1 jiddikjara b’mod espliċitu u ċar li l-ftehim “ma għandux joħloq jew jikkonferixxi xi dritt jew benefiċċju fuq kwalunkwe persuna jew entità, privata jew pubblika”. Il-KEPD jinnota li din id-dispożizzjoni tidher li tannulla jew għall-inqas tiddubita mill-effett vinkolanti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-ftehim li jipprovdi għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta li bħalissa la huma rikonoxxuti u lanqas infurzabbli skont il-liġi tal-Istati Uniti, b’mod partikolari meta s-suġġetti tad-dejta jkunu ċittadini mhux mill-Istati Uniti jew residenti permanenti. Pereżempju, l-Att dwar il-Privatezza tal-Istati Uniti jipprovdi dritt kwalifikat ta’ aċċess għal informazzjoni personali li huwa aktar b’saħħtu mid-dritt ġenerali ta’ aċċess mogħti lill-pubbliku ġenerali mill-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-Istati Uniti. Madankollu, l-Att dwar il-Privatezza tal-Istati Uniti jiddikjara b’mod ċar li talba għall-aċċess għar-reġistri ta’ persuna hija possibbli biss għal “ċittadin tal-Istati Uniti jew persuna barranija ammessa legalment għal residenza permanenti” (10).

33.

Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-formulazzjoni attwali tal-Artikolu 20.1 għandha tiġi riveduta sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet konferiti mill-proposta jiġu ddikjarati b’mod ċar u jkunu infurzabbli b’mod effettiv anki fit-territorju tal-Istati Uniti.

II.2.4.   Il-proposta tiżgura sorveljanza u superviżjoni indipendenti sodisfaċenti?

34.

L-Artikolu 12 tal-proposta jistabbilixxi livelli varji ta’ monitoraġġ tal-kundizzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti mill-ftehim. “Sorveljaturi indipendenti” jimmonitorjaw f’ħin reali u b’mod retrospettiv it-tfittxijiet imdaħħla fis-seħħ mit-Teżor tal-Istati Uniti. Barra minn hekk, “persuna indipendenti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea” twettaq monitoraġġ kontinwu tal-ewwel livell tas-sorveljanza, inkluż l-indipendenza tagħha. Għandu jiġi kkjarifikat x’sejrin ikunu l-kompiti ta’ din il-persuna indipendenti, kif sejjer jiġi garantit li hija attwalment tissodisfa l-kompiti tagħha u lil min tirrapporta.

35.

L-Artikolu 13 jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu għal reviżjoni konġunta, li trid titwettaq wara 6 xhur u mbagħad f’intervalli regolari. Din ir-reviżjoni konġunta titwettaq minn delegazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti, inkluż għar-rappreżentanti tad-delegazzjoni tal-UE ta’ żewġ awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta, u sejra tirriżulta f’rapport li l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

36.

Il-KEPD jenfasizza li s-sorveljanza indipendenti hija element prinċipali tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif ikkonfermat mill-Artikolu 16 tat-TFUE u l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. Riċentament, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet kriterji stretti għall-indipendenza fis-Sentenza tagħha tad-9 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja (11). Huwa ovvju li l-istess kriterji stretti ma jistgħux jiġu imposti fuq pajjiżi terzi, iżda huwa ċar ukoll li jista’ jkun hemm biss protezzjoni adegwata tad-dejta personali (12) sakemm ikun hemm garanziji suffiċjenti għas-sorveljanza indipendenti. Din hija wkoll kundizzjoni għall-ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi li s-sistema legali tagħhom ma tistabbilixxix il-ħtieġa ta’ kontroll minn awtorità indipendenti.

37.

F’dan l-isfond, huwa kruċjali li mill-inqas il-modalitajiet tas-sorveljanza u tar-reviżjoni konġunta, kif ukoll is-setgħat u l-garanziji tal-indipendenza tal-persuni involuti fis-sorveljanza jiġu definiti b’mod ċar fil-ftehim, minflok li jkunu “kkoordinati b’mod konġunt” jew stabbiliti fi stadju aktar tard mill-partijiet. B’mod partikolari, huwa importanti li jiġi żgurat li kemm il-persuna maħtura mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta jkunu f’pożizzjoni li jaġixxu b’mod indipendenti u li jwettqu b’mod effettiv il-kompiti ta’ sorveljanza tagħhom.

38.

Barra minn hekk, il-proposta ma għandhiex tiffissa biss id-data tal-ewwel reviżjoni konġunta, li għandha ssir wara 6 xhur, iżda wkoll il-preżentazzjoni kronoloġika tal-analiżi sussegwenti, li tista’ pereżempju sseħħ kull sena minn hemm ’il quddiem. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li tiġi stabbilita rabta bejn l-eżitu ta’ dawn ir-reviżjonijiet konġunti u t-tul ta’ żmien tal-ftehim.

39.

F’dan il-kuntest, il-KEPD jenfasizza li “klawżola sunset” hija mixtieqa, anki fid-dawl tad-disponibbiltà possibbli ta’ soluzzjonijiet aktar immirati fit-tul. “Klawżola sunset” tista’ tkun inċentiv tajjeb biex tiżgura li jitpoġġew l-isforzi meħtieġa fl-iżvilupp ta’ tali soluzzjonijiet, li jkun ifisser li ma jkun għad hemm ebda raġuni biex tkompli tintbagħat dejta f’ammonti kbar lit-Teżor tal-Istati Uniti.

40.

Sabiex tissaħħaħ l-effettività tas-sorveljanza u tar-reviżjoni konġunta, l-informazzjoni u d-dejta rilevanti għandhom ikunu disponibbli għan-numru ta’ talbiet għall-aċċess u r-rimedjar, is-segwitu possibbli (tħassir, korrezzjoni, eċċ), kif ukoll in-numru ta’ deċiżjonijiet li jillimitaw id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta. Fl-istess linja, safejn tkun ikkonċernata r-reviżjoni, l-informazzjoni għandha tkun disponibbli u rrappurtata fuq il-kwantità mhux biss tal-messaġġi “aċċessati” mit-Teżor tal-Istati Uniti, iżda wkoll tal-messaġġi “pprovduti” lit-Teżor tal-Istati Uniti. Dan għandu jiġi speċifikat fil-ftehim.

41.

Barra minn hekk, is-setgħat u l-kompetenzi tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta b’ebda mod ma għandhom ikunu limitati minn din il-proposta. F’din il-perspettiva, il-KEPD jinnota li l-proposta tagħmel pass lura fir-rigward tal-ftehim interim tat-TFTP. Għaldaqstant, filwaqt li l-ftehim preċedenti ddikjara fil-preambolu tiegħu li “dan il-Ftehim ma jidderogax mis-setgħat eżistenti tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri biex jipproteġu lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom”, il-proposta issa tirreferi għas-“sorveljanza tal-awtoritajiet kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta b’mod konsistenti mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan il-ftehim”. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-proposta tiddikjara b’mod ċar li l-ftehim ma jidderogax u ma jillimitax is-setgħat tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta.

III.   KONKLUŻJONIJIET

42.

Il-KEPD jirrikonoxxi li din il-proposta tipprevedi ċertu titjib sostanzjali fir-rigward tal-ftehim interim TFTP I, bħall-esklużjoni tad-dejta tas-SEPA, definizzjoni aktar limitata tat-terroriżmu, u dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

43.

Madankollu, il-KEPD jinnota li għandu jiġi ssodisfat prerekwiżit essenzjali għall-valutazzjoni tal-leġittimità ta’ ftehim ġdid tat-TFTP. In-neċessità tal-iskema għandha tiġi stabbilita fir-rigward tal-istrumenti tal-UE u internazzjonali eżistenti diġà.

44.

Jekk dan ikun il-każ, il-KEPD jirrimarka li għad hemm xi kwistjonijiet miftuħa li jridu jiġu indirizzati u elementi prinċipali li jridu jittejbu sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-qafas legali tal-UE dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali, bħal:

Li jiġi żgurat li t-trasferimenti kbar jiġu sostitwiti minn mekkaniżmi li jippermettu li d-dejta ta’ tranżazzjoni finanzjarja tiġi ffiltrata fl-UE, u li jiġi żgurat li tkun biss id-dejta rilevanti u meħtieġa li tintbagħat lill-Awtoritajiet tal-Istati Uniti

Li jitnaqqas b’mod konsiderevoli l-perjodu tal-ħżin għal dejta mhux estratta

Li l-kompitu tal-valutazzjoni tat-talbiet tat-Teżor tal-Istati Uniti jiġi fdat lil awtorità ġudizzjarja pubblika, b’konformità mal-mandat ta’ negozjar u l-qafas legali attwali tal-UE

Li jiġi żgurat li d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta konferiti mill-proposta jiġu ddikjarati b’mod ċar u jkunu infurzabbli b’mod effettiv anki fit-territorju tal-Istati Uniti

Li jissaħħu l-mekkaniżmi tas-sorveljanza u s-superviżjoni indipendenti, billi:

(i)

jiġi żgurat li l-kompiti u l-irwol tal-persuna maħtura mill-Kummissjoni Ewropea u tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta jkunu definiti sewwa u li dawn ikunu f’pożizzjoni li jaġixxu b’mod indipendenti u jwettqu l-kompiti ta’ sorveljanza tagħhom b’mod effettiv;

(ii)

jiġi żgurat li r-reviżjonijiet konġunti jsiru regolarment u li l-eżitu tagħhom jiġi marbut mat-tul tal-ftehim permezz ta’ klawżola sunset

(iii)

l-informazzjoni disponibbli tiġi estiża għas-sorveljaturi indipendenti u l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta

(iv)

jiġi evitat li l-ftehim jillimita s-setgħat tal-awtoritajiet Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta

Li tiġi inkluża referenza għal din l-opinjoni fil-preambolu tal-Proposta.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2010.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  SWIFT hija kumpanija bbażata fil-Belġju li globalment tipprovdi servizzi ta’ messaġġi lil istituzzjonijiet finanzjarji. Mill-2001 ’l hawn, it-Teżor tal-Istati Uniti ilu jibgħat ċitazzjonijiet amministrattivi lil SWIFT sabiex ikollu aċċess għal xi data personali relatata ma’ tranżazzjonijiet finanzjarji, riflessa fuq server li jinsab fuq territorju tal-Istati Uniti.

(4)  Ara l-Istqarrija għall-Istampa, http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/10/609&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en

(5)  Deċiżjoni ta’ Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(6)  B’mod partikolari, id-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu u r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi.

(7)  http://www.egmontgroup.org/library/download/5

(8)  Sentenza tat-2 ta’ Marzu 2010.

(9)  Ara, pereżempju, l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/JHA li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(10)  Dan huwa kkonfermat mill-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tat-Teżor tal-Istati Uniti “Meta tagħmel talba għal notifika ta’ jew aċċess għar-reġistri, din għandha: […] Tiddikjara li inti ċittadin tal-Istati Uniti jew persuna barranija ammessa legalment għal residenza permanenti fl-Istati Uniti; […]”, http://www.treas.gov/foia/how-to.html (aċċessata l-aħħar fil-21 ta’ Ġunju 2010).

(11)  Każ C-518/07, nyr.

(12)  L-Artikolu 10 tal-ftehim propost jiddikjara li t-Teżor tal-Istati Uniti huwa maħsub biex jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni.


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/16


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – “Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja”

2010/C 355/03

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (2), b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   DAĦLA

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2010, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata “Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja” (minn hawn ’il quddiem “Komunikazzjoni”) (3). Il-Komunikazzjoni ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni.

2.

Il-KEPD laqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li kien ikkonsultat mill-Kummissjoni. Anke qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni, il-KEPD kien ingħata l-possibilità li jagħti kummenti informali. Ħafna minn dawn il-kummenti tqiesu fil-verżjoni finali tad-dokument.

Għanijiet u skop tal-Komunikazzjoni

3.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon l-għan tal-Komunikazzjoni li huwa li tippreżenta “għall-ewwel darba, deskrizzjoni ġenerali sħiħa ta’ miżuri fil-livell tal-UE, li qegħdin jiġu implimentati jew li qed jiġu kkunsidrati, li jirregolaw il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni” (4). L-għan tad-dokument huwa wkoll li jipprovdi liċ-ċittadini ħarsa ġenerali lejn liema informazzjoni tinġabar, tinħażen u tinbidel dwarhom, għal liema għan u minn min. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, il-Komunikazzjoni għandha sservi wkoll ta’ għodda ta’ referenza trasparenti għal dawk il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’dibattitu dwar id-direzzjoni ġejjiena tal-politika tal-UE f’dan il-qasam. Għaldaqstant għandha tagħti kontribut fi djalogu politiku infurmat mal-partijiet interessati kollha.

4.

F’termini konkreti, il-Komunikazzjoni tgħid li għandha l-għan li tiċċara l-għan ewlieni tal-istrumenti, l-istruttura tagħhom, it-tipi ta’ dejta personali li jkopru, “il-lista tal-awtoritajiet b’aċċess għal tali dejta” (5) u d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u ż-żamma tad-dejta. Barra dan, l-Anness I jinkludi għadd limitat ta’ eżempji li juru kif dawn l-istrumenti jaħdmu fil-prattika.

5.

Barra minn hekk, id-dokument iressaq il-prinċipji wesgħin (“prinċipji sostantivi” u “prinċipji orjentati lejn il-proċess”) li l-Kummissjoni biħsiebha ssegwi fl-iżvilupp ġejjieni ta’ strumenti għall-ġbir, il-ħażna u l-iskambju tad-dejta. Taħt l-intestatura “Prinċipji Sostantivi”, il-Kummissjoni tinkludi prinċipji bħall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, in-neċessità, is-sussidjarjetà u ġestjoni preċiża tar-riskju. Il-“prinċipji orjentati lejn il-proċess” jinkludu l-kost effettività fl-ispejjeż, politika mfassla fuq l-għeruq, allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet, u klawsoli ta’ reviżjoni u tal-għeluq.

6.

Skont il-Komunikazzjoni, dawn il-priniċipji se jintużaw fil-valutazzjoni tal-istrumenti eżistenti. Fil-fehma tal-Kummissjoni l-adozzjoni ta’ approċċ imsejjes fuq il-prinċipji għall-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-politika għandha ssaħħaħ il-koerenza u l-effikaċja tal-istrumenti attwali u ġejjiena b’mod li tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.

L-Għan tal-Opinjoni tal-KEPD

7.

Il-KEPD jinnota li l-Komunikazzjoni hija dokument importanti li jagħti ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-istrumenti eżistenti u (possibilment) ġejjiena għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Hija tinkludi elaborazzjoni tal-Kapitoli 4.2.2 (Il-ġestjoni tal-fluss tal-informazzjoni) u 5.1 (Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni) tal-Programm ta’ Stokkolma (6). Hija se jkollha rwol importanti fl-iżvilupp ġejjien ta’ dan il-qasam. Huwa proprju minħabba dan il-fatt li l-KEPD iqis meħtieġ illi jikkummenta dwar id-diversi elementi tal-Komunikazzjoni, minkejja l-fatt li t-test innifsu tal-Komunikazzjoni mhuwiex se jinbidel.

8.

Il-KEPD biħsiebu jipprovdi xi ftit kunċetti addizzjonali li fil-fehma tiegħu għandhom jitqiesu fl-iżvilupp ġejjien fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Din l-opinjoni tispeċifika għadd ta’ kunċetti li ngħataw iktar qabel fl-Opinjoni tal-KEPD tal-10 ta’ Lulju 2009 dwar il-Komunikazzjoni dwar qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja li jaqdi liċ-ċittadin (7), u f’għadd ta’ opinjonijiet u kummenti oħrajn. Hija telabora wkoll fuq il-fehmiet ippreżentati f’okkażjonijiet iktar bikrija. F’dan il-kuntest, għandha ssir referenza wkoll għar-Rapport dwar il-Futur tal-Privatezza, adottat mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Artikolu 29 u mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Pulizija u l-Ġustizzja fl-1 ta’ Diċembru 2009. Dan ir-rapport, li jikkostittwixxi kontribut konġunt għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legali għad-drittijiet fundamentali fil-protezzjoni tad-dejta personali, u li għandu l-appoġġ tal-KEPD, ta direzzjonijiet importanti għall-ġejjieni tal-protezzjoni tad-dejta, li huma applikabbli wkoll għall-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali.

Kuntest tal-Opinjoni

9.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni bħala tweġiba għas-sejħa mill-Kunsill Ewropew (8) biex ikunu żviluppati strumenti ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni fuq il-livell tal-UE bi qbil mal-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni, u għal riflessjoni dwar Mudell Ewropew ta’ Skambju tal-Informazzjoni.

10.

Barra minn hekk, il-KEPD jinnota li l-Komunikazzjoni għandha tinqara bħala rispons għall-Programm ta’ Stokkolma msemmi iktar qabel, li jitlob li jkun hemm koerenza u konsolidazzjoni fl-iżvilupp tal-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tas-sigurtà interna tal-UE. B’mod iktar preċiż, il-Kapitolu 4.2.2 tal-Programm ta’ Stokkolma jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-ħtieġa tal-istrumenti attwali, inkluż il-qafas Prüm u l-hekk imsejħa Deċiżjoni Qafas Svediża. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jgħinu biex isir magħruf jekk l-istrumenti jiffunzjonawx kif kien maħsub u jekk jilħqux l-għanijiet tal-Istrateġija għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni.

11.

F’dan l-isfond, jenħtieġ issir enfasi fuq il-fatt li l-Programm ta’ Stokkolma jirreferi għal reġim qawwi ta’ protezzjoni tad-dejta bħala l-prerekwiżit ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni. Din l-enfasi qawwija fuq il-protezzjoni tad-dejta hija konformi bis-sħiħ mat-Trattat ta’ Lisbona li, kif imsemmi qabel, jinkludi dispożizzjoni ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta li tagħti lil kulħadd – anke lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi – id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta infurzabbli quddiem imħallef, u jobbliga lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew jistabbilixxu qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-dejta.

12.

Il-KEPD jappoġġa wkoll ir-rekwiżit tal-Istrateġija għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni li l-miżuri leġiżlattivi kollha li jiffaċilitaw il-ħażna u l-iskambju ta’ dejta personali għandhom ikunu proposti biss jekk ikunu bbażati fuq evidenza konkreta tal-ħtieġa tagħhom. Il-KEPD iddefenda dan l-approċċ f’diversi opinjonijiet li ta dwar proposti leġiżlattivi marbuta mal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, eż. dwar is-SIS tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (9), dwar aċċess infurzat tal-liġi għall-EURODAC (10), dwar ir-reviżjoni tal-EURODAC u r-Regolamenti ta’ Dublin (11), dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm ta’ Stokkolma (12) u dwar il-PNR (13).

13.

Tabilħaqq, il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tal-istrumenti eżistenti kollha għall-iskambju tal-informazzjoni qabel ma jiġu proposti oħrajn ġodda hija ta’ importanza essenzjali. Dan huwa iktar importanti meta nqisu l-fatt li l-qafas attwali huwa magħmul minn ġabra ta’ strumenti u sistemi differenti li ftit minnhom ġew implimentati biss dan l-aħħar u allura l-effikaċja tagħhom ma tistax tiġi vvalutata għalissa, ftit oħra għadhom fil-proċess tal-implimentazzjoni u ftit ġodda għadhom fil-fażi leġiżlattiva.

14.

Huwa għalhekk li l-KEPD jinnota b’sodisfazzjon li l-Komunikazzjoni tagħmel rabta ċara ma’ eżerċizzji oħrajn li nediet il-Kummissjoni biex tagħmel rendikont u valutazzjoni ta’ dan il-qasam ħalli tkompli ssegwi il-Programm ta’ Stokkolma.

15.

F’dan il-kuntest il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon b’mod partikolari eżerċizzju ta’ “mmappjar ta’ informazzjoni” li bdiet il-Kummissjoni f’Jannar 2010 b’koperazzjoni mill-qrib ma’ Tim ta’ Proġett ta’ Mmappjar tal-Informazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE u tal-EFTA, il-Europol, il-Eurojust, il-Frontex u l-KEPD (14). Kif imsemmi fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta komunikazzjoni dwar il-Mudell Ewropew għall-Iskambju ta’ Informazzjoni.

16.

Fil-fehma tal-KEPD il-fatt li saret rabta ċara bejn il-Komunikazzjoni u l-eżerċizzju ta’ “mmappjar ta” informazzjoni’ huwa tabilħaqq milqugħ b’ferħa peress li bejn dawn it-tnejn hemm relazzjoni ċara. Ovvjament, għadu kmieni wisq biex nivvalutaw ir-riżultat ta’ dawn l-eċerċizzji, u b’mod iktar ġenerali, ir-riżultat tad-diskussjonijiet dwar il-Mudell Ewropew għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (s’issa l-“eżerċizzju ta’ mmappjar” ġie ppreżentat mill-Kummissjoni bħala “eżerċizzju ta’ rendikont” biss). Il-KEPD se jkompli jsegwi din il-ħidma. Barra dan, f’dan l-istadju, huwa jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu pprovduti sinerġiji u li jkunu evitati konklużjonijiet diverġenti fl-eżerċizzji kollha magħmula mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar il-Mudell Ewropew għall-Iskambju ta’ Informazzjoni.

17.

Barra minn hekk, il-KEPD jixtieq jirreferi għar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-qafas għall-protezzjoni tad-dejta, u b’mod iktar partikolari għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħroġ b’qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-dejta, li jkun jinkludi wkoll koperazzjoni mill-pulizija u mill-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali.

18.

Fir-rigward ta’ dan, il-KEPD jinnota li l-Komunikazzjoni tirreferi – taħt l-intestatura “Salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta” – għall-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprovdi bażi legali għall-ħidma fuq skema komprensiva bħal din għall-protezzjoni tad-dejta. F’dan il-kuntest huwa jinnota wkoll li l-Komunikazzjoni tistqarr li hija mhijiex tanalizza dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta tal-istrumenti li qed jiġu diskussi peress li abbażi tal-Artikolu 16 imsemmi iktar ’il fuq, il-Kummissjoni fil-mument qiegħda taħdem fuq qafas komprensiv ġdid għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-UE. Huwa jittama li f’dak il-kuntest tingħata ħarsa ġenerali tajba lejn l-iskemi eżistenti u possibbilment diverġenti għall-protezzjoni tad-dejta u li ’l quddiem il-Kummissjoni tibbaża t-teħid tad-deċiżjonijiet ġejjiena tagħha fuq din il-ħarsa ġenerali.

19.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, minkejja li l-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon l-għanijiet u l-kontenut prinċipali tal-Komunikazzjoni, huwa jiġbed ukoll l-attenzjoni dwar il-fatt li dan id-dokument irid jitqies biss bħala l-ewwel pass fil-proċess tal-valutazzjoni, u li għandu jkun segwit b’miżuri iktar konkreti li għandhom jipproduċu politika komprensiva, integrata u strutturata tajjeb dwar l-iskambju u l-ġestjoni tal-informazzjoni.

II.   ANALIŻI TAL-KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI KOPERTI MILL-KOMUNIKAZZJONI

Limitazzjoni tal-iskop

20.

Fit-test tal-Komunikazzjoni l-Kummissjoni tirreferi għall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop bħala “kunsiderazzjoni ewlenija għall-parti l-kbira tal-istrumenti koperti f’din il-komunikazzjoni”.

21.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi li tagħmel il-Komunikazzjoni fuq il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop illi jesiġi li l-għanijiet li jiġġustifikaw il-ġbir tad-dejta personali għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar u mhux iktar tard minn żmien il-ġbir, u li d-dejta ma għandhiex tkun ipproċessata għal għanijiet li jkunu inkompatibbli ma’ dawk l-għanijiet inizjali. Kwalunkwe devjazzjoni mill-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop għandha tkun eċċezzjoni u għandha tkun implimentata biss b’kundizzjonijiet stretti u bil-protezzjoni kollha meħtieġa, legali, teknika jew protezzjoni oħra.

22.

Madankollu l-KEPD jinnota b’dispjaċir li l-Komunikazzjoni tiddeskrivi dan il-prinċipju fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta bħala kunsiderazzjoni ewlenija biss “għall-parti l-kbira tal-istrumenti koperti f’din il-komunikazzjoni”. Barra minn hekk, f’paġna 22, il-Komunikazzjoni tirreferi għas-SIS, is-SIS II u l-VIS u tgħid li “bl-eċċezzjoni ta’ dawn is-sistemi ta’ informazzjoni, il-limitazzjoni tal-iskop tidher li hija fattur ewlieni fit-tfassil tal-miżuri tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-UE”.

23.

Il-kliem ta’ dan it-test jista’ jagħti x’jifhem li qiegħed jissuġġerixxi li dan il-prinċipju ma kienx kunsiderazzjoni ewlenija fil-każi kollha u għas-sistemi u l-istrumenti kollha relatati mal-iskambju tal-informazzjoni fl-UE. Fir-rigward ta’ dan il-KEPD jinnota li eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet għal dan il-prinċipju huma possibbli u jistgħu wkoll ikunu meħtieġa, kif jirrikonoxxu l-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 3.2 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (15). Madankollu huwa obbligatorju li jkun żgurat illi kull strument ġdid relatat mal-iskambju tal-informazzjoni fl-UE jkun propost u adottat biss kemm-il darba l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop ikun tqies b’mod xieraq, u li kwalunkwe eċċezzjoni u restrizzjoni possibbli għal dan il-prinċipju tittieħed deċiżjoni fuqha fuq il-bażi ta’ każ b’każ u wara li tkun saret valutazzjoni serja. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma relevanti wkoll għas-SIS, is-SIS II u l-VIS.

24.

Kwalunkwe prattika oħra tmur kontra l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, kontra l-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta (eż. d-Direttiva 95/46/KE, Regolament (KE) Nru 45/2001 jew id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI) kif ukoll kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Dritijiet tal-Bniedem. Nuqqas ta’ rispett lejn il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop jista’ jikkaġuna żvijar fl-użu (function creep) ta’ dawn is-sistemi (16).

Neċessità u proporzjonalità

25.

Il-Komunikazzjoni (f’paġna 25) tirreferi għar-rekwiżiti mressqa fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem marbuta mat-“test tal-proporzjonalità” u tiddikjara li “f’kull proposta ta’ politika fil-futur, il-Kummissjoni se tevalwa l-impatt mistenni tal-inizjattiva fuq id-dritt tal-individwu għall-privatezza u l-ħarsien tad-dejta personali u se turi ’l għala tali impatt huwa meħtieġ u ’l għala s-soluzzjoni hija proporzjonata għall-għan leġittimu li tinżamm sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-prevenzjoni tal-kriminalità jew il-ġestjoni tal-migrazzjoni”.

26.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon l-istqarrijiet imsemmija hawn fuq minħabba li huwa kien qed jinsisti fuq il-fatt li r-rispett tal-proporzjonalità u n-neċessità għandhom ikunu predominanti fit-teħid ta’ kwalunkwe deċiżjoni fuq sistemi eżistenti u ġodda li jinvolvu l-ġbir u l-iskambju ta’ dejta personali. B’ħarsa prospettiva, dan huwa essenzjali wkoll għar-riflessjoni li qiegħda ssir bħalissa dwar kif għandha tkun l-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni u kif għandu jkun il-Mudell Ewropew għall-Iskambju tal-Informazzjoni.

27.

F’dan l-isfond il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li b’mod differenti mill-kliem tat-test użat mill-Kummissjoni meta tirreferi għall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop (ara par. 20-22 ta’ din l-Opinjoni), fir-rigward tan-neċessità, l-Kummissjoni timpenja ruħha li tivvaluta l-proposti politiċi ġejjiena kollha sa fejn dawn ikollhom x’jaqsmu mal-impatti fuq id-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u għad-dejta personali.

28.

Madankollu l-KEPD jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li r-rekwiżiti kollha li jirrigwardaw il-proporzjonalità u n-neċessità ġejjin mil-liġi eżistenti tal-UE (b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li issa hija parti mil-liġi primarja tal-UE) u l-ġurisprudenza stabbilita b’mod tajjeb tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fi kliem ieħor, il-Komunikazzjoni ma tintroduċi l-ebda element ġdid. Minflok, fil-fehma tal-KEPD, il-Komunikazzjoni m’għandhiex biss sempliċement tirrepeti dawn ir-rekwiżiti, iżda għandha tipprovdi wkoll għal miżuri u mekkaniżmi konkreti li jassiguraw li kemm in-neċessità u kemm il-proporzjonalità jiġu rrispettati u implimentati fil-prattika fil-proposti kollha li jkollhom impatt fuq id-drittijiet tal-individwi. Il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza, li hija diskussa f’par. 38-41, għandha tkun strument tajjeb biex jintlaħaq dan il-għan. Barra minn hekk, din il-valutazzjoni m’għandhiex tkopri biss il-proposti l-ġodda iżda għandha tkopri wkoll is-sistemi u l-mekkaniżmi eżistenti.

29.

Barra dan il-KEPD jieħu din l-opportunità wkoll biex jenfasizza li meta nikkunsidraw il-proporzjonalità u n-neċessità fl-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni, għandna ninsistu fuq il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tad-dejta fuq naħa u l-infurzar tal-liġi fuq l-oħra. Dan il-bilanċ ma jfissirx li l-protezzjoni tad-dejta se xxekkel l-użu ta’ informazzjoni li tkun meħtieġa biex jissolva delitt. L-informazzjoni kollha meħtieġa għal għan bħal dan tista’ tintuża b’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta (17).

Valutazzjoni oġġettiva u komprensiva għandha turi wkoll in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet

30.

Il-Programm ta’ Stokkolma jitlob li ssir valutazzjoni oġġettiva u komprensiva tal-istrumenti u tas-sistemi kollha li jittrattaw l-iskambju tal-informazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Il-KEPD, m’hemmx xi ngħidu, jappoġġa bis-sħiħ dan l-approċċ.

31.

Madankollu l-Komunikazzjoni sa issa ma tidhirx li hija bbilanċjata bis-sħiħ. Tidher li tagħti prijorità, għall-anqas fir-rigward taċ-ċifri u l-istatistiċi, lil dawk l-istrumenti li taw prova li kienu suċċess matul is-snin u li qed “stejjer ta’ suċċess” (eż. l-għadd ta’ hits ta’ suċċess fis-SIS u fl-EURODAC). Il-KEPD ma jiddubitax mis-suċċess ġenerali ta’ dawn is-sistemi. Madankollu, bħala eżempju, huwa jsemmi li r-rapporti tal-attività tal-Korp ta’ Sorveljanza Konġunta (JSA) għas-SIS (18) juru li, f’għadd mhux żgħir ta’ każi, it-twissijiet fis-SIS kienu skaduti, kellhom żbalji fil-kitba jew kienu ħżiena, u dan wassal (jew seta’ jwassal) ikkawża konsegwenzi negattivi lill-individwi involuti. Fil-Komunikazzjoni din l-informazzjoni ma tissemmiex.

32.

Il-KEPD jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid l-approċċ illi ttieħed fil-Komunikazzjoni. Il-KEPD jissuġerixxi li fil-ħidma ġejjiena dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni jiġu rrapportati wkoll in-nuqqasijiet u d-dgħufijiet – bħal, pereżempju, l-għadd ta’ persuni li ġew arrestati bi żball jew li ġarrbu xi inkonvenzja minħabba hit falza fis-sistema – sabiex ikun assigurat li jkun hemm bilanċ ġust.

33.

Pereżempju, il-KEPD jissuġġerixxi li d-dejta rigward hits fuq is-SIS/SIRENE (Anness 1) tkun ikkumplimentata b’referenza għall-ħidma li saret mill-JSA dwar l-affidabilità u l-preċiżjoni tat-twissijiet.

Responsabbilità

34.

Fost il-“prinċipji orjentati lejn il-proċess” telenka l-lista tal-paġni 26-27, il-Komunikazzjoni tirreferi għall-prinċipju ta’ “allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet”, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil inizjali tal-istrutturi governattivi. F’dan il-kuntest il-Komunikazzjoni tirreferi għall-problemi tal-proġett SIS II u għar-responsabbiltajiet ġejjiena tal-Aġenzija tal-IT.

35.

Il-KEPD jixtieq jieħu din l-opportunità biex jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tar-“responsabbilità” li għandu jkun implimentat ukoll fil-qasam tal-koperazzjoni ġuridika u mill-pulizija u li għandu rwol importanti fit-tnissil ta’ politika ġdida u iktar żviluppata tal-UE dwar l-iskambju ta’ dejta u dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni. Bħalissa l-prinċipju qiegħed jiġi diskuss fil-kuntest tal-ġejjieni tal-qafas Ewropew għall-protezzjoni tad-dejta, bħala għodda li tgħin lill-kontrolluri tad-dejta jnaqqsu r-riskju tan-nonkonformità bl-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi adegwati għall-protezzjoni effikaċi tad-dejta. Ir-responsabbilità tesiġi li l-kontrolluri jimplimentaw mekkaniżmi li jiżguraw il-konformità u li jipprovdu evidenza – bħal rapporti ta’ awditjar – li juru din il-konformità lill-partijiet interessati esterni, inklużi l-awtoritajiet superviżorji. (19) Il-KEPD enfasizza wkoll il-ħtieġa li jittieħdu miżuri bħal dawn fl-opinjonijiet tiegħu dwar il-VIS u s-SIS II fl-2005.

Privatezza bit-tfassil

36.

Il-Kummissjoni tirreferi għall-kunċett ta’ “privatezza fit-tfassil” f’paġna 25 tal-Komunikazzjoni (taħt Prinċipji “Salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta”) li jiddikjara li “meta tiżviluppa strumenti ġodda li jiddependu fuq l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-Kummissjoni se tfittex li ssegwi l-istrateġija magħrufa bħala ‘privatezza bit-tfassil’ ”.

37.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza għal dan il-kunċett (20) li bħalissa huwa żviluppat kemm għas-setturi privati u kemm għas-setturi pubbliċi b’mod ġenerali, u għandu jkollu wkoll rwol importanti fil-qasam tal-pulizija u l-ġustizzja (21).

Valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta

38.

Il-KEPD huwa konvint li din il-Komunikazzjoni tipprovdi opportunità tajba biex issir iktar riflessjoni fuq x’suppost nifhmu b’“valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta” (PIA) vera.

39.

Il-KEPD jinnota li la l-linji gwida ġenerali deskritti f’din il-Komunikazzjoni u lanqas il-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni (22) ma jispeċifikaw dan l-aspett u jiżviluppawh f’rekwiżit politiku.

40.

Għalhekk il-KEPD jirrakkomanda li għal strumenti ġejjiena ssir valutazzjoni tal-impatt iktar speċifika u rigoruża dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, jew bħala valutazzjoni separata jew bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet fundamentali ġenerali. Għandhom jiġu żviluppati indikaturi u fatturi speċifiċi li jiżguraw li kull proposta li jkollha impatt fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta tkun suġġetta għal skrutinju bir-reqqa. Il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li din il-kwistjoni tkun parti mill-ħidma li għadha għaddejja fuq il-qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-dejta.

41.

Barra minn hekk, f’dan il-kuntest jista’ jkun ta’ fejda li ssir referenza għall-Artikolu 4 tar-rakkomandazzjoni RFID (23) fejn il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex, b’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati relevanti tas-soċjetà ċivili, jiżguraw illi l-industrija tiżviluppa qafas għall-valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Anke r-Riżoluzzjoni ta’ Madrid, li ġiet adottata f’Novembru 2009 mill-Konferenza Internazzjonali tal-Kummissarji għall-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Dejta, kienet irrakomandat b’ħeġġa li l-implimentazzjoni tal-PIAs issir qabel l-implimentazzjoni ta’ sistemi u teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni għall-ipproċessar ta’ dejta personali jew qabel ma jsiru modifiki sostanzjali fl-ipproċessar eżistenti.

Id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta

42.

Il-KEPD jinnota li l-Komunikazzjoni ma tittrattax speċifikament il-kwistjoni importanti tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta li huma element vitali tal-protezzjoni tad-dejta. Huwa essenzjali li jkun żgurat li fis-sistemi u fl-istrumenti differenti kollha li jittrattaw l-iskambju tal-informazzjoni, iċ-ċittadini jkollhom l-istess drittijiet fir-rigward ta’ kif id-dejta personali tagħhom tiġi pproċessata. Ħafna mis-sistemi li ssir referenza għalihom fil-Komunikazzjoni saħansitra jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, għad illi bejn is-sistemi u l-istrumenti hemm ħafna varjazzjoni li mhix iġġustifikata.

43.

Għalhekk il-KEPD jistieden lill-Kummissjoni tistħarreġ b’iktar reqqa l-kwistjoni tal-allinjament tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta fl-UE fil-futur qrib.

L-użu tal-bijometriċi

44.

Minkejja li l-Kummissjoni tirreferi għall-użu tal-bijometriċi (24), hija ma tittrattax b’mod speċifiku l-fenomenu attwali tal-użu dejjem jiżdied ta’ dejta tal-bijometriċi fil-qasam tal-iskambju tal-informazzjoni fl-UE, inkluż fis-sistemi tal-informatika ta’ skala kbira fl-UE u f’għodod oħrajn tal-ġestjoni konfinali. Il-Komunikazzjoni lanqas ma tipprovdi xi direzzjoni konkreta dwar kif il-Kummissjoni biħsiebha tittratta din il-kwistjoni fil-ġejjieni u dwar jekk hijiex qiegħda taħdem fuq politika komprensiva fir-rigward ta’ din it-tendenza dejjem tikber. Dan huwa ta’ dispjaċir meta wieħed iqis kemm din il-kwistjoni hija tabilħaqq importanti u sensittiva mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta.

45.

F’dan l-isfond, il-KEPD jixtieq ifakkar li hu, f’ħafna okkażjonijiet, f’diversi fora u f’opinjonijiet differenti (25), enfasizza r-riskji possibbli marbuta mal-impatti maġġuri li l-użu tal-bijometriċi jista’ jkollu fuq id-drittijiet tal-individwi. F’dawn l-okkażjonijiet huwa kien issuġġerixxa wkoll li jiddaħħlu salvagwardji strinġenti fuq l-użu tal-bijometrika f’ċerti strumenti u sistemi partikolari. Il-KEPD kien ġibed l-attenzjoni wkoll dwar problema relatata mal-ineżattezzi inerenti fil-ġbir u fit-tqabbil tad-dejta bijometrika.

46.

Minħabba dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jieħu din l-opportunità biex jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa politika ċara u stretta rigward l-użu tal-bijometriċi fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, li tkun ibbażata fuq evalwazzjoni serja u valutazzjoni każ b’każ tal-ħtieġa tal-użu tal-bijometriċi, b’rispett sħiħ lejn il-prinċipji fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta bħall-proporzjonalità, in-neċessità u l-limitazzjoni tal-iskop.

L-operabilità tas-sistema

47.

F’okkażjoni preċedenti (26), il-KEPD qajjem għadd ta’ punti ta’ tħassib rigward il-kunċett tal-interoperabilità. Waħda mill-konsegwenzi tal-interoperabilità tas-sistemi hija l-ħolqien ta’ inċentiv biex ikunu proposti għanijiet ġodda għal sistemi tal-informatika fuq skala kbira li jmorru lil hinn mill-għan oriġinali u/jew għall-użu tal-bijometriċi bħala ċ-ċavetta ewlenija f’dan il-qasam. Jenħtieġu salvagwardji u kundizzjonijiet speċifiċi għal tipi differenti ta’ interoperabilità. Il-KEPD enfasizza wkoll f’dan il-kuntest li l-interoperabilità tas-sistemi għandha tkun implimentata b’rispett mistħoqq għall-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u b’mod partikolari għall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop.

48.

F’dan l-isfond, il-KEPD jinnota li l-Komunikazzjoni ma tirreferix speċifikament għall-kwistjoni tal-interoperabilità tas-sistemi. Għalhekk il-KEPD jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa politika dwar dan l-aspett essenzjali tal-iskambju tal-informazzjoni fl-UE, u jitlob ukoll li din għandha tkun parti mill-eżerċizzju tal-valutazzjoni.

Proposti leġiżlattivi li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni

49.

Il-Komunikazzjoni tinkludi kapitolu dwar il-proposti leġiżlattivi li għandhom jitressqu mill-Kummissjoni fil-ġejjieni. Fost oħrajn, id-dokument jirreferi għal proposta dwar il-Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) u proposta marbuta ma’ Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES). Il-KEPD jixtieq jagħmel xi rimarki dwar iż-żewġ proposti msemmija hawn fuq, li fuqhom, kif issuġġeriet il-Kummissjoni, diġà ttieħdet deċiżjoni.

Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati

50.

Kif enfasizzat f’punt 3 ta’ din l-Opinjoni, il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tippreżenta “deskrizzjoni ġenerali sħiħa ta’ miżuri fil-livell tal-UE (…) li jirregolaw il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni”.

51.

F’dak il-kuntest il-KEPD jistaqsi x’se jkun l-għan finali tal-Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati u kif din il-proposta, li bħalissa qiegħda tiġi studjata mill-Kummissjoni, se tkun koperta mill-għanijiet tal-infurzar tal-liġi u l-ġestjoni tal-migrazzjoni. F’paġna 20 il-Komunikazzjoni tgħid li “dan il-programm ikun jippermetti lil ċerti gruppi ta’ vjaġġaturi frekwenti minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE (…) permezz ta’ kontrolli tal-fruntiera ssimplifikati b’bibien awtomatizzati.” Għalhekk jidher li l-għan tal-istrumenti huwa li jiffaċilita l-ivvjaġġar għal dawk li jivvjaġġaw spiss. Għaldaqstant dawn l-istrumenti m’għandhom l-ebda rabta (diretta jew ċara) mal-għanijiet tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Sistema ta’ Dħul/Ħruġ fl-UE

52.

Meta tirreferi għal Sistema ġejjiena ta’ Dħul/Ħruġ fl-UE, il-Komunikazzjoni (paġna 20) tgħid li l-problema ta’ persuni li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih (overstayers), u tkompli tgħid li din il-kategorija ta’ nies kienet tikkostitwixxi “l-akbar grupp ta’ migranti irregolari fl-UE”. L-argument tal-aħħar huwa ppreżentat bħala r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ddeċidiet li tipproponi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ dħul/ħruġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE biex joqogħdu fiha għal mhux iktar minn tliet xhur.

53.

Barra dan, il-Komunikazzjoni tgħid li “din is-sistema tirreġistra l-ħin u l-post ta’ dħul u t-tul taż-żjara awtorizzata u tittrażmetti allerti awtomatizzati lill-awtoritajiet kompetenti li jidentifikaw individwi bħala ‘dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih’. Fuq bażi ta’ verifika ta’ dejta bijometrika, din tkun tuża l-istess sistema ta’ tqabbil bijometriku u tagħmir operattiv bħal dak li jintuża mis-SIS II u l-VIS.”

54.

Il-KEPD iqis li huwa essenzjali li jkun speċifikat il-grupp fil-mira ta’ persuni li jaqbżu l-perjodu ta’ tul intitolati għalih (overstayers) b’referenza għal definizzjoni legali eżistenti jew b’sostenn bi kwalunkwe ċifri u statistiċi affidabbli. Dan huwa iktar importanti meta nqisu li l-kalkoli kollha dwar l-għadd ta’ “overstayers” fl-UE bħalissa huma bbażati biss fuq stimi. Għandu jiġi ċċarat ukoll x’miżuri se jittieħdu mal-“overstayers” wara li jkunu ġew identifikati mis-sistema, meta l-UE s’issa għad m’għandhiex politika ċara u komprensiva dwar persuni li jaqbżu l-perjodu intititolati għalih fuq it-territorju tagħha.

55.

Iżjed minn hekk, il-kliem tat-test tal-Komunikazzjoni jissuġġerixxi li l-Kummissjoni diġà ħadet id-deċiżjoni li tintroduċi din is-sistema, filwaqt li fl-istess ħin, il-Komunikazzjoni tgħid ukoll li l-Kummissjoni bħalissa qiegħda tagħmel valutazzjoni tal-impatt. Il-KEPD jenfasizza li d-deċiżjoni li tiddaħħal sistema daqshekk kumplessa u li tinvadi daqstant il-privatezza tal-individwu għandha tittieħed biss abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt speċifika li tipprovdi evidenza u informazzjoni konkreta dwar għaliex sistema bħal hija meħtieġa u għaliex ma kienx possibbli li jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet alternativi li jkunu bbażati fuq sistemi eżistenti.

56.

Fl-aħħar nett, jidher li l-Kummissjoni qiegħda torbot din is-sistema ġejjiena mas-sistema tat-tqabbil bijometriku u ma’ apparat operattiv tas-SIS II u tal-VIS. Madankollu dan isir mingħajr l-ebda referenza għall-fatt li s’issa la s-SIS II u lanqas il-VIS għadhom ma daħlu fis-seħħ u li f’dan l-istadju d-dati eżatti ta’ meta se jibdew jaħdmu għadhom mhumiex magħrufa. Fi kliem ieħor, is-sistema ta’ dħul/ħruġ tiddependi ħafna minn sistemi bjometriċi u operattivi li għadhom ma bdewx jitħaddmu, u kaġun ta’ dan, ma kienx possibbli illi ssir valutazzjoni adegwata tar-rendiment u tal-funzjonalitajiet tagħhom.

Inizjattivi li għandhom jiġu studjati mill-Kummissjoni

57.

Fil-kuntest tal-inizjattivi li għandhom jiġu studjati mill-Kummissjoni – u għalhekk li fuqhom il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni finali – il-Komunikazzjoni, abbażi tat-talbiet magħmula fil-Programm ta’ Stokkolma, tirreferi għal 3 inizjattivi: sistema tal-UE tar-rintraċċar tal-finanzjament tat-terroristi (ekwivalenti għall-TFTP tal-Istati Uniti), Sistema Elettronika ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ESTA) u Sistema ta’ Indiċi Ewropea tar-Rekords tal-Pulizija (EPRIS).

58.

Il-KEPD se jsegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha marbuta ma’ dawn l-inizjattivi u biħsiebu jagħmel kummenti u suġġerimenti meta jkun xieraq.

III.   KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

59.

Il-KEPD jappoġġa bis-sħiħ il-Komunikazzjoni li tagħti ħarsa ġenerali sħiħa lejn is-sistemi tal-iskambju tal-informazzjoni tal-UE li qegħdin fis-seħħ u lejn dawk ippjanati għall-ġejjieni. F’għadd ta’ opinjonijiet u kummenti, il-KEPD appoġġa l-ħtieġa li ssir valutazzjoni tal-istrumenti kollha eżistenti għall-iskambju tal-informazzjoni qabel ma jkunu proposti oħrajn ġodda.

60.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll ir-referenza li tagħmel il-Komunikazzjoni għall-ħidma li għadha għaddejja dwar il-qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE, li għandha titqies ukoll fil-kuntest tal-ħidma fuq il-ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni tal-informazzjoni fl-UE.

61.

Il-KEPD iqis li din il-Komunikazzjoni hija l-ewwel pass fil-proċess tal-valutazzjoni. Din għandha tkun segwita b’valutazzjoni vera li għandha tipproduċi politika komprensiva, integrata u strutturata tajjeb tal-UE dwar l-iskambju u l-ġestjoni tal-informazzjoni. F’dak il-kuntest, il-KEPD huwa kuntent li jista’ josserva r-rabta illi saret ma’ eżerċizzji oħra mnedija mill-Kummissjoni bħala reazzjoni għall-Programm ta’ Stokkolma, b’mod partikolari l-eżerċizzju tal-“immappjar tal-informazzjoni” mmexxi mill-Kummissjoni b’koperazzjoni mill-qrib mat-Tim tal-Proġett ta’ Mmappjar tal-Informazzjoni.

62.

Il-KEPD jissuġġerixxi li fil-ħidma ġejjiena tiegħu dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni jiġu rrapportati u meqjusa wkoll in-nuqqasijiet u d-dgħjufijiet tas-sistema, bħal pereżempju l-għadd ta’ persuni li ġew arrestati bi żball jew li ġarrbu xi inkonvenzja minħabba hit falza fis-sistema.

63.

Il-limitazzjoni tal-iskop għandha titiqies kunsiderazzjoni ewlenija għall-istrumenti kollha li jittrattaw l-iskambju tal-informazzjoni fl-UE, u jistgħu jiġu proposti strumenti ġodda biss jekk il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop ikun tqies u rrispettat kif xieraq matul l-elaborazzjoni. Dan jibqa’ japplika wkoll tul l-implimentazzjoni kollha.

64.

Il-KEPD jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżgura, billi tiżviluppa miżuri u mekkaniżmi konkreti, li l-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità jiġu rispettati u implimentati fil-prattika fil-proposti ġodda kollha li jkollhom impatt fuq id-drittijiet tal-individwi. Fir-rigward ta’ din il-kwistjoni, jenħtieġ issir ukoll valutazzjoni tas-sistemi li diġà jeżistu.

65.

Il-KEPD huwa wkoll konvint li din il-Komunikazzjoni tipprovdi opportunità eċċellenti biex ikun speċifikat aħjar x’inhu mfisser eżatt b’“valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta” u biex titnieda diskussjoni f’dan ir-rigward.

66.

Huwa jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa politika iktar koerenti u konsistenti fuq il-prerekwiżiti tal-użu tal-bijometriċi, politika fuq l-operabilità tas-sistemi u żieda fl-allinjament fil-livell tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

67.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll ir-referenza li saret għall-kunċett tal-“privatezza bit-tfassil” li qiegħed jiġi żviluppat bħalissa kemm għas-setturi privati u kemm għas-setturi pubbliċi b’mod ġenerali, u li allura għandu rwol importanti fil-qasam tal-pulizija u l-ġustizzja.

68.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rimarki u t-tħassib rigward il-kapitlu intitolat “Proposti leġiżlattivi li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni” dwar is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ u l-Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2010.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  COM(2010) 385 finali

(4)  Paġna 3 tal-Komunikazzjoni.

(5)  Fir-rigward ta’ dan il-paragrafu, il-KEPD jemmen li l-kliem “il-Komunikazzjoni tikkjarifika (…) il-lista tal-awtoritajiet b’aċċess għal tali data” tista’ tinftiehem ħażin, minħabba li l-Komunikazzjoni la tinkludi listi bħal dawn u lanqas tikkjarifikahom. Hija tirreferi biss għall-kategoriji ewlenin tal-persuni jew l-awtoritajiet li għandhom l-aċċess għad-dejta.

(6)  Il-Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini, Dokument tal-Kunsill 5731/2010, 3.3.2010.

(7)  Opinjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li jservi liċ-ċittadin.

(8)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna tal-UE, Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 30.11.2009.

(9)  Opinjoni tad-19 ta’ Ottubru 2005 dwar tliet Proposti rigward is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II).

(10)  Opinjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposti dwar l-aċċess tal-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi għall-EURODAC.

(11)  Opinjoni tat-18 ta’ Frar 2009 dwar il-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…](li jistabbilixxi l-kriterja u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida) u l-Opinjoni tat-18 ta’ Frar 2009 dwar il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida.

(12)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 6.

(13)  Opinjoni tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-abbozz ta’ Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi.

(14)  L-għan funzjonali tal-eżerċizzju jikkorrispondi mal-għan tad-Deċiżjoni Qafas Svediża (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI), jiġifieri l-iskambju ta’ informazzjoni għal investigazzjoni kriminali u operazzjonijiet tal-intelliġenza kriminali.

(15)  

“Aktar ipproċessar għal fini ieħor għandu jkun permess biss jekk: (a) ma jkunx inkompatibbli mal-finijiet li għalih tkun inġabret id-data; (b) l-awtoritajiet kompetenti huma awtorizzati jipproċessaw tali data għal tali fini ieħor skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli; u (c) l-ipproċessar huwa meħtieġ u proporzjonat għal dak il-fini l-ieħor”.

(16)  Ara b’mod partikolari l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposti dwar l-aċċess tal-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi għall-EURODAC li tirreferi għalih in-nota ta’ qiegħ il-paġna 10.

(17)  Ara, pereżempju, l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-PNR Ewropew, iċċitata f’nota ta’ qiegħ il-paġna 13.

(18)  Ara s-7 u t-8 Rapport tal-Attivitajiet dwar is-SIS JSA disponibbli fuq http://www.schengen-jsa.dataprotection.org/ b’mod partikolari l-kapitoli fuq l-Artikoli 96 u 99 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.

(19)  Ara d-diskors mogħti mill-KEPD fil-Konferenza Ewropea tal-Kummissarji dwar il-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Dejta, Praga, 29 ta’ April 2010.

(20)  Dwar il-Privatezza bit-Tfassil, ara l-Opinjoni tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar il-promozzjoni tal-fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni bit-trawwim tal-protezzjoni u tal-privatezza tad-dejta u l-Opinjoni tat-22 ta’ Lulju 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni fuq l-Użu ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fl-Ewropa u l-Proposta ta’ appoġġ għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistipula l-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport.

(21)  L-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm ta’ Stokkolma rrakkomandat li għandu jkun hemm obbligu legali għal dawk li jibnu u jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni biex jiżviluppaw u jużaw sistemi li jkunu konformi mal-prinċipju tal-“privatezza bit-tfassil”.

(22)  SEK(2009) 92, 15.1.2009.

(23)  C(2009) 3200 finali, 12.5.2009.

(24)  Eż. fil-kuntest tal-limitazzjoni tal-iskop u d-dupplikar potenzjali tal-funzjoni (paġna 22) u fil-kuntest tal-ġestjoni effettiva tal-identità (paġna 23).

(25)  Ara pereżempju: l-Opinjoni dwar il-Programm ta’ Stokkolma (nota ta’ qiegħ il-paġna 7), l-Opinjoni dwar tliet proposti li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (nota ta’ qiegħ il-paġna 9) jew il-Kummenti tal-10 ta’ Marzu 2006 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2005 dwar effettività aħjar, interoperabilità u sinerġiji mtejba fost id-databases Ewropej fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern (nota ta’ qiegħ il-paġna 22).

(26)  Il-Kummenti tal-KEPD tal-10 ta’ Marzu 2006 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2005 dwar effettività aħjar, interoperabilità u sinerġiji mtejba fost id-databases Ewropej fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Intern.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/24


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5952 – CPPIB/Onex/Tomkins)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 355/04

Fl-10 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5952. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/24


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6040 – Europcar/Daimler/car2go Hamburg JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 355/05

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6040. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/25


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6072 – Carlyle/Primondo Operations)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 355/06

Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6072. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/26


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Diċembru 2010

2010/C 355/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3195

JPY

Yen Ġappuniż

108,20

DKK

Krona Daniża

7,4544

GBP

Lira Sterlina

0,85345

SEK

Krona Żvediża

8,9968

CHF

Frank Żvizzeru

1,2513

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8255

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,355

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

279,15

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7098

PLN

Zloty Pollakk

3,9823

RON

Leu Rumen

4,2890

TRY

Lira Turka

2,0564

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3038

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3221

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2666

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7450

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7091

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 512,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

8,8242

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7414

HRK

Kuna Kroata

7,3879

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 898,93

MYR

Ringgit Malażjan

4,0832

PHP

Peso Filippin

57,930

RUB

Rouble Russu

39,9350

THB

Baht Tajlandiż

39,829

BRL

Real Brażiljan

2,2222

MXN

Peso Messikan

16,2668

INR

Rupi Indjan

59,4650


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/27


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 355/08

Għajnuna Nru: XA 154/10

Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità ta' Benedikt

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja podeželja v Občini Benedikt 2010–2013

Bażi legali: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v Občini Benedikt (II Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2010 – EUR 17 293,00

2011 – EUR 17 293,00

2012 – EUR 17 293,00

2013 – EUR 17 293,00

Intensità massima tal-għajnuna: Investiment f’azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli f’żoni anqas vantaġġati,

sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli f’żoni oħra,

60 % f'żoni anqas vantaġġati, u 50 % f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti minn bdiewa żgħażagħ.

Konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba fir-rigward ta' investimenti jew xogħlijiet kapitali intenzjonati għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali mhux produttivi. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu kumpens raġonevoli għax-xogħol imwettaq mill-bidwi nnifsu, jew mill-ħaddiema tiegħu sa limitu ta' EUR 10 000 fis-sena,

sa 60 %, jew 75 % f'żoni anqas vantaġġati, tal-ispejjeż reali mġarrba fir-rigward ta' investimenti jew xogħlijiet kapitali intenzjonati għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali ta' assi produttivi fuq azjendi agrikoli, sakemm dak l-investiment ma jwassal għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda,

sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba minħabba użu ta’ materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Għajnuna għall-ixprunar tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Forniment ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-forma ta' servizzi ssussidjati li ma jinvolvux pagamenti diretti ta' flus lil produtturi.

Data tal-implimentazzjoni: Id-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli:

Ir-regoli dwar l-għotja tal-għajnuna mill-Istat u għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħra għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp tal-agrikoltura u ż-żoni rurali fil-Muniċipalità ta’ Benedikt (Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v Občini Benedikt ) inklużi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-Għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

—   Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli

—   spejjeż eliġibbli: kostruzzjoni, akkwist jew titjib ta' proprjetà immobbli u spejjeż ġenerali marbuta ma' nefqa eliġibbli bħal din,

—   Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajsaġġi u ta' bini tradizzjonali

—   spejjeż eliġibbli: investiment fil-preżervazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali mhux produttivi li jinsabu f'azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku) u fil-protezzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali ta' assi produttivi fuq azjendi agrikoli, bħal bini, sakemm l-investiment ma jwassal għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda,

—   Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art

—   spejjeż eliġibbli: spejjeż legali u amministrattivi,

—   Artikolu 14: Għajnuna għall-ixprunar tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità

—   spejjeż eliġibbli: spejjeż ta' attivitajiet marbuta ma' riċerka tas-suq, kunċettwalizzazzjoni u disinn ta' prodott; spejjeż ta' introduzzjoni ta' sistemi ta' traċċabbiltà, sistemi biex jiżguraw ħarsien tal-awtentiċità, u normi tal-kummerċjalizzazzjoni jew sistemi ta' awditjar ambjentali; spejjeż ta' taħriġ tal-persunal biex jiġu applikati skemi u sistemi relatati mal-ispejjeż imsemmijin hawn fuq; spejjeż ta' tariffi mħallsa minn entitajiet li jiċċertifikaw għaċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-assigurazzjoni ta' kwalità u sistemi simili. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi,

—   Artikolu 15: Forniment ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

—   spejjeż eliġibbli: spejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ bdiewa u nies li jaħdmu fil-farms, servizzi ta’ konsulenza li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika, l-organizzazzjoni ta’ fora għall-iskambju ta' għarfien bejn l-azjendi agrikoli, kompetizzjonijiet, esebizzjonijiet u fieri, parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' dan it-tip, pubblikazzjonijiet u servizzi għal sostituzzjoni tal-azjenda agrikola. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi agrikoli kollha

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Benedikt

Čolnikov trg 5

SI-2234 Benedikt

SLOVENIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=201065&objava=3633

Informazzjoni oħra: —

Župan

Milan GUMZAR

Għajnuna Nru: XA 164/10

Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje Občine Piran

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora in ukrepi za razvoj kmetijstva in podeželja v Občini Piran

Bażi legali: Pravilnik o izvajanju pomoči za razvoj kmetijstva in podeželja v Občini Piran za programsko obdobje 2011–2013 (poglavje IV)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2011 – EUR 75 000

2012 – EUR 82 000

2013 – EUR 90 000

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Investiment f’azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’żoni żvantaġġati,

sa 40 % f'żoni oħra.

(2)

Għajnuna għal investiment fil-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % tal-ispejjeż għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni relatata mal-proġetti għar-rikostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv u li jinsabu f'azjendi agrikoli,

sa 60 %, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, tal-ispejjeż għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni relatata mal-proġetti għar-rikostruzzjoni ta' assi produttivi f'azjendi agrikoli, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda agrikola.

(3)

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' ħbula ta' art:

sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi reali mġarrba, inkluż l-ispejjeż tal-ispezzjonijiet.

(4)

Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli dovuti għall-attivitajiet ta’ riċerka tas-suq, il-kunċett u d-disinn tal-prodott, li jinkludi l-għajnuna mogħtija għall-preparazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, denominazzjonijiet tal-oriġini jew ċertifikati ta’ karattru speċifiku f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti, l-introduzzjoni ta' skemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u t-taħriġ tal-persunal biex japplikaw skemi u sistemi. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta’ servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi.

(5)

Għajnuna sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi ta' konsultazzjoni pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'forums biex jinqasam l-għarfien bejn negozji, kompetizzjonijiet u fieri, publikazzjonijiet, katalgi u siti elettroniċi. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta’ servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-eżenzjoni għall-iskema ta' għajnuna fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Biex jingħata appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikolu(i) applikabbli u l-ispejjeż eliġibbli koperti mill-iskema ta' għajnuna jew mill-għajnuna individwali:

L-abbozz tar-Regoli dwar il-provvediment tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Piran għall-perjodu ta’ programmar 2011-2013 (Kaptolu IV) jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3):

—   Artikolu 4: Investiment f’azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja,

—   Artikolu 5: Investiment għall-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali,

—   Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,

—   Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

—   Artikolu 15: Għajnuna sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Piran

Tartinijev trg 2

SI-6330 Piran

SLOVENIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.piran.si/index.php?page=static&item=418

Informazzjoni oħra: Meta din l-iskema tidħol fis-seħħ, l-iskema XA 418/07 ma tibqax tapplika.

Is-sit elettroniku msemmi hawn fuq jipprovdi aċċess għall-bażi legali: Pravilnik o izvajanju drzavne pomoci na podrocju kmetijstva_2011_2013.doc (150 KB).

Predstojnica Urada za gospodarstvo in turizem

Tanja FRANCA

Għajnuna Nru: XA 165/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Veneto

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Progetti formativi rivolti a favore delle imprese attive nella produzione di prodotti agricoli

Bażi legali: L. 845/1978 «Legge quadro in materia di formazione professionale».

L.R. n. 10 del 30.1.1990«Ordinamento del sistema della formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro»

DGR n. 1920 del 27 luglio 2010 della Regione del Veneto.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 300 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006):

L-għajnuniet huma maħsuba għat-twettiq ta' azzjonijiet ta' taħriġ kontinwu ta' diversi tipi:

azzjonijiet bil-għan li jwasslu għall-awtorizzazzjoni tal-akkwist u l-użu ta' prodotti fitosanitarji,

azzjonijiet bil-għan li jinkisbu liċenzji tas-snajja' jew ċertfikati ta' kwalifika, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u li għalihom il-komponent tat-taħriġ u tal-aġġornament għandu valur partikolari,

azzjonijiet ta' aġġornament jew perfezzjonament tematiku,

azzjonijiet maħsuba għall-ksib ta' “ħila professjonali” xierqa skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta' Digriet Leġiżlattiv Nru 99/2004 (Imprenditore agricolo professionale).

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, Forestrija u Sajd.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione del Veneto

Palazzo Balbi

Dorsoduro 3901

30123 Venezia VE

ITALIA

Tel. +39 412795030

Fax +39 412795085

Posta elettronika: dir.formazione@regione.veneto.it

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.veneto.it/Servizi+alla+Persona/Formazione+e+Lavoro/ModulisticaREG.htm

agħżel il-ħolqa “settore primario”

Informazzjoni oħra: Għal tagħrif:

Direzione Regionale Formazione

Fondamenta S. Lucia

Cannaregio 23

30121 Venezia VE

ITALIA

Tel. +39 412795029-5030

Fax +39 412795085

Posta elettronika: dir.formazione@regione.veneto.it

Għajnuna Nru: XA 169/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Provincie Utrecht (Utrecht)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pilots duurzaam ondernemen

Bażi legali: Subsidieverordening inrichting landelijk gebied 2006

Besluit subsidiekader ILG-AVP, artikel 3.2.1 Pilots duurzaam ondernemen

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 – Appoġġ Tekniku

Din l-għajnuna hija skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(2)-(4).

B'mod partikulari:

fir-rigward tal-paragrafu 2: l-għajnuna għandha tingħata biss għall-ispejjeż speċifikati f'dan l-Artikolu,

fir-rigward tal-paragrafu 3: l-intensità tal-għajnuna hija anqas minn 100 % tal-ispiża tal-proġett. L-għajnuna għandha tingħata lill-konsulenza li tipprovdi servizzi lill-produtturi parteċipanti. Għalhekk tieħu l-forma ta' servizzi ssussidjati ta' konsulenza. Ma tinvolvix pagamenti diretti ta' flus lil produtturi,

fir-rigward tal-paragrafu 4: il-produtturi kollha fis-settur rilevanti tal-qasam konċernat jistgħu jipparteċipaw fil-proġett appoġġat.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għotja ta' darba li ma taqbiżx EUR 52 020 matul il-perjodu mill-15 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2012

Intensità massima tal-għajnuna: 90 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: Il-15 ta' Lulju 2010 jew wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , kif speċifikat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2012

Għan tal-għajnuna: Għotja ta' darba lil Wageningen – UR Livestock Research għall-proġett “Haal meer uit gras”

Għan: biex il-bdiewa li għandhom azjendi tal-ħalib jitgħallmu japplikaw aktar għarfien tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-użu tal-mergħat

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-ħalib fil-parti tal-Lvant tal-provinċja ta' Utrecht

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Utrecht

Postbus 80300

3508 TH Utrecht

NEDERLAND

Indirizz talInternet: http://www.provincie-utrecht.nl/onderwerpen/landbouw/vitaal-platteland/steunregelingen/#subcontent

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 177/10

Stati Membri: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Paramos teikimas už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą (schemos Nr. XA 40/10 pakeitimas).

Bażi legali: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2007 m. balandžio 13 d. įsakymo Nr. 3D-162 „Dėl paramos teikimo už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą taisyklių patvirtinimo ir žemės ūkio ministro 2006 m. gegužės 26 d. įsakymo Nr. 3D-217 bei žemės ūkio ministro 2006 m. spalio 3 d. įsakymo Nr. 3D-385 pripažinimo netekusiais galios“ pakeitimo projektas.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: LTL 3 100 000 (EUR 897 822 bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-euro).

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Rimborż sa 100 % tal-ispejjeż għat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta fejn hemm l-obbligu li jsiru testijiet TSE fuq il-bhejjem mejta kkonċernati.

(2)

Rimborż sa 100 % tal-ispejjeż għat-tneħħija u sa 75 % tal-ispejjeż għall-qerda tal-bhejjem mejta:

għat-tneħħija ta' baqar, nagħaġ jew mogħoż mejta minbarra dawk suġġetti għal ittestjar TSE obbligatorju,

għat-tneħħija ta' żwiemel mejta,

għat-tneħħija ta' majjali mejta – applikabbli għas-sidien kollha ta' majjali ħlief għal dawk li għandhom aktar minn 1 000 majjal.

(3)

Rimborż sa 61 % tal-ispejjeż għat-tneħħija u rimborż sa 59 % tal-ispejjeż għall-qerda:

għat-tneħħija ta' majjali mejta – applikabbli għas-sidien tal-majjali li għandhom iktar minn 1 000 majjal, b'dan l-għadd ikun abbażi tad-dejta għall-1 ta' Jannar tas-sena attwali li tinsab fir-reġistru tal-annimali tal-irziezet li jiżamm mill-intrapriża tal-Istat – “Iċ-ċentru ta' informazzjoni agrikola u ta' kummerċ rurali”.

għat-tneħħija ta' għasafar mejta.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tal-għajnuna għandha tidħol fis-seħħ wara li l-Kummissjoni tkun bagħtet avviż tal-wasla, tkun assenjat numru ta' identifikazzjoni lill-iskema u tkun ippubblikat l-informazzjoni fil-qosor fuq l-internet.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju

Biex jipprovdu għajnuna lill-intrapriżi u lill-bdiewa li jaħdmu fis-settur tal-bhejjem sabiex jiżguraw monitoraġġ konsistenti tal-programm ta' kontroll u tneħħija sikura tal-bhejjem mejta kollha.

Japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19

LT-01103 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Indirizz tal-Internet: http://www.lrs.lt/pls/proj/dokpaieska.showdoc_l?p_id=48722

Informazzjoni oħra: Fir-rigward tal-fondi ppjanati għall-2010 għal għajnuna fl-immaniġġjar tal-prodotti derivati mill-annimali, u fid-dawl tal-fatt li fl-1 ta' Marzu 2010 daħlet fis-seħħ l-iskema ġdida ta' għajnuna mill-Istat għat-tneħħija u l-qerda ta' prodotti derivati mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, l-ammonti previsti għall-ġbir u pproċessar tal-prodotti derivati mill-annimali ma jikkorrispondux għar-realtà: peress li ġew antiċipati kwantitajiet akbar ta' prodotti derivati mill-annimai li jirrappreżentaw riskju ta' trażmissjoni ta' enċefalopatija sponġiformi (mill-annimali bovini b'età akbar minn 24 xahar, u nagħaġ u mogħoż b'età akbar minn 18 -il xahar), ġie deċiż li s-sussidju għall-ispejjeż ta' tneħħija u qerda ta' dawn ikun b'rata ta' 100 %. Fid-dawl ta' approprjazzjonijiet disponibbli, ġie deċiż li għandhom jiġu ssussidjati t-tneħħija u l-qerda ta' prodotti oħra derivati mill-majjali u l-għasafar li nstabu mejta, b'rata ta' 18 % biss tal-ispejjeż għall-ġbir u qerda tagħhom. Wara li għaddew l-ewwel sitt xhur tas-sena, kien ċar li ma kienx se jintlaħaq l-ammont ta' prodotti derivati mill-annimal li għalihom ġie allokat finanzjament ta' 100 %, li wassal sabiex tiżdied l-intensità ta' għajnuna għas-setturi tal-majjali u tat-tjur li normalment ma jkunux megħjuna sew (żieda sa 61 % għat-tneħħija u sa 59 % għall-qerda).

Taħt din l-iskema, is-sistema għall-għoti ta' għajnuna mill-Istat għall-immaniġġjar ta' annimali misjuba mejta u li jistgħu jkunu infettati b'enċefalopatija sponġiformi ma nbidlitx, u l-ispejjeż għat-tneħħija tagħhom (trasport) u l-qerda huma koperti sa 100 %. Għajnuna simili tiġi mogħtija biex jiġu koperti l-ispejjeż għall-immaniġġjar tal-karkassi ta' annimali tal-laboratorji mejta jew annimali misjuba mejta mill-awtoritajiet pubbliċi meta s-sidien tal-annimali ma jistgħux jiġu stabbiliti, f'każ li dawn ikunu ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent, u għal annimali selvaġġi misjuba mejta u li hemm suspett li ġew infettati b'mard li jista' jiġi trażmess lill-bniedem jew lill-annimali.

L-ispejjeż marbuta ma' bhejjem tal-ifrat oħra, nagħaġ u mogħoż, żwiemel u majjali huma koperti sa 100 % għat-tneħħija u sa 75 % għall-qerda tagħhom.

Ladarba tidħol fis-seħħ din l-iskema, l-iskema ta' għajnuna mill-Istat XA 40/10 mhix se tapplika iżjed.

Għajnuna Nru: XA 197/10

Stati Membri: L-Irlanda

Reġjun: Stat Membru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Provision of consultancy services and technical expertise to the Irish Sheep Industry

Bażi legali: National Development Plan 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta’ miljun EUR fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Jannar 2011

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Il-punt fokali tal-programm il-ġdid għat-trobbija tan-nagħaġ hu li

jiżdiedu l-qligħ mill-merħla nazzjonali tan-nagħaġ u s-sostennibbiltà tagħha billi titjieb il-produttività u jitnaqqsu l-ispejjeż tas-settur, b’enfasi ċara fuq il-ħtiġijiet tas-suq,

jitmexxew bidliet u modifiki infrastrutturali sinifikanti fis-sistema nazzjonali tat-trobbija tan-nagħaġ sabiex tkun żgurata struttura vijabbli u sostenibbli għat-trobbija tan-nagħaġ għall-ġejjieni.

L-għajnuna hija pprovduta skont l-Artikolu 15 (2) (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-ovini

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Agriculture House

Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Indirizz tal-Internet: http://www.agriculture.gov.ie/ndp_state_aid

Informazzjoni oħra: —


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/34


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17)

2010/C 355/09

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmiija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Fruntieri tal-Ajru

Il-punt ġdid fejn tinqasam il-fruntiera:

Havlíčkův Brod

IL-LATVJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Fruntieri tal-Baħar

Il-punt ġdid fejn tinqasam il-fruntiera:

Engures osta (joperaw biss fuq rikjest)

Fruntieri tal-Ajru

Il-punt ġdid fejn tinqasam il-fruntiera:

Takuma lidosta (joperaw biss fuq rikjest)

MALTA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

Fruntieri tal-Baħar

1.

Malta Freeport

2.

Mġarr Yacht Marina

3.

Msida Yacht Marina

4.

Valletta Seaport

Fruntieri tal-Ajru

1.

Malta International Airport, Luqa


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/35


Avviż ta' sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu minn pajjiżi terzi

2010/C 355/10

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu kopert bil-kodiċi tan-NM 1007 00 90 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1262/2010 (1).

II.   PERJODU

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali jagħlaq fit-13 ta' Jannar 2011 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu fil-jiem ta' wara fl-10:00, ħin ta' Brussell:

is-27 ta’ Jannar 2011,

l-10 u l-24 ta’ Frar 2011,

l-10 u l-24 ta’ Marzu 2011,

l-14 u t-28 ta’ April 2011,

it-12 u s-26 ta’ Mejju 2011.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu u jingħataw lura rċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/ Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: secreint@fega.mapya.es

Fax +34 915219832 / 913476387

L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta' ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu – ir-Regolament (UE) Nru 1262/2010”.

L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun qed jirċievi l-offerta.

IV.   GARANZIJA TA' SEJĦA GĦALL-OFFERTI

Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta, għall-kwantità konċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-punt a) għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 76.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/37


Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2010/C 355/11

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1262/2010 (1).

II.   PERJODU

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali jagħlaq fit-13 ta' Jannar 2011 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu fil-jiem ta' wara fl-10:00, ħin ta' Brussell:

is-27 ta’ Jannar 2011,

l-10 u l-24 ta’ Frar 2011,

l-10 u l-24 ta’ Marzu 2011,

l-14 u t-28 ta’ April 2011,

it-12 u s-26 ta’ Mejju 2011.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu u jingħataw lura rċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Fondo Español de Garantía Agraria (FEGA)

C/ Beneficencia, 8

28004 Madrid

ESPAÑA

Posta elettronika: intervec@fega.mapya.es

Fax +34 915219832 / 913476387

L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta' ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (UE) Nru 1262/2010”.

L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun qed jirċievi l-offerta.

IV.   GARANZIJA TA' SEJĦA GĦALL-OFFERTI

Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta, għall-kwantità konċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-punt a) għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 76.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/39


Avviż ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi

2010/C 355/12

I.   SUĠĠETT

1.

Qed issir sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum kopert bil-kodiċi tan-NM 1005 90 00 u li ġej minn pajjiżi terzi.

2.

Is-sejħa għall-offerti qed issir skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1262/2010 (1).

II.   PERJODU

1.

Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali jagħlaq fit-13 ta' Jannar 2011 fl-10:00, ħin ta' Brussell.

Il-perjodi għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali sussegwenti jagħlqu fil-jiem ta' wara fl-10:00, ħin ta' Brussell:

is-27 ta’ Jannar 2011,

l-10 u l-24 ta’ Frar 2011,

l-10 u l-24 ta’ Marzu 2011,

l-14 u t-28 ta’ April 2011,

it-12 u s-26 ta’ Mejju 2011.

2.

Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat biss għall-ftuħ tas-sejħa għall-offerti attwali. Bla ħsara għall-emendar jew il-bdil tiegħu, dan l-avviż jgħodd għas-sejħiet parzjali kollha li jitwettqu matul il-perjodu ta’ validità ta’ din is-sejħa għall-offerti.

III.   OFFERTI

1.

L-offerti għandhom jitressqu bil-miktub u jaslu f’wieħed mill-indirizzi li ġejjin sa mhux aktar tard mid-dati u l-ħinijiet indikati fit-taqsima II, jew billi jitwasslu u jingħataw lura rċevuta, jew inkella b’mezzi elettroniċi:

Indirizz għat-tressiq tal-offerti:

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e Impostos Especiais sobre o Consumo

Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

1149-060 Lisboa

PORTUGAL

Tel. +351 218814263

Fax +351 218814261

L-offerti li ma jitressqux b’mezzi elettroniċi għandhom jaslu fl-indirizz rilevanti f’żewġ envelops issiġillati. L-envelop ta' ġewwa, issiġillat ukoll, għandu jkollu l-indikazzjoni “Offerta marbuta mas-sejħa għall-offerti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum – ir-Regolament (UE) Nru 1262/2010”.

L-ebda offerta ma tista’ tiġi rtirata qabel ma l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-offerent bir-riżultat tas-sejħa għall-offerti.

2.

L-offerta flimkien max-xhieda u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 (2) għandhom isiru bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li l-korp kompetenti tiegħu jkun qed jirċievi l-offerta.

IV.   GARANZIJA TA' SEJĦA GĦALL-OFFERTI

Għandha tingħata garanzija lill-korp kompetenti b’rabta mas-sejħa għall-offerti.

V.   GĦOTI TAL-KUNTRATT

L-għoti tal-kuntratt jikkonferixxi:

(a)

id-dritt għall-ħruġ fl-Istat Membru fejn tressqet l-offerta, ta' liċenzja tal-importazzjoni li ssemmi t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni li għalih tirreferi l-offerta, għall-kwantità konċernata;

(b)

l-obbligu li titressaq applikazzjoni fl-Istat Membru msemmi fil-punt (a) għal liċenzja tal-importazzjoni għal din il-kwantità.


(1)  ĠU L 343, 29.12.2010, p. 76.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/41


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6105 – Veolia/EDF/Société d'Energie et d'Eau du Gabon)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 355/13

1.

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Veolia Eau – Compagnie Génerale des Eaux SCA (“Veolia Eau”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Veolia Environnement, u Electricité de France International SA (“EDFI”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Electricité de France (“EDF”), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Société d'Energie et d'Eau du Gabon (“SEEG”, Gabon), bix-xiri ta’ ishma fil-kumpanija possedenti ta’ SEEG, Veolia Water India Africa SA (“VWIA”, Franza) li attwalment hi kkontrollata biss minn Veolia Eau.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Veolia Eau: l-operazzjoni tas-servizzi tal-ilma u tal-ilma tal-iskart f’isem l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji, kif ukoll id-disinn ta’ soluzzjonijiet tekniċi u bini tal-faċilitajiet meħtieġa biex jipprovdu dawk is-servizzi,

għal EDFI: kumpanija possedenti, sussidjarja tal-EDF, li hi attiva fil-produzzjoni u bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, trasport, distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-elettriku u tipprovdi servizzi oħra relatati mal-elettriku, kemm fi Franza kif ukoll f’pajjiżi oħra,

għal SEEG: il-produzzjoni, trasport u distribuzzjoni ta’ ilma għax-xorb u elettriku fil-Gabon, skont delega ta’ servizz pubbliku,

għal VWIA: kumpanija possedenti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6105 – Veolia/EDF/Société d'Energie et d'Eau du Gabon, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).