ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.353.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 353

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
28 ta' Diċembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 353/01

Komunikazzjoni interpretattiva mill-Kummissjoni dwar ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/58/KE

1

2010/C 353/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5971 – PPC/Urbaser/JV) ( 1 )

7

2010/C 353/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5957 – CD&R Fund VIII/Goldman Sachs/HGI) ( 1 )

7

2010/C 353/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6002 – Intel/GE/JV) ( 1 )

8

2010/C 353/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6074 – CEZ/EPH/Mibrag Group) ( 1 )

8

2010/C 353/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5961 – Bertrand Restauration/InBev France/Bars&Co) ( 1 )

9

2010/C 353/07

Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

10

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2010/C 353/08

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/801/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

11

2010/C 353/09

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007

12

2010/C 353/10

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007

13

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 353/11

Rata tal-kambju tal-euro

14

2010/C 353/12

Rata tal-kambju tal-euro

15

2010/C 353/13

Rata tal-kambju tal-euro

16

2010/C 353/14

Konferma tal-wasla – Avviż ta' qabel l-għeluq rigward għadd kbir ta' lmenti rreġistrati taħt ir-referenza Nru CHAP/2010/310 – Għadd kbir ta' ittri dwar ġestjoni kollettiva fi Spanja

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 353/15

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 353/16

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6089 – PAI/Hunkemöller) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/1


Komunikazzjoni interpretattiva mill-Kummissjoni dwar ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/58/KE

2010/C 353/01

1.   DAĦLA

Din il-Komunikazzjoni Interpretattiva toħroġ il-fehmiet tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/58/KE tat-23 ta' Ottubru 2007 li tirregola l-ftuħ tas-suq għas-servizzi internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u li l-Istati Membri kellhom jagħmlu traspożizzjoni tagħha sal-4 ta' Ġunju 2009 (1). Il-ħtieġa ta' Komunikazzjoni bħal din ħarġet minn stħarriġ dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva mill-persunal tal-Kummissjoni fi tmiem l-2009 u diskussjonijiet sussegwenti mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet tas-settur ferrovjarju. F'dawn l-okkażjonijiet, il-korpi regolatorji ferrovjarji u l-ministeri tat-trasport talbu għal informazzjoni u gwida mill-Kummissjoni dwar kif għandhom jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Din il-Komunikazzjoni għalhekk għandha l-għan li tiżgura li l-miżuri ta' traspożizzjoni adottati mill-Istati Membri jikkonformaw għal kollox mad-Direttiva.

Il-partijiet involuti qajmu żewġ kwistjonijiet ewlenin li huma ta' importanza kruċjali għall-ftuħ tas-suq internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri, billi għandhom impatt dirett fuq id-drittijiet għall-aċċess tal-infrastruttra mogħtija lill-impriżi ferrovjarji:

1.

Kif jiġi ddeterminat jekk l-għan ewlieni ta' servizz ferrovjarju huwiex il-ġarr tal-passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali; u

2.

Kif jiġi vvalutat jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti tas-servizz pubbliku huwiex kompromess mis-servizz il-ġdid.

Din il-Komunikazzjoni hija limitata għal dawn iż-żewġ kwistjonijiet. Aspetti oħra tad-Direttiva 2007/58/KE jistgħu jiġu indirizzati sussegwentament, skont kif xieraq:

1.   Kif jiġi ddeterminat l-għan ewlieni ta' servizz ferrovjarju

Premessa 8

L-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda internazzjonali b'aċċess miftuħ b’waqfiet intermedji m’għandhomx jintużaw biex iwasslu għall-ftuħ tas-suq għas-servizzi domestiċi tal-passiġġieri, iżda għandhom sempliċiment ikunu ffukati fuq waqfiet li huma anċillari għar-rotta internazzjonali. Abbażi ta’ dak, l-introduzzjoni tagħhom għandha tikkonċerna servizzi li l-għan prinċipali tagħhom hu li jġorr passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali. Id-determinazzjoni jekk dak huwiex l-għan prinċipali tas-servizz għandha tieħu kont ta’ kriterji bħall-proporzjon ta’ turnover, u ta’ volum, li ġejjin mit-trasport ta’ passiġġieri domestiċi jew internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Din id-determinazzjoni għandha ssir mill-korp regolatorju nazzjonali rispettiv fuq talba tal-parti interessata.

Artikolu 10(3)(a)

Impriżi ferrovjarji fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 għandhom jingħataw, sal-1 ta’ Jannar 2010, id-dritt tal-aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi operat servizz ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri. L-impriżi ferrovjarji għandhom, meta jkun qed jingħata servizz internazzjonali tal-passiġġieri, ikollhom id-dritt itellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta internazzjonali u jniżżluhom f’ieħor, inklużi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru.

Id-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura tal-Istati Membri li għalihom is-sehem tat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-ferrovija jikkostitwixxi iktar minn nofs it-turnover tal-passiġġeri ta’ impriżi ferrovjarji f’dak l-Istat Membru għandu jiġi garantit sal-1 ta' Jannar 2012.

Jekk l-iskop prinċipali tas-servizz hux it-trasport ta’ passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti għandu jkun determinat mill-korp jew kopri regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE wara talba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u/jew mill-impriżi tas-servizzi ferrovjarji interessati.

Responsabbiltajiet

L-Artikolu 10(3)(a) jistipula li l-korpi regolatorji weħidhom huma responsabbli għad-determinazzjoni ta' jekk l-għan ewlieni ta' servizz huwiex il-ġarr tal-passiġġeri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti. Huma u jagħmlu dan, il-korpi regolatorji għandhom jaġixxu indipendentament. Dan jimplika li d-deċiżjoni tagħhom ma tistax tkun prekundizzjonata jew predeterminata minn struzzjonijiet li jkunu waslu minn kwaunkwe awtorità pubblika oħra skont il-liġi nazzjonali.

Skont l-Artikolu 10(3)(a) bosta korpi regolatorji jistgħu jkunu responsabbli għad-determinazzjoni tal-għan ewlieni ta' servizz f'każi speċifiċi. Dan jimplika li, meta l-attività ferrovjarja ta' bosta Stati Membri jaf jiġi effettwat minn kwalunkwe deċiżjoni potenzjali, ikollhom ikunu involuti fid-deċiżjoni żewġ korpi regolatorji jew aktar. Fid-dawl tan-natura internazzjonali tas-servizzi ferrovjarji in kwistjoni, huwa tal-akbar importanza li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li għandhom impatt transkonfinali jkunu kkordinati kif xieraq mill-korpi regolatorji kkonċernati. Il-korpi regolatorji għandhom għalhekk sistematikament jinfurmaw lill-kontropartijiet tagħhom fi Stati Membri oħra kkonċernati bis-servizz ferrovjarju in kwistjoni, u jpartu l-fehmiet preliminari tagħhom dwar jekk huwiex qed jintlaħaq ir-rekwiżit tal-għan ewlieni qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni fil-kompetenza tagħhom.

Il-proċess deċiżjonali

L-Artikolu 10(3)(a) jistipula li l-korpi regolatorji jaġixxu wara talba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u/jew impriżi ferrovjarji interessati. Dan jimplika li l-korpi regolatorji m'għandhomx jaġixxu fuq l-inizjattiva tagħhom, iżda biss wara talba minn waħda mill-partijiet interessati.

Meta l-impriżi ferrovjarji jitolbu aċċess għall-infrastruttura bil-għan li joperaw servizz internazzjonali tal-passiġġieri, wieħed jassumi li s-servizz huwa internazzjonali jekk il-ferrovija taqsam mill-inqas fruntiera waħda ta' Stat Membru, indipendentament minn jekk is-servizz jinkludix il-kabotaġġ. Il-korpi regolatorji għandhom jivverifikaw l-għan ewlieni ta' dan is-servizz, każ b'każ. L-“'impriżi ferrovjarji interessati” huma esklussivament dawk li jistgħu juru li s-servizzi il-ġdid jaf ikollu impatt potenzjali fuqhom. L-“awtoritajiet kompetenti” huma dawk responsabbli għall-għoti, il-limitar jew il-projbizzjoni tal-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja.

Sabiex ikun żgurat li jiġu osservati l-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-non-diskriminazzjoni, il-proċess deċiżjonali għandu jkun ċar, trasparenti u non-diskriminatorju. Għandu jiġu ppubblikat u jissejjes fuq konsultazzjoni mal-partijiet involuti u skambji ta' informazzjoni ma' korpi regolatorji oħra sabiex jiġi żgurat ambjent ekwu. Il-kalendarju u t-tul ta' proċess bħal dan għandu jqis il-ħtieġa li tiġi pprovduta lill-atturi kollha tas-suq ċertezza ġuridika biżżejjed sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. Il-proċedura trid tkun kemm jista' jkun sempliċi, effiċjenti u trasparenti u koerenti mal-proċess tal-applikazzjoni għall-allokazzjoni tal-binarju. Id-dettalji tal-proċess jistgħu jevolvu matul iż-żmien, l-aktar fid-dawl tal-esperjenza tal-korpi regolatorji.

Kriterji

L-Artikolu 10(3)(a) ma jiffissa ebda kriterju prestabbilit għad-determinazzjoni tal-għan ewlieni ta' servizz ferrovjarju. Madankolu, il-premessa 8 ssemmi tliet kriterji li l-kopri regolatorji jistgħu jqisu: il-proporzjon ta' turnover u tal-volum li jkun ġej mit-trasport ta’ passiġġieri domestiċi u internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Dawn il-kriterji msemmija biss bħala eżempji. Għalhekk mhumiex obbligatorji u jistgħu jitqiesu kriterji oħra.

Is-sett tal-kriterji għandu jistqarr ċarament il-fatturi li għandhom jitqiesu mill-korpi regolatorji waqt id-determinazzjoni tal-għan ewlieni tas-servizz. Għandhom jippermettu lill-korpi regolatorji jidentifikaw il-vokazzjoni tas-servizz għaż-żmien mezzan aktar milli l-karatteristiċi tiegħu f'waqt partikolari. Fl-evalwazzjoni għandu jkun hemm element ta' tbassir u għandhom jitqiesu bidliet gradwali probabbli tas-servizz u l-kundizzjonijiet tas-suq. Il-pjanijiet tan-negozju u t-tbassir tas-suq ipprovduti mill-impriża ferrovjarja li biħsiebha topera s-servizz il-ġdid huma bażi possibbli għal deċiżjoni.

Sabiex jiġi identifikat l-għan ewlieni tas-servizz, l-analiżi mill-korpi regolatorji trid tkun sew kwantitattiva sew kwalitattiva. Għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi applikat strettament jew waħdu limitu kwantifikat. F'dan il-kuntest, il-mod kif is-servizz jiġi kkumerċjalizzat, ix-xejra tal-waqfien tiegħu u t-tip ta' vetturi ferrovjarji użati huma fatturi kwalitattivi li l-korpi regolatorji għandhom mnejn iqisu sabiex jiddeterminaw l-għan tas-servizz.

2.   Kif jiġi vvalutat jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti tas-servizz pubbliku huwiex kompromess

Premessa 10

Il-ftuħ ta’ servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, li jinkludu d-dritt li jittellgħu passiġġieri fi kwalunkwe stazzjon li jinsab fir-rotta ta’ servizz internazzjonali u li jitniżżlu f’ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, għal kompetizzjoni jista’ jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta’ servizzi ferrovjarji għal passiġġieri pprovduti taħt kuntratt ta’ servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw id-dritt għall-aċċess għas-suq fejn dan id-dritt ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi tal-analiżi ekonomika oġġettiva, wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li għamlu l-għotja tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku

Premessa 12

Il-valutazzjoni ta’ jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku jistax jiġi kompromess, għandha tieħu kont ta’ kriterji predeterminati bħall-impatt fuq il-profitabbilità ta’ kwalunkwe servizz li hu inkluż fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku, domanda tal-passiġġieri, prezzijiet tal- biljetti, arranġamenti tal-biljetti, lokalità u numru ta’ waqfiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera u skeda ta’ ħin u frekwenza tas-servizz il-ġdid propost. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni u tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju relevanti, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, jimmodifikaw jew jimpedixxu d-dritt ta’ aċċess għas-servizz mixtieq internazzjonali tal-passiġġieri, inkluż it-tqegħid ta’ piżijiet fuq l-operatur ta’ servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid, f’konformità mal-analiżi ekonomika u skont il-liġi Komunitarja u l-prinċipji ta’ ugwaljanza u non-diskriminazzjoni.

Premessa 17

Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom abbażi tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/14/KE, jagħmlu skambju ta’ informazzzjoni u, fejn rilevanti f’każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b’mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom.

Artikolu 10(3)(b)

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt tal-aċċess definit fil-paragrafu 3(a) dwar servizzi bejn post ta’ tluq u ta' destinazzjoni li huma koperti minn kuntratt ta’ servizz pubbliku wieħed jew aktar b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. Tali limitazzjoni jista’ ma jkollhiex l-effett li tnaqqas id-dritt li jittellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta ta’ servizz internazzjonali u li jitniżżlu f’ieħor inklużi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, minbarra fejn l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku.

Jekk l-ekwilibriju ekonomiku jkunx kompromess għandu jkun determinat mill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi ta’ analiżi ekonomika oġġettiva u abbażi ta’ kriterji determinati minn qabel, wara talba minn:

l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratt ta’ servizz pubbliku;

kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu;

il-maniġer tal-infrastruttura; jew

l-impriża ferrovjarja li tkun qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b’mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jispeċifika l-perijodu ta’ żmien u l-kondizzjonijiet li fihom,

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti,

il-maniġer tal-infrastruttura,

l-impriża ferrovjarja li qed twettaq il-kuntratt ta’ servizz pubbliku, jew

l-impriża ferrovjarja li qiegħda tfittex aċċess

jistgħu jitolbu l-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni.

Responsabbiltajiet

L-Artikolu 10(3)(b) jistipula li l-limitar tad-dritt ta' aċċess fuq rotot koperti mill-kuntratti ta' servizz pubbliku, jekk servizzi internazzjonali ġodda jkunu qed jikkompromettu il-bilanċ ekonomiku, hija waħda mill-alternattivi miftuħa għall-Istati Membri, mhux obbligu. Huwa biss jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw din il-possibbiltà li l-korpi reglatorji huma responsabbli biex jiddeterminaw jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti tas-servizz pubbliku huwiex kompromess mis-servizz ferrovjarju l-ġdid. Huma u jagħmlu dan, il-korpi regolatorji għandhom jaġixxu indipendentament. Il-Premessa 14 tagħfas partikolarment fuq kif il-korpi regolatorji għandhom ikunu organizzati sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jeżerċitaw din is-setgħa indipendentament mill-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti ta' servizz pubbliku.

Kull limitazzjoni tad-dritt għall-aċċess mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(3)(b) għandu jirrispetta l-valutazzjoni tal-korp regolatorju. Kif iddikjarat fil-premessa 10, l-approvazzjoni mill-korp regolatorju rilevanti huwa prerekwiżit għal-limitazzjoni tad-dritt tal-aċċess mill-Istati Membri. Din l-approvazzjoni tista' tingħata permezz ta' opinjoni vinkolanti li tivvaluta jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti ta' servizz pubbliku huwiex kompromess u li tipproponi miżura speċifika jew bi proċedura ta' kunsens li tiskrutinizza kull abbozz ta' deċiżjoni għal-limitu tad-dritt tal-aċċess.

Il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-korpi regolatorji għandhom jiġu kkoordinati, fejn rilevanti, fil-każi individwali. Dan japplika partikolarment meta l-kuntratti ta' servizz pubbliku kkonċernati jkunu ta' natura transkonfinali jew, aktar ġeneralment, f'każi fejn ir-restrizzjoni tad-drittijiet tal-kabotaġġ fi Stat Membru jista' jkollhom riperkussjonijiet fuq il-vijabbiltà ta' servizz ferrovjarju internazzjonali pprovdut fi Stat Membru ieħor. F'dawn iċ-ċirkostanzi, sabiex jintlaħaq fehim komuni tal-qagħda, il-korpi regolatorji kkonċernati għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u l-fehmiet preliminari tagħhom dwar jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti ta' servizz pubbliku huwiex kompromess u dwar kull limitazzjoni li tista' tkun xierqa. Il-korpi regolatorji għandhom jikkonsultaw lill-kontropartijiet tagħhom tkun xi tkun il-possibbiltà tal-limitazzjoni tad-dritt tal-aċess fuq rotot koperti minn kuntratti ta' servizz pubbliku fl-Istat Membru tal-korp regolatorju kkonsultat.

Lil hinn mill-każijiet speċifiċi msemmija fuq, il-premessa 17 tad-Direttiva 2007/58/KE tisħaq li, abbażi tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/14/KE, il-korpi regolatorji għandhom sistematikament jiskambjaw l-informazzzjoni dwar ħidmiethom u l-priniċpji u l-prattiki deċiżjonali sabiex progressivament jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenza tagħhom.

Proċess deċiżjonali

Il-valutazzjoni ta' jekk l-ekwiibriju ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jistax jiġi kompromess hija eżerċizzju li l-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jwettqu, irrelevanti jekk ikunx ġie ivverifikat jew le l-għan ewlieni tas-servizz ferrovjarju. Dawn iż-żewġ eżerċizzji jistgħu jitmexxew flimkien, iżda wieħed ma jistax ikun prerekwiżit għall-ieħor.

Kif stipulat fl-Artikolu 10(3)(b), il-valutazzjoni għandha tiskatta minn talba mressqa lill-korp regolatorju rilevanti. Din it-talba tista' ssir esklussivament minn (1) l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li taw il-kuntratt ta' servizz pubbliku kopert mill-valutazzjoni, (2) kwalunkwe awtorità kompetenti oħra bid-dritt li tillimita l-aċċess għall-infrastruttura kkonċernata, (3) il-maniġer tal-infrastruttura kkonċernata jew (4) l-impriża ferrovjarja li twettaq is-servizz pubbliku li għalih tintalab valutazzjoni. Jekk il-parti li titlob valutazzjoni ma tistax tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex tintlaħaq deċiżjoni jew jekk it-talba ma titressaqx fi żmien raġonevoli, predeterminata mill-korp regolatorju, l-ebda valutazzjoni ma tista' ssir. Il-kalendarju u t-tul ta' proċess bħal dan għandu jqis il-ħtieġa li tiġi pprovduta lill-atturi kollha tas-suq ċertezza ġuridika biżżejjed sabiex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom. Il-proċedura trid tkun kemm jista' jkun sempliċi, effiċjenti u trasparenti u koerenti mal-proċess tal-applikazzjoni għall-allokazzjoni tal-binarju.

Il-korpi regolatorji m'għandhomx iwettqu dawn il-valutazzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħhom, iżda biss wara talba minn waħda mill-partijiet interessati msemmija fuq. Il-valutazzjoni mmexxija mill-korp regolatorju għandha tkun limitata għall-punti msemmija fit-talba li tkun saret.

Il-valutazzjoni għandha tkun imsejsa fuq metodu oġġettiv u kriterji predeterminati. Il-korpi regolatorji weħidhom huma responsabbli għall-iżvilupp ta' dan il-metodu, inkluż il-kriterji li japplikaw. Din ir-responsabbiltà ma tistax tiġi mliġġma minn kwalunkwe awtorità pubblika involuta fl-għoti ta' kuntratti ta' servizz pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-kontroll tal-azzjonisti fuq impriża ferrovjarja.

Il-metodu tal-valutazzjoni għandu jiġi stabbilit b'mod konsistenti mal-iżviluppi tas-suq u li jkun jista' jevolvi tul iż-żmien, partikolarment fid-dawl tal-esperjenza tal-korpi regolatorji u sabiex jikkonforma mal-linji gwida komuni stipulati fil-premessa 17.

Il-metodu għandu jikkonsisti minn analiżi ekonomika dettaljata. Dan jimplika li l-korpi regolatorji għandhom imexxu valutazzjoni xierqa tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tas-servizz ferrovjarju ġdid fuq il-kuntratt ta' servizz pubbliku kkonċernat. Ma tistax għalhekk titqies suffiċjenti applikazzjoni sempliċi ta' limiti prestabbiliti.

Il-valutazzjoni tal-impatt għandha turi jekk l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt pubbliku huwiex kompromess Dan jimplika li l-identifikazzjoni ta' impatt ikkawżat mis-servizz il-ġdid hija neċessarja iżda mhux biżżejjed fiha nfisha. L-analiżi ekonomika għandha tiddetermina l-medda sa fejn l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt qed jiġi mliġġem. Lil hinn minn dan, l-impatt għandu jkun attribwibbli speċifikament lis-servizz ferrovjarju l-ġdid u mhux fatturi oħrajn, bħall-klima ekonomika ġenerali. Il-kuntratti tas-servizz pubbliku kkonċernati huma dawk għall-għoti ta' servizzi bejn il-postijiet tat-tluq u d-destinazzjonijiet li qed jaqdi s-servizzi ferrovjarju ġdid propost jew dawk li jkopru servizzi ta' natura simili bejn l-istess postijiet tat-tluq u destinazzjonijiet ipprovduti fuq rotta parallela li tista' tiġi effettwata.

Sabiex ikun żgurat li jiġu osservati l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni, il-proċess deċiżjonali għandu jkun ċar, trasparenti u non-diskriminatorju. Għandu jiġu ppubblikat u jissejjes fuq konsultazzjoni mal-partijiet involuti u skambji ta' informazzjoni ma' korpi regolatorji oħra sabiex jiġi żgurat ambjent ekwu. Id-dettalji tal-metodu jista' jevolvi matul iż-żmien, partikolarment biex jiġu adattati għal-linji gwida komuni żviluppati fid-dawl tal-esperjenza tal-korpi regolatorji.

Kriterji

L-analiżi għandha tiffoka fuq l-impatt ekonomiku tas-servizz il-ġdid fuq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fis-sħuħija tiegħu, mhux fuq servizzi individwali. Kif imsemmi fil-premessa 12, dan jimplika li jitqiesu (1) il-kosti netti għall-awtorità li tat il-kuntratt u (2) il-profitabbiltà tas-servizzi li qed topera l-impriża ferrovjarja skont il-kuntratt. Is-sempliċi fatt li s-servizz il-ġdid qed jiġi offrut bi prezz aktar baxx milli dawk taħt kuntratt ta' servizz pubbliku jew waqt l-istess perjodu ta' żmien ma jippermettix il-konklużjoni li l-bilanċ ekonomiku ta' dan il-kuntratt ikun kompromess.

Sabiex jiġi determinat l-impatt fuq il-profitabbiltà tal-impriża ferrovjarja u fuq il-kosti netti lill-awtorità rilevanti, il-premessa 12 tissuġġerixxi bosta ħwejjeġ li ta' min jitqiesu: id-domanda tal-passiġġeri, il-prezzijiet tal-biljetti, l-arranġamenti dwar il-ħruġ tal-biljetti, il-post u l-għadd ta' waqfiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera u l-ħinijiet u l-frekwenza tas-servizz il-ġdid. Madankollu, il-fatt li jitqiesu dawn il-fatturi ma jgħoddx, fih innifsu, bħala l-analiżi ekonomika meħtieġa mid-Direttiva u mhijiex biżżejjed biex jiġi ddeterminat jekk il-bilanċ ekonomiku huwiex kompromess. Dawn l-aspetti msemmija biss bħala eżempji. Din il-lista mhi la eżawrjenti u lanqas obbligatorja.

Mhux kull impatt fuq kuntratt ta' servizz pubbliku għandu jitqies li jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku. Kull impatt limitat jew ta' darba, partikolarment fi ħdan il-marġini speċifikati fil-kuntratt innifsu, m'għandux jitqies bħala “kompromettenti”. Il-valutazzjoni għandha turi li qed tiġi effettwata l-vijabbiltà tas-servizzi operati bil-kuntratt tas-servizz pubbliku. Il-bilanċ għandu jitqies kompromess meta jkun jista' jintwera li qed tiġi pperikolata l-fattibbiltà ekonomika tal-operat ta' dawn is-servizzi pubbliċi li qed jipprovdi livell raġonevoli ta' kwalità.

F'dan il-kuntest, ma jkunx biżżejjed li jintwera li d-dħul ta' operatur ġdid fis-suq jista' jwassal għal żieda fil-kontribuzzjoni pubblika. Sabiex titqies bħala li qed tikkomprometti l-ekwiibriju ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku kkonċernat, kull żieda tali fil-kontribuzzjoni pubblika trid tkun sostanzjali.

Din il-Komunikazzjoni interpretattiva hija bla ħsara għall-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw miżuri ta' traspożizzjoni biex jikkonformaw mad-dipożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/58/KE.


(1)  Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji In-numerar tal-artikoli użat f'din il-Komunikazzjoni jirreferi għall-aħħar verżjoni konsolidata tad-Direttiva 91/440/KEE (l-att bażiku).


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5971 – PPC/Urbaser/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/02

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5971. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5957 – CD&R Fund VIII/Goldman Sachs/HGI)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/03

Fit-3 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5957. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6002 – Intel/GE/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/04

Fit-22 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6002. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6074 – CEZ/EPH/Mibrag Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/05

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6074. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.5961 – Bertrand Restauration/InBev France/Bars&Co)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/06

Fis-17 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5961. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/10


Awtorizzazzjoni tal-għajnuna Statali fil-qafas tad-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/07

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.4.2009

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 628/08

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aide à la protection sociale complémentaire des militaires

Il-bażi legali

Article 40 de la loi no 2007-148 du 2 février 2007 de la modernisation de la fonction publique.

Projet de décret relatif à la participation de l'État et de ses établissements publics au financement de la protection de militaires.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Appoġġ lill-konsumaturi individwali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit annwali: EUR 91 miljun

Baġit globali: EUR 13 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2010-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' servizz

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de la défense

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/11


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/801/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

2010/C 353/08

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/801/PESK (1) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/801/PESK.

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 341, 23.12.2010.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/12


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007

2010/C 353/09

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti indika l-persuni u l-entitajiet li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8 tal-UNSCR 1718 (2006).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Talbiet bħal dawn għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni kkonsulta: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007. Ir-raġunijiet biex jiġu indikati l-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websajts fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/13


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007

2010/C 353/10

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fl-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fil-websajts fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq qed tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275 (2) u l-Artikolu 263 (4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


Il-Kummissjoni Ewropea

28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/14


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Diċembru 2010

2010/C 353/11

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3064

JPY

Yen Ġappuniż

108,95

DKK

Krona Daniża

7,453

GBP

Lira Sterlina

0,8482

SEK

Krona Żvediża

8,963

CHF

Frank Żvizzeru

1,2553

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,837

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,305

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,43

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7094

PLN

Zloty Pollakk

3,9798

RON

Leu Rumen

4,2888

TRY

Lira Turka

2,0302

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3049

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3273

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1629

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7531

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7069

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 510,51

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

8,8216

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6785

HRK

Kuna Kroata

7,39

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 824,28

MYR

Ringgit Malażjan

4,0675

PHP

Peso Filippin

57,703

RUB

Rouble Russu

40,0035

THB

Baht Tajlandiż

39,401

BRL

Real Brażiljan

2,2226

MXN

Peso Messikan

16,1027

INR

Rupi Indjan

58,97


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Diċembru 2010

2010/C 353/12

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3099

JPY

Yen Ġappuniż

108,63

DKK

Krona Daniża

7,4527

GBP

Lira Sterlina

0,84960

SEK

Krona Żvediża

8,9885

CHF

Frank Żvizzeru

1,2618

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8260

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,328

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

279,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7094

PLN

Zloty Pollakk

3,9655

RON

Leu Rumen

4,2878

TRY

Lira Turka

2,0289

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3052

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3236

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1913

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7508

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7025

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 507,20

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

8,8353

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6807

HRK

Kuna Kroata

7,3870

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 842,02

MYR

Ringgit Malażjan

4,0548

PHP

Peso Filippin

57,713

RUB

Rouble Russu

39,9415

THB

Baht Tajlandiż

39,570

BRL

Real Brażiljan

2,2155

MXN

Peso Messikan

16,1904

INR

Rupi Indjan

59,0952


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/16


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Diċembru 2010

2010/C 353/13

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3136

JPY

Yen Ġappuniż

108,89

DKK

Krona Daniża

7,4532

GBP

Lira Sterlina

0,85230

SEK

Krona Żvediża

8,9771

CHF

Frank Żvizzeru

1,2626

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8350

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,350

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

278,83

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7092

PLN

Zloty Pollakk

3,9763

RON

Leu Rumen

4,2884

TRY

Lira Turka

2,0356

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3113

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3240

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2211

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7569

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7095

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 511,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

8,8290

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7102

HRK

Kuna Kroata

7,3878

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 866,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,0656

PHP

Peso Filippin

57,882

RUB

Rouble Russu

39,9191

THB

Baht Tajlandiż

39,651

BRL

Real Brażiljan

2,2194

MXN

Peso Messikan

16,2203

INR

Rupi Indjan

59,4250


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/17


Konferma tal-wasla – Avviż ta' qabel l-għeluq rigward għadd kbir ta' lmenti rreġistrati taħt ir-referenza Nru CHAP/2010/310 – Għadd kbir ta' ittri dwar ġestjoni kollettiva fi Spanja

2010/C 353/14

Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet, u qed tkompli tirċievi, sensiela ta' ittri bbażati fuq formola standard rigward ksur possibbli minn Spanja tal-Artikolu 106, f'rabta mal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) rigward il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fi Spanja. Il-Kummissjoni Ewropea rreġistrat u se tkompli tirreġistra dawn l-ittri taħt Nru CHAP/2010/310.

Meta wieħed iqis l-għadd kbir ħafna ta' ittri li waslulha dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni, bil-ħsieb li tinforma lil dawk kollha kkonċernati filwaqt li tagħmel l-aktar użu ekonomiku possibbli mir-riżorsi amministrattivi li għandha, qed tippubblika l-avviż preżenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkonferma l-wasla tal-ittri u tinforma lil kull min bagħathom bir-riżultati tal-eżaminazzjoni tal-ittri mis-servizzi tal-Kummissjoni. Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat ukoll fil-websajt li ġejja tal-Kummissjoni:

http://ec.europa.eu/community_law/complaints/receipt/index_fr.htm

L-ittri kollha li waslu ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal Rapport mill-Awtorità Spanjola tal-Kompetizzjoni (CNC) bit-titlu “Informe sobre la gestión colectiva de derechos de propiedad intelectual” ta' Diċembru 2009 (1). B'referenza għar-rapport, l-ittri jitolbu lill-Kummissjoni tiftaħ proċedimenti kontra Spanja għal ksur tal-Artikolu 106, flimkien mal-Artikolu 102 TFUE. Ma tingħata l-ebda informazzjoni aktar fl-ittri.

L-iskop tar-rapport CNC huwa li janalizza s-settur ta' ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur fi Spanja mill-angolu tal-kompetizzjoni, u li jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar modi kif jittejjeb il-qafas leġiżlattiv u biex titħajjar aktar il-kompetizzjoni bejn soċjetajiet kollettriċi. Ir-Rapport jirreferi għal każi ta' possibbiltà ta' mġiba antikompetittiva minn soċjetajiet kollettriċi fi Spanja, li jista' jkun li jaqgħu taħt l-Artikoli 101 u/jew 102 TFUE (u l-Artikoli 1 u/jew 2 tal-Liġi Spanjola tal-Kompetizzjoni). Madankollu, ma jingħataw l-ebda dettalji fejn tidħol l-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 106 TFUE, peress li din il-kwistjoni taqa' 'l barra mill-ambitu tar-Rapport.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jixtiequ jinfurmaw lil dawk li ppreżentaw l-ilmenti li huma ma għandhomx il-ħsieb li jipproponu lill-Kummissjoni tniedi proċedimenti kontra Spanja abbażi tal-ittri li waslulha. Is-CNC għamlet għadd ta' rakkomandazzjonijiet ta' titjib tal-qafas leġiżlattiv sabiex dan ikun jiffavorixxi aktar il-kompetizzjoni bejn is-soċjetajiet kollettriċi. Issa huwa l-kompitu tal-awtoritajiet kompetenti fi Spanja li jeżaminaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jiġbdu l-konklużjonijiet xierqa. Barra minn dan, is-CNC nnifsu bħalissa qed jieħu ħsieb każijiet dwar allegat ksur minn soċjetajiet kollettriċi tal-Artikoli 101 u/jew 102 TFUE (u/jew id-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-liġi Spanjola). Għaldaqstant, u fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni li tgawdi l-Kummissjoni meta tiddeċiedi li tibda' proċedimenti ta' ksur kontra xi Stat Membru skont l-Artikolu 106 TFUE, ma jkunx użu xieraq tar-riżorsi tal-Kummissjoni li tagħmel investigazzjoni abbażi tal-ittri li waslulha.

Dan ma jagħmel l-ebda ħsara għad-dritt ta' dawk li ressqu l-ilmenti milli jissottomettu lmenti oħra lill-awtoritajiet kompetenti jekk jemmnu li s-soċjetajiet tal-ġbir kisru l-Artikoli 101 u/jew 102 TFUE. Bl-istess mod, ma hemm xejn li jwaqqaf lill-Kummissjoni milli tieħu azzjoni kontra Spanja fi stadju aktar tard, f'każ li tirċievi informazzjoni li tindika li jkun seta' seħħ ksur tal-Artikolu 106 TFUE.

Dawk li jressqu l-ilmenti jistgħu, jekk ikunu jridu, jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għeluq propost tal-proċedura jew xi aspett ieħor tal-każ li jkunu jqisu xieraq fi żmien tletin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż. Kwalunkwe kumment li jasal wara dan il-perjodu ma jiġix ikkunsidrat.


(1)  Jista' jiġi kkonsultat hawnhekk: http://www.cncompetencia.es/Inicio/Informes/Estudios/tabid/228/Default.aspx


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/18


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 353/15

Għajnuna Nru: XA 123/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Provincie Utrecht (Utrecht)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pilots duurzaam ondernemen

Bażi legali: Subsidieverordening inrichting landelijk gebied 2006

Besluit subsidiekader ILG-AVP, artikel 3.2.1 Pilots duurzaam ondernemen

Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 – appoġġ tekniku

L-għoti tal-għajnuna inkwistjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f'paragrafi 2 sa 4 tal-Artikolu 15.

B'mod aktar speċifiku:

Rigward il-paragrafu 2: l-għajnuna hi mogħtija biss għall-ispejjeż imsemmija f'dan il-paragrafu.

Rigward il-paragrafu 3: il-perċentwal ta' għajnuna hi inqas minn 100 % tal-ispejjeż tal-proġett. L-għajnuna hi mogħtija lid-ditta ta' konsulenza li tipprovdi s-servizzi lill-produtturi li qegħdin jieħdu sehem. Għalhekk, is-servizzi ta' konsulenza huma ssussidjati. Ma hemm l-ebda pagamenti finanzjarji diretti lill-produtturi.

Rigward il-paragrafu 4: il-parteċipazzjoni fil-proġett appoġġjat hi miftuħa għall-produtturi kollha fis-settur u fiż-żona kkonċernati.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Tingħata darba, għajnuna massima ta' EUR 104 103 matul il-perjodu tal-1 ta' April 2010 sal-31 ta' Diċembru 2012.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Data tal-implimentazzjoni: It-28 ta' Ġunju 2010, iżda wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2012.

Għan tal-għajnuna: Tingħata darba għajnuna lill-Bio Fruit Advies B.V għall-introduzzjoni ta' strateġija ħielsa mir-residwi/mit-tniġġis li tiġġieled il-frott mikul bil-kamla f'intrapriżi li jkabbru l-frott fil-Provinċja ta' Utrecht.

Bio Fruit se twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

taħriġ u appoġġ lill-produtturi tal-frott fuq kif jużaw l-istrateġija l-ġdida biex jiġġieldu l-frott mikul bil-kamla;

torganizza laqgħat ta' gruppi għall-produtturi tal-frott li qed jieħdu sehem;

tipprovdi informazzjoni fuq żviluppi attwali li huma rilevanti permezz tas-sit elettroniku tagħha;

tagħmel valutazzjoni tar-riżultati billi teżamina l-intrapriżi li qed jieħdu sehem;

torganizza laqgħat ta' evalwazzjoni għall-produtturi tal-frott li qed jieħdu sehem;

tinforma bir-riżultati lill-produtturi oħra tal-frott fil-Provinċja ta' Utrecht.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-intrapriżi kollha tal-produtturi tal-frott fil-Provinċja ta' Utrecht.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Utrecht

Postbus 80300

3508 TH Utrecht

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.provincie-utrecht.nl/onderwerpen/landbouw/vitaal-platteland/steunregelingen/#subcontent

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 133/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Navarra

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas a las Agrupaciones de Defensa Sanitaria (ADS) por la realización de programas sanitarios de prevención, lucha y erradicación de enfermedades en vacuno, ovino-caprino, caballar y conejos

Bażi legali: Orden Foral de la Consejera de Desarrollo Rural y Medio Ambiente, por la que se establecen las bases reguladoras para la concesión de subvenciones a las Agrupaciones de Defensa Sanitaria por la realización de programas sanitarios de prevención, lucha y erradicación de enfermedades en vacuno, ovino, caballar y conejos, y se aprueba la convocatoria para 2010

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 150 000

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 %, fl-2010, tan-nefqa mġarrba mill-Agrupación de Defensa Sanitaria (Grupp għall-Ħarsien tas-Saħħa tal-Annimali) fl-użu ta’ servizzi veterinarji għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tal-identifikazzjoni tat-talba għal eżenzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-pubblikazzjoni ta' Orden Foral (Ordni Reġjonali) fil-Boletín Oficial de Navarra sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan prinċipali hu li tiġi pprovduta għajnuna lill-produtturi fil-forma ta' servizzi ssussidjati biex jikkumpensaw għall-ispiża tal-prevenzjoni u tal-qerda tal-mard tal-annimali. Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006: Għajnuna kontra l-mard tal-annimali

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni u s-saħħa tal-annimali

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gobierno de Navarra

Departamento de Desarrollo Rural y Medio Ambiente

C/ González Tablas, 7

31005 Pamplona

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO10046%20OF.pdf

http://www.cfnavarra.es/agricultura/COYUNTURA/AyudasEstado/pdfs/STNO10046%20OF%20bis.pdf

Informazzjoni oħra: Pamplona, il-21 ta' Lulju 2010

Dirección General de Agricultura y Ganadería

C/ González Tablas, 7

31005 Pamplona

ESPAÑA

Tel. +34 848425780

Posta elettronika: jlizarbc@cfnavarra.es

Gobierno de Navarra

Għajnuna Nru: XA 151/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Sardegna

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Aiuti per il pagamento di premi assicurativi — (UPB S06.04.006 — CAP. SC06 0971 — SC06.0974) — Direttive regionali.

Bażi legali: L.R. 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23

Deliberazione della Giunta regionale n. 26/20 del 6 luglio 2010 recante «Legge regionale 11 marzo 1998, n. 8, articolo 23 (aiuti per i danni alla produzione agricola). Aiuti per il pagamento di premi assicurativi — (UPB S06.04.006 — CAP. SC06 0971 — SC06.0974) — Direttive regionali».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 4 000 000 fl-2010

EUR 9 500 000 fl-2011

EUR 9 500 000 fl-2012

EUR 9 500 000 fl-2013

Intensità massima tal-għajnuna:

(a)

sa 80 % tal-ispejjeż tal-primjum tal-assigurazzjoni fejn il-polza tipprovdi kumpens għal danni li jaqbżu 30 % tal-produzzjoni (poloz li jipprovdu kopertura biss għal telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi ħżiena li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali);

(b)

sa 50 % tal-ispejjeż tal-primjum tal-assigurazzjoni fejn il-polza tipprovdi kopertura kontra telf hekk kif issir referenza għaliha fil-punt (a) flimkien ma' telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi ħżiena li ma jistgħux jitqiesu bħala diżastri naturali, u/jew telf ikkawżat minn mard ta' annimali jew pjanti jew infestazzjoni mill-annimali jew insetti li jagħmlu l-ħsara;

(c)

sa 100 % tal-ispejjeż speċifiċi tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-bdiewa għat-tneħħija u l-qerda tal-“annimali mejta” (ara Għajnuna Nru XA 361/07).

Data tal-implimentazzjoni: L-għajnuna tapplika b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Artikolu 12(2)(a) u (b) u Artikolu 16(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni primarja

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Autonoma della Sardegna

Assessorato dell’agricoltura e riforma agro-pastorale

Via Pessagno 4

09125 Cagliari CA

ITALIA

Indirizz tal-Internet: Delibera del 6 luglio 2010, n. 26/20 (Deċiżjoni Nru 26/20 tas-6 ta' Lulju 2010)

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_106_20100730100756.pdf

Allegato 26/20 (Anness għad-Deċiżjoni Nru 26/20)

http://www.regione.sardegna.it/documenti/1_106_20100730100427.pdf

Informazzjoni oħra: —

Direttore Servizio sostegno delle imprese agricole e sviluppo delle competenze

Bianca CARBONI

Għajnuna Nru: XA 162/10

Stati Membri: Il-Ġermanja

Reġjun: Bayern

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Richtlinie des Bayerischen Staatsministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten zur Einzelbetrieblichen Investitionsförderung Nr. G 4-7271-7642 Teil C; Bayerisches Bergbauernprogramm — Investitionsförderung (BBP-C)

Bażi legali: Richtlinie des Bayerischen Staatsministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten zur Einzelbetrieblichen Investitionsförderung Nr. G 4-7271-7642 Teil C; Bayerisches Bergbauernprogramm — Investitionsförderung (BBP-C)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 4 miljun għal investiment f'azjendi agrikoli skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 25 %

Data tal-implimentazzjoni: Approvazzjonijiet annwali, l-aktar kmieni minn meta l-Kummissjoni Ewropea approvat/eżentat l-għajnuna.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Sabiex jingħata appoġġ lill-agrikoltura sostenibbli, li tirrispetta l-ambjent, li tħares il-benessri tal-annimali u li tkun multifunzjonali, tista' tingħata għajnuna għall-investiment f'azjendi agrikoli fiż-żona muntanjuża tal-Bavarja u fil-muniċipalitajiet u/jew f'distretti prinċipali taż-żoni agrikoli żvantaġġjati li, bħala medja, jinsabu f'għoli ta' aktar minn 800 m jew li tal-inqas 50 % taż-żoni agrikoli użati tagħhom ikunu f'għoli ta' bejn 600 u 800 m b'inklinazzjoni ta' aktar minn 18 % (= qasam prinċipali b'diffikultajiet kumparabbli tal-biedja). L-għajnuna tikkontribwixxi għall-manteniment tal-agrikoltura fuq medda ta' art kbira kemm jista' jkun fiż-żona muntanjuża u fiż-żona prinċipali b'diffikultajiet kumparabbli tal-biedja, biex tinżamm il-bijodiversità, tinħoloq u tinżamm is-saħħa ekonomika reġjonali u l-iżvilupp fiż-żoni rurali.

Settur jew setturi benefiċjarji: Azjendi agrikoli

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Staatliche Führungsakademie für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten

Am Lurzenhof 3c

84036 Landshut

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.stmelf.bayern.de/agrarpolitik/programme/26373/rili_bbp_teil_c.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 163/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Castilla y León

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones destinadas a la mejora de las estructuras de producción de las explotaciones agrarias.

Inversiones en obras de regadío y equipos de riego

Bażi legali: Órdenes AYG/759/2010 y AYG/1188/2010 de la Consejería de Agricultura y Ganadería.

Din l-iskema ta’ għajnuna hija koperta mill-eżenzjoni stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, u hija skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-istess Regolament.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 3 000 000

Intensità massima tal-għajnuna:

(a)

50 fil-mija fiż-żoni żvantaġġati inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 tal-Kunsill, jew fejn japplika, fil-listi li għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 36 paragrafu a) tar-Regolament (KE) Nru 1689/2005 tal-20 ta' Settembru.

(b)

40 fil-mija fil-bqija taż-żoni.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Annwali

Għan tal-għajnuna: Titjib fl-effiċjenza fl-irrigazzjoni tal-azjendi agrikoli (frankar fl-użu tal-ilma).

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Dirección General de Industrialización y Modernización Agraria

Consejería de Agricultura y Ganadería

C/ Rigoberto Cortejoso, 14

47014 Valladolid

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.jcyl.es/web/jcyl/Gobierno/es/Plantilla100/1262860153335/_/_/_

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6089 – PAI/Hunkemöller)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 353/16

1.

Fis-16 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha PAI Partners SAS (“PAI”, Franza) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Hunkemöller International BV (“HKM”, il-Pajjiżi l-Baxxi) bix-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PAI: fond ta’ ekwità privata,

għal HKM: Bejgħ bl-imnut ta’ tipi differenti ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6089 – PAI/Hunkemöller, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).