ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2010.349.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 349

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 53
22 ta' Diċembru 2010


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 349/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna, li jinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ingalina fil-Litwanja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2010/C 349/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

2010/C 349/03

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

4

2010/C 349/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/320/KE tat-22 ta' Marzu 2007 li twaqqaf Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali, sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' validità tiegħu

5

2010/C 349/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass (verżjoni kodifikata)(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-Direttiva)  ( 1 )

6

2010/C 349/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

15

2010/C 349/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

16

2010/C 349/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2010/C 349/09

Lista ta' aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu) (ir-Regolament CRA)

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2010

dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna, li jinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ingalina fil-Litwanja, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom

(it-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)

2010/C 349/01

Fit-8 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mill-Gvern Litwan, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna li jinsab fis-sit tal-Impjant ta' Enerġija Nukleari ta' Ignalina.

Abbażi ta' din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Lulju 2010 u pprovdut mill-awtoritajiet Litwani fis-16 ta’ Awwissu 2010, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza bejn l-istallazzjoni u l-eqreb punt ta' Stat Membru ieħor, li f'dan il-każ hija l-Latvja, hija ta' 8 km. L-eqreb Stat Membru li jmiss huwa l-Polonja, li tinsab madwar 250 km 'il bogħod. Il-Belarus, bħala pajjiż ġar, jinsab 5 km 'il bogħod.

2.

F'kundizzjonijiet normali tal-operat, ir-rilaxxi ta’ effluwenti likwidi u fil-forma ta' gass mhux se jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew pajjiżi ġirien.

3.

Skart radjuattiv solidu sekondarju se jinħażen temporanjament fl-istallazzjoni qabel ma jiġi trasferit fil-post tal-faċilità xierqa tat-trattament tal-iskart.

L-iskart solidu mhux radjuattiv jew materjali residwi li ma għadhomx suġġetti għall-kontroll regolatorju se jiġu rilaxxati għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew sabiex jiġu użati mill-ġdid jew irriċiklati, skont il-kriterji stipulati fl-Istandards Bażiċi ta' Sikurezza (Id-Direttiva Nru 96/29/Euratom).

4.

F'każ li jkun hemm rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi li jistgħu jseħħu wara inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jaslu fi Stat Membru ieħor jew pajjiżi ġirien ma jkunux tali li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv taħt kwalunkwe forma li ġej mill-Maħżen ta' Lqugħ għal skart ta' livell radjuattiv baxx ħafna, li jinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ingalina fil-Litwanja, kemm matul operat normali u anki f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, ma tistax tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Diċembru 2010

2010/C 349/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3155

JPY

Yen Ġappuniż

110,00

DKK

Krona Daniża

7,4507

GBP

Lira Sterlina

0,85030

SEK

Krona Żvediża

8,9795

CHF

Frank Żvizzeru

1,2613

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8620

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,258

EEK

Krona Estona

15,6466

HUF

Forint Ungeriż

275,60

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

3,9940

RON

Leu Rumen

4,2888

TRY

Lira Turka

2,0479

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3183

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3410

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2264

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7666

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7277

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 516,74

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

8,9584

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,7598

HRK

Kuna Kroata

7,3864

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 894,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,1173

PHP

Peso Filippin

58,342

RUB

Rouble Russu

40,4468

THB

Baht Tajlandiż

39,675

BRL

Real Brażiljan

2,2349

MXN

Peso Messikan

16,3017

INR

Rupi Indjan

59,5000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/4


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni

2010/C 349/03

Image

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha (1) bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jinżammu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta' EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi tal-muniti ta' EUR 2 l-oħra, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom għandu disinn kommemorattiv li huwa simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Lussemburgu

Suġġett tal-kommemorazzjoni: il-50 anniversarju tan-nomina mill-Gran Dukessa Charlotte ta' binha Jean bħala “lieutenant-représentant”.

Deskrizzjoni tad-disinn: Fuq in-naħa tal-lemin tal-parti ta' ġewwa, il-munita turi xbiha tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri, iħares lejn ix-xellug, u fl-isfond ix-xbihat tal-Gran Duka Jean u l-Gran Dukessa Charlotte. Fuq it-tliet xbihat hemm il-kitba “LËTZEBUERG”. Fuqha tidher is-sena “2011”, u maġenbha fuq iż-żewġ naħat il-marka taż-żekka, u l-marka tad-Direttur taż-żekka. L-isem tal-Altezza Rjali jidher taħt ix-xbiha rispettiva.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Il-volum ta' muniti li se jinħarġu: 1,4 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1-30 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li ħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52-55).


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Diċembru 2010

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/320/KE tat-22 ta' Marzu 2007 li twaqqaf Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali (1), sabiex jiġi estiż il-perjodu ta' validità tiegħu

2010/C 349/04

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Jixraq li l-ħidma tal-grupp espert magħruf bħala l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar id-Diġitizzazzjoni u l-Konservazzjoni Diġitali tissokta bla xkiel sa tmiem l-2013 taħt l-istess regoli stabbiliti minn dik id-Deċiżjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/320/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Fl-Artikolu 7 “Applikazzjoni” tad-Deċiżjoni 2007/320/KE, is-sena “2010” tinbidel b' “2013”.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi-President


(1)  ĠU L 119, 9.5.2007, p. 45.


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward tagħmir li juża l-gass (verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati taħt id-Direttiva)

2010/C 349/05

ESO (1)

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

(u d-dokument ta’ referenza)

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

CEN

EN 26:1997

Ħiters tal-ilma istantanji li jaħdmu bil-gass għall-produzzjoni ta' użijiet sanitarji, li jkollhom magħhom berners atmosferiċi (Inkluż Corrigendum 1998)

 

 

EN 26:1997/A1:2000

Nota 3

Data skaduta

(18.7.2001)

EN 26:1997/A2:2004

Nota 3

Data skaduta

(18.11.2009)

EN 26:1997/A3:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

EN 26:1997/AC:1998

 

 

CEN

EN 30-1-1:2008+A1:2010

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu fjuwil mill-gass – Parti 1-1: Sigurtà – Ġenerali

EN 30-1-1:2008

Nota 2.1

31.1.2011

CEN

EN 30-1-2:1999

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 1-2: Sigurtà – Appliances having forced-convention ovens and/or grills

 

 

CEN

EN 30-1-3:2003+A1:2006

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 1-3: Sigurtà – Apparati li għandhom pjanċa taċ-ċeramika tal-ħġieġ li żżomm l-ikel sħun

EN 30-1-3:2003

Nota 2.1

Data skaduta

(30.6.2007)

CEN

EN 30-1-4:2002

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 1-4: Sigurtà – Apparati li għandhom berner jew aktar b'sistema awtomatika ta' kontroll tal-berners

 

 

EN 30-1-4:2002/A1:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

CEN

EN 30-2-1:1998

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 2-1: Użu razzjonali ta' enerġija – Ġenerali

 

 

EN 30-2-1:1998/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

EN 30-2-1:1998/A2:2005

Nota 3

Data skaduta

(11.11.2005)

EN 30-2-1:1998/A1:2003/AC:2004

 

 

CEN

EN 30-2-2:1999

Apparati għat-tisjir fid-djar li joperaw billi jaħarqu l-gass – Parti 2-2: Użu razzjonali ta' enerġija – Apparati li għandhom fran u/jew grills li joperaw b'konvezzjoni furzata

 

 

CEN

EN 88-1:2007

Regolaturi tal-pressjoni u tagħmir ta' sigurtà assoċjat għal apparati li jaħdmu bil-gass – Parti 1: Regolaturi tal-pressjoni għal pressjonijiet 'il ġewwa sa u 'l fuq minn 500 mbar

EN 88:1991

Nota 2.1

Data skaduta

(31.5.2008)

CEN

EN 88-2:2007

Regolaturi tal-pressjoni u tagħmir ta' sigurtà assoċjat għal apparati li jaħdmu bil-gass – Parti 2: Regolaturi tal-pressjoni għal pressjonijiet 'il ġewwa 'l fuq minn 500 mbar sa u inkluż 5 bar

 

 

CEN

EN 89:1999

Ħiters għall-ħżin tal-ilma li jaħdmu bil-gass għall-produzzjoni ta' ilma sħun fid-djar

 

 

EN 89:1999/A1:1999

Nota 3

Data skaduta

(17.10.2000)

EN 89:1999/A2:2000

Nota 3

Data skaduta

(18.7.2001)

EN 89:1999/A3:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

EN 89:1999/A4:2006

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2007)

CEN

EN 125:2010

Apparati li jikkontrollaw il-fjamma f'apparati li jaħarqu l-gass – Apparati li jikkontrollaw fjammi termo-elettriċi

EN 125:1991

Nota 2.1

Id-data ta’ din il-pubblikazzjoni

CEN

EN 126:2004

Kontrolli multifunzjonali għal apparati li jaħarqu l-gass

EN 126:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(10.12.2004)

CEN

EN 161:2007

Valvs li jingħalqu awtomatikament għal berners tal-gass u apparati tal-gass

EN 161:2001

Nota 2.1

Data skaduta

(31.7.2007)

CEN

EN 203-1:2005+A1:2008

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 1: Rekwiżiti ta' sigurtà

EN 203-1:2005

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 203-2-1:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-1: Rekwiżiti speċifiċi – Berners miftuħin u berners wok

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-2:2006

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-2: Rekwiżiti speċifici – Fran

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-3:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-3: Rekwiżiti speċifiċi – Kzazel għat-togħlija

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-4:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-4: Rekwiżiti speċifiċi – Kzazel għall-qali

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-6:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-6: Rekwiżiti speċifiċi – Ħiters ta' ilma sħun għax xorb

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-7:2007

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-7: Rekwiżiti speċifiċi – Pjanċi tal-metall għat-tħammir tal-qoxra ta' l-ikel u apparati għax-xiwi tal-laħam fuq seffud idur

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-8:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-8: Rekwiżiti speċifiċi – Kzazel brat u paëlla

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-9:2005

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-9: Rekwiżiti speċifiċi – Superfiċji solidi, superfiċji għat-tisħin u pjanċi tal-metall għall-kejkijiet

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-10:2007

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-10: Rekwiżiti speċifici – Grills li jaħdmu bil-faħam

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-2-11:2006

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 2-2: Rekwiżiti speċifici – Kukers tal-għaġin

EN 203-2:1995

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.2008)

CEN

EN 203-3:2009

Tagħmir li jissaħħan bil-gass għall-forniment tal-ikel – Parti 3: Materjali u partijiet li jiġu f'kuntatt ma' ikel u aspetti sanitarji oħra.

 

 

CEN

EN 257:2010

Termostats mekkaniċi għal apparati li jaħarqu l-gass

EN 257:1992

Nota 2.1

31.12.2010

CEN

EN 297:1994

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip B11 u B11BS li għandhom berners atmosferiċi li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

 

EN 297:1994/A2:1996

Nota 3

Data skaduta

(29.10.2002)

EN 297:1994/A3:1996

Nota 3

Data skaduta

(24.2.1998)

EN 297:1994/A5:1998

Nota 3

Data skaduta

(31.12.1998)

EN 297:1994/A6:2003

Nota 3

Data skaduta

(23.12.2003)

EN 297:1994/A4:2004

Nota 3

Data skaduta

(11.6.2005)

EN 297:1994/A2:1996/AC:2006

 

 

CEN

EN 298:2003

Sistemi ta' kontroll awtomatiku ta' berners tal-gass għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass li jkollhom jew ma jkollhomx fannijiet

EN 298:1993

Nota 2.1

Data skaduta

(30.9.2006)

CEN

EN 303-3:1998

Bajli tat-tisħin – Parti 3: Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Muntatura magħmula minn korp ta' bajla u berner b'kurrent furzat

 

 

EN 303-3:1998/A2:2004

Nota 3

Data skaduta

(11.6.2005)

EN 303-3:1998/AC:2006

 

 

CEN

EN 303-7:2006

Bajli tat-tisħin – Parti 7: Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali fornuti b'berner b'kurrent furzat li jiġġeneraw ħruġ ta' sħana nominali li ma taqbiżx l-1 000 kW

 

 

CEN

EN 377:1993

Lubrikanti għal applikazzjonijiet f'apparati u kontrolli assoċjati li jużaw gassijiet kombustibbli minbarra dawk iddisinjati biex jintużaw fi proċessi industrijali

 

 

EN 377:1993/A1:1996

Nota 3

Data skaduta

(11.6.2005)

CEN

EN 416-1:2009

Ħiters li joperaw bil-gass b'berner waħda u b'tubu li jirradja sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 1: Sigurtà

EN 416-1:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 416-2:2006

Ħiters li jopera bil-gass b'berner wieħed u b'tubu li jirradja sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

 

CEN

EN 419-1:2009

Ħiters radjanti jixegħlu li jkunu fil-għoli u joperaw bil-gass għal użu mhux domestiku – Parti 1: Sigurtà

EN 419-1:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 419-2:2006

Ħiters luminużi mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jirradjaw is-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

 

CEN

EN 437:2003+A1:2009

Gassijiet għall-ittetsjar – Pressjonijiet għat-test – Kategoriji ta' applikazzjoni

EN 437:2003

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 449:2002+A1:2007

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters tal-ispazju mhux domestiċi bla tromba (fosthom ħiters li jaħdmu b'kombustjoni katalittika diffusiva)

EN 449:2002

Nota 2.1

Data skaduta

(23.12.2008)

CEN

EN 461:1999

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters tal-ispazju bla tromba mhux domestiċi li ma jaqbżux l-10 kW

 

 

EN 461:1999/A1:2004

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

CEN

EN 483:1999

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip C li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

 

EN 483:1999/A2:2001

Nota 3

Data skaduta

(31.1.2002)

EN 483:1999/A2:2001/AC:2006

 

 

CEN

EN 484:1997

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Pjanċi tal-metall ċatti indipendenti li jżommu l-ikel sħun, fosthom dawk li jinkorporaw grilja għal użu fil-beraħ

 

 

CEN

EN 497:1997

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Berners għal skopijiet diversi li jgħallu l-ilma għal użu fil-beraħ

 

 

CEN

EN 498:1997

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Barbikjus għal użu fil-beraħ

 

 

EN 498:1997/AC:2000

 

 

CEN

EN 509:1999

Apparati dekorattivi li jaħdmu bil-gass u jħallu effett ta' fjuwil

 

 

EN 509:1999/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(31.12.2003)

EN 509:1999/A2:2004

Nota 3

Data skaduta

(30.6.2005)

CEN

EN 521:2006

Speċifikazzjonijiet għal tagħmir għal applikazzjonijiet ta' gass minn żejt apposta mhux raffinat likwefatt – Applikazzjonijiet li jistgħu jinġarru li jaħdmu bi pressjoni ta' fwar ta' gass minn żejt mhux raffinat likwefatt

EN 521:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(31.8.2006)

CEN

EN 525:2009

Ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass u jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni furzata għat-tisħin ta' spazji, li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ta' 300 kW

EN 525:1997

Nota 2.1

Data skaduta

(30.11.2009)

CEN

EN 549:1994

Materjal tal-lastku għal siġilli u dijaframmi għal apparati li jaħdmu bil-gass u tagħmir li jaħdem bil-gass

EN 291:1992

EN 279:1991

Nota 2.1

Data skaduta

(31.12.1995)

CEN

EN 613:2000

Ħiters li jaħdmu b'konvezzjoni indipendenti li titħaddem bil-gass

 

 

EN 613:2000/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(23.12.2003)

CEN

EN 621:2009

Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, bla fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni

EN 621:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(31.5.2010)

CEN

EN 624:2000

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Tagħmir ta' tisħin ta' spazju fil-magħluq issiġillat biex ikun stallat f'vetturi u dgħajjes

 

 

EN 624:2000/A2:2007

Nota 3

Data skaduta

(5.6.2009)

CEN

EN 625:1995

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Rekwiżiti speċifiċi għall-operazzjoni ta' ilma sħun domestiku ta' bajli kombinati li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

 

CEN

EN 656:1999

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip B li jiġġeneraw sħana li taqbeż is-70 kW iżda li ma taqbiżx it-300 kW

 

 

EN 656:1999/A1:2006

Nota 3

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 676:2003+A2:2008

Berners awtomatiċi li jgħaddi minnhom kurrent sfurzat għal fjuwils gassużi

EN 676:2003

Nota 2.1

Data skaduta

(30.6.2010)

EN 676:2003+A2:2008/AC:2008

 

 

CEN

EN 677:1998

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Rekwiżiti speċifiċi għal bajli kondensaturi li jiġġeneraw sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW

 

 

CEN

EN 732:1998

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Friġis li jaħdmu bil-gass

 

 

CEN

EN 751-1:1996

Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet tal-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun – Parti 1: Komposti li jgħaqqdu anerobiċi

 

 

CEN

EN 751-2:1996

Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet tal-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun – Parti 2: Komposti li jgħaqqdu li ma jitwebbsux

 

 

CEN

EN 751-3:1996

Materjali ta' ssiġillar għal għekiesi ta' kamini metalliċi li jiġu f'kuntatt ma' gassijiet tal-ewwel l-1, it-2 u t-3 familja u ma' ilma sħun – Parti 3: Tejps lixxi PTFE

 

 

EN 751-3:1996/AC:1997

 

 

CEN

EN 777-1:2009

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 1: Sistema D, Sigurtà

EN 777-1:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 777-2:2009

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 2: Sistema E, Sigurtà

EN 777-2:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 777-3:2009

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 3: Sistema F, Sigurtà

EN 777-3:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 777-4:2009

Sistemi ta' ħiters mhux domestiċi li joperaw bil-gass b'aktar minn berner waħda u b'tubu li jirradja s-sħana u li jkunu fil-għoli – Parti 4: Sistema H, Sigurtà

EN 777-4:1999

Nota 2.1

Data skaduta

(18.11.2009)

CEN

EN 778:2009

Ħiters domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 70 kW, bla fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni

EN 778:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(6.5.2010)

CEN

EN 1020:2009

Ħiters mhux domestiċi li jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni għat-tisħin ta' spazji u li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ogħla minn 300 kW, li fihom fann biex jgħin it-trasport ta' arja ta' kombustjoni u/jew prodotti ta' kombustjoni

EN 1020:1997

Nota 2.1

Data skaduta

(31.5.2010)

CEN

EN 1106:2010

Vitijiet li jitħaddmu bl-idejn għal apparati li jaħarqu l-gass

EN 1106:2001

Nota 2.1

Id-data ta’ din il-pubblikazzjoni

CEN

EN 1196:1998

Ħiters ta' arja domestiċi u mhux domestiċi li joperaw bil-gass – Rekwiżiti supplementari għal ħiters tal-arja

 

 

CEN

EN 1266:2002

Ħiters li jaħdmu b'konvezzjoni indipendenti li titħaddem bil-gass li jinkorporaw fann biex jgħin il-mogħdija ta' arja u/jew gass li jgħaddi minn tubu bi proċess ta' kombustjoni

 

 

EN 1266:2002/A1:2005

Nota 3

Data skaduta

(28.2.2006)

CEN

EN 1319:2009

Ħiters domestiċi li joperaw bil-gass u jaħdmu b'arja ta' konvezzjoni furzata għat-tisħin ta' spazji, b'berners bil-fann li ma jaqbżux tfigħ nett ta' sħana ta' 70 kW

EN 1319:1998

Nota 2.1

Data skaduta

(30.6.2010)

CEN

EN 1458-1:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B22D u B23D li jitqabbdu bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW – Parti 1: Sigurtà

 

 

CEN

EN 1458-2:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B22D u B23D li jitqabbdu bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

 

CEN

EN 1596:1998

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters tal-arja mhux domestiċi mobbli u jistgħu jinġarru li joperaw b'konvezzjoni diretta furzata

 

 

EN 1596:1998/A1:2004

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

CEN

EN 1643:2000

Sistemi li jippruvaw valvs għal valvs li jingħalqu awtomatikament għal berners tal-gass u apparati tal-gass

 

 

CEN

EN 1854:2010

Apparati li jħossu l-qawwa tal-pressjoni għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass

EN 1854:2006

Nota 2.1

31.5.2012

CEN

EN 12067-1:1998

Kontrolli li jirregolaw il-proporzjon ta' gass ma' arja għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass – Parti 1: Tipi pnewmatiċi

 

 

EN 12067-1:1998/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(23.12.2003)

CEN

EN 12067-2:2004

Kontrolli li jirregolaw il-proporzjon ta' gass ma' arja għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass – Parti 2: Tipi elettroniċi

 

 

CEN

EN 12078:1998

Regolaturi zero għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass

 

 

CEN

EN 12244-1:1998

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jitqabbdu direttament bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 1: Sigurtà

 

 

CEN

EN 12244-2:1998

Magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jitqabbdu direttament bil-gass, li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

 

CEN

EN 12309-1:1999

Apparati ta' arja kondizzjonata li jaħdmu bil-gass fejn il-molekuli tar-refriġerant jinħallu f'likwidu jew jibqgħu fil-wiċċ ta' struttura solida u/jew pompi li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW – Parti 1: Sigurtà

 

 

CEN

EN 12309-2:2000

Apparati ta' arja kondizzjonata li jaħdmu bil-gass fejn il-molekuli tar-refriġerant jinħallu f'likwidu jew jibqgħu fil-wiċċ ta' struttura solida u/jew pompi li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-70 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

 

CEN

EN 12669:2000

Apparati li joperaw bil-gass u jkabbru l-kurrent ta' arja sħuna biex jintużaw f'serer u fit-tisħin supplementari ta' spazji mhux domestiċi

 

 

CEN

EN 12752-1:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B li jitqabbdu bil-gass li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 1: Sigurtà

 

 

CEN

EN 12752-2:1999

Magni domestiċi li jnixxfu l-ħwejjeġ bid-dawran tat-tip B li jitqabbdu bil-gass li jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx l-20 kW – Parti 2: Użu razzjonali ta' enerġija

 

 

CEN

EN 12864:2001

Regolaturi ta' pressjoni baxxa, mhux aġġustabbli, li għandhom ħruġ massimu ta' pressjoni inqas minn jew ugwali 200 mbar, b'kapaċità inqas minn jew ugwali għal 4 kg/h, u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butanu, propanu jew taħlitiet tagħhom

 

 

EN 12864:2001/A1:2003

Nota 3

Data skaduta

(10.12.2004)

EN 12864:2001/A2:2005

Nota 3

Data skaduta

(28.2.2006)

EN 12864:2001/A3:2009

Nota 3

Data skaduta

(28.2.2010)

CEN

EN 13278:2003

Ħiters indipendenti bil-quddiem miftuħ li jaħdmu bil-gass fi spazji miftuħin

 

 

CEN

EN 13611:2007

Apparati ta' sigurtà u kontroll għal berners tal-gass u apparati li jaħarqu l-gass – Rekwiżiti ġenerali

EN 13611:2000

Nota 2.1

Data skaduta

(31.5.2008)

CEN

EN 13785:2005+A1:2008

Regolaturi li għandhom kapaċità sa 100 kg/h, li l-pressjoni massima nominali ta' ħruġ tagħhom tasal sa 4 bar, minbarra dawk koperti minn EN 12864 u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butan, propanu jew taħlitiet tagħhom

EN 13785:2005

Nota 2.1

Data skaduta

(5.6.2009)

CEN

EN 13786:2004+A1:2008

Valvs li jaqilbu awtomatikament li għandhom ħruġ massimu ta' pressjoni sa 4 bar b'kapaċità sa 100 kg/h, u l-apparati ta' sigurtà assoċjati magħhom għal butanu, propanu u t-taħlitiet tagħhom

EN 13786:2004

Nota 2.1

Data skaduta

(5.6.2009)

CEN

EN 13836:2006

Bajli li jaħdmu bil-gass għal tisħin ċentrali – Bajli tat-tip B li jiġġeneraw sħana nominali aktar minn 300 kW li ma taqbiżx l-1 000 kW

 

 

CEN

EN 14438:2006

Apparat addizzjonali li jaħdem bil-gass għat-tisħin ta' aktar minn kamra waħda

 

 

CEN

EN 14543:2005+A1:2007

Speċifikazzjoni għal tagħmir magħmul apposta għal LPG – Ħiters konnessi ma' umbrelel tax-xemx għal terrazzini – Ħiters radjanti bla tromba biex jintużaw f'zoni fil-beraħ jew ventilati tajjeb ħafna

EN 14543:2005

Nota 2.1

Data skaduta

(24.5.2008)

CEN

EN 14829:2007

Ħiters indipendenti li jaħdmu bil-gass li jsaħħnu spazji bla trombi ta' ċmieni u jitfgħu sħana nominali li ma taqbiżx is-6 kW

 

 

CEN

EN 15033:2006

Hiters tal-ilma ssiġillati għall-użu ta' ħażna fi kmamar għall-produzzjoni ta' ilma sħun sanitarju bl-użu ta' LPG għal vetturi u dgħajjes

 

 

EN 15033:2006/AC:2008

 

 

Nota 1:

Ġeneralment id-data ta’ waqfa tal-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għal dawk il-prodotti li jaqgħu fil-għan tal-istandard ġdid. Ma tiġix effetwata preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva għall-prodotti li xorta jaqgħu fil-għan tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fil-għan tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’ każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f’ EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE.

L-istandards armonizzati jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards armonizzati huma tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f’

http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzar:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu),

Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu),

ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu).


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/15


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

2010/C 349/06

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-manjoka u l-patata ħelwa.

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.

L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

General Administration of Quality Supervision, Inspection and Quarantine of the People's Republic of China (AQSIQ)

9 Madiandonglu

Haidian District

Beijing 100088

P.R. CHINA

Tel. +86-10-822 60139

Fax +86-10-822 60139


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/16


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

2010/C 349/07

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka u l-patata ħelwa.

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.

L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

Bureau of Import-Export Certification

44/100 Nonthaburi 1 Road

Nonthaburi 11000

THAILAND

Tel. +66 25474829 / 66 25474832 / 66 25474825

Fax +66 25474757

Posta elettronika: eximdft@moc.go.th


22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/17


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

2010/C 349/08

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-manjoka.

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.

L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

PT. (Persero) Kawasan Berikat Nusantara

Unit Usaha Marunda

(Nusantara bonded zone in Marunda)

Jl. Lampung No 1 Cilincing

Jakarta 14120

INDONESIA

Tel. +62 2144851525

Fax +62 2144851431

Posta elettronika: marunda@kbn.co.id

PT. (Persero) Kawasan Berikat Nusantara

Unit Usaha Tanjung Priok

(Nusantara bonded zone in Tanjung Priok)

Jl. Pelabuhan Nusantara Tanjung Priok

Jakarta 14130

INDONESIA

Tel. +62 214301183

Fax +62 2153930513

Posta elettronika: priok@kbn.co.id

PT. (Persero) Kawasan Berikat Nusantara

Unit Usaha Cakung

(Nusantara bonded zone in Cakung)

Jl. Raya Cakung Cilincing

Tg. Priok

Jakarta 14140

INDONESIA

Tel. +62 2144820909 EXT 1501

Fax +62 2144820068

Posta elettronika: marketing@kbn.co.id

Awtorità tal-kontroll a posteriori taċ-ċertifikati tal-oriġini (l-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93) (1):

Director of Export and Import Facilitation

Directorate General of International Trade

Jl. M.I. Ridwan Rais No 5

Jakarta 10110

INDONESIA


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/18


Lista ta' aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu) (ir-Regolament CRA)

2010/C 349/09

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [aġenzji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu] (ir-Regolament CRA), l-aġenzji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma persuni ġurdiċi li xogħolhom jinkludi l-ħruġ ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq bażi professjonali. Aġenzji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Unjoni għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14 (1) b'rabta mal-Artikolu 2 (1) tar-Regolament CRA. Ir-reġistrazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk jintlaħqu r-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament CRA. Ir-reġistrazzjoni hija effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 18 (3) tar-Regolament CRA, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit tal-Internet tagħha, lista tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ġew irreġistrati. Din il-lista tiġi aġġornata fi żmien 30 jum wara li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jkun innotifika lill-Kummissjoni bir-reġistrazzjoni.

Reġistrazzjoni skont ir-Regolament CRA ma tinkludix awtomatikament ir-rikonoxximent bħala Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (External Credit Assessment Institution (ECAI) ) skont il-Parti 2 tal-Anness VI għad-Direttiva 2006/48/KE.

L-aħħar aġġornament: […]

Isem is-CRA

Indirizz

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju:

Data tad-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti

Euler Hermes Rating GmbH

Gasstrasse 18

22761 Hamburg

DEUTSCHLAND

Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht

(BaFin)

16.11.2010