|
ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.340.mlt |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 340/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.5753 – DSB/First/DSBFirst Vast) ( 1 ) |
|
|
2010/C 340/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6036 – Barclays/BPCE/Hexagone France 3) ( 1 ) |
|
|
2010/C 340/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6018 – KKR/HgCapital/Archangel) ( 1 ) |
|
|
2010/C 340/04 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
2010/C 340/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6057 – Carlyle/Commscope) ( 1 ) |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
2010/C 340/06 |
||
|
2010/C 340/07 |
Kontribut tal-XLIV COSAC – Brussell, mill-24 sas-26 ta’ Ottubru 2010 |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2010/C 340/08 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 340/09 |
||
|
2010/C 340/10 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2010/C 340/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
2010/C 340/12 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 340/13 |
||
|
2010/C 340/14 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 340/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2010/C 340/16 |
||
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.5753 – DSB/First/DSBFirst Vast)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 340/01
Fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M5753. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6036 – Barclays/BPCE/Hexagone France 3)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 340/02
Fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6036. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6018 – KKR/HgCapital/Archangel)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 340/03
Fid-29 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6018. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/3 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 340/04
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
17.11.2010 |
||||
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 124/10 |
||||
|
Stat Membru |
Franza |
||||
|
Reġjun |
— |
||||
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Modification de la carte des aides à finalité régionale (AFR) à moyen terme, prévue à l'article 104 des lignes directrices AFR pour la période 2007-2013 |
||||
|
Il-bażi legali |
Décret no 2007-732 du 7 mai 2007 modifié relatif aux zones d’aide à finalité régionale et aux zones d’aide à l’investissement des petites et moyennes entreprises |
||||
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
|
L-għan |
Żvilupp reġjonali |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Kuntratti ad hoc |
||||
|
L-estimi |
— |
||||
|
L-intensità |
15 % |
||||
|
It-tul ta' żmien |
1.1.2011-31.12.2013 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
15.11.2010 |
|
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 340/10 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Reġjun |
País Vasco |
|
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Subvenciones a empresas para la realización de inversiones destinadas a la protección del medio ambiente |
|
Il-bażi legali |
Decreto 91/2002, de 23 de abril, por el que se regula la concesión de subvenciones a empresas para la realización de inversiones destinadas a la protección del medio ambiente |
|
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
|
L-għan |
Il-ħarsien tal-ambjent |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
|
L-estimi |
Baġit globali: EUR 3 miljun |
|
L-intensità |
100 % |
|
It-tul ta' żmien |
— |
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
Departamento de Medio Ambiente del Gobierno Vasco |
|
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6057 – Carlyle/Commscope)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 340/05
Fid-9 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32010M6057. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/6 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-13 ta' Diċembru 2010
li temenda il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew
2010/C 340/06
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
wara li kkunsidra l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (1) (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut”),
Wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 23 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-11 u t-23 ta' Novembru 2009, tal-14 ta' Diċembru 2009, id-19 ta' April 2010 u l-5 ta' Lulju 2010 (2), ġew emendati il-Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (3) (“il-Miżuri ta' Implimentazzjoni”), inter alia bil-ħsieb li l-Membri jkunu jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi. Sabiex tiġi żgurata sistema stabbli, huwa xieraq li kwalunkwe deċiżjoni għar-rinunzja ta' dak id-dritt jew għar-revoka ta' dik ir-rinunzja tibqa' valida għal mhux inqas minn tnax-il xahar. Bħall-emenda preċedenti li żiedet il-paragrafi 4 u 5 għall-Artikolu 3 tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni, l-emendi għal dawk id-dispożizzjonijiet imdaħħlin b'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mis-7 ta' Lulju 2010. |
|
(2) |
Skont ir-regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew (“ir-regoli PEAM”), il-presidenti tal-kumitati jew is-sottokumitati kienu jirċievu allowance annwali biex iħallsu l-ispejjeż li jkunu ġarrbu b'rabta mal-vjaġġi li jagħmlu biex jattendu konferenzi jew avvenimenti b'dimensjoni parlamenti li jittrattaw kwistjoni ta' interess Ewropew fil-qasam ta' responsabilità tal-kumitat jew is-sottokumitat tal-president. Fl-ewwel nofs tal-2009, dik l-allowance kienet tammonta għal EUR 4 148. Dik is-sistema kompliet taħt il-Miżuri ta' Implimentazzjoni. Madankollu, b'xorti ħażina, minħabba żball klerikali, iċ-ċifra ngħatat bħala EUR 4 000. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2010, dak l-iżball għandu jiġi kkoreġut. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 23 tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni, il-Membri huma intitolati għar-rimborż tal-ispejjeż għall-ivjaġġar li jkunu ġarrbu fl-Istat Membru fejn ikunu ġew eletti. Għall-ivjaġġar bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur, il-limitu hu stabbilit għal 24 vjaġġ bir-ritorn; għall-vjaġġi bil-karozza, id-distanza massima speċifikata tiddependi fuq id-daqs tal-Istat Membru kkonċernat. Bil-ħseib li tingħata aktar flessibilità lill-Membri, għandu jkun possibbli għall-Membri li jkunu użaw l-allowance kollha għall-vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur li jikkonvertu parti mill-allowance għall-ivjaġġar bil-karozza f' allowance għal vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur bir-rata ta' vjaġġ wieħed bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur għall-ekwivalenti ta' 2 % tan-numru massimu ta' kilometri permessi għall-Istat Membru fejn il-Membru kkonċernat ikun ġie elett. L-istess għandu japplika, mutatis mutandis, għall-Membri li jkunu użaw l-allowance kollha tagħhom għall-ivjaġġar bil-karozza. Din l-emenda għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2011. |
|
(4) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja tajba, huwa xieraq li l-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-pensjoni li l-Membri huma intitolati għaliha jitressqu fi żmien sitt xhur minn meta jibda jgħodd id-dritt, ħlief fil-każi ta' force majeure. Jekk dik l-iskadenza ma tiġix osservata, id-data meta tibda sseħħ it-tgawdija tal-pensjoni għandha tkun l-ewwel jum tax-xahar meta tiġi rċevuta l-applikazzjoni. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ li tiġi addattata d-dispożizzjoni fil-Miżuri ta' Implimentazzjoni relatata mat-trasferimenti bankarji sabiex issir konformi mad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (4). |
|
(6) |
Meta jmutu eks-Membri li kienu qed jirċievu pensjoni ta' invalidità skont ir-regoli PEAM, id-dipendenti tagħhom għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni tas-superstiti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw qabel id-dħul fis-seħħ tal-Istatut. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Miżuri ta' Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “4. Il-Membri u l-eks-Membri li jieħdu l-allowance tranżitorja provduta fl-Artikolu 13 tal-Istatut jew pensjoni skont l-Artikoli 14 u 15 tal-Istatut jistgħu jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi kif provdut fil-paragrafu 1 b'seħħ mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data meta titressaq it-talba. F'dak il-każ, għandhom ikunu intitolati għal rimborż ta' żewġ terzi tal-kontribuzzjoni dovuta għall-assigurazzjoni tas-saħħa sakemm l-ammont totali rimborżat ma jisboqx EUR 400 fix-xahar. 5. Kwalunkwe Membru jew eks-Membru li, skont il-paragrafu 4, jirrinunzja għad-dritt tiegħu għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi ma jistax jerġa' lura għas-sistema ta' dritt għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi stipulati fil-paragrafu 1 qabel ma jkunu għaddew tnax-il xahar mid-data minn meta r-rinunzja tkun ħadet effett. Bl-istess mod, kull tibdil sussegwenti, jekk ikun jikkonċerna treġġigħ lura għas-sistema ta' dritt għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi kif provdut fil-paragrafu 1 jew ir-rinunzja għal tali dritt, jista' jsir biss wara perjodu minimu ta' tnax-il xahar.”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej: “3. L-ammont massimu annwali li jista' jiġi rimborżat għal spejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu effettivament iġġarrbu mill-presidenti ta' kumitati jew ta' sottokumitati li jivvjaġġaw sabiex jattendu konferenzi jew avvenimenti li jittrattaw kwistjoni ta' interess Ewropew fl-ambitu tar-responsabilità tal-kumitat jew is-sottokumitat tagħhom u li jkollhom dimensjoni parlamentari, għandu jkun EUR 4 148. Parteċipazzjoni bħal din għandha tirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-President tal-Parlament, wara li ssir verifika li jkunu disponibbli l-approprjazzjonijiet sal-ammont massimu indikat hawn fuq.”; |
|
(3) |
Fl-Artikolu 23 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “1a. Fuq talba bil-miktub, kull Membru li jkun uża l-allowance kollha tiegħu għall-vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur, kif stipulat fil-punt (a) tal-paragrafu 1, jista' jikkonverti l-allowance tiegħu jew tagħha għall-ivjaġġar bil-karozza, kif stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 1, f' allowance għal vjaġġi bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur bir-rata ta' vjaġġ one-way bl-ajru, bil-ferrovija jew bil-vapur għall-ekwivalenti ta' 2 % tan-numru massimu ta' kilometri permessi għall-Istat Membru fejn il-Membru kkonċernat ikun ġie elett. L-istess għandu japplika, mutatis mutandis, għal kwalunkwe Membru li jkun uża l-allowance kollha tiegħu għall-ivvjaġġar bil-karozza.”; |
|
(4) |
Fl-Artikolu 49(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-eks-Membri jew ir-rappreżentanti legali tagħhom għandhom, ħlief fil-każi ta' force majeure iressqu l-applikazzjoni tagħhom biex titħallas il-pensjoni tal-età fi żmien sitt xhur minn meta jibda jgħodd id-dritt. Wara dik l-iskadenza, id-data meta tibda sseħħ it-tgawdija tal-pensjoni tal-età għandha tkun l-ewwel jum tax-xahar meta tasal l-applikazzjoni.”; |
|
(5) |
Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. Il-ħlasijiet skont dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom isiru bi trasferiment bankarju skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (5). Il-Parlament għandu jieħu f'idejh il-ħlasijiet pagabbli minn min iħallas. Kull ħlas ieħor għandu jkun pagabbli minn min jirċievi l-ħlas. |
|
(6) |
Fl-Artikolu 75(1) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Fejn eks-Membr li jkun qed jirċievi l-pensjoni tal-invalidità imut wara l-14 ta' Lulju 2009, il-pensjoni tas-superstiti għandha titħallas lill-konjuġi, lis-sieħeb stabbli mhux fiż-żwieġ jew lit-tfal dipendenti tiegħu jew tagħha, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għar-Regoli PEAM.”; |
|
(7) |
Għandu jiżdied l-artikolu li ġej: “Artikolu 82 Reġim transizzjonali għar-rinunzja għar-rimborż ta' spejjeż mediċi Il-Membri li, skont l-Artikolu 3(4), jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi sa sal-15 ta’ Marzu 2011 għandhom jiġu rimborżati skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu, b'effett retroattiv mill-14 ta' Lulju 2009 jew inkella mill-ewwel xahar ta' wara d-data tal-aħħar rimborż tal-ispejjeż mediċi li jkun sar skont l-Artikolu 3(1).”. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-istess jum, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-Artikolu 1, punt 1, li għandu japplika mis-7 ta’ Lulju 2010; |
|
(b) |
l-Artikolu 1, punt 2 , li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010; |
|
(c) |
l-Artikolu 1, punt 3, li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2011. |
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju u tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).
(4) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(5) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.”;
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/9 |
Kontribut tal-XLIV COSAC
Brussell, mill-24 sas-26 ta’ Ottubru 2010
2010/C 340/07
1. Żvilupp sostenibbli fl-Istrateġija Ewropa 2020
|
1.1. |
Il-COSAC tqis li l-Istrateġija Ewropa 2020 hija approċċ integrat u koordinat tajjeb li żgur għandu jwassal għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, li jikkunsidra suffiċjentement kemm l-iżviluppi ekonomiċi u kemm dawk xjentifiċi, fl-UE u barra minnha, u l-konsegwenzi soċjali u ambjentali tagħha u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. |
|
1.2. |
L-appoġġ tal-COSAC għall-Istrateġija Ewropa 2020 mhuwiex wieħed bla kondizzjonijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill huma mistiedna, matul il-proċess tal-leġiżlazzjoni futura, iżommu f’moħħhom il-ħtieġa li jiġi limitat in-numru ta’ miri, li jkun hemm koordinazzjoni ma’ inizjattivi oħra tal-UE, li tiġi żgurata s-sigurtà enerġetika tal-Ewropa u li jiġi evitat it-telf fil-produttività. L-Istrateġija EWROPA 2020 għandha tiġi kkunsidrata fil-proċess ta’ riforma tal-governanza ekonomika fl-Ewropa. |
|
1.3. |
Il-COSAC tappella lill-Parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew jieħdu f’idejhom is-sjieda politika tal-Istrateġija Ewropa 2020 billi jissorveljaw b’mod attiv l-implimentazzjoni tagħha. |
|
1.4. |
Il-COSAC tappella wkoll lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew itejbu l-integrazzjoni tal-isfidi tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli fil-proposti leġiżlattivi u f’inizjattivi oħrajn. |
|
1.5. |
Il-COSAC tinnota b’sodisfazzjon li l-Parlamenti nazzjonali jqisu li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet huwa strett biżżejjed u li l-kontroll parlamentari huwa suffiċjentement garantit. F’dan il-kuntest, il-pressjoni mill-pari hija ta’ importanza partikolari. |
|
1.6. |
Fl-aħħar nett, fil-qafas tas-segwitu tal-Istrateġija EWROPA 2020, il-COSAC tistieden lill-Parlamenti nazzjonali jirriflettu dwar ir-rwol futur tagħhom fir-rigward tal-Pjanijiet ta’ Riforma Nazzjonali. |
2. Skrutinju parlamentari tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (Common Foreign and Security Policy) u tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (Common Security and Defence Policy) (minn hawn ’il quddiem is-“CFSP” u s-“CSDP”)
|
2.1. |
Il-COSAC tenfasizza l-ħtieġa ta’ skrutinju parlamentari kemm tas-CFSP u kemm tas-CSDP.
|
|
2.2. |
Bħala riżultat ta’ dan, il-COSAC tixtieq li l-mekkaniżmu l-ġdid għall-kontroll parlamentari tas-CSDP jiġi stabbilit matul l-2011. |
3. Il-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea
|
3.1. |
Filwaqt li l-COSAC tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti reċenti dwar il-governanza ekonomika u tappella għal approċċ li jippermetti implimentazzjoni rapida, il-COSAC tenfasizza li l-effetti b’ambitu wiesa’ tal-proposti jirrikjedu eżami bir-reqqa, u tenfasizza l-ħtieġa ta’ proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dettaljat li jwassal għal impenn politiku ġenwin kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak tal-UE. L-effikaċja tal-iskrutinju parlamentari eżerċitat mill-Parlamenti nazzjonali u mill-Parlament Ewropew fl-ebda ċirkostanza m’għandha tiġi pperikolata. |
4. Ir-rwol futur tal-COSAC
|
4.1. |
Il-COSAC tenfasizza r-rwol ta’ monitoraġġ tagħha permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aqwa prattiki u b’mod partikolari permezz tar-Rapporti Biennali possibbli tagħha. |
|
4.2. |
Il-COSAC tqis li dibattitu estensiv dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea huwa parti essenzjali u rikorrenti tal-aġenda tagħha. Għaldaqstant, il-COSAC tħeġġeġ lill-Presidenzi li jmiss jinkludu dibattitu dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fl-aġenda tal-laqgħat ordinarji tal-COSAC. Meta tiġi ffissata d-data ta’ dawn il-laqgħat, il-Presidenzi tal-COSAC huma mistiedna jikkunsidraw l-iskedar tal-pubblikazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
4.3. |
Bħala forum ta’ skambji, il-COSAC hija l-korp adegwat biex jiddiskuti politiki u kwestjonijiet Ewropej speċifiċi. Id-diskussjonijiet fi ħdan il-COSAC urew interess konverġenti tal-Parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew għal dan it-tip ta’ dibattitu. |
|
4.4. |
Il-COSAC tħeġġeġ lill-Parlamenti nazzjonali jkollhom rwol attiv fil-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Ewropea billi jintużaw il-possibilitajiet kollha li joffrilhom it-Trattat ta’ Lisbona. B’mod partikolari, il-COSAC tħeġġeġ il-Kmamar tal-Parlamenti tal-UE biex:
Il-COSAC se tieħu nota tar-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet bl-għan li jsir skambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki tajbin bejn il-Parlamenti nazzjonali. |
5. Koperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
|
5.1. |
Il-COSAC tapprezza ħafna l-parteċipazzjoni għall-ewwel darba tas-Sur Herman VAN ROMPUY, il-President tal-Kunsill Ewropew. Hi konvinta li l-koperazzjoni tagħha mal-Kunsill kif ukoll mal-Kunsill Ewropew se tibqa’ tkun kordjali daqskemm hija ta’ suċċess. |
|
5.2. |
B’referenza għad-definizzjoni ta’ “abbozz ta’ att leġiżlattiv”, il-COSAC tirreferi għall-Kontribut tat-XLIII COSAC u tistieden il-Kunsill jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni inizjali tiegħu. |
|
5.3. |
Il-COSAC hija ferħana li semgħet id-diskors tas-Sur José Manuel BARROSO, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, u tilqa’ b’sodsifazzjon id-dibattitu sussegwenti dwar l-isfidi għall-Unjoni għas-sena d-dieħla. Il-COSAC tittama li dan id-djalogu dirett isir element regolari fl-aġenda tal-COSAC sabiex il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew ikun jista’ jkollhom diskussjoni miftuħa mal-Kummissjoni Ewropea. |
|
5.4. |
Il-COSAC tenfasizza li l-applikazzjoni tal-ftehima ta’ qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandha tkun soġġetta għal monitoraġġ ġuridiku kontinwu. |
|
5.5. |
Il-COSAC tenfasizza li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jirrispettaw l-ekwlibriju istituzzjonali li jirriżulta mill-kontenut u l-ispirtu tat-Trattati. |
|
5.6. |
Fid-dawl tad-dokumenti ta’ konsultazzjoni u tal-proposti leġiżlattivi li jmiss dwar il-Europol u l-Eurojust, il-COSAC tenfasizza li hemm ħtieġa kbira ta’ konsultazzjoni preliminari wiesgħa u fil-ħin mal-Parlamenti nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea. Il-COSAC titlob li l-Kummissjoni Ewropea tippubblika simultanjament il-proposti leġiżlattivi dwar il-Europol u l-Eurojust. |
|
5.7. |
Il-COSAC tistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Parlament Ewropew jagħtu r-rispons tagħhom għal dan il-Kontribut. |
Il-Kunsill
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/11 |
Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi arranġamenti interni għall-implimentazzjoni minn u r-rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà
2010/C 340/08
Filwaqt li jfakkru li l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà (1), jipprevedu l-ħtieġa li jkun hemm qbil dwar il-Kodiċi ta' Kondotta qabel ma jiġi ddepożitat l-istrument ta' konferma formali f'isem l-Unjoni.
Filwaqt li jfakkru li skont l-Artikoli tad-Deċiżjoni 2010/48/KE, msemmija hawn fuq, il-Kodiċi ta' Kondotta ser jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (minn issa 'l quddiem “il-Konvenzjoni”) mill-Unjoni, inkluż għar-rwol tal-Kummissjoni bħala punt fokali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni f'isem l-Unjoni; għar-rappreżentanza tal-Unjoni a f'laqgħat ta' korpi maħluqin mill-Konvenzjoni; għar-rappreżentanza tal-pożizzjoni tal-Unjoni f'laqgħat ta' korpi maħluqin mill-Konvenzjoni; għar-rappreżentanza tal-pożizzjoni tal-Unjoni f'dawn il-laqgħat; kif ukoll għall-kooperazzjoni mill-qrib f'dawn il-laqgħat, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' arranġamenti ta' monitoraġġ, rappurtar u votazzjoni.
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kodiċi ta' Kondotta li jittrattaw kwistjonijiet ta' koordinazzjoni bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala parti mill-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 33.1 tal-Konvenzjoni.
Meta jitqies ir-rekwiżit ta' unità tar-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f'konformità mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea saħansitra fl-istadju tal-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali;
IL-KUNSILL, L-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI JAQBLU DWAR IL-KODIĊI TA' KONDOTTA LI ĠEJ:
NATURA U KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-KODIĊI
|
1. |
|
TQASSIM TAL-KOMPITI ABBAŻI TAL-KOMPETENZA
|
2. |
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri ser jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, waqt li jqisu l-prinċipji ta' kooperazzjoni sinċiera, sussidjarjetà u l-ħtieġa li jiġu rispettati l-kompetenzi differenti tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri kif stabbilit mit-Trattati, u waqt li jqisu li l-ambitu u l-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea huma, fin-natura tagħhom, soġġetti għal żvilupp kontinwu. |
|
3. |
Rigward kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, l-Istati Membri ser ikollhom l-għan li jelaboraw pożizzjonijiet ikkoordinati kull meta jitqies opportun. |
|
4. |
Rigward kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Unjoni ser ikollha l-għan li telabora pożizzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta':
|
|
5. |
Rigward kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza kondiviża u rigward kwistjonijiet fejn l-Unjoni tikkoordina, tappoġġa, u/jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri, l-Unjoni u l-Istati Membri ser ikollhom l-għan li jelaboraw pożizzjonijiet komuni, b'mod partikolari fir-rigward ta':
|
STABBILIMENT TA' POŻIZZJONIJIET
|
6. |
Il-pożizzjonijiet kollha tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ser jiġu debitament ikkoordinati.
|
INTERVENTI F'KAŻIJIET TA' POŻIZZJONIJIET IKKOORDINATI, TAL-UNJONI JEW KOMUNI MAQBULA
|
7. |
Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għat-taħditiet imsemmija fil-paragrafu 6, l-Istat Membru jew il-Kummissjoni jistgħu jitkellmu, wara li jkunu kkoordinaw b'mod dovut biex jappoġġaw u/jew jiżviluppaw il-pożizzjoni kkoordinata, il-pożizzjoni tal-Unjoni jew il-pożizzjoni komuni. |
VOTAZZJONI F'KAŻIJIET TA' POŻIZZJONIJIET IKKOORDINATI, TAL-UNJONI JEW KOMUNI MAQBULA
|
8. |
|
INTERVENTI U VOTAZZJONI F'KAŻIJIET FEJN MA JKUNX HEMM POŻIZZJONIJIET IKKOORDINATI, TAL-UNJONI JEW KOMUNI
|
9. |
Meta ma jintlaħaq l-ebda qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 6, l-Istati Membri jistgħu jitkellmu u jivvutaw dwar kwistjonijiet li b’mod ċar jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom bil-kondizzjoni li l-pożizzjoni tkun koerenti mal-linji ta' politika tal-Unjoni u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' titkellem u tivvota dwar kwistjonijiet li b'mod ċar jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni safejn ikun meħtieġ biex tiddefendi l-acquis tal-Unjoni. |
NOMINI
|
10. |
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jinnominaw kandidati għal esperti f'konformità mal-Artikolu 34.5 tal-Konvenzjoni u d-dritt għall-votazzjoni f'konformità mal-Artikolu 34.5 tal-Konvenzjoni, l-Unjoni tista' tinnomina kandidat abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni li dwarha għandu jkun hemm qbil b'kunsens mill-Istati Membri fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma kompetenti tal-Kunsill għal espert għall-Kumitat tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, f'isem l-Unjoni. Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għan-nomina mill-ġdid tal-kandidati tal-Unjoni. Il-persuna nnominata mill-Unjoni għandha tkun ċittadin tal-Unjoni, b'ċittadinanza ta' wieħed mill-Istati Membri skont il-paragrafu (1) tal-Artikolu 20 tat-TFUE. |
PUNT FOKALI
|
11. |
F'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2010/48/KE u l-Artikolu 33.1 tal-Konvenzjoni:
|
MONITORAĠĠ U RAPPURTAR
|
12. |
|
|
13. |
Il-Kummissjoni ser tipproponi fiż-żmien dovut qafas adatt għal mekkaniżmu indipendenti wieħed jew aktar f'konformità mal-Artikolu 33.2 tal-Konvenzjoni u dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili, f'konformità mal-Artikolu 33.3 tal-Konvenzjoni, b'kont meħud tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji rilevanti kollha tal-UE. |
REVIŻJONI TAL-ARRANĠAMENT
|
14. |
Fuq talba tal-Kunsill, Stat Membru jew l-Kummissjoni, l-arranġament jiġi rieżaminat, b'kont meħud tal-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tiegħu. |
(1) ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.
(2) Jew fil-post fejn issir il-laqgħa, jekk ikun differenti minn New York jew Ġinevra.
ANNESS
Objettiv ta' politika għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha relatat mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 13 tal-Kodiċi ta’ Kondotta u bil-ħsieb li jsiru monitoraġġ u rappurtar adatti, fejn u safejn ikun meħtieġ, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ser isaħħu u jikkoordinaw il-kapaċitajiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni biex jiġbru u janalizzaw informazzjoni adatta inkluża data komparabbli ta' statistika u ta' riċerka, f'konformità mas-salvagwardji legali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/16 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta’ Diċembru 2010
2010/C 340/09
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3435 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
111,63 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4536 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84865 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,1284 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2916 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,8960 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,162 |
|
EEK |
Krona Estona |
15,6466 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
277,33 |
|
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
|
LVL |
Lats Latvjan |
0,7097 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
3,9900 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,2915 |
|
TRY |
Lira Turka |
2,0196 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3433 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3531 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,4441 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7788 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7457 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 531,16 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
9,1663 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,9411 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4040 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 104,46 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2000 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,698 |
|
RUB |
Rouble Russu |
41,2450 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,312 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
2,2802 |
|
MXN |
Peso Messikan |
16,6511 |
|
INR |
Rupi Indjan |
60,3060 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Diċembru 2010
li taħtar żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u żewġ sostituti fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
2010/C 340/10
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawnhekk 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għandu jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. |
|
(2) |
Minħabba t-tqassim mill-ġdid tal-kompetenzi fi ħdan il-Kummissjoni huwa neċessarju li jinħatru żewġ membri ġodda fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija u żewġ sostituti li jkuni jistgħu jissostitwixxu lill-membri fl-assenza tagħhom u jivvotaw minflokhom, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ikunu persuni li jokkupaw il-pożizzjonijiet u li jeżerċitaw il-funzjonijiet li ġejjin:
|
|
Mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi:
|
|
|
Ir-rappreżentant sostitut għandu jkun il-persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet li ġejjin:
|
|
|
Mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija:
|
|
|
Ir-rappreżentant sostitut għandu jkun il-persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet li ġejjin:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-persuni li jokkupaw, anke jekk fuq bażi temporanja, il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 fid-data li tiġi adottata din id-Deċiżjoni, jew għal kull suċċessur ta' dawk il-persuni f'dawk il-pożizzjonijiet.
Artikolu 3
Id-Diretturi Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u d-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija għandhom jinformaw lill-President tal-Bord Amministrattiv u lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija bl-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, u b'kull bdil f'dan ir-rigward.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/18 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2010/C 340/11
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
10.6.2010 |
|
Tul ta' żmien |
10.6.2010-31.12.2010 |
|
Stat Membru |
Spanja |
|
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
ANE/08. |
|
Speċi |
Inċova (Engraulis encrasicolus) |
|
Żona |
VIII |
|
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
— |
Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/19 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2010/C 340/12
F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni biex is-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella ta' hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
13.11.2010 |
|
Tul ta' żmien |
13.11.2010-31.12.2010 |
|
Stat Membru |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
SRX/2AC4-C |
|
Speċi |
Rebekkini u Raj (Rajidae) |
|
Żona |
L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV |
|
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
|
Numru ta’ referenza |
— |
Ħolqa elettronika għad-deċiżjoni tal-Istat Membru:
http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/fishing_rules/tacs/index_mt.htm
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/20 |
Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma “In-nies” tas-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni
2010/C 340/13
B’dan qed tingħata notifika dwar it-tnedija ta’ sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma “In-nies” tas-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).
Din hija stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja dwar it-tħaddim transnazzjonali tan-netwerk tas-Servizzi tal-EURAXESS. Id-data tal-għeluq u l-baġit tas-sejħa huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS.
Il-Programm Speċifiku “In-nies”:
L-identifikatur tas-sejħa: FP7-PEOPLE-2011-EURAXESS-II
Din is-sejħa għall-proposti għandha x’taqsam mal-programm ta’ ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 8940 tal-14 ta’ Diċembru 2010.
It-tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti huwa disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-CORDIS li ġej: http://cordis.europa.eu/fp7/calls/
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/21 |
Sejħa għall-proposti 2010 – Il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini (2007-2013)
Implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-programm: Ċittadini Attivi għall-Ewropa, Soċjetà Ċivili Attiva fl-Ewropa u Tifkira Ewropea Attiva
2010/C 340/14
INTRODUZZJONI
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (1). Il-kondizzjonijiet dettaljati ta’ din is-sejħa għall-proposti jinsabu fil-Gwida tal-Programm għall-programm “Ewropa għaċ-Ċittadini” ppubblikata fuq il-websajt Europa (ara l-punt VII). Il-Gwida tal-programm tikkostitwixxi parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti.
I. Għanijiet
Il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini għandu dawn l-għanijiet speċifiċi:
|
— |
li jlaqqa’ flimkien nies minn komunitajiet lokali mill-Ewropa biex jaqsmu u jiskambjaw l-esperjenzi, l-opinjonijiet u l-valuri tagħhom, biex jitgħallmu mill-istorja u biex jibnu għall-ġejjieni; |
|
— |
li jrawwem azzjoni, dibattitu u riflessjoni relatati maċ-ċittadinanza Ewropea kollha u d-demokrazija, valuri kondiviżi, storja u kultura komuni permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell Ewropew; |
|
— |
li jqarreb lill-Ewropa maċ-ċittadini tagħha billi jmexxi ’l quddiem il-valuri u l-kisbiet tal-Ewropa, filwaqt li tinżamm ħajja l-memorja tal-imgħoddi tagħha; |
|
— |
li jinkoraġġixxi l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi parteċipanti kollha li jagħtu kontribut favur id-djalogu interkulturali u jagħti prominenza kemm lid-diversità u kemm lill-għaqda tal-Ewropa, b’attenzjoni partikolari għall-attivitajiet maħsuba lejn l-iżvilupp ta’ rabtiet eqreb bejn iċ-ċittadini mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif kostitwit fit-30 ta’ April 2004 u dawk bejn iċ-ċittadini mill-Istati Membri li ssieħbu minn dak iż-żmien ’il hawn. |
II. Applikanti eliġibbli
Il-Programm huwa miftuħ għall-promoturi kollha stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm u jiddependi minn jekk ikunux:
|
— |
Korp pubbliku, jew |
|
— |
Organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt bi status legali (personalità legali) |
Madankollu, kull azzjoni tal-Programm hija maħsuba għal firxa aktar speċifika ta’ organizzazzjonijiet. Għalhekk l-eliġibbiltà tal-organizzazzjonijiet applikanti hija ddefinita fil-Gwida tal-Programm b’mod speċifiku għal kull miżura/sottomiżura.
Il-pajjiżi eliġibbli taħt dan il-Programm huma:
|
— |
L-Istati Membri tal-UE (2) |
|
— |
Il-Kroazja, |
|
— |
L-Albanija, |
|
— |
L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (FYROM). |
III. Azzjonijiet eliġibbli
Il-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jappoġġa proġetti li jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea attiva.
Din is-sejħa tkopri l-azzjonijiet li ġejjin tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini, li huma appoġġjati b’żewġ tipi ta’ għotjiet: għotjiet tal-proġett u għotjiet operattivi
Azzjoni 1: Ċittadini Attivi għall-Ewropa
Ġemellaġġ bejn l-Ibliet
Din il-miżura hija maħsuba għal attivitajiet li jinvolvu jew jippromwovu skambji diretti bejn ċittadini Ewropej permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet.
Miżura 1.1: Laqgħat għaċ-ċittadini dwar il-ġemellaġġ bejn l-ibliet (għotja ta’ proġett)
Din il-miżura hija maħsuba għal attivitajiet li jinvolvu jew jippromwovu skambji diretti bejn ċittadini Ewropej permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet. Proġett għandu jinvolvi muniċipalitajiet minn mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom ikun Stat Membru tal-UE. Il-proġett għandu jkollu minimu ta’ 25 parteċipant internazzjonali li jkunu ġejjin mill-muniċipalitajiet mistiedna. It-tul ta’ żmien massimu tal-laqgħa għandu jkun 21 ġurnata. L-għotja massima li għandha tingħata hija EUR 25 000 għal kull proġett. L-għotja minima mogħtija hija EUR 5 000.
L-għotjiet għal-laqgħat taċ-ċittadini dwar il-ġemellaġġ bejn l-ibliet huma mmirati biex jikkoffinanzjaw l-ispejjeż organizzattivi tal-belt li tospita u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-parteċipanti mistiedna. Il-kalkolu tal-għotja hija bbażata fuq rati fissi.
Miżura 1.2: Netwerks ta’ bliet imsieħba f’ġemellaġġ (għotja ta’ proġett)
Din il-miżura tappoġġa l-iżvilupp ta’ netwerks maħluqa fuq il-bażi ta’ rabtiet ta’ ġemellaġġ bejn l-ibliet, li huma importanti biex jiżguraw kooperazzjoni strutturata, b’saħħitha u komprensiva bejn il-muniċipalitajiet, u għalhekk biex jikkontribwixxu biex jiġi massimizzat l-impatt tal-Programm. Proġett għandu jipprevedi mill-inqas tliet avvenimenti. Huwa għandu jinvolvi muniċipalitajiet minn mill-inqas erba’ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. Il-proġett għandu jkollu minimu ta’ 30 parteċipant internazzjonali li jkunu ġejjin mill-muniċipalitajiet mistiedna. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġett huwa 24 xahar; it-tul ta’ żmien massimu ta’ kull avveniment huwa 21 ġurnata.
L-ammont massimu eliġibbli għal proġett fi ħdan din il-miżura huwa EUR 150 000. L-ammont minimu eliġibbli huwa EUR 10 000. Il-kalkolu tal-għotja hija bbażata fuq rati fissi.
“Proġetti taċ-ċittadini” u “Miżuri ta’ appoġġ”
Miżura 2.1: Proġetti taċ-ċittadini (għotja ta’ proġett)
Din il-miżura tindirizza waħda mill-isfidi ewlenin li għandha l-Unjoni Ewropea llum: kif tressaq liċ-ċittadini u lill-Unjoni Ewropea eqreb lejn xulxin. Din għandha l-għan li tesplora metodoloġiji oriġinali u innovattivi li kapaċi jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jistimolaw id-djalogu bejn iċ-ċittadini Ewropej u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Proġett għandu jinvolvi mill-inqas ħames pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun Stat Membru tal-UE. Proġett għandu jinvolvi mill-inqas 200 parteċipant. It-tul ta’ żmien massimu ta’ proġett huwa 12-il xahar.
L-ammont tal-għotja jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ previżjoni bilanċjat u dettaljat, espress fil-munita euro. L-għotja mogħtija ma tistax taqbeż is-60 % tal-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. L-għotja minima ser tkun EUR 100 000. L-għotja massima eliġibbli għal proġett fi ħdan din il-miżura hija EUR 250 000.
Miżura 2.2: Miżuri ta’ appoġġ (għotja ta’ proġett)
Din il-miżura għandha l-għan li tappoġġa l-attivitajiet li jistgħu jwasslu għat-twaqqif ta’ sħubiji u netwerks fit-tul li jilħqu għadd sinjifikanti ta’ partijiet interessati differenti li jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea attiva, u b’hekk tikkontribwixxi biex jiġi pprovdut rispons aħjar għall-għanijiet tal-programmi u biex jiġu massimizzati l-impatt u l-effettività globali tal-programm.
Proġett għandu jinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom ikun Stat Membru tal-UE. It-tul ta’ żmien massimu huwa 12-il xahar. Għandhom jiġu previsti mill-inqas żewġ avvenimenti għal kull proġett.
L-ammont tal-għotja sejjer jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ previżjoni bilanċjat u dettaljat, espress fil-munita euro. L-għotja ma tistax taqbeż rata massima ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni inkwistjoni. L-għotja minima eliġibbli hija EUR 30 000. L-għotja massima eliġibbli għal proġett fi ħdan din il-miżura hija EUR 100 000.
Azzjoni 2: Soċjetà ċivili attiva fl-Ewropa
Miżuri 1 u 2: Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika pubblika Ewropea u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE (għotjiet operattivi (3))
– Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think tanks) – timmira li tappoġġja l-ħidma tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika pubblika Ewropea (think tanks), li huma kapaċi jipprovdu ideat ġodda u riflessjonijiet fuq kwistjonijiet Ewropej, fuq iċ-ċittadinanza attiva fil-livell Ewropew jew fuq il-valuri Ewropej.
– Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE – għandha l-għan li lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili b’dimensjoni Ewropea bil-kapaċità u l-istabilità biex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom fil-livell Ewropew. L-għan tagħha huwa li tagħti kontribut favur l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili strutturata, koerenti u attiva fil-livell Ewropew.
Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għandu jikkorrespondi mas-sena baġitarja tal-applikant, kif muri mill-kontijiet iċċertifikati tal-organizzazzjoni. Jekk is-sena baġitarja tal-applikant tkun tikkorrespondi għas-sena kalendarja, il-perjodu ta’ eliġibbiltà jkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Għal applikanti li s-sena baġitarja tagħhom tkun differenti mis-sena kalendarja, il-perjodu ta’ eliġibbiltà jkun il-perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-bidu tas-sena baġitarja tagħhom.
L-għotja tista’ tiġi kkalkulata bl-użu ta’ żewġ metodi differenti:
|
(a) |
Baġit ibbażat fuq rati fissi; |
|
(b) |
Baġit ibbażat fuq spejjeż reali. L-ammont tal-għotja jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ baġit ta’ previżjoni bilanċjat u dettaljat, espress fil-munita euro. L-għotja ma tistax taqbeż rata massima ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni inkwistjoni. |
L-għotja massima hija EUR 100 000.
Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (għotja ta’ proġett)
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġja proġetti konkreti promossi minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jappartienu għal pajjiżi parteċipanti differenti. Dawn il-proġetti għandhom iqajmu kuxjenza dwar suġġetti ta’ interess Ewropew u jikkontribwixxu biex irawmu l-fehim xulxien dwar kulturi differenti u biex jidentifikaw valuri komuni permezz tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew.
Proġett għandu jinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi parteċipanti, li mill-inqas wieħed minnhom ikun Stat Membru tal-UE. It-tul ta’ żmien massimu tal-proġetti huwa 18-il xahar.
L-għotja tista’ tiġi kkalkulata bl-użu ta’ żewġ metodi differenti, li jikkorrespondu għal approċċi differenti u li għalihom japplikaw regoli speċifiċi:
|
(a) |
Baġit ibbażat fuq rati fissi għall-‘proġetti ta’ avveniment’. |
|
(b) |
Baġit ibbażat fuq l-ispejjeż reali għall-‘proġetti ta’ produzzjoni u realizzazzjoni’. L-għotja mitluba f’dak il-każ ma tistax taqbeż is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni inkwistjoni. |
L-għotja massima hija EUR 150 000. L-għotja minima eliġibbli hija EUR 10 000.
Azzjoni 4: Tifkira Ewropea Attiva (għotja ta’ proġett)
L-għan tal-proġetti appoġġati fl-ambitu ta’ din l-azzjoni huwa li jżommu ħajja t-tifkira tal-vittmi tan-Nazziżmu u tal-Istaliniżmu u li jtejbu l-għarfien u l-fehim tal-ġenerazzjonijiet ta’ żmienna u ta’ dawk ġejjiena dwar x’seħħ fil-kampijiet u f’siti oħra tal-qerda tal-massa, u r-raġuni għaliex.
It-tul ta’ żmien massimu ta’ proġett huwa 12-il xahar.
L-għotja tista’ tiġi kkalkulata bl-użu ta’ żewġ metodi differenti:
|
(a) |
Baġit ibbażat fuq rati fissi u somma f’daqqa għall-“proġetti ta’ avveniment”. |
|
(b) |
Baġit ibbażat fuq l-ispejjeż reali għall-“proġetti ta’ produzzjoni u realizzazzjoni”. L-għotja mitluba f’dak il-każ ma tistax taqbeż is-60 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni inkwistjoni. |
L-għotja massima hija EUR 55 000. L-għotja minima eliġibbli hija EUR 10 000.
IV. Kriterji tal-għoti
|
|
Għal għotjiet tal-proġett:
|
|
|
Għal għotjiet operattivi:
|
V. Baġit
Baġit previst għall-2011 għall-azzjonijiet li ġejjin
|
Azzjoni 1 Miżura 1.1 |
Laqgħat taċ-ċittadini dwar ġemellaġġ bejn l-ibliet |
EUR 7 043 000 |
|
Azzjoni 1 Miżura 1.2 |
In-netwerking tematiku bejn bliet imsieħba f’ġemellaġġ |
EUR 4 528 000 |
|
Azzjoni 1 Miżura 2.1 |
Proġetti taċ-ċittadini |
EUR 1 308 000 |
|
Azzjoni 1 Miżura 2.2 |
Miżuri ta’ appoġġ |
EUR 1 207 000 |
|
Azzjoni 2 Miżura 3 |
Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili |
EUR 2 807 000 |
|
Azzjoni 4 |
Tifkira Ewropea Attiva |
EUR 1 781 000 |
L-implimentazzjoni ta’ din is-Sejħa għall-Proposti hija soġġetta għall-adozzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2011 mill-awtorità baġitarja.
VI. Skadenzi għall-applikazzjonijiet – Azzjonijiet
|
Azzjonijiet |
Skadenza għas-sottomissjoni |
|
|
Azzjoni 1 Miżura 1.1 |
Laqgħat taċ-ċittadini dwar ġemellaġġ bejn l-ibliet |
l-1 ta’ Frar l-1 ta’ Ġunju l-1 ta’ Settembru |
|
Azzjoni 1 Miżura 1.2 |
In-netwerking tematiku bejn bliet imsieħba f’ġemellaġġ |
l-1 ta’ Frar l-1 ta’ Settembru |
|
Azzjoni 1 Miżura 2.1 |
Proġetti taċ-ċittadini |
l-1 ta’ Ġunju |
|
Azzjoni 1 Miżura 2.2 |
Miżuri ta’ appoġġ |
l-1 ta’ Ġunju |
|
Azzjoni 2 Miżura 1 u 2 |
Appoġġ strutturali għall-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-politika tal-UE (think tanks) u għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE |
il-15 ta’ Ottubru |
|
Azzjoni 2 Miżura 3 |
Appoġġ għal proġetti mibdija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili |
l-1 ta’ Frar |
|
Azzjoni 4 |
Tifkira Ewropea Attiva |
l-1 ta’ Ġunju |
L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu qabel 12.00 p.m. (nofsinhar ħin ta’ Brussell) fid-data finali għall-applikazzjonijiet. Jekk l-iskadenza tinzerta fi tmiem il-ġimgħa, l-ewwel ġurnata tax-xogħol wara tmiem il-ġimgħa titqies bħala l-ġurnata tal-iskadenza.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil dan l-indirizz:
|
EACEA |
|
Unit P7 Citizenship |
|
Applications — ‘Measure XXX’ |
|
Avenue du Bourget 1 (BOUR 01/17) |
|
1140 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Jitqiesu biss dawk il-proposti li jitressqu bl-użu tal-formola elettronika (eForm) uffiċjali tal-applikazzjoni għall-għotja mimlija kif suppost u ffirmata mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenn ġuridiku f’isem l-applikant.
L-applikazzjonijiet imressqa fuq karta bil-posta jew bil-faks jew mibgħuta direttament b’email ma jiġux aċċettati għal aktar valutazzjoni.
VII. Aktar informazzjoni
Il-kondizzjonijiet dettaljati tat-tressiq tal-proposti tal-proġetti u l-formoli tal-applikazzjoni jinsabu fil-Gwida tal-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini kif emendata l-aħħar fuq is-siti li ġejjin:
http://ec.europa.eu/citizenship/index_en.html
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura:
http://eacea.ec.europa.eu/citizenship/index_en.htm
(1) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.
(2) Is-27 Stat Membru tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit.
(3) Din is-sejħa għall-proposti tirrigwarda l-għotjiet operattivi annwali għas-sena finanzjarja 2012.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/27 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 340/15
|
1. |
Fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi CVC Capital Partners SICAV-FIS SA u s-sussidjarji u l-affiljati tagħha (“CVC”, il-Lussemburgu) u AIF VII Euro Holdings, L.P., fond ġestit minn affiljata ta' Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Brit Insurance Holdings N.V. (“Brit Insurance”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' offerta pubblika mħabbra fis-26 ta’ Ottubru 2010. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6053 – CVC/Apollo/Brit Insurance, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/28 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 340/16
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
SOMMARJU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“NANOŠKI SIR”
Nru tal-KE: SI-PDO-005-0421-29.10.2004
DPO ( X ) IĠP ( )
Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
|
Titlu: |
Ministrstvo za kmetijstvo, gozdarstvo in prehrano |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+386 14789000 |
|||
|
Fax |
+386 14789055 |
|||
|
Posta elettronika: |
varnahrana.mkgp@gov.si |
2. Applikant:
|
Titlu: |
Gospodarsko interesno združenje Nanoški sir |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+386 53671280 |
|||
|
Fax |
+386 53671314 |
|||
|
Posta elettronika: |
alenka.stopar@vipava1894.si |
|||
|
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott:
|
Klassi 1.3: |
Ġobon |
4. Speċifikazzjoni:
(sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Titlu:
“Nanoški sir”
4.2. Deskrizzjoni:
Nanoški sir huwa ġobon iebes magħmul mill-ħalib tal-baqra.
Nanoški sir għandu l-forma ta' rota b'dijametru ta' 32-34 cm u għoli ta' 7-12 cm. Il-ġenb tar-rota huwa daqsxejn konvess. Minn ġewwa, Nanoški sir huwa ta' kulur isfar karg u għandu konsistenza elastika, flessibbli, lixxa u solida. Il-ġobon jista' okkażjonalment ikollu toqob li jvarjaw minn żgħar sa daqs medju, ta' forma irregolari.
Il-piż wara tal-inqas sitt ijiem ta' maturazzjoni huwa ta' 8-11 kg.
Il-qoxra ta' Nanoški sir hija safra li tagħti daqsxjen fl-aħmar ta' kulur il-briks fil-kannella; f'ċerti postijiet jidhru t-traċċi tal-moffa, li huma riżultat tal-maturazzjoni tradizzjonali. Il-qoxra hija lixxa, xotta, mingħajr qsim u imperfezzjonijiet.
Il-prodott jitqiegħed fis-suq wara tal-inqas 60 jum ta' maturazzjoni u jrid ikollu tal-inqas 60 % ta' materja niexfa u tal-inqas 45 % xaħam fil-materja niexfa.
L-aroma tal-ġobon hija nadifa, ma ddejqekx u karatteristika ta' Nanoški sir; it-togħma hija ftit pikkanti u pjaċevolment mielħa. Hekk kif il-ġobon jimmatura, l-aroma u t-togħma pikkanti tiegħu jsiru iżjed qawwija.
4.3. Żona ġeografika:
Il-ħalib għal “Nanoški sir” jiġi prodott f'żona ġeografika li tinsab mal-fruntiera Taljana/Slovena bejn il-bliet ta' Sežana u Nova Gorica, ix-xmara Soča sa Most na Soči, ix-xmara Idrijca minn Most na Soči sa Idrija, it-triq ta' Idrija–Godovič–Kalce–Planina–Postojna, u t-triq ta' Postojna–Pivka–Divača–Sežana.
Iż-żona ġeografika limitata għal produzzjoni ta' Nanoški sir (l-ipproċessar tal-ħalib f'Nanoški sir) tinsab ġewwa iż-żona ġeografika għall-produzzjoni tal-ħalib. Tinsab fil-parti ta' fuq taż-żona fejn jikbru id-dwieli tal-inbid ta' Vipavska Dolina (il-wied ta' Vipava), speċifikament fit-territorju tal-wied tax-xmara Močilnik minn Lozice sa Vipava u fuq il-parti tal-wied tax-xmara Vipava minn Vipava sa Ajdovščina. Nanoški sir huwa prodott fl-istabbilimenti li jinsabu f'altitudni ta' mhux aktar minn 500 m 'l fuq mil-livell tal-baħar.
Il-postijiet kollha msemmija jinsabu ġewwa iż-żona ġeografika definita.
4.4. Prova tal-oriġini:
Sabiex ikun żgurat li Nanoški sir joriġina miż-żona ġeografika speċifikata isir monitoraġġ ta' dan li ġej:
|
— |
il-produzzjoni tal-ħalib: il-ħalib irid ikun prodott fl-irziezet fiż-żona ġeografika speċifikata. L-irziezet iżommu reġistru veterinarju tat-trattamenti li jiżgura li l-kompożizzjoni tal-merħla hija adattata f'termini ta' razza, u wkoll reġistru tal-għalf jew l-oġġetti tal-għalf; |
|
— |
il-ġbir tal-ħalib: ir-rotot tal-ġbir tal-ħalib għall-produzzjoni ta' Nanoški sir iridu jkunu separati minn kwalunkwe rotta oħra tal-ġbir. Meta l-ħalib jinġabar, l-irziezet individwali jżommu reġistru tal-kwantità tal-ħalib fornut u l-kwantità totali tal-ħalib miġbur; |
|
— |
iż-żamma ta' reġistri tal-kwantità ta' ħalib pproċessat kuljum fil-maħleb. It-trattament bis-sħana tal-ħalib iseħħ f'temperatura baxxa li tvarja minn 63 °C sa 69 °C; dan huwa żgurat billi jinżamm reġistru tat-temperatura tat-trattament bis-sħana tal-ħalib intenzjonat għall-ġobon; |
|
— |
l-ipproċessar tal-ħalib u l-immuffar tal-ġobon skont ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet; dan huwa żgurat billi jinżammu r-reġistri tal-ipproċessar tal-ħalib u l-immuffar tal-ġobon. Kull lott huwa ġestit billi jingħata numru speċifiku u l-jum u x-xahar tal-produzzjoni; |
|
— |
il-maturazzjoni tal-ġobon: jinżamm reġistru tal-kwantità ta' ġobon u d-data tal-bidu tal-maturazzjoni ta' kull lott. Isir monitoraġġ tat-temperatura u l-umdità tal-kamra tal-maturazzjoni. Kull lott jitħalla jimmatura tal-inqas 60 jum. Jinżamm reġistru tal-ġobon li qed jimmatura sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni. |
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
Tal-inqas 80 % tal-ħalib għal Nanoški sir jinkiseb minn baqar tar-razza kannella. Il-baqar jieklu l-aktar għalf mhux raffinat li ġej miż-żona ġeografika; l-għalf mhux raffinat (ħaxix tal-mergħa, tiben u ħaxix tal-għalf maħżun jew ċereali) irid ikun fih 75 % ta' materja niexfa f'kull razzjon.
Jittieħdu passi sabiex ikun żgurat li l-ħalib intenzjonat għall-produzzjoni ta' Nanoški sir jinġabar u jinħażen separatament. Ma jistgħux jgħaddu aktar minn 72 siegħa bejn l-ewwel ħlib u t-trattament bis-sħana. Il-ħalib wara jiġi ttrattat f'temperatura baxxa u jinħażen f'temperatura friska. Il-ħalib jissaħħan għal temperatura ta' tibqit fil-bittija fejn isir il-ġobon. Soluzzjoni ta' tames titferra' fil-ħalib li titħawwad għal ħames minuti, u wara l-ħalib jitħalla biex jagħqad. Il-baqta tinqata' f'kaxxi u tiġi ppressata f'forom li għandhom dijametru ta' 35 cm u għoli ta' 15 cm. Il-ġobon frisk jiġi ppressat. Il-fermentazzjoni tokkorri waqt li jiġi ppressat. Wara l-fermentazzjoni u l-pressa, kull rota ta' ġobon tingħata tikketta fuq naħa waħda bin-numru tas-serje (sena u xahar).
Wara l-ġobon jiġi mmellaħ f'soluzzjoni ta' melħ tal-baħar għal tlett ijiem f'temperatura ta' bejn it-12 u t-18-il grad, matul liema ħin ir-roti jiddawru kuljum sabiex ikun żgurat li ġew immelħa indaqs in-naħiet kollha. Wara tlett ijiem ta' melħ, ir-roti jitneħħew mis-soluzzjoni salina u jitqegħdu fuq il-pjanċi tat-tnixxif sabiex jinxef il-wiċċ. Meta l-uċuħ tal-ġobnijiet ikunu nixfin biżżejjed, il-ġobnijiet jitqiegħdu fil-kamra tal-maturazzjoni. Nanoški sir jimmatura fil-kmamar tal-maturazzjoni għal tal-inqas 60 jum jew sa meta jkollu tal-inqas 60 % ta' materja niexfa u tal-inqas 45 % xaħam fil-materja niexfa. Għall-ewwel 14-il jum ta' maturazzjoni, il-ġobon jintmesaħ u jinqaleb kull tlett ijiem, u minn hemm il-quddiem jinqaleb tal-inqas darba fil-ġimgħa u jintmesaħ jekk hemm bżonn. Qabel mal-ġobon jiġi rilaxxat mill-maħżen, jinħasel sabiex titneħħa l-moffa mill-qoxra. Meta l-ġobon ikollu tal-inqas 60 jum, l-apparenza esterna tar-roti individwali tiġi eżaminata u jintgħażlu dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti. Issir valutazzjoni organolettika u analiżi kimika tal-istess lott tar-roti magħżula.
Kull rota li tissodisfa l-kriterju tal-ispeċifikazzjoni tiġi mmarkata fuq wieħed mill-uċuħ orizzontali bit-timbru li fih is-simbolu tan-narċis u l-inskrizzjoni “Nanoški sir” f'tali mod, li meta r-rota tinqasam f'biċċiet, kull biċċa żgħira jkollha parti mis-simbolu tan-narċis. Kull biċċa ta' Nanoški sir li tkun se tiġi ppakkjata min qabel għandha wkoll tkun immarkata bin-numru tas-serje.
4.6. Rabta:
It-territorju tal-wied ta' Vipava huwa karatterizat b'taħlita ta' klima kontinentali prealpina u l-klima Mediterranja. Spiss ikun hemm in-nixfa fil-wied ta' Vipava minħabba r-riħ li malajr inixxef il-ħamrija mxarrba. Dan it-territorju huwa affettwat b'mod konsiderevoli mill-bora, riħ kiesaħ tat-Tramuntana li jonfoħ minn Nanos u li jkun qawwi ħafna. Is-sjuf huma sħan. Il-kundizzjonijiet naturali u l-klima ħarxa wkoll wasslu għat-trobbija tar-razza kannella tal-bovini, li huma b'saħħithom u aktar reżistenti. Ir-razza l-kannella tista' tipproċessa kwantità kbira ta' għalf mhux raffinat bażiku, u l-ħalib tagħha għandu kontenut għoli ta' proteini u xaħam, li jinfluwenza l-kwalità tal-produzzjoni tal-ġobon, u l-kulur, it-togħma u l-aroma ta' Nanoški sir.
Il-maturazzjoni isseħħ fil-parti l-għolja taż-żona fejn jikbru d-dwieli tal-inbid tal-Wied ta' Vipava fil-kmamar ta' maturazzjoni li jridu jkunu f'altitudni ta' mhux aktar minn 500 m il-fuq mill-baħar, għaliex id-dwieli, ukoll, jikbru tajjeb ħafna f'dik l-altitudni 'l fuq mill-baħar. It-taqsima ta' fuq taż-żona tat-tkabbir tad-dwieli tal-inbid tal-wied ta' Vipava teżerċita influwenza konsiderevoli fuq il-kontenut tal-mikroflora awtoktona fl-arja, li tinfluwenza l-maturazzjoni ta' Nanoški sir u l-aroma karatteristika u t-togħma pikkanti tiegħu. Il-kontenut tal-mikroflora awtoktona fl-arja huwa influwenzat mill-klima karatteristka, il-viċinanza tal-baħar u l-preżenza tad-dwieli.
Il-ġobon ilu jiġi prodott fuq il-plateau ta' Nano mis-sittax-il (16) seklu. Ir-reġistru tal-art taż-żona ta' Vipava mis-sittax-il (16) seklu fih entrati għall-kiri tal-art tal-plateau u jiżvela li l-utenti tal-pjanuri wkoll ħallsu lill-ħakkiema taż-żona bil-ġobon. Dan jagħti prova li r-rigħi u l-produzzjoni tal-ġobon fuq il-plateau ta' Nanos diġa' kienu żviluppati dak iż-żmien. Mill-1986 'il quddiem, Nanoški sir beda jsir mill-ħalib tal-baqra bl-użu tal-metodi tradizzjonali biex isir il-ġobon, f'dik iż-żona. Jidher ċar li minn kmieni l-ħalib diġà kien imħallat bit-tames f'temperatura baxxa sabiex jippreserva l-maġġoranza tal-mikororganiżmi tal-aċidu lattiku li jkunu preżenti fil-ħalib b'mod naturali. Il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon ukoll kien iseħħ f'bittiji miftuħa, sabiex jippermetti li l-mikroflora awtoktona – li tikkonsisti primarjament minn ħmiri, jidħlu fil-baqta.
4.7. Korp tal-kontroll:
|
Titlu: |
Bureau Veritas d.o.o. |
|||
|
Indirizz: |
|
|||
|
Tel. |
+386 14757600 |
|||
|
Fax |
+386 14757601 |
|||
|
Posta elettronika: |
info@si.bureauveritas.com |
4.8. Tikkettar:
Il-ġobnijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni jiġu mmarkati bl-isem Nanoški sir, is-simbolu tan-narċis, is-simbolu korrispondenti tal-Komunità u s-simbolu nazzjonali tal-kwalità.
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.