ISSN 1725-5198 doi:10.3000/17255198.C_2010.334.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 53 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2010/C 334/01 |
||
|
Rettifika |
|
2010/C 334/02 |
||
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Qorti tal-Awdituri
10.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/1 |
OPINJONI Nru 6/2010
(skont l-Artikolu 322, TFUE)
fuq proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea
2010/C 334/01
WERREJ
|
Paragrafu |
Paġna |
Taqsira … |
I-XV |
3 |
Introduzzjoni … |
1-4 |
4 |
Prinċipji tal-baġit … |
5 |
4 |
Dħul assenjat … |
6-9 |
4 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
6 |
4 |
Analiżi… |
7-8 |
4 |
Rakkomandazzjoni… |
9 |
5 |
Riskju tollerabbli ta’ żball … |
10-23 |
5 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
10-11 |
5 |
Analiżi… |
12-22 |
5 |
Skop… |
13-15 |
5 |
Definizzjoni u stima… |
16-17 |
5 |
Kejl tal-livell ta’ riskju tollerabbli… |
18 |
6 |
Rwoli u Responsabbiltajiet… |
19-22 |
6 |
Rakkomandazzjoni… |
23 |
6 |
Metodi ta’ implimentazzjoni u obbligi tal-Istati Membri … |
24-36 |
6 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
24-25 |
6 |
Analiżi… |
26-35 |
6 |
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri… |
28 |
7 |
Arranġamenti amministrattivi għall-agrikoltura applikati f’post ieħor… |
29-32 |
7 |
Spiża tal-proposti… |
33 |
7 |
Kompatibilità ma’ sistema bbażata fuq il-prestazzjoni ta’ rimborż… |
34 |
7 |
Il-Kummissjoni kif se tuża l-informazzjoni?… |
35 |
7 |
Rakkomandazzjoni… |
36 |
7 |
Ħlasijiet, azzjoni ta’ rkupru u akkwist … |
37 |
7 |
Kontijiet fiduċjarji … |
38-41 |
8 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
38 |
8 |
Analiżi… |
39-40 |
8 |
Rakkomandazzjoni… |
41 |
8 |
Għotjiet u Prezzijiet … |
42 |
8 |
Strumenti Finanzjarji … |
43-47 |
8 |
Il-proposta tal-Kummissjoni… |
43 |
8 |
Analiżi… |
44-46 |
8 |
Rakkomandazzjoni… |
47 |
9 |
Verifika esterna … |
48-69 |
9 |
Ir-rapport annwali… |
49-63 |
9 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
49 |
9 |
Analiżi… |
50-62 |
9 |
Rakkomandazzjoni… |
63 |
10 |
Rapporti speċjali… |
64-68 |
10 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
64 |
10 |
Analiżi… |
65-67 |
11 |
Rakkomandazzjoni… |
68 |
11 |
Kwistjonijiet ulterjuri dwar verifika esterna… |
69 |
11 |
Fondi fiduċjarji Ewropej … |
70-78 |
11 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
70 |
11 |
Analiżi… |
71-77 |
11 |
Kwistjonijiet amministrattivi… |
72-73 |
11 |
Spiża… |
74-75 |
11 |
Obbligu ta’ rendikont u arranġamenti ta’ verifika… |
76-77 |
12 |
Rakkomandazzjoni… |
78 |
12 |
Mudell ta’ Regolament Finanzjarju għal imsieħba pubbliċi u privati … |
79-82 |
12 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
79 |
12 |
Analiżi… |
80-81 |
12 |
Rakkomandazzjonijiet… |
82 |
12 |
Finanzjament tax-xiri tal-bini … |
83 |
12 |
Dispożizzjonijiet finali … |
84 |
12 |
Kwistjonijiet li ma ngħatawx prominenza fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni … |
85 |
12 |
Approvazzjoni ta’ prefinanzjament … |
86-89 |
12 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
86 |
12 |
Analiżi… |
87 |
12 |
Rakkomandazzjoni… |
88-89 |
13 |
Preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità … |
90-93 |
13 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
90 |
13 |
Analiżi… |
91-92 |
13 |
Rakkomandazzjoni… |
93 |
13 |
Regolamenti finanzjarji ta’ aġenziji u korpi oħra mwaqqfa taħt it-Trattat … |
94-100 |
13 |
Il-Proposta tal-Kummissjoni… |
94 |
13 |
Analiżi… |
95-98 |
13 |
Rakkomandazzjoni… |
99-100 |
14 |
Rekwiżiti ta’ rappurtar … |
101-102 |
14 |
ANNESS — Test modifikat tal-Kummissjoni u suġġeriment tal-Qorti |
|
|
IL-QORTI TAL-AWDITURI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 322 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-proposta għar-Regolament (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”),
Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kunsill għal opinjoni dwar l-abbozz imsemmi hawn fuq li l-Qorti rċeviet fit-3 ta’ Settembru 2010 u għat-talba tal-Parlament tat-23 ta’ Ġunju 2010.
ADDOTAT L-OPINJONI LI ĠEJJA:
Taqsira
I. |
It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea u l-arranġamenti biex iżżomm lill-Kummissjoni responsabbli għall-ġestjoni tagħha ta’ fondi huwa kompitu importanti. Ir-Regolament jista’ jkollu rwol f’dan - u l-emendi proposti jinkludu tibdiliet li se jgħinu lil maniġers biex jagħmlu deċiżjonijiet sensibbli: xi tibdiliet proposti jinvolvu simplifikazzjoni sinifikanti ta’ proċeduri. Iżda regolament waħdu mhuwiex biżżejjed: it-titjib ewlieni se jsir permezz tal-azzjonijiet ta’ maniġers fil-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet l-oħra, u l-Istati Membri. |
II. |
Il-Kummissjoni ddeskriviet din il-proposta bħala waħda li qed tmur lil hinn mill-ambitu normali ta’ reviżjoni triennali. Iżda fil-prattika, it-tibdiliet proposti huma inqas ambizzjużi milli jidhru. Pereżempju (il-paragrafu 42), id-diskussjonijiet ta’ memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ bidla tar-reġim ta’ għotjiet minn wieħed ibbażat fuq kontributi għal wieħed ibbażat fuq prestazzjoni. Fil-prattika, filwaqt li hemm xi innovazzjonijiet bħad-dispożizzjoni għall-għoti ta’ premjijiet, il-proposti huma neqsin minn din l-aspirazzjoni. |
III. |
Il-proposta tal-Kummissjoni dwar dħul assenjat estern hija bbażata fis-sod, iżda jidher li mhux neċessarju li tinżamm kategorija ta’ dħul assenjat intern (il-paragrafi 6 sa 9). |
IV. |
Il-Kummissjoni tagħmel proposti dwar riskju tollerabbli ta’ żball. Il-Qorti tinnota li hemm inċertezza konsiderevoli madwar id-definizzjoni u l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli, u li l-proposta tal-Kummissjoni tidher li tuża biss il-kunċett ta’ riskju tollerabbli bħala bażi biex tiġġudika liema livell ta’ ħlasijiet ta’ fondi irregolari għandu jitqies bħala aċċettabbli ex post. Il-Qorti tissuġġerixxi li l-Parlament u l-Kunsill iqisu jekk ir-Regolamenti Finanzjarji għandhomx jeħtieġu li l-Kummissjoni ttejjeb l-iskrining tagħha ta’ proposti ta’ nfiq fiż-żmien li dawn jiġu ppreżentati, u biex ittejjeb id-dijanjosi tagħha tal-kawżi ta’ żbalji. Ir-Regolament Finanzjarju m’għandux ifittex li jirrestrinġi r-responsabbiltà tal-Qorti biex tiddeċiedi fuq livell xieraq ta’ materjalità (paragrafi 10 sa 23). |
V. |
Il-proposta tal-Kummissjoni dwar modi ta’ ġestjoni tinvolvi ħtieġa sinifikanti għal dikjarazzjoni ta’ ġestjoni dwar l-użu tal-fondi kollha li l-ġestjoni tagħhom tinqasam mal-Istati Membri. Madankollu l-proposti jqajmu kwistjonijiet ta’ spiża, prattiċità u responsabbiltà li jeħtieġu konsiderazzjoni bir-reqqa (il-paragrafi 24 sa 36). |
VI. |
Il-Qorti tirrakkomanda li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jqis kummenti li saru qabel mill-Qorti fir-rigward ta’ kontijiet fiduċjarji (il-paragrafi 38 sa 41). |
VII. |
L-inklużjoni ta’ bażi legali speċifika għall-użu ta’ strumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju hija xierqa. Madankollu, il-Qorti tinnota li ż-żieda proposta mar-Regolament Finanzjarju ma tittrattax il-kwistjoni ta’ appartenenza. Mhuwiex ċar jekk il-Kummissjoni tistenniex li tirreġistra l-istrumenti finanzjarji kollha fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni Ewropea (il-paragrafi 43 sa 47). |
VIII. |
Partijiet sostanzjali tal-proposti dwar verifika esterna kieku jikkostrinġu l-kapaċità tal-Qorti biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha tat-Trattat b’mod effettiv. Għaldaqstant il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex jiċħdu l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-proposti (il-paragrafi 48 sa 69). |
IX. |
Il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta’ fondi fiduċjarji Ewropej. Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill għal kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni, obbligu ta’ rendikont u verifika mqajma minn din il-proposta. (il-paragrafi 70 sa 78). |
X. |
Id-dispożizzjoni dwar ir-“Regolament Finanzjarju anqas dettaljat” għall-korpi proposti speċjali ta’ sħubija pubblika u privata ma jeħtiġux espliċitament il-konsultazzjoni tal-Qorti. Il-Qorti tqis li huwa importanti li dan id-dokument m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi l-kapaċità tal-Qorti biex tivverifika l-użu tal-fondi tal-UE (il-paragrafi 79 sa 81). |
XI. |
Il-Qorti tirrakkomanda tisħiħ ulterjuri għad-dispożizzjoni dwar il-prefinanzjament, flimkien ma’ azzjoni ta’ ġestjoni biex tnaqqas akkumulazzjoni eċċessiva ta’ partiti mhux approvati (il-paragrafi 86 sa 89). |
XII. |
Il-proposti jinvolvu ċertu simplifikazzjoni tal-arranġamenti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet. Il-Qorti tirrakkomanda li minbarra l-impenn tal-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ rendikonti finanzjarji skont l-istandards aċċetati internazzjonalment, dawn jiġu ddikkjarati mill-ġdid u ċċarati (il-paragrafi 90 sa 93). |
XIII. |
Il-Qorti tirrakkomanda kjarifika tal-proposta tal-Kummissjoni għall-verifika tal-aġenziji sabiex tkabbar il-kontribuzzjoni li din il-proposta tista’ tagħmel lil assigurazzjoni globali dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa (il-paragrafi 94 sa 99). |
XIV. |
Il-Qorti tissuġġerixxi reviżjoni ta’ ħtiġijiet ta’ rappurtar (il-paragrafi 101 sa 102). |
XV. |
Meħuda globalment, il-proposti li jinsabu fir-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju se jipprovdu opportunitajiet għall-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza u l-ġestjoni finanzjarja. Is-simplifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni settorjali tibqa’ madankollu rotta importanti għal titjib sinifikanti fil-prestazzjoni. |
Introduzzjoni
1. |
Il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2010) 260 finali) fiha għadd kbir ta’ tibdiliet dettaljati proposti għall-artikoli tar-Regolament Finanzjarju. Il-memorandum ta’ spjegazzjoni għal din il-proposta jiġbor fil-qosor l-intenzjoni u n-natura ta’ tibdiliet għal gruppi ta’ artikoli. L-opinjoni tal-Qorti ssegwi kemm jista’ jkun l-istruttura tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni. |
2. |
Din l-opinjoni tagħmel referenza fejn hemm bżonn għat-test tal-Kummissjoni (SEC(2010) 639/2) fejn tindika tibdiliet possibbli għar-Regolament tagħha li jimplimenta r-Regolament Finanzjarju. Din ma tipprovax tikkumenta fuq dak it-test b’mod ġenerali. |
3. |
It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea u l-arranġamenti biex iżommu l-Kummissjoni responsabbli għall-ġestjoni tagħha ta’ fondi huwa kompitu importanti. Tibdiliet għar-Regolament Finanzjarju jista’ jkollhom rwol f’dan - u l-emendi proposti jinkludu ħafna tibdiliet mixtieqa li se jieħdu dan il-proċess aktar ‘il quddiem. Iżda, kif il-Qorti wriet x’imkien ieħor (3), it-titjib tal-kwalità tal-infiq tal-UE jeħtieġ simplifikazzjoni ta’, u titjib ieħor biex il-leġiżlazzjoni settorjali flimkien ma’ passi oħrajn ta’ sostenn, jinkoraġġixxu u jeħtieġu azzjoni soda minn mexxejja fil-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet l-oħra, u l-Istati Membri. Leġiżlazzjoni kumplessa probabbilment ma tipproduċix il-prestazzjoni mtejba mitluba mill-partijiet interessati kollha tal-UE. |
4. |
F’ċerti każijiet il-paragrafi t’hawn taħt jagħmlu suġġerimenti dettaljati għal-tibdiliet għall-proposti tal-Kummissjoni. Dawn huma stipulati fl-Anness. |
Prinċipji tal-baġit (L-Artikoli 3 sa 30)
5. |
Il-Kummissjoni tipproponi għadd ta’ tibdil għal Titolu II tar-Regolament Finanzjarju, li jittratta l-prinċipji tal-baġit: Il-Qorti tinnota li dan it-tibdil (notevolment, passi biex jissimplifikaw dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta’ interess) hu ġeneralment maħsub biex jissimplifika u jiffaċilita l-operazzjoni tal-baġit filwaqt li jirrispetta l-prinċipji tal-baġit; b’żewġ eċċezzjonijiet (it-trattament ta’ dħul assenjat u r-riskju tollerabbli ta’ żball) m’għandux kummenti dettaljati. |
Dħul assenjat (l-Artikoli 10 u 18)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
6. |
Ir-Regolament Finanzjarju eżistenti jelenka (fl-Artikolu 18) diversi tipi ta’ “dħul assenjat”, li għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw partiti speċifiċi tan-nefqa. L-Artikolu 10 tat-test eżistenti jipprovdi li kwalunkwe dħul bħal dan mhux użat għandu jiġi trasferit ‘il quddiem awtomitakament. Il-Kummissjoni tipproponi:
|
Analiżi
7. |
Il-proposta tal-Kummissjoni hija raġonevoli fir-rigward ta’ dħul assenjat estern. Gvernijiet u oħrajn li kkontribwew għal, pereżempju, programmi ta’ riċerka jew għajnuna, jixtiequ jkunu jistgħu jidentifikaw li l-fondi tagħhom intużaw għall-iskopijiet maħsuba. |
8. |
Madankollu jidher mhux neċessarju li tinżamm kategorija ta’ dħul assenjat intern. Fatturi ġenerati internament jistgħu jiġu trattati permezz ta’ proċess normali tal-baġit. |
Rakkomandazzjoni
9. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dħul assenjat estern biss. |
Riskju tollerabbli ta’ żball (l-Artikolu 28b)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
10. |
L-Artikolu 28b tal-proposta tal-Kummissjoni kieku tobbliga (u mhux sempliċiment tippermetti) lill-awtorità leġiżlattiva biex tiddeċiedi dwar livell ta’ riskju tollerabbli ta’ żball “f’aggregazzjoni xierqa tal-baġit”. Din id-deċiżjoni għandha “titqies” matul il-proċedura annwali tar-rilaxx. Il-livell ta’ riskju tollerabbli se jkun ibbażat fuq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli. L-Istati Membri, l-entitajiet u l-persuni li qed iġestu l-fondi tal-UE se jkunu meħtieġa jirrappurtaw lill-Kummisjoni dwar l-ispejjeż tal-kontrolli tan-nefqa tal-UE mħallsa minnhom. |
11. |
Il-Premessa 27 tagħti aktar dettalji:
|
Analiżi
12. |
Il-Qorti hawn taħt tistipula osservazzjonijiet marbuta mal-iskopijiet, mad-definizzjoni, mal-istima u mal-applikazzjoni ta’ livell tollerabbli ta’ riskju, u mar-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet. |
Skop
13. |
Il-Qorti qabel kienet innotat (l-Opinjoni Nru 1/2010) li analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ programmi tan-nefqa u tar-riskji ta’ żbalji probabbli tista’ tinforma lill-eżaminazzjoni tar-reġim regolatorju u tal-istruttura ta’ ġestjoni tal-programmi kkonċernati. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni għandha tħares lejn id-dgħufijiet tas-sistemi preżenti u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ diversi tibdiliet possibbli. Fejn mhuwiex prattiku li jinkiseb livell għoli ta’ konformità b’regoli tal-iskema, għadd ta’ għażliet jidhru li huma possibbli. Dawn jistgħu jinkludu simplifikazzjoni tar-regoli tal-iskemi, tfassil mill-ġdid tal-programm, rinfurzar ta’ kontrolli, tolleranza ta’ livell ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità jew, jekk meħtieġ, twaqqif tal-attività. |
14. |
B’kuntrast il-proposta tal-Kummissjoni għall-Artikolu 28b tidher li tuża l-kunċett ta’ riskju tollerabbli biss bħala bażi biex jiġi deċiż liema livell ta’ użu irregolari ta’ fondi għandu jitqies bħala aċċettabbli ex post. Din pereżempju ma titlobx lill-Kummissjoni biex tagħmel stima tal-ispejjeż ta’ sistemi amministrattivi u ta’ kontroll, tar-rata probabbli ta’ nuqqas ta’ konformità, u tistabbilixxi l-għażliet għal simplifikazzjoni meqjusa meta jitressqu kwalunkwe skemi ġodda ta’ spejjeż (pereżempju meta jitqiesu programmi tan-nefqa tal-Unjoni mill-2014 ’l quddiem). |
15. |
Fil-preżent ir-Regolament Finanzjarju ma jgħid xejn dwar ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni meta tkun qed tħejji proposti ġodda ta’ nfiq (għajr l-Artikolu 49, li jkopri l-ħtieġa għal att bażiku). Wieħed għandu jikkunsidra jekk ir-Regolament Finanzjarju għandux jeħtieġ lill-Kummissjoni biex tagħmel stima ta’ livelli probabbli ta’ nuqqas ta’ konformità, biex tagħmel valutazzjoni tal-impatt, u biex tivvaluta spejjeż probabbli amministrattivi u ta’ kontroll qabel ma tressaq proposti ġodda ta’ nfiq. |
Definizzjoni u stima
16. |
Għalkemm il-“livell ta’ riskju tollerabbli” għandu jiġi definit mill-awtorità leġiżlattiva f’termini numeriċi, il-parametri involuti ma ġewx definiti b’mod ċar. Kif imsemmi hawn fuq, l-unitajiet ta’ nfiq li għandhom jiġu koperti huma spjegati b’mod konfuż f’aktar dettall fl-abbozz tal-premessa milli fl-abbozz tal-artikolu. B’mod sinifikanti ugwalment, l-abbozz tat-test ma jagħmilhiex jiċċarax jekk ir-riskju ta’ żball għandux jitqies b’rabta mal-ammont tan-nefqa ddikjarata bħala eżegwita b’mod korrett mill-benefiċjarji finali (miżura valida) jew mal-volum ta’ żborż mill-Kummissjoni (inklużi ħlasijiet avvanzati, li għandhom rilevanza limitata li juru jekk in-nefqa kinitx legali u regolari f’oqsma bħal ġestjoni konġunta jew riċerka). |
17. |
Mhuwiex ċar mill-proposta għall-Artikolu 28b jekk “spejjeż ta’ kontrolli” humiex qed jinkludu l-ispejjeż imħallsa mill-benefiċjarji. Jista’ jingħad li dawn għandhom jagħmlu dan jekk livell ta’ riskju tollerabbli jiġi stipulat billi jitqabblu l-ispejjeż u l-benefiċċji marġinali ta’ aktar kontrolli, kif tipprevedi l-Kummissjoni fil-komunikazzjonijiet tagħhom. Mhijiex espliċita fit-test li l-ispejjeż mħallsa mill-Kummissjoni se jiġu meqjusa. |
Kejl tal-livell ta’ riskju tollerabbli
18. |
Jekk l-awtorità leġiżlattiva kellha taċċetta elementi tal-proposti tal-Kummissjoni, konsiderazzjoni dettaljata tkun meħtieġa dwar kif jiġi mkejjel jekk ir-riskju ta’ żball kienx ġie fil-fatt restritt għal livell tollerabbli. |
Rwoli u Responsabbiltajiet
19. |
Kif uriet il-Qorti fil-kummenti tagħha dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2008 “Lejn għarfien komuni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli ta’ żball” (COM(2008) 866), il-kunċett ta’ livell tollerabbli ta’ żball, jew riskju ta’ żball, iqajjem kwistjonijiet li jitħallew għall-Parlament u għall-Kunsill biex jiddiskutuhom u jiddeċiduhom, kemm bħala leġiżlatur u wkoll fil-kuntest tal-proċedura tar-rilaxx. Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tirrifletti b’mod xieraq it-tqassim ta’ responsabbiltajiet fost l-istituzzjonijiet. |
20. |
Id-definizzjoni tal-livell ta’ materjalità, b’kuntrast, hija kwistjoni għal deċiżjoni mill-awditur estern. Il-Qorti tal-Awdituri hi obbligata li tiddefinixxi “limitu ta’ materjalità” f’konformità mal-istandards internazzjonali dwar il-verifika. |
21. |
Dawn l-istandards jeħtieġu li l-awditur estern li:
|
22. |
Il-Qorti tinnota li jekk il-Parlement Ewropew u l-Kunsill xtaqu li jiddefinixxu limiti għal riskju tollerabbli ta’ żball dawn setgħu jagħmlu dan b’ “liġi mhux vinkolanti”, pereżempju linji gwida, aktar milli leġiżlazzjoni. |
Rakkomandazzjoni
23. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex jikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni billi jqisu l-konsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq. Il-Kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet tar-rilaxx jagħtu rilaxx huma kwistjoni għall-awtoritajiet tar-rilaxx. Il-Qorti madankollu tinnota li hemm inċertezza konsiderevoli madwar id-definizzjoni u l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli. Il-Qorti tissuġġerixxi li l-Parlament u l-Kunsill iqisu jekk ir-Regolamenti Finanzjarji għandhomx jeħtieġu li l-Kummissjoni ttejjeb l-iskrining tagħha ta’ proposti ta’ nfiq fiż-żmien li dawn jiġu ppreżentati, u biex ittejjeb id-dijanjosi tagħha tal-kawżi ta’ żball. Ir-Regolament Finanzjarju m’għandux ifittex li jirrestrinġi r-responsabbiltà tal-Qorti biex tiddeċiedi fuq livell xieraq ta’ materjalità. |
Metodi ta’ implimentazzjoni u obbligi tal-Istati Membri (Artikoli 53 u 53a)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
24. |
Il-Kummissjoni tipproponi biex tnaqqas l-għadd kurrenti ta’ modi ta’ ġestjoni definiti fir-Regolament Finanzjarju għal tnejn: dirett u indirett. In-nefqa kollha li l-ġestjoni tagħha tinqasam mal-Istati Membri tkun soġġetta għal arranġamenti amministrattivi li jimxu fuq il-mudell tal-arranġamenti kurrenti għall-agrikoltura. |
25. |
Il-Korpi fdati mill-Istati Membri bir-responsabbiltà għall-ġestjoni tan-nefqa jkunu meħtieġa li jiżguraw li kienet soġġetta għal verifika esterna indipendenti u li jipproduċu “dikjarazzjoni ta’ ġestjoni ta’ assigurazzjoni” li tkopri t-totalità u l-preċiżjoni tal-kontijiet, l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u r-regolarità tan-nefqa ġestita. Din id-dikjarazzjoni, akkumpanjata mill-opinjoni ta’ awditur indipendenti, għandha tiġi pprovduta sal-1 ta’ Frar (b’rapport ta’ sintesi meħtieġ sal-15 ta’ Frar fejn aktar minn korp wieħed huwa responsabbli biex issir in-nefqa). |
Analiżi
26. |
Rekwiżit standard għal dikjarazzjoni f’waqtha minn ġestjoni għandu jtejjeb b’mod utli l-konvenjenza u l-koerenza ta’ rappurtar finanzjarju u ta’ ġestjoni. |
27. |
Madankollu l-proposti tal-Kummissjoni ma jissimplifikawx l-arranġamenti amministrattivi. Dawn joħorġu b’għadd ta’ mistoqsijiet, inklużi:
Barra minn dan, il-benefiċċju globali tal-proposta ma ġiex spjegat (ara l-paragrafi 35 u 36). |
Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri
28. |
It-tibdil propost għar-Regolament Finanzjarju jinkludi tħassir tad-definizzjoni ta’ qabel tar-rwol tal-Istati Membri bħala dawk li jwettqu “kompiti ta’ implimentazzjoni”. Huwa essenzjali li r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni jkunu stipulati b’mod ċar fir-rigward ta’ ġestjoni konġunta (4). Dan għandu jinkludi ffissar ta’ skadenzi għall-attivitajiet deskritti fl-Artikolu 53a(b), u jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tirrikonoxxi l-ammont finali tan-nefqa taxxabbli għas-sena finanzjarja. |
Arranġamenti amministrattivi għall-agrikoltura applikati f’post ieħor
29. |
Matul is-snin in-nefqa agrikola mill-baġit tal-UE dehret li qed tiġi milquta minn livell aktar baxx ta’ żball minn oqsma oħra tan-nefqa operazzjonali. Madankollu d-differenzi bejn l-infiq agrikolu u oqsma oħra huma kbar. Il-benefiċjarji tan-nefqa tal-Politika Agrikola Komuni jwettqu l-attività meħtieġa, u l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu l-kontrolli, qabel ma jsir il-ħlas; madwar 70 % tan-nefqa hi kkalkulata mhux fuq il-bażi ta’ rimborż ta’ spiża iżda fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi eż. art eliġibbli għal ħlasijiet ta’ Skema ta’ Ħlas Uniku. |
30. |
Għan-nefqa f’oqsma bħal dawn bħall-Fondi Strutturali, l-Edukazzjoni u l-Kultura u l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, il-benefiċjarji tas-sussidju huma diversi u jirċievu kontribuzzjonijiet tal-UE għal attivitajiet li jkunu għaddejjin li huma kofinanzjati minn sorsi oħra. Il-ħlasijiet isiru qabel ma jsiru l-ispejjeż, u t-talbiet huma aċċettati abbażi ta’ dikjarazzjonijiet li l-ispejjeż li saru kienu eliġibbli. |
31. |
Għalhekk is-sistema ta’ kontabilità tal-korp li qed iġesti l-ħlasijiet mhux se tipprovdi reġistru dirett tal-intitolament għall-ħlas, iżda reġistru indirett ta’ dikjarazzjonijiet li saru minn korpi oħra. Barra minn dan, in-natura ta’ kontrolli fuq (pereżempju) skema tal-infrastruttura, skema ta’ kapital ta’ riskju, u skema ta’ taħriġ tista’ tkun diversa fiż-żmien u fin-natura. |
32. |
Għalhekk, mhux se jkun neċessarjament faċli li l-arranġamenti amministrattivi madwar ħlasijiet agrikoli jkunu ripetuti. Wieħed ma jista’ lanqas jassumi li l-bidla proposta se tittrasferixxi awtomatikament il-vantaġġi li hemm fis-sistema kurrenti għal partijiet oħra tal-baġit biex tittratta l-infiq agrikolu. |
Spiża tal-proposti
33. |
M’hemmx indikazzjoni tal-ispiża probabbli ta’ ħolqien tal-istrutturi msemmija fl-Artikolu 53a. L-inklużjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt għall-proposti kieku kienet tgħin fil-valutazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż. |
Kompatibilità ma’ sistema bbażata fuq il-prestazzjoni ta’ rimborż
34. |
Il-proposti li saru f’dan l-artikolu jidhru li jirrappreżentaw investiment maġġuri biex tinkiseb informazzjoni aktar preċiża dwar rimborż ta’ spejjeż imġarrba mill-benefiċjarji. Filwaqt li dan huwa mixtieq jekk is-sistemi ta’ ħlas se jibqgħu kif inhuma, il-memorandum introduttorju għar-Regolament Finanzjarju pproklama bidla lejn “sistema bbażata fuq il-prestazzjoni, ibbażata fuq id-definizzjoni ta’ indikaturi u objettivi mifthiema”. Qafas amministrattiv differenti jista’ jkun xieraq jekk tiġi introdotta sistema bħal din. |
Il-Kummissjoni kif se tuża l-informazzjoni?
35. |
Il-proposta tal-Kummissjoni turi xebh sinifikanti mal-ideat stipulati fl-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004 dwar il-mudell ta’ “verifika waħda” (u proposta għal Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Komunità). It-tnejn li huma jinkludu sistema ta’ kontrolli kkoordinati fuq l-infiq matul il-baġit, li jifformaw piramida, u li jsostnu assigurazzjoni globali fil-livell tal-Kummissjoni. Filwaqt li l-proposti li saru fl-abbozz tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jikkontribwixxu għal din il-“piramida ta’ assigurazzjoni”, il-proposta tal-Kummissjoni ma turix kif din se tuża din l-informazzjoni biex tasal għal konklużjoni li l-kontijiet huma preċiżi, u li l-flussi kollha tan-nefqa huma ħielsa minn żball materjali. |
Rakkomandazzjoni
36. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex jikkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni fid-dawl tal-kummenti stipulati hawn fuq. Din tinnota b’mod partikolari li l-proposti jgħaqqdu flimkien kwistjonijiet ta’ arkitettura istituzzjonali u kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-affidabilità ta’ informazzjoni tal-kontabilità, il-legalità u r-regolarita tan-nefqa, u l-profil ta’ riskju għal tendenzi tal-infiq. Kieku, pereżempju, ikun possibbli li tinkiseb dikjarazzjoni ta’ ġestjoni għal kull fluss tan-nefqa mingħajr l-insistenza dawn għandhom kull wieħed l-istess arranġamenti ta’ organizzazzjoni. |
Ħlasijiet, azzjoni ta’ rkupru u akkwist
37. |
Il-Qorti m’għandhiex kummenti dwar il-proposti fl-abbozz tar-Regolament Finanzjarju. |
Kontijiet fiduċjarji (Artikolu 61(4))
Il-Proposta tal-Kummissjoni
38. |
Il-Kummissjoni tipproponi li kontijiet fiduċjarji (taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni bi qbil mal-uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni) jistgħu jinfetħu f’isem il-Kummissjoni. Dawn il-kontijiet se jkunu ġestiti minn entità elenkata fl-Artikolu 53(1) punt (2) (c) u (d), li tinkludi istituzzjonijiet finanzjarji fdati bl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, il-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI). |
Analiżi
39. |
Il-Qorti qabel kienet għamlet verifika tal-ġestjoni ta’ kontijiet fiduċjarji mill-Kummissjoni (eż. Rapport Speċjali Nru 5/2009). Fost affarijiet oħra, il-Qorti kkonkludiet, li ma ġewx stabbiliti regoli ċari għat-twaqqif ta’ kontijiet fiduċjarji. |
40. |
Kontijiet fiduċjarji diġà kienu ntużaw mill-Kummissjoni għal ħafna snin, fl-implimentazzjoni ta’ programmi u azzjonijiet bħal dawn bħal operazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju jew garanziji għall-IŻM. Din id-dispożizzjoni l-ġdida se tipprovdi bażi legali għal ftuħ ta’ kontijiet fiduċjarji ġodda. Din ma teħtieġx lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm jew azzjoni biex jikseb qbil mingħand l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għal kontijiet fiduċjarji eżistenti, u lanqas li jiġu stabbiliti regoli għall-użu u l-monitoraġġ tagħhom. |
Rakkomandazzjoni
41. |
Il-Qorti tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tqis il-kummenti magħmula fil-paragrafi 30-32 tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 5/2009 meta t-test tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jkun wasal fit-tmiem. |
Għotjiet u Prezzijiet (l-Artikoli 108 sa 120a)
42. |
Il-Kummissjoni tagħmel għadd ta’ proposti biex tadatta s-sistema għal rimborż ta’ spejjeż (billi tippermetti użu ulterjuri ta’ somom sħaħ, spejjeż standard għal unità, eċċ.). Madankollu l-proposti biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju ftit jgħinu biex jispjegaw kif se jsir ċaqliq lejn sistema bbażata fuq il-prestazzjoni. Għaldaqstant hemm differenza bejn l-aspirazzjoni tal-memorandum ta’ spjegazzjoni (li jsemmi li objettiv għandu “jibdel ir-reġim tal-għotjiet minn ġestjoni bbażata fuq l-ispejjeż reali (inputs) għal skema bbażata fuq ir-riżultati (outputs), sabiex l-objettivi ta’ politika jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar u tkun tista’ tinkiseb simplifikazzjoni sinifikanti tal-ħtiġijiet proċedurali u dokumentarji għall-benefiċċju tal-benefiċjarji, u jiġi ffaċilitat l-użu ta’ somom sħaħ”) u r-realtà tat-tibdil propost. Il-proposti għal premjijiet jistgħu, jibagħtu sinjal ta’ ċaqliq lil hinn mir-rimborż tal-ispejjeż. Jekk il-Kummissjoni tixtieq tagħmel progress sinifikanti lejn sistema ta’ rimborż ibbażata fuq il-prestazzjoni din teħtieġ li tindirizza l-punt fl-implimentazzjoni tar-regoli u/jew leġiżlazzjoni settorjali. |
Strumenti Finanzjarji (l-Artikoli 120b u 120c)
Il-proposta tal-Kummissjoni
43. |
Dan it-Titolu l-ġdid jipprovdi qafas leġiżlattiv għall-użu ta’ strumenti finanzjarji. Skont id-dispożizzjonijiet tagħha l-Kummissjoni tista’ timplimenta strumenti finanzjarji bil-mod ta’ ġestjoni diretta jew bil-mod ta’ ġestjoni indiretta billi tagħti kompiti lill-BEI, FEI jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. Qabel l-istrumenti finanzjarji kienu jiġu ttrattati bħala eċċezzjonijiet għall-arranġamenti standard għal għotjiet. |
Analiżi
44. |
L-inklużjoni ta’ bażi legali speċifika għall-użu ta’ strumenti finanzjarji fir-Regolament Finanzjarju hija xierqa għar-raġunijiet spjegati mill-Kummissjoni. Madankollu, il-Qorti tinnota lil-gwida l-ġdida pprovduta miż-żieda proposta mar-Regolament Finanzjarju ma tittrattax il-kwistjoni ta’ appartenenza: Mhuwiex ċar jekk il-Kummissjoni tistenniex li tirreġistra l-istrumenti finanzjarji kollha fil-karta tal-bilanċ tal-Unjoni Ewropea, kif din għandha tagħmel skont standards ta’ kontabilità magħrufa internazzjonalment (5). (Ara wkoll il-paragrafi 46 u 92). |
45. |
il-Qorti qabel kienet għamlet verifika tal-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji differenti mill-Kummissjoni u l-BEI, FEI, u intermedjarji finanzjarji oħra (eż.ir-Rapport Speċjali Nru 1/2009, ir-Rapport Annwali 2008). Fost affarijiet oħra, il-Qorti kkonkludiet, li f’xi każijiet il-monitoraġġ tal-użu tal-istrumenti finanzjarji mill-Kummissjoni jew mill-intermedjarji finanzjarji fdati bil-ġestjoni tagħhom ma kienx adegwat. |
46. |
Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tespandi l-użu ta’ strumenti finanzjarji tagħha. Għaldaqstant se jkollha bżonn tissorvelja l-użu tagħhom u tinvesti fit-taħriġ tal-persunal fil-ġestjoni ta’ riskji assoċjati (6). Din se tkun teħtieġ ukoll li l-persunal ikun konxju tal-ħtieġa għal trasparenza (inkluż żvelar f’konformità mal-istandards ta’ kontabilità aċċettati internazzjonalment). |
Rakkomandazzjoni
47. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ifittxu kjarifika ulterjuri mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ appartenenza ta’ strumenti finanzjarji, u kif din tistenna li l-istrumenti finanzjarji jiġu spjegati u rrappurtati fir-rendikonti finanzjarji tal-UE. Barra minn dan, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni, fir-regoli implimentattivi tinkludi politiki xierqa għal monitoraġġ tal-użu ta’ strumenti finanzjarji, inklużi dawk implimentati taħt ġestjoni indiretta. Din għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċità tal-persunal tal-Kummissjoni biex tħaddem strumenti finanzjarji relattivament kumplessi. |
Verifika esterna
48. |
Il-Kummissjoni tagħmel għadd ta’ proposti rilevanti għar-Rapport Annwali tal-Qorti (l-Artikolu 129, l-Artikolu 143, l-Artikolu 144a) u rapporti speċjali (l-Artikolu 144). Il-Kummissjoni (il-verifika l-aktar importanti tal-Qorti) ma kkonsultatx mal-Qorti (l-awditur estern tal-Kummissjoni) qabel ma pproponiet dawn it-tibdiliet għall-arranġamenti tal-verifiki tal-Qorti. |
Ir-rapport annwali
Il-Proposta tal-Kummissjoni
49. |
Il-Kummissjoni tipproponi (minbarra xi ordni mill-ġdid tal-Artikolu 143):
|
Analiżi
50. |
Il-Qorti m’għandhiex kummenti dwar it-tibdiliet proposti għall-Artikolu 143(4) jew (6). |
51. |
Il-proposta biex tiddaħħal referenza għall-proċedura kontradittorja fl-Artikoli 143(1) u 143(2) skadiet. |
52. |
Il-Qorti ma tqisx li t-tibdiliet proposti tal-iskeda taż-żmien għall-Artikolu 143(1) huma xierqa. Formalment, huma jnaqqsu b’mod sinifikanti l-ħin disponibbli għall-Qorti biex tħejji l-osservazzjonijiet tagħha. Barra minn dan, il-Qorti tinnota li l-Kummissjoni ma pproponietx li tressaq ‘il quddiem id-data li fiha hu meħtieġ li jiġu ppreżentati l-kontijiet provviżorji (l-Artikolu 128) u dawk finali (l-Artikolu 129). |
53. |
L-iskeda taż-żmien proposta hi partikolarment evidenti fir-rigward tar-rappoti annwali ta’ attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni u r-“rapport ta’ sintesi” li jgħaqqadhom flimkien. Il-Qorti tikkummenta dwar dawn id-dokumenti fir-rapporti annwali tagħha. L-Artikolu 60(8) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li dawn se jkunu disponibbli fil-15 ta’ Ġunju. Għalhekk il-Qorti se tkun meħtieġa li tittrażmetti l-abbozz ta’ rapport tagħha fl-istess jum li l-Kummissjoni hi meħtieġa tittrażmetti r-rapport ta’ sintesi tagħha dwar l-operazzjoni tas-sistema ta’ kontroll intern. |
54. |
Il-Qorti tirrikonoxxi x-xewqa li kwalunkwe materjal ikun disponibbli lill-Kummissjoni u lil oħrajn fil-ħin u li fil-prattika dan isir qabel l-iskadenzi għal trażmissjoni formali stabbilita fir-Regolament Finanzjarju fejn hu possibbli. Hija tissuġġerixxi li jkun aħjar li skadenzi formali preżenti jitħallew l-istess u wieħed ikompli joqgħod fuq il-kooperazzjoni. |
55. |
Jekk il-Parlament u l-Kunsill huma tal-opinjoni li ċerti skadenzi għandhom jitressqu ’l quddiem, il-Qorti tqis li l-istess approċċ se jkun meħtieġ fir-rigward ta’ skadenzi għall-Kummissjoni. |
56. |
F’dan il-każ, ikun partikolarment mixtieq li terġa’ tiġi kkunsidrata l-iskadenza għal meta jiġu rċevuti t-tweġibiet mill-Kummissjoni u istituzzjonijiet oħrajn għall-abbozz tar-Rapport Annwali tal-Qorti (osservazzjonijiet). Din hija ffissata għall-15 ta’ Ottubru fl-Artikolu 143(1). Jekk l-istituzzjonijiet għamlu biss it-tweġibiet tradotti finali tagħhom disponibbli daqshekk tard, ikun impossibbli li r-Raport Annwali ikun ippubblikat fil-ħin. Il-Qorti trid tirċievi tweġibiet tradotti b’mod sħiħ mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru biex tlaħħaq mal-iskeda taż-żmien kurrenti għall-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali lill-awtorità tal-baġit fil-bidu ta’ Novembru. |
57. |
L-Artikolu 144a propost il-ġdid jeħtieġ ukoll li jitqies fid-dawl ta’ limiti fuq it-tfassil tar-rapport annwali tal-Qorti. |
58. |
Il-Qorti hi meħtieġa li tirrapporta dwar in-nefqa kollha għal sena finanzjarja. Din ma tistax ittemm il-programm tagħha ta’ żjarat ta’ verifika sakemm il-Kummissjoni tkun irreġistrat in-nefqa kollha (7). F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa inevitabbli li l-komunikazzjoni tar-riżultati tal-verifika jimponu tensjoni fuq il-partijiet kollha. Il-kooperazzjoni, il-komunikazzjoni u d-diskussjoni huma neċessarji biex jindirizzaw dan. |
59. |
Normalment ikun hemm tliet okkażjonijiet li fihom min issirlu l-verifika għandu ċans li jwieġeb għas-sejbiet tal-Qorti:
|
60. |
Id-dikjarazzjoni tas-sejbiet preliminari hija parti mill-proċeduri interni tal-Qorti aktar milli dokument adottat mill-Qorti jew mill-Awla (8). Għaldaqstant il-Qorti hija tal-opinjoni li fil-prinċipju mhuwiex xieraq li tiddaħħal dispożizzjoni bħall-Artikolu 144a fir-Regolament Finanzjarju. |
61. |
Barra minn dan hemm oġġezzjonijiet prattiċi sinifikanti għall-proposta tal-Kummissjoni:
|
62. |
Jekk l-użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ sejbiet preliminari se jiġi rregolat, il-prijorità tkun li jsir obbligu legali lill-Kummissjoni biex twieġeb, bi skadenza massima ta’ sitt ġimgħat. |
Rakkomandazzjoni
63. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill:
|
Rapporti speċjali
Il-Proposta tal-Kummissjoni
64. |
Il-Kummissjoni tipproponi:
|
Analiżi
65. |
Bħal fil-każ tar-rapport annwali, il-Qorti tqis ir-referenza għall-proċedura kontradittorja bħala żejda. |
66. |
It-tieni bidla minn dawk li suppost qed jikkjarifikaw hija ambigwa. L-intenzjoni hi li aktarx il-Qorti għandha tadotta l-verżjoni definittiva tar-rapport speċjali fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tweġibiet ikkonċernati. Fi kwalunkwe każ il-prassi tal-Qorti hi li tadotta rapporti speċjali immedjatament wara li tirċievi l-verżjoni finali tat-tweġibiet tal-istituzzjoni kkonċernata. Il-Qorti tikkunsidra li din ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju tipprovdi opportunità tajba biex tneħħi dan is-subparagrafu żejjed mill-Artikolu 144. |
67. |
Is-subparagrafu finali ġdid propost tal-Artikolu 144(1) jirrestrinġi b’mod li jxekkel il-kapaċità tal-Qorti biex tipproduċi rapporti speċjali b’mod li jgħolli l-valur tagħhom għall-qarrejja. Il-Qorti qegħda tirrevedi kontinwament il-mod li bih ir-rapporti huma ppreżentati u diġà tagħti aktar prominenza lit-tweġibiet minn min issirlu l-verifika mill-biċċa l-kbira tal-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika. Il-Qorti tifhem li l-biċċa l-kbira tal-korpi nazzjonali ta’ verifika jistiednu l-kummenti ta’ min issirlu l-verifika dwar l-abbozzi tar-rapporti tagħhom, u mbagħad jagħmlu l-kummenti tagħhom fil-qosor fit-test tar-rapport. Jekk ikunu se jsiru xi tibdiliet, il-Qorti tippreferi dan il-mudell ta’ preżentazzjoni. |
Rakkomandazzjoni
68. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill biex ma jaċċettawx tibdiliet għall-Artikolu 144 diskuss hawn fuq; u biex jikkunsidraw it-tħassir tal-Artikolu 144(1), it-tielet subparagrafu. |
Kwistjonijiet ulterjuri dwar verifika esterna
69. |
It-tielet sentenza fl-Artikolu 140(2) tar-Regolament Finanzjarju kurrenti ma taqbilx mat-test tat-Trattat fi tliet rispetti: il-kliem “b’mod konġunt” jibdel “flimkien” mit-Trattat; id-diskussjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta’ “istituzzjonijiet ta’ verifika” aktar milli “korpi ta’ verifika” u “dipartimenti nazzjonali” huma deskritti bħala “responsabbli” aktar milli “kompetenti”. Il-Qorti tirrakkomanda li din it-taqsima tiġi allineata mat-terminoloġija tat-Trattat. |
Fondi fiduċjarji Ewropej (l-Artikolu 164)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
70. |
L-abbozz tar-Regolament Finanzjarju jinkludi l-Artikolu 164 ġdid, li jipprovdi bażi għall-ħolqien possibbli ta’ fondi fiduċjarji Ewropej. Dawn isegwu l-mudell tal-operazzjonijiet ta’ fondi fiduċjarji tal-Bank Dinji u n-Nazzjonijiet Uniti. Dawn jippermettu lill-Kummissjoni biex iġġesti fondi minn donaturi oħra (kif ukoll mill-baġit tal-UE) fi grupp komuni. Il-Kummissjoni tipproponi li żżomm dawn il-fondi f’kont tal-bank speċifiku, u biex timponi ħlas ta’ ġestjoni ta’ 7 %. |
Analiżi
71. |
Id-deċiżjoni dwar jekk il-Kummissjoni għandhiex tibda ġġesti fondi fiduċjarji hija kwistjoni ta’ politika li l-Qorti ma tiħux pożizzjoni dwarha. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill għal kwistjonijiet imqajma minn din il-proposta ta’ amministrazzjoni, spejjeż, obbligu ta’ rendikont u verifika. |
Kwistjonijiet amministrattivi
72. |
Filwaqt li kont tal-bank speċifiku jista’ jkun adegwat biex jaslu l-kontribuzzjonijiet, u jżommhom sakemm ikunu meħtieġa, arranġamenti oħra huma neċessarji sabiex jintużaw id-donazzjonijiet. Fond fiduċjarju mmirat biex iwieġeb għal terremot f’Ħaiti, pereżempju, jinvolvi spejjeż tal-valuta lokali f’Ħaiti, jixtri provvisti u servizzi f’diversi valuti madwar ir-reġjun tal-Karibew, u jikseb oġġetti u servizzi loġistiċi minn ġol-UE u madwarha. Dan ikun jeħtieġ tranżazzjonijiet ta’ fondi fiduċjarji biex jiġu ttrattati minn diversi kontijiet tal-bank, u biex jiġu ttrattati minn diversi delegazzjonijiet u membri tal-persunal. |
73. |
Għaldaqstant il-kontabilità tal-fondi fiduċjarji tkun attività kumplessa, integrata intimament ma’ attivitajiet ta’ kontabilità oħra. Din il-kumplessità mhix rikonoxxuta fl-abbozz ta’ test tal-Kummissjoni dwar “kontijiet speċifiċi tal-bank”. |
Spiża
74. |
L-abbozz tar-Regolament Finanzjarju jippermetti lill-Kummissjoni biex timponi ħlas ta’ 7 % tal-kontribuzzjonijiet għall-amministrazzjoni ta’ fond fiduċjarju. Il-Qorti tifhem li din il-figura (li tintuża wkoll skont il-Ftehim ta’ Qafas Finanzjarju u Amministrattiv tal-KE/NU) tirrifletti l-limitu għal spejjeż amministrattivi ġenerali permessi f’oqsma oħra tal-baġit, aktar milli evalwazzjoni tal-ispejjeż żejda probabbli tal-amministrazzjoni ta’ fond fiduċjarju. |
75. |
Karatteristika tal-proposta hija li l-Kummissjoni, li tkun donatriċi hija stess, tkun tista’ timponi ħlas amministrattiv għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni tagħha stess għall-fond. Il-fiche ta’ spjegazzjoni tiddeskrivi il-kont speċifiku tal-bank bħala “barra mill-baġit”, u tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tistenna li tittratta trasferimenti għall-fond fiduċjarju bħala nefqa tal-baġit. Mhuwiex ċar jekk hux leġittimu għall-Kummissjoni li timponi ħlas amministrattiv għall-ġestjoni tal-fondi tagħha stess, u lanqas huwa ċar jekk il-ħlas ta’ ġestjoni ta’ 7 % jirrappreżentax evalwazzjoni ġustifikata tal-ispejjeż probabbli involuti. |
Obbligu ta’ rendikont u arranġamenti ta’ verifika
76. |
L-abbozz ta’ Regoli ta’ Implimentazzjoni (Artikolu 231a) jsemmu li l-fond fiduċjarju għandu jiġi kkonsolidat fil-kontijiet annwali tal-Kummissjoni u dak il-kont annwali jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-baġit fil-kuntest tal-proċess tar-rilaxx. Kull fond fiduċjarju individwali għandu jkun soġġett għal mill-inqas tliet verifiki: dik tas-Servizz ta’ Verifika Interna, dik tal-Qorti, u dik ta’ “awditur estern indipendenti”. |
77. |
Dawn l-arranġamenti jistgħu jitqabblu ma’ dawk tal-mexxejja stabbiliti tal-fondi fiduċjarji. Dawn tipikament jinvolvu tħejjija ta’ dikjarazzjoni konsolidata ta’ fondi fiduċjarji, koperti minn verifika unika. Din il-konsolidazzjoni tnaqqas l-ispejjeż tal-verifika b’mod sinifikanti. Fil-każ tal-Bank Dinji, donaturi li jixtiequ assigurazzjoni żejda fuq fondi fiduċjarji individwali jirranġaw għal verifika biex issir minn awditur estern tal-korp tal-ġestjoni, iżda jridu jħallsu miżata lill-awditur biex ikopru l-ispejjeż żejda ta’ din il-verifika. |
Rakkomandazzjoni
78. |
Il-Qorti tirrakkomanda li l-Parlament u l-Kunsill jagħtu importanza xierqa lill-konsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq meta jqisu din il-proposta tal-Kummissjoni, u jikkunsidraw kif, jekk tiġi sostnuta l-proposta biex jinħolqu fondi fiduċjarji Ewropej, arranġamenti robusti iżda effettivi fl-istess ħin jistgħu jiġu żviluppati. |
Mudell ta’ Regolament Finanzjarju għal imsieħba pubbliċi u privati (Artikolu 185)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
79. |
L-abbozz tar-Regolament Finanzjarju jinkludi Artikolu 185a ġdid, li jipprovdi bażi li tintroduċi l-kunċett ta’ sħubiji pubbliċi u privati (PPP) b’mod espliċitu u li tafda korp speċjali ta’ sħubija pubblika u privata mal-implimentazzjoni tagħhom. Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ Regolament Finanzjarju anqas dettaljat, li jistabbilixxi sett ta’ prinċipji neċessarji biex jiżgura ġestjoni finanzjarja soda. Dawn il-prinċipji, spirati b’mod partikolari mill-Artikolu 53b ġdid tal-abbozz tar-Regolament Finanzjarju, ikunu inklużi fir-regoli finanzjarji li jiġu adottati mill-korpi li għandhom personalità legali stabbiliti minn att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ PPP skont l-Artikolu 53(1) punt (2) (e). |
Analiżi
80. |
Fil-fatt sħubiji pubbliċi u privati huma forma ta’ arranġament legali ta’ perjodu twil taż-żmien, ta’ valur ogħli u ta’ spiss kumpless. Il-fiche teknika tal-Kummissjoni ssemmi li l-imsieħba ma jqisux id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji kurrenti bħala xierqa. Abbażi ta’ dan (u wara aktar analiżi), il-Kummissjoni qieset li għall-implimentazzjoni ta’ PPP għandha tiżdied għażla oħra mal-għażliet kurrenti biex tafdaha b’korp speċjali ta’ sħubija pubblika u privata. |
81. |
Id-deċiżjoni jekk korp speċjali ta’ sħubija pubblika u privata għandux ikun fdat bl-implimentazzjoni ta’ PPP hija kwistjoni ta’ politika li l-Qorti ma tiħux pożizzjoni dwarha. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-“Regolament Finanzjarju anqas dettaljat” għall-korpi speċjali ma jagħmlux dispożizzjoni għal konsultazzjoni tal-Qorti. Il-Qorti tqis li huwa importanti li dan id-dokument m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi l-kapaċità tal-Qorti biex tivverifika l-użu tal-fondi tal-UE. |
Rakkomandazzjonijiet
82. |
Il-Qorti tirrakkomanda li l-kliem “u wara li tikkonsulta l-Qorti tal-Awdituri” jiżdiedu mat-tieni sentenza ta’ dan l-Artikolu. |
Finanzjament tax-xiri tal-bini (l-Artikolu 179(3)(b)
83. |
Il-Qorti m’għandhiex kummenti dwar din il-proposta. |
Dispożizzjonijiet finali
84. |
Il-Qorti m’għandhiex kummenti dwar is-suġġeriment proċedurali magħmul mill-Kummissjoni. |
Kwistjonijiet li ma ngħatawx prominenza fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni
85. |
Il-Qorti tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill għal erba’ kwistjonijiet li ma ġibdux l-attenzjoni tagħhom fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni: l-approvazzjoni ta’ ħlasijiet ta’ prefinanzjament (l-Artikolu 81), ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontabilità (l-Artikolu 123), il-verifika tal-aġenziji (l-Artikolu 185(4)) u l-proliferazzjoni ta’ obbligi ta’ rappurtar mar-Regolament Finanzjarju. |
Approvazzjoni ta’ prefinanzjament (l-Artikolu 81)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
86. |
Fis-snin reċenti kien hemm livelli għoljin ħafna ta’ prefinanzjament mhux approvat f’xi partijiet tal-baġit. Il-proposta tal-Kummissjoni twieġeb għal din il-problema. |
Analiżi
87. |
Il-Kummissjoni tipproponi, fost l-oħrajn, iż-żieda tal-paragrafu 4 ġdid għall-Artikolu 81 li jeħtieġ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli biex japprova “regolarità” ta’ prefinanzjament, iżda mingħajr ma tissemma l-frekwenza tal-approvazzjoni. Mhuwiex ċar jekk il-bidla proposta hijiex se tikseb l-objettiv stipulat. |
Rakkomandazzjoni
88. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jikkunsidraw li jsaħħu din id-dispożizzjoni, pereżempju billi ssir referenza għax-xewqa li tiġi evitata akkumulazzjoni eċċessiva ta’ partiti mhux approvati, u/jew li jiġi permess biss ħlas ta’ prefinanzjament uniku. |
89. |
Il-Qorti ssemmi li għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li tittratta l-problema ta’ livelli għolja ta’ prefinanzjament mhux approvat qabel ma jsiru t-tibdiliet għar-Regolament Finanzjarju. Il-Qorti tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tadotta mira għat-tnaqqis tal-livell ta’ prefinanzjament mhux approvat, u tissorvelja l-progress permezz tar-rapporti annwali ta’ attività. |
Preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità (Titolu VII)
Il-Proposta tal-Kummissjoni
90. |
Il-proposti tal-Kummissjoni jissimplifikaw u jnaqqsu t-test dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet. Se jsiru t-tibdiliet tad-data għall-preżentazzjoni ta’ settijiet differenti ta’ informazzjoni finanzjarja. |
Analiżi
91. |
Il-Qorti tilqa’ s-simplifikazzjoni tat-test eżistenti ta’ dan it-titolu. Madankollu, il-Qorti hija tal-opinjoni li jkun utli li tittieħed din l-opportunità biex ir-responsabbiltà tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ssir espliċita fir-rigward tal-kontijiet tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-kontijiet huma mħejjija b’mod xieraq. L-intenzjoni mhix li ssir kwalunkwe bidla ta’ sustanza: fil-prattika l-kontijiet jitħejjew fir-rispetti materjali kollha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità tas-Settur Pubbliku. Iżda hemm lok għal aktar kjarifika. |
92. |
Il-Qorti tissuġġerixxi modifika għall-Artikolu 123 biex issemmi li l-kontijiet għandhom jitfasslu skont “l-istandards ta’ kontabilità aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku” (kliem imsellef mill-Artikolu 133) iżda li tippermetti lill-uffiċjal ta’ kontabilità b’dehra globali vera u ġusta. Għaldaqstant l-uffiċjal ta’ kontabilità ikun permess li jadotta trattament differenti minn dak meħtieġ mill-istandards biss meta dak kien neċessarju li jagħti dehra vera u ġusta. Hi/Hu mbagħad tkun/ikun mitluba/mitlub tispjega/jispjega li dan kien sar, u turi/juri (fin-noti għall-kontijiet) kif ir-rendikonti finanzjarji kieku kienu differenti kieku l-istandards kienu segwiti. |
Rakkomandazzjoni
93. |
Il-Qorti tirrakkomanda lill-Parlament u lill-Kunsill, meta jqisu l-proposti tal-Kummissjoni għal din il-parti tar-Regolament Finanzjarju, biex iqisu d-daħla ta’ kjarifika dwar il-linji ssuġġeriti hawn fuq. |
Regolamenti finanzjarji ta’ aġenziji u korpi oħra mwaqqfa taħt it-Trattat (Artikolu 185(4))
Il-Proposta tal-Kummissjoni
94. |
Il-Kummissjoni pproponiet Artikolu 185(4) ġdid, li jittratta l-verifika tal-aġenziji tal-UE. Dan jipprovdi li r-rapporti annwali speċifiċi tal-Qorti dwar l-aġenziji għandhom jisselfu mix-xogħol li jkun sar minn awdituri ta’ setturi privati, li jinħatru minn kull aġenzija. Hemm ftit ambigwità dwar l-intenzjoni eżatta tal-proposta: l-ewwel sentenza tirreferi għal-legalità u r-regolarità tad-dħul u n-nefqa, it-tieni għall kontijiet. |
Analiżi
95. |
Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-potenzjal li tipprovdi bażi għal qafas imtejjeb ta’ verifika għall-aġenziji. Awdituri ta’ setturi privati jintużaw biex jiffurmaw opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet. Il-Qorti għandha l-istess opinjoni tal-Kummissjoni li din għandha tkun kapaċi toqgħod fuq ix-xogħol ta’ awditur tas-settur privat, indipendenti u maħtur b’mod xieraq fir-rigward tal-opinjoni b’rabta mal-affidabbiltà tal-kontijiet tal-aġenzija. |
96. |
Il-kwistjonijiet huma xi ftit ikkumplikati aktar fir-rigward ta’ legalità u regolarità, fejn ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-UE qed ikomplu jitneħħew mix-xogħol ta’ verifika konvenzjonali tal-awdituri tas-settur pubbliku. Fl-opinjoni tal-Qorti l-aktar mod xieraq ikun li jkun meħtieġ awditur maħtur mis-settur privat biex iwettaq “proċeduri li kienu mifthiema” fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ, fejn l-awditur tas-settur privat jagħżel kampjun ta’ proċessi ta’ akkwist u ta’ reklutaġġ li “jkun mifthiem” u jissuġġetta dak il-kampjun għal sett ta’ testijiet li “jkunu mifthiema”. Il-Qorti mbagħad tifforma l-opinjoni tagħha stess, ibbażata fuq ir-riżultati tat-testijiet, dwar il-kwistjoni tal-legalità u r-regolarità tal-kontijiet tal-aġenzija. |
97. |
Għalhekk il-Qorti tissuġġerixxi li hi għandha tkun involuta fl-għażla tal-awdituri tas-settur pubbliku, li jkollha appartenenza tad-dokumenti ta’ ħidma tal-verifika u li tkun fl-aħħar pożizzjoni biex teħles mis-servizzi ta’ awditur tas-settur privat jekk il-Qorti temmen li dan ikun neċessarju. Minħabba li l-opinjoni tal-verifika hija l-opinjoni tal-Qorti u hekk tibqa’, il-Qorti għandu jkollha kontroll sħiħ ta’ kwalunkwe xogħol fil-qasam ta’ verifika li jsir minn għejun barranin. |
98. |
Proposta riveduta fuq dawn il-linji tippermetti lill-Qorti biex tkompli tissodisfa l-mandat tagħha b’mod kosteffikaċi fil-kuntest ta’ numru li qed jiżdied ta’ aġenziji u korpi. |
Rakkomandazzjoni
99. |
Il-Qorti tirrakkomanda l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni soġġetta għat-tibdiliet li ġejjin:
|
100. |
Barra minn dawn il-punti, il-Qorti tipproponi żieda żgħira mal-Artikolu 185(1) biex tiżgura li l-Qorti tkompli tiġi kkonsultata qabel l-adozzjoni ta’ Regolament Finanzjarju mudell għal aġenziji u għal korpi oħra. |
Rekwiżiti ta’ rappurtar
101. |
Ir-Regolament Finanzjarju jistipula għadd ta’ rapporti mill-Kummissjoni. Ir-rendikonti finanzjarji annwali u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-fluss tal-baġit (Artikolu 121) minn standards internazzjonali. Ir-Regolament Finanzjarju jimponi rekwiżiti ta’ rappurtar oħra, bħar-rapport annwali ta’ attività tal-uffiċjal awtorizzanti (l-Artikolu 60(7)) u r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja (l-Artikolu 122). It-Trattat issa jeħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni annwali dwar il-finanzi tal-Unjoni (l-Artikolu 318 TFUE). |
102. |
Mingħajr ma tixħet dubju dwar il-valur ta’ kwalunkwe minn dawn ir-rapporti, il-Qorti tissuġġerixxi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu juru x-xewqa li jistaqsu lill-Kummissjoni biex tqis jekk hemmx skop għas-simplifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tar-rapporti, meta jiġu kkunsidrati. |
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-21 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) COM (2010) 260 finali tat-28 ta’ Mejju 2010.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) Ara l-opinjoni Nru 1/2010 – It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: riskji u sfidi (http://eca.europa.eu/portal/page/portal/publications/auditreportsandopinions/opinions). Il-Qorti tfakkar li f’din l-opinjoni huwa ssuġġerit li l-kunċett ta’ “Valur miżjud Ewropew” għandu jkun artikolat f’dikjarazzjoni politika xierqa jew f’leġiżlazzjoni tal-UE sabiex tiġi pprovduta gwida għall-awtoritajiet politiċi tal-UE biex tintuża meta wieħed jagħżel prijoritajiet tan-nefqa. Ir-Regolament Finanzjarju jista’ jikkostitwixxi dan il-mezz leġiżlattiv.
(4) Il-paragrafu preambolari 39 jidher li jindika li mhux se jkun hemm valutazzjoni ex-ante biex tara jekk il-kontrolli tal-Istati Membri jipprovdux livell sodisfaċenti ta’ protezzjoni għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għalkemm hemm suġġeriment fl-Artikolu 53a li l-Kummissjoni jista’ jkollha rwol ta’ akkreditament.
(5) Uħud mill-istrumenti finanzjarji msemmija fil-fiche teknika tal-Kummissjoni dwar dan l-aspett tal-proposti tagħha mhumiex fil-karta tal-bilanċ fil-preżent.
(6) Il-Qorti tinnota li l-aġenziji użaw l-istrumenti finanzjarji wkoll.
(7) Il-ħlasijiet għadhom xorta waħda kkonċentrati fl-aħħar tas-sena. Fl-2009, pereżempju, il-Kummissjoni f’Diċembru rreġistrat 33 % tan-nefqa tal-Fond Soċjali Ewropew.
(8) Arranġamenti preżenti jirriflettu diskussjonijiet fil-kuntest tal-Kumitat tal-Kuntatt, li hu magħmul mill-mexxejja tal-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika tal-Unjoni Ewropea inkluż il-President tal-Qorti (skont ir-rekwiżit tat-Trattat għall-Qorti u l-korpi nazzjonali ta’ verifika biex “jikkooperaw fi spirtu ta’ fiduċja filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom”). Il-Qorti tfittex risposta fi żmien erba’ ġimgħat, jew, fejn hu possibbli f’perjodu itwal taż-żmien, għal osservazzjonijiet tagħha marbuta mad-DAS. Il-Qorti kieku tkun lesta li timpenja ruħha biex tittrażmetti dikjarazzjonijiet ta’ sejbiet preliminari marbuta mar-Rapport Annwali sad-data tal-1 ta’ Ġunju stabbilita fl-Artikolu 144a propost.
ANNESS
It-Test modifikat tal-Kummissjoni |
Is-suġġeriment tal-Qorti |
||||
L-Artikolu 10 Regoli ta' trasferiment 'il quddiem għad-dħul assenjat |
L-Artikolu 10 Regoli ta' trasferiment 'il quddiem għad-dħul assenjat |
||||
Dħul mhux użat u approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta' Diċembru li jirriżultaw mid-dħul assenjet [assenjat] kif riferut fl-Artikolu 18 għandhom jiġu trasferiti ’l quddiem kif ġej: |
Id-dħul mhux użat u approprjazzjonijiet disponibbli fil-31 ta' Diċembru li jirriżultaw mid-dħul assenjet [assenjat] kif riferut fl-Artikolu 18 għandhom jiġu trasferiti ’l quddiem kif ġej: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-Artikolu 81 Tipi ta' ħlasijiet |
L-Artikolu 81 Tipi ta' ħlasijiet |
||||
[…] |
[…] |
||||
4. Il-ħlasijiet tal-prefinanzjament għandhom ikunu approvati b'mod regolari mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. Għal dan l-għan, dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti, deċiżjonijiet u ftehimiet ta' għotja kif ukoll fil-ftehimiet ta' delega li jafdaw il-kompiti ta' implimentazzjoni lill-entitajiet u l-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-punt (2) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53. |
4. Il-ħlasijiet ta' prefinanzjament għandhom ikunu approvati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli . Għal dan l-għan, dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti, deċiżjonijiet u ftehimiet ta' għotja kif ukoll fil-ftehimiet ta' delega li jafdaw il-kompiti ta' implimentazzjoni lill-entitajiet u l-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-punt (2) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53. |
||||
L-Artikolu 123 Regoli dwar il-kontijiet |
L-Artikolu 123 Regoli dwar il-kontijiet |
||||
|
|||||
Ir-rendikonti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 121 għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-kontabilità tal-Unjoni kif adottati mill-Uffiċjal tal- Kontabilità tal-Kummissjoni u għandhom jippreżentaw dehra vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-ispejjeż, id-dħul u ċ-ċaqliq tal-flus. |
|||||
Il-kontijiet tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 121 għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stipulati f'dan ir-Regolament. Huma għandhom jagħtu dehra vera u ġusta tal-operazzjonijiet tad-dħul u l-infiq tal-baġit. |
Il-kontijiet tal-baġit imsemmija fl-Artikolu 121 għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-baġit stipulati f'dan ir-Regolament. Huma għandhom jagħtu dehra vera u ġusta tal-operazzjonijiet tad-dħul u l-infiq tal-baġit. |
||||
L-Artikolu 143 Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri |
L-Artikolu 143 Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri |
||||
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju u lil istituzzjonijiet u korpi oħra msemmija fl-Artikolu 121 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjonijiet li huma, fl-opinjoni tagħha, b'mod li dawn għandhom jidhru fir-rapport annwali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u huma soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Ottubru l-aktar tard. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien. |
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni u -istituzzjonijiet , sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjonijiet li huma, fl-opinjoni tagħha, b'mod li dawn għandhom jidhru fir-rapport annwali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali . Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sat- l-aktar tard. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti milli minn dawk tal-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien. |
||||
2. Wara t-tlestija tal-proċedura kontradittorja, kull istituzzjoni jew korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw ir-risposta tagħhom lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet għajr il-Kummissjoni u l-korpi għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien. |
|
||||
L-Artikolu 144 Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri |
L-Artikolu 144 Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri |
||||
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjonijiet li huma, fl-opinjoni tagħha, b'mod li dawn għandhom jidhru fir-rapport speċjali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali u huma soġġetti għal proċedura kontradittorja. |
1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati kwalunkwe osservazzjonijiet li huma, fl-opinjoni tagħha, b'mod li dawn għandhom jidhru fir-rapport speċjali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzjali . |
||||
L-istituzzjoni, korp jew Stat Membru kkonċernat għandu jkollhom xahrejn-u-nofs żmien sabiex fihom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri bil-kummenti li jkunu jixtiequ jagħmlu rigward id-dikjarazzjonijiet tal-osservazzjonijiet preliminari ikkonċernati. |
L-istituzzjoni, korp jew Stat Membru kkonċernat għandu jkollhom xahrejn-u-nofs żmien sabiex fihom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri bil-kummenti li jkunu jixtiequ jagħmlu rigward id-dikjarazzjonijiet tal-osservazzjonijiet preliminari ikkonċernati. |
||||
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tadotta l-verżjoni definittiva tar-rapport speċjali kkonċernat fix-xahar ta' wara ta' meta tirċievi t-tweġibiet magħmula mill-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati. |
. |
||||
Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati, għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq b'konnessjoni mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni ta' dan. |
Ir-rapporti speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati, għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq b'konnessjoni mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni ta' dan. |
||||
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta' kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati immedjatament wara kull osservazzjoni li għaliha jkunu jirreferu. |
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta' kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati . |
||||
L-Artikolu 185 Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-aġenziji u għall-korpi stabbiliti skont it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika |
L-Artikolu 185 Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-aġenziji u għall-korpi stabbiliti skont it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika |
||||
1. F'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi stabbiliti skont dan it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mill-Komunitajiet u li għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. |
1. F'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi stabbiliti skont dan it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika mill-Komunitajiet u li għandhom personalità legali u jirċievu kontribuzzjonijiet li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. |
||||
[…] |
[…] |
||||
4. Jekk ma jkunx stipulat mod ieħor fl-att bażiku li joħloq korp imsemmi fil-paragrafu 1, il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina l-legalità u r-regolarità tad-dħul u l-infiq ta' dan il-korp qabel mal-kontijiet tiegħu jiġu kkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni. Dan l-eżami għandu jkun ibbażat fuq ir-rapport tal-verifika stabbilit minn awditur estern indipendenti indikat mill-korp u li l-missjoni tiegħu hija li jivverifika l-konformità tal-kontijiet ta' dak il-korp mal-Artikolu 123 ta' dan ir-Regolament. |
4. 4. |
||||
L-Artikolu 185a Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika u privata |
L-Artikolu 185a Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika u privata |
||||
Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika u privata skont l-Artikolu 53(1) punt (2) (e) għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom. |
Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika u privata skont l-Artikolu 53(1) punt (2) (e) għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom. |
||||
Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta' prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, ispirati mill-Artikolu 53b ta' dan ir-Regolament u li għandhom jiġu stabbiliti f'Regolament Finanzjarju anqas dettaljat, li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta' prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni, ispirati mill-Artikolu 53b ta' dan ir-Regolament u li għandhom jiġu stabbiliti anqas dettaljat, li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea . |
||||
Id-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 183aa, 183ab u 183ac għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan l-Artikolu. |
Id-Dispożizzjonijiet tal-Artikoli 183aa, 183ab u 183ac għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan l-Artikolu. |
Rettifika
10.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/18 |
Rettifika għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 303 tad-9 ta' Novembru 2010 )
2010/C 334/02
Paġni 158 u 159, l-Anness 6.4 jinbidel bit-tabella:
“ANNESS 6.4
IS-SEGWITU TA’ OSSERVAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-GĦAJNUNA ESTERNA, L-IŻVILUPP U T-TKABBIR
L-Osservazzjoni tal-Qorti |
L-Azzjoni Meħuda |
L-Analiżi tal-Qorti |
Ir-Risposta tal-Kummissjoni |
Ir-Relazzjonijiet esterni u l-iżvilupp |
|||
1. Monitoraġġ ta’, u appoġġ lill-organizzazzjonijiet li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE |
|||
Fir-rigward ta’ kontrolli ex-ante, ġew osservati dgħufijiet inkluż monitoraġġ insuffiċjenti ta’, u appoġġ lill-organizzazzjonijiet li huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 8.22 u 8.35) |
Tħejjija ta’ Struzzjonijiet għall-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw. |
Ara r-rapport dwar il-FEI, l-Anness 4, il-filliera 2. |
Il-Kitt għall-Għodda għall-Amministrazzjoni tal-Finanzi tal-EuropeAid għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw se jiġi finalizzat u ser isir disponibbli matul l-2010. |
2. Il-pagamenti ta’ sostenn mill-Baġit |
|||
Fir-rigward ta’ kontrolli ex-ante, ġew osservati dgħufijiet fil-każ ta’ pagamenti ta’ sostenn mill-baġit fil-proċessi tal-verifika tat-twettiq ta’ kondizzjonijiet ta’ pagament. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.22) |
Għarfien mifrux fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni tal-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ aktar strutturat u aktar formali meta jiġu valutati l-pagamenti għas-sostenn tal-baġit, inkluż it-tisħiħ tar-rwol tal-verifikazzjoni mill-persunal tal-finanzi u l-kuntratti fil-proċess tal- approvazzjoni tal-ħlas. |
Ara r-rapport dwar il-FEI, l-Anness 4, il-filliera 9. |
Il-EuropeAid se jindirizza din il-kwistjoni matul ir-reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-Appoġġ Baġitarju u l-istħarriġ tal-proċess ta’ stħarriġ bejn il-pari għal proposti ta' azzjoni (Grupp ta' Sostenn għall-Kwalità), ippjanati għall-2011. |
3. Is-sistema ta’ verifiki esterni |
|||
Fir-rigward tal-użu ta’ verifiki esterni, wieħed mill-aktar komponenti importanti tal-qafas ta’ kontroll intern tal-EuropeAid, il-Qorti nnutat titjib fil-proċessi. Madankollu hija tikkonkludi li dawn il-kontrolli għadhom ġeneralment parzjalment effettivi. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 8.23 u 8.24) |
Riformi introdotti mill-2007 għall-metodoloġija tal-verifika fis-seħħ, flimkien ma’ reviżjoni sostanzjali tal-metodoloġija tal-pjan ta’ verifika annwali. |
Ara r-rapport dwar il-FEI, l-Anness 4, il-filliera 3. |
Il-Kummissjoni taqbel li saru titjibiet sostanzjali fil-proċess ta' ppjanar tal-verifika. |
4. Proċessi ta’ Ġestjoni tar-Riskju |
|||
Il-proċess tal-ġestjoni tar -riskji nstab li kien parzjalment effettiv. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.23) |
Tkomplija tal-isforzi biex jiżdied l-għarfien tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju. |
Il-proċess tal-ġestjoni tar-riskju ġie evalwat bħala ġeneralment effettiv. |
Il-metodoloġija tal-amministrazzjoni tar-riskju tal-EuropeAid ġiet riveduta għal kollox fl-2009 u saru sessjonijiet obbligatorji ta' taħriġ ta' sensibilizzazzjoni għall-unitajiet kollha. |
5. Il-kontrolli Ex-post |
|||
Ġew identifikati nuqqasijiet importanti fir-rigward tal-komponent tal-kontrolli ex-post tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-DĠ RELEX sabiex tiġi żgurata r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.25) |
Monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet annwali għal kontrolli ex-post. |
Minkejja l-isforzi u l-progress li saru s’issa, għad fadal dgħufijiet sinifikanti li jridu jingħelbu. |
Id-DĠ RELEX qed jieħu miżuri sabiex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet kollha li rċieva fir-rigward tal-kontrolli ex-post. |
It-Tkabbir |
|||
6. IAC |
|||
Ġie osservat li l-programm multiannwali tal-IAC ma kienx żviluppat b’mod suffiċjenti. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.27) |
IAC fl-2009 żviluppa programm multiannwali tal-attivitajiet tiegħu. |
Il-Qorti tqis li din l-osservazzjoni ġiet indirizzata kif dovut mid-DĠ ELARG. |
|
7. Kontrolli Ex-post ta’ proġetti ġestiti b’mod ċentrali |
|||
Ġie osservat li d-DĠ ELARG ma kellux strategija speċifika ghall-kontrolli ex-post ta’ progetti ġestiti b’mod ċentrali. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.27) |
Matul l-2009, id-DĠ ELARG żviluppa strateġija għall-kontroll ex-post ta’ proġetti ġestiti b’mod ċentrali. |
Il-Qorti tilqa’ l-inizjattiva tad-DĠ ELARG, iżda l-istrateġija l-ġdida se tiġi implimentata biss fl-2010 u għadha trid tiġi ppruvata l-effettività tagħha. |
L-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida bħalissa qed turi l-ewwel riżultati pożittivi tagħha. |
8. Possibbiltà ta’ irregolaritajiet fil-gestjoni ta’ fondi tal-Phare minn żewg aġenziji implimentattivi fil-Bulgarija |
|||
Ġie nnutat li għad hemm dgħufijiet fundamentali fir-rigward ta’ irregolaritajiet potenzjali fil-ġestjoni ta’ fondi tal-Phare minn żewg aġenziji implimentattivi fil-Bulgarija. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.28) |
Matul l-2009 u wara azzjonijiet korrettivi mill-awtoritajiet Bulgari, id-DĠ ELARG neħħa s-sospensjoni ta’ pagamenti lill-Bulgarija. |
Id-DĠ ELARG għad irid jiddedika attenzjoni speċjali għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-fondi ta’ wara l-adeżjoni tal-Bulgarija. |
L-implimentazzjoni fil-Bulgarija tal-fondi ta' wara l-adeżjoni se tibqa’ tingħata l-attenzjoni speċjali meħtieġa sakemm jintemmu l-programmi kollha. |
L-Għajnuna Umanitarja |
|||
9. IAC |
|||
Fl-2008, l-IAC kien għadu ma joperax fil-kapaċità kollha tiegħu minħabba t-trasferiment tal-attivitajiet mill-IAC tal-EuropeAid. (Ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafu 8.29) |
Matul l-2009, l-IAC kellu ammont adegwat ta’ persunal u kien qed jimplimenta programm ta’ ħidma għal sena sħiħa. |
L-IAC ta’ DĠ ECHO qed jiffunzjona kif suppost u qed jipprovdi assigurazzjoni lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ ECHO.” |
|